RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012

8.3.2018 - (COM(2017)0256 – C8-0141/2017 – 2017/0086(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Marlene Mizzi


Proċedura : 2017/0086(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0054/2018
Testi mressqa :
A8-0054/2018
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012

(COM(2017)0256 – C8-0141/2017 – 2017/0086(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0256),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 21(2), 48 u 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0141/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2017[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0054/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-Komunikazzjoni dwar is-Suq Uniku Diġitali17 tirrikonoxxi r-rwol tal-Internet u tat-teknoloġiji diġitali fit-trasformazzjoni tal-ħajja tagħna u l-mod kif naħdmu billi jiffaċilitaw opportunitajiet kbar għall-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi. Il-Komunikazzjoni tirrikonoxxi li l-bżonnijiet taċ-ċittadini u tan-negozji f'pajjiżhom stess u b'mod transfruntiera jintlaħqu aħjar bl-estensjoni u l-integrazzjoni ta' portali, netwerks, servizzi u sistemi Ewropej eżistenti u billi dawn jintrabtu mal-"Portali Diġitali Uniku". Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni dwar il-Gvern elettroniku 2016-202018 jelenka l-portal diġitali uniku fost waħda mill-azzjonijiet tiegħu għall-2017. Ir-rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE19 jikkunsidra l-portal diġitali uniku bħala prijorità għad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE.

(2)  Il-Komunikazzjoni dwar is-Suq Uniku Diġitali17 tirrikonoxxi r-rwol tal-Internet u tat-teknoloġiji diġitali fit-trasformazzjoni tal-ħajja u tal-mod li bih iċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-impjegati tagħhom jikkomunikaw, jaċċessaw l-informazzjoni u l-għarfien, jikkunsmaw, jipparteċipaw u jaħdmu billi jiffaċilitaw opportunitajiet għall-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi. Dik il-Komunikazzjoni, bħal bosta riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament Ewropew, tirrikonoxxi li l-bżonnijiet taċ-ċittadini u tan-negozji f'pajjiżhom stess u b'mod transfruntier jintlaħqu aħjar bl-estensjoni u l-integrazzjoni ta' portali, siti web, netwerks, servizzi u sistemi Ewropej u nazzjonali eżistenti u billi dawn jintrabtu flimkien, biex b'hekk joħolqu punt tad-dħul uniku Ewropew, jew "Portal Diġitali Uniku". Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni dwar il-Gvern elettroniku 2016-202018 jelenka l-portal diġitali uniku fost waħda mill-azzjonijiet tiegħu għall-2017. Ir-rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE19 jikkunsidra l-portal diġitali uniku bħala prijorità għad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-Unjoni.

__________________

__________________

17 "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa", Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2015) 192 final.6.5.2015

17 "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa", Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2015) 192 final.6.5.2015

18 "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku għall-2016-2020 Inħaffu t-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika" Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2016)0179 final.

18 "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku għall-2016-2020 Inħaffu t-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika", Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2016)0179 final.

19 Ir-rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: It-tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini f'Unjoni ta' tibdil demokratiku, 24 ta' Jannar 2017, COM(2017)30/2 final.

19 Ir-rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: It-tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini f'Unjoni ta' tibdil demokratiku, 24 ta' Jannar 2017, COM(2017)30/2 final.

Ġustifikazzjoni

Riflessjoni aħjar tal-importanza tat-teknoloġiji diġitali fit-trasformazzjoni tal-ħajja u tal-mod kif iċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-impjegati tagħhom jikkomunikaw, jaċċessaw l-informazzjoni u l-għarfien, jutilizzaw, jipparteċipaw u jaħdmu. Barra minn hekk, tenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni tal-portali Ewropej u nazzjonali kollha f'punt ta' dħul uniku.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill talbu ripetutament għal pakkett ta' informazzjoni u assistenza aktar komprensiv u aktar faċli għall-utent biex jgħin lin-negozji jinnavigaw is-Suq Uniku u biex isaħħaħ u jissimplifika l-għodod tas-Suq Uniku sabiex jissodisfa l-bżonnijiet taċ-ċittadini u tan-negozji fl-attivitajiet transfruntiera tagħhom.

(3)  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill talbu ripetutament għal pakkett ta' informazzjoni u assistenza aktar komprensiv u aktar faċli għall-utent biex jgħin liċ-ċittadini u lin-negozji jinnavigaw is-Suq Uniku u biex isaħħaħ u jissimplifika l-għodod tas-Suq Uniku sabiex jissodisfa aħjar il-bżonnijiet taċ-ċittadini u tan-negozji fl-attivitajiet transfruntiera tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew ripetutament talab għal aktar informazzjoni u assistenza biex biex jiġu megħjuna kemm liċ-ċittadini kif ukoll lin-negozji.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Dan ir-Regolament jwieġeb għal dawn it-talbiet billi joffri liċ-ċittadini u lin-negozji aċċess faċli għal informazzjoni, proċeduri u servizzi ta'assistenza u ta' soluzzjoni ta' problemi li jeħtieġu għall-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom fis-suq intern. Dan ir-Regolament jistabbilixxi portal diġitali uniku li fil-kuntest tiegħu l-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti jkollhom rwol importanti fil-kisba ta' dawn l-objettivi.

(4)  Dan ir-Regolament iwieġeb għal dawn it-talbiet billi joffri liċ-ċittadini u lin-negozji aċċess għall-informazzjoni, il-proċeduri online u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi li huma jeħtieġu għall-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom fis-suq intern. Il-portal diġitali uniku jista' jgħin billi jikkontribbwixxi għal aktar trasparenza tar-regoli u tar-regolamenti f'oqsma bħall-ivjaġġar fi ħdan l-Unjoni, ix-xogħol jew l-irtirar fl-Unjoni, ir-residenza taċ-ċittadini fi Stati Membri oħra għajr l-Istat Membru tal-oriġini tagħhom, l-aċċess għall-edukazzjoni fi Stati Membri oħra, l-aċċess għall-kura tas-saħħa, l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-familja, id-drittijiet ta' residenza, id-drittijiet taċ-ċittadini u d-drittijiet tal-konsumaturi. Barra minn hekk, dan jista' jgħin biex tittejjeb il-fiduċja tal-konsumaturi, tiġi indirizzata l-frammentazzjoni fir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur u r-regoli tas-suq intern u jitnaqqsu l-ispejjeż ta' konformità għan-negozji. Dan ir-Regolament jistabbilixxi portal diġitali uniku faċli għall-utent u interattiv li, abbażi tal-ħtiġijiet tal-utenti, jenħtieġ li jiggwidahom lejn is-servizzi l-aktar xierqa. F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti jkollhom rwol importanti fil-kisba ta' dawn l-objettivi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-portal diġitali uniku jenħtieġ li jiffaċilita l-interazzjonijiet bejn iċ-ċittadini u n-negozji, minn naħa, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-awtoritajiet kompetenti, min-naħa l-oħra, billi jipprovdi aċċess għal portali online, paġni web u siti web ġestiti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali jew lokali, filwaqt li jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ta' kuljum taċ-ċittadini u tan-negozji u filwaqt li jiġu mminimizzati l-ostakli li jiltaqgħu magħhom fis-suq uniku. L-eżistenza ta' portal diġitali uniku li jipprovdi aċċess għal informazzjoni preċiża u aġġornata, aċċess online għal proċeduri u servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi tista' tgħin biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-utenti dwar is-servizzi online differenti eżistenti u tista' tiffranka l-ispejjeż u l-ħin għall-utenti involuti fid-determinazzjoni ta' liema servizz online huwa l-aktar xieraq għar-rekwiżiti tagħhom.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Dan ir-Regolament jelenka l-oqsma ta' informazzjoni li huma rilevanti għaċ-ċittadini u għan-negozji li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fis-suq intern u jenħtieġ li jirrikjedi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-informazzjoni f'dawk l-oqsma tkun koperta bis-sħiħ minn siti web u portali nazzjonali u tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-informazzjoni ma għandhiex tispjega biss ir-regoli u l-obbligi taċ-ċittadini u tan-negozji, iżda għandha tispjega wkoll il-proċeduri li jridu jitwettqu miċ-ċittadini u min-negozji sabiex jikkonformaw ma' dawk ir-regoli u l-obbligi. L-informazzjoni għandha tipprovdi wkoll deskrizzjoni tas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi li għalihom iċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jirreferu meta jkollhom problemi biex jifhmu l-informazzjoni, biex japplikaw dik l-informazzjoni għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom jew biex iwettqu proċedura.

(5)  Dan ir-Regolament jelenka l-oqsma ta' informazzjoni li huma rilevanti għaċ-ċittadini u għan-negozji li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fis-suq intern u jenħtieġ li jirrikjedi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li jkun hemm informazzjoni preċiża, ta' kwalità għolja u aġġornata f'dawk l-oqsma tkun koperta bis-sħiħ fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni, inklużi l-livelli reġjonali u lokali, filwaqt li tispjega r-regoli u l-obbligi applikabbli u l-proċeduri li jridu jitwettqu miċ-ċittadini u min-negozji sabiex jikkonformaw ma' dawk ir-regoli u l-obbligi. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tinġabar skont oqsma tematiċi, bħalma huma "l-kundizzjonijiet tax-xogħol", "is-saħħa" u "l-pensjonijiet", b'interkonnessjoni ta' servizzi komplementarji differenti, sabiex l-utenti jkunu jistgħu jgħaddu b'mod faċli bejn servizzi differenti permezz tal-portal diġitali uniku. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza tal-portal diġitali uniku, l-informazzjoni mogħtija permezz ta' dak il-portal jenħtieġ li tkun ċara, preċiża u aġġornata, l-użu ta' terminoloġija kumplessa jenħtieġ li jiġi minimizzat u l-użu ta' akronomi jenħtieġ li jkun limitat għal dawk li jipprovdu termini simplifikati u faċli biex jinftiehmu li ma jirrikjedux għarfien eżistenti minn qabel tal-kwistjoni jew tal-qasam tal-liġi. Barra minn hekk, dik l-informazzjoni jenħtieġ li tipprovdi wkoll deskrizzjoni tas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi li għalihom iċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jirreferu meta jkollhom problemi biex jifhmu l-informazzjoni, biex japplikaw dik l-informazzjoni għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom jew biex iwettqu proċedura.

Ġustifikazzjoni

Sabiex il-Portal Diġitali Uniku jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti, għandhom jiġu stabbiliti standards dwar il-kwalità tal-informazzjoni. Informazzjoni ċara, preċiża u aġġornata ġiet identifikata miċ-ċittadini u n-negozji bħala karatteristika mill-aktar importanti ta' punt ta' kuntatt uniku fl-istudju "Punt ta' Kuntatt Uniku Ewropew" (2013) li tħejja għad-Dipartiment Tematiku A tal-Parlament Ewropew. F'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-awturi, għandu jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun faċli biex tinftiehem sabiex għadd massimu ta' utenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-informazzjoni u mis-servizzi previsti f'dan ir-Regolament.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Peress li l-inizjattiva ssegwi għan triplu, jiġifieri timmira li tnaqqas piż amministrattiv addizzjonali fuq iċ-ċittadini u n-negozji li joperaw jew li jridu joperaw fi Stati Membri oħrajn b'konformità sħiħa mar-regoli u l-proċeduri nazzjonali, li telimina d-diskriminazzjoni u li tiżgura l-funzjonament tas-suq intern fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni, proċeduri u servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni ta' problemi u minħabba li l-komponenti tagħha jkopru l-moviment liberu taċ-ċittadini u tas-sigurtà soċjali, li ma jistgħux jitqiesu biss inċidentali, l-inizjattiva għandha tkun ibbażata fuq l-Artikoli 21(2), 48 u 114 (1) TFUE.

(6)  Peress li dan ir-Regolament għandu l-għan li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi addizzjonali fuq iċ-ċittadini u n-negozji kemm jekk joperaw jew iridu joperaw fi Stati Membri oħrajn u kemm jekk fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti jew jirrisjedu b'konformità sħiħa mar-regoli u l-proċeduri nazzjonali, filwaqt li jelimina d-diskriminazzjoni u jiżgura l-funzjonament tas-suq intern fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni, proċeduri u servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u minħabba li l-komponenti tiegħu jkopru l-moviment liberu taċ-ċittadini u tas-sigurtà soċjali, li ma jistgħux jitqiesu biss inċidentali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-Artikoli 21(2), 48 u 114(1) TFUE.

Ġustifikazzjoni

Il-Portal Diġitali Uniku se jipprovdi benefiċċji mhux biss għall-utenti transfruntiera imma wkoll għall-utenti li jaċċessaw il-portal fl-Istat Membru nazzjonali tagħhom jew fl-Istat Membru li jgħixu jew jirrisjedu fih billi jressaq l-amministrazzjoni nazzjonali lejn il-miri tal-kisba tal-gvern elettroniku u jipprovdi soluzzjonijiet diġitali għall-attivitajiet ta' kuljum fil-ħajja tan-nies.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex iċ-ċittadini u n-negozji tal-Unjoni jgawdu d-dritt tagħhom ta' moviment liberu fis-suq intern, jenħtieġ li l-Unjoni tadotta miżuri speċifiċi li jippermettu liċ-ċittadini u lin-negozji jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni komprensiva u affidabbli dwar id-drittijiet tagħhom maħluqa mil-liġi tal-Unjoni u għal informazzjoni dwar ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali applikabbli li jkollhom jikkonformaw magħhom fejn iridu jmorru sabiex jgħixu jew jistudjaw jew fejn jixtiequ jistabbilixxu ruħhom jew jagħmlu negozju fi Stat Membru ieħor minbarra pajjiżhom stess. L-informazzjoni li trid tingħata fil-livell nazzjonali ma għandhiex tirrigwarda biss ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni, iżda wkoll kwalunwke regola oħra nazzjonali applikabbli għaċ-ċittadini u n-negozji ta' Stati Membri oħrajn ukoll.

(7)  Sabiex iċ-ċittadini u n-negozji tal-Unjoni jgawdu d-dritt tagħhom ta' moviment liberu fis-suq intern, jenħtieġ li l-Unjoni tadotta miżuri speċifiċi, mhux diskriminatorji, li jippermettu liċ-ċittadini, u lill-persuni fiżiċi kollha li jirrisjedu fi Stat Membru, u lin-negozji jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni komprensiva u affidabbli dwar id-drittijiet tagħhom maħluqa mil-liġi tal-Unjoni u għal informazzjoni dwar ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali applikabbli li jkollhom jikkonformaw magħhom fejn iridu jmorru sabiex jgħixu jew jistudjaw jew fejn jixtiequ jistabbilixxu ruħhom jew jagħmlu negozju fi Stat Membru ieħor minbarra pajjiżhom stess. L-informazzjoni li trid tingħata fil-livell nazzjonali ma għandhiex tirrigwarda biss ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni, iżda wkoll kwalunwke regola oħra nazzjonali applikabbli għaċ-ċittadini u n-negozji ta' Stati Membri oħrajn ukoll.

Ġustifikazzjoni

Din hija dikjarazzjoni ġenerali li l-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw miżuri mhux diskriminatorji għan-negozji u għaċ-ċittadini.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi punt ta' dħul uniku li minnu ċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni dwar ir-regoli u r-rekwiżiti li jkollhom jikkonformaw magħhom, skont il-liġi tal-Unjoni u/jew nazzjonali. Għandu jissimplifika l-kuntatt taċ-ċittadini u tan-negozji mas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi, stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali u jagħmlu aktar effettiv. Il-portal għandu wkoll jiffaċilita l-aċċess għall-proċeduri u t-twettiq tagħhom. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jeżiġi li l-Istati Membri jippermettu lill-utenti jwettqu kompletament ċerti proċeduri online li huma ta' importanza ewlenija għall-maġġoranza taċ-ċittadini u tan-negozji li jaqsmu l-fruntieri, mingħajr ma jaffettwa bl-ebda mod ir-rekwiżiti sostantivi eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni u/jew il-liġi nazzjonali f'dawk l-oqsma ta' politika. F'dan il-kuntest, ir-Regolament għandu jappoġġa l-użu tal-prinċipju ta' "darba biss" għall-fini tal-iskambju ta' evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti.

(11)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi punt ta' dħul uniku li minnu ċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni dwar ir-regoli u r-rekwiżiti li jkollhom jikkonformaw magħhom, skont il-liġi tal-Unjoni u/jew nazzjonali. Jenħtieġ li jissimplifika l-kuntatt taċ-ċittadini u tan-negozji mas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi, stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali u jagħmlu aktar effettiv. Il-portal jenħtieġ li wkoll jiffaċilita l-aċċess online għall-proċeduri. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jeżiġi li l-Istati Membri jippermettu lill-utenti jwettqu kompletament online, fejn applikabbli,il-proċeduri elenkati fl-Anness II li huma ta' importanza ewlenija għall-maġġoranza taċ-ċittadini u tan-negozji jew li jwettqu proċeduri oħra li huma disponibbli online għall-utenti fi Stat Membru u li ġew stabbiliti fil-livell nazzjonali, minn korpi Statali ċentrali jew ikunu disponibbli għall-awtoritajiet subċentrali kollha. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwa bl-ebda mod id-drittijiet u l-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni u/jew il-liġi nazzjonali f'dawk l-oqsma ta' politika. F'rabta mal-proċeduri elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament u l-proċeduri previsti fid-Direttivi 2005/36/KE, 2006/123/KE, 2014/24/UE u 2014/25/UE, dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-użu tal-prinċipju ta' "darba biss", u jenħtieġ li jirrispetta bis-sħiħ id-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali, għall-fini tal-iskambju ta' evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-portal għandu jkun iċċentrat madwar l-utent u faċli biex jintuża u għandu jippermetti liċ-ċittadini u lin-negozji jinteraġixxu mal-amministrazzjonijiet nazzjonali u tal-Unjoni billi jipprovdilhom l-opportunità li jagħtu feedback dwar l-esperjenza tagħhom kemm tas-servizzi offruti mill-portal kif ukoll tal-funzjonament tas-suq intern. L-għodda tal-feedback għandha tippermetti lill-utent jindika l-problemi perċepiti, in-nuqqasijiet u l-ħtiġijiet sabiex tħeġġeġ it-titjib kontinwu tal-kwalità tas-servizzi.

(12)  Il-portal diġitali uniku u l-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi online li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali jenħtieġ li jiġu ppreżentati b'mod faċli għall-utent u ċċentrati madwar l-utent. Il-portal jenħtieġ li jkollu l-għan li jevita xogħol doppju u li jipprovdi rabta bejn servizzi eżistenti. Hu jenħtieġ li jippermetti liċ-ċittadini u lin-negozji jinteraġixxu mal-amministrazzjonijiet nazzjonali u tal-Unjoni billi jipprovdilhom l-opportunità li jagħtu feedback dwar l-esperjenza tagħhom kemm tas-servizzi offruti mill-portal kif ukoll tal-funzjonament tas-suq intern. L-għodda tal-feedback jenħtieġ li tippermetti lill-utent jindika l-problemi perċepiti, in-nuqqasijiet u l-ħtiġijiet sabiex jitħeġġeġ it-titjib kontinwu tal-kwalità tas-servizzi abbażi tad-dejta anonima bil-ħsieb li tiġi protetta d-dejta personali tal-utenti.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Is-suċċess tal-portal jiddependi mill-isforz konġunt tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Il-portal għandu jinkludi interfaċċa komuni tal-utenti integrata fil-portal eżistenti L-Ewropa Tiegħek li se jkun immexxi mill-Kummissjoni. L-interfaċċa komuni tal-utenti għandha tipprovdi links għal informazzjoni, proċeduri u għal servizzi ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi disponibbli fuq portali ġestiti mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Sabiex tiffaċilita l-użu tal-portal, l-interfaċċa tal-utent għandha tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-funzjonament tal-portal għandu jkun appoġġat minn għodod tekniċi żviluppati mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri.

(13)  Is-suċċess tal-portal jiddependi mill-isforz konġunt tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Il-portal jenħtieġ li jinkludi interfaċċa komuni tal-utenti integrata fil-portal eżistenti "Your Europe" li se jkun immexxi mill-Kummissjoni. L-interfaċċa komuni tal-utenti jenħtieġ li tipprovdi links għal informazzjoni, proċeduri u għal servizzi ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi disponibbli fuq portali ġestiti mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Sabiex tiffaċilita l-użu tal-portal, l-interfaċċa tal-utent jenħtieġ li tkun viżibbli fuq is-siti web kollha tal-Unjoni u nazzjonali li jiffurmaw parti mill-portal u konnessi miegħu u jenħtieġ li tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-funzjonament tal-portal jenħtieġ li jkun appoġġat minn għodod tekniċi żviluppati mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Dan ir-Regolament għandu jtejjeb id-dimensjoni tas-suq intern ta' proċeduri online billi jisħaq fuq il-prinċipju ġenerali tan-nondiskriminazzjoni anki b'rabta mal-aċċess miċ-ċittadini jew min-negozji għal proċeduri online diġà stabbiliti fil-livell nazzjonali u fuq il-bażi tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. L-utenti li ma jkunux residenti jew stabbiliti fi Stat Membru għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw u jwettqu proċeduri online mingħajr ostakli bħal pereżempju partijiet ta' formoli li jeħtieġu numri tat-telefon nazzjonali jew kodiċijiet postali nazzjonali, pagamenti ta' miżati li jistgħu jsiru biss permezz ta' sistemi li ma jipprovdux għal pagamenti transfruntiera, nuqqas ta' spjegazzjonijiet dettaljati f'lingwa oħra għajr fil-lingwa jew fil-lingwi nazzjonali, in-nuqqas ta' possibbiltajiet ta' preżentazzjoni ta' evidenza elettronika minn awtoritajiet li jinsabu fi Stat Membru ieħor u n-nuqqas ta' aċċettazzjoni ta' mezzi ta' identifikazzjoni elettroniċi maħruġa fi Stati Membri oħrajn.

(15)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jtejjeb id-dimensjoni tas-suq intern ta' proċeduri online, sabiex b'hekk jikkontribwixxi għad-diġitalizzazzjoni tas-suq intern, billi jisħaq fuq il-prinċipju ġenerali tan-nondiskriminazzjoni anki b'rabta mal-aċċess miċ-ċittadini jew min-negozji għal proċeduri online diġà stabbiliti fil-livell nazzjonali u fuq il-bażi tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. L-utenti li ma jkunux residenti jew stabbiliti fi Stat Membru jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċessaw u jwettqu proċeduri online mingħajr ostakli bħal pereżempju partijiet ta' formoli li jeħtieġu numri tat-telefon nazzjonali, prefissi nazzjonali għal numri tat-telefon jew kodiċijiet postali nazzjonali, pagamenti ta' miżati li jistgħu jsiru biss permezz ta' sistemi li ma jipprovdux għal pagamenti transfruntiera, nuqqas ta' spjegazzjonijiet dettaljati f'lingwa oħra għajr fil-lingwa jew fil-lingwi nazzjonali jew uffiċjali ta' Stat Membru, in-nuqqas ta' possibbiltajiet ta' preżentazzjoni ta' evidenza elettronika minn awtoritajiet li jinsabu fi Stat Membru ieħor u n-nuqqas ta' aċċettazzjoni ta' mezzi ta' identifikazzjoni elettroniċi maħruġa fi Stati Membri oħrajn. Meta l-utent, f'sitwazzjoni strettament limitata għal Stat Membru uniku, ikun kapaċi jaċċessa u jwettaq proċedura online f'dak l-Istat Membru f'qasam kopert minn dan ir-Regolament, l-utent transfruntier jenħtieġ li jkun kapaċi wkoll jaċċessa u jwettaq l-istess proċedura online, jew bl-użu tal-istess soluzzjoni teknika jew waħda adattata, u mingħajr l-ebda ostaklu diskriminatorju. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jistabbilixxu proċeduri nondiskriminatorji simili għall-utenti minn Stati Membri oħra jew li jirrisjedu fi Stati Membri oħra, dment li jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-informazzjoni u s-servizzi għall-utenti transfruntiera jkunu l-istess bħal dawk għall-utenti stabbiliti f'dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Il-portal huwa strument diġitali li se jgħin biex jinforma lin-nies dwar id-drittijiet tagħhom fil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali, jippermettilhom jagħmlu użu minn proċeduri u servizzi u għodda għas-soluzzjoni ta' problemi online u jkollhom aċċess għalihom. Ir-Regolament mhux se jaffettwa jew jipprevjeni lill-Istati Membri milli jorganizzaw b'mod kontinwu s-servizzi u l-proċeduri nazzjonali tagħhom b'mod li jissodisfa l-ħtiġijiet nazzjonali tagħhom, madankollu jeħtieġ li jiżguraw li l-proċeduri jkunu nondiskriminatorji għall-utenti transfruntiera.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jibni fuq ir-Regolament dwar l-eIDAS26 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jirrikonoxxu ċerti mezzi ta' identifikazzjoni elettronika għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li jaqgħu taħt skema ta' identifikazzjoni elettronika notifikata ta' Stat Membru ieħor. Mid-data ta' applikazzjoni ta' dak ir-regolament l-utenti għandhom ikunu jistgħu jużaw il-mezzi ta' identifikazzjoni u ta' awtentikazzjoni elettronika tagħhom sabiex joperaw fuq bażi transfruntiera u jinteraġixxu b'mod elettroniku mal-awtoritajiet kompetenti.

(16)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jibni fuq ir-Regolament dwar l-eIDAS26 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jirrikonoxxu ċerti mezzi ta' identifikazzjoni elettronika għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li jaqgħu taħt skema ta' identifikazzjoni elettronika notifikata ta' Stat Membru ieħor. Mid-data ta' applikazzjoni ta' dak ir-regolament l-utenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw il-mezzi ta' identifikazzjoni u ta' awtentikazzjoni elettronika tagħhom sabiex joperaw fuq bażi transfruntiera u jinteraġixxu b'mod elettroniku mal-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll għall-utenti li jużaw il-mezzi tagħhom ta' identifikazzjoni u awtentikazzjoni elettronika meta joperaw u jinteraġixxu b'mod elettroniku mal-amministrazzjoni tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrispetta n-newtralità teknoloġika fir-rigward tas-sistemi ta' identifikazzjoni elettronika u ta' awtentikazzjoni.

__________________

__________________

26 Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73–114).

26 Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73–114).

Ġustifikazzjoni

L-utenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw mezzi elettroniċi nazzjonali ta' identifikazzjoni u awtentikazzjoni fil-livell Ewropew.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jippermetti liċ-ċittadini u lin-negozji jgawdu direttament mill-benefiċċji tas-suq intern mingħajr piż amministrattiv addizzjonali bla bżonn, dan ir-Regolament għandu jeħtieġ diġitalizzazzjoni sħiħa tal-interfaċċa tal-utenti ta' ċerti proċeduri ewlenin għall-utenti transfruntiera, li huma elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament u jipprovdi l-kriterji għad-definizzjoni ta' kif il-proċedura tikkwalifika bħala kompletament online. Ir-"reġistrazzjoni tal-attività tan-negozju" hija waħda minn dawn il-proċeduri ta' rilevanza partikolari għan-negozji. Madankollu, ma għandux ikopri l-proċeduri li jwasslu għall-kostituzzjoni ta' kumpaniji jew ditti bħala entitajiet legali peress li proċeduri bħal dawn jeħtieġu approċċ komprensiv li jiffaċilita s-soluzzjonijiet diġitali tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' kumpanija. Meta n-negozji jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor, ikunu meħtieġa jirreġistraw fi skema tas-sigurtà soċjali u fi skema ta' assigurazzjoni sabiex jirreġistraw lill-impjegati tagħhom u jħallsu kontribuzzjonijiet liż-żewġ skemi. Dawn il-proċeduri huma komuni għan-negozji kollha li joperaw fi kwalunkwe settur tal-ekonomija, u għalhekk huwa xieraq li dawk iż-żewġ proċeduri ta' reġistrazzjoni jkunu magħmula disponibbli online.

(18)  Sabiex jippermetti liċ-ċittadini u lin-negozji jgawdu direttament mill-benefiċċji tas-suq intern mingħajr piż amministrattiv addizzjonali bla bżonn, dan ir-Regolament jenħtieġ li jesiġi diġitalizzazzjoni sħiħa tal-interfaċċa tal-utenti ta' ċerti proċeduri ewlenin għall-utenti transfruntiera, li huma elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament u jipprovdi l-kriterji għad-definizzjoni ta' kif il-proċedura tikkwalifika bħala kompletament online. Tali rekwiżit ta' diġitalizzazzjoni sħiħa jenħtieġ li ma japplikax fejn proċedura ma teżistix fi Stat Membru. In-"notifika tal-attività tan-negozju" hija waħda minn dawn il-proċeduri ta' rilevanza partikolari għan-negozji. Madankollu, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jkoprix il-proċeduri li jwasslu għall-kostituzzjoni ta' kumpaniji jew ditti bħala entitajiet legali inkluż reġistrazzjoni bħala kummerċjant waħdieni, sħubija jew kwalunkwe forma oħra li ma tkunx entità legali separata jew ir-reġistrazzjoni ta' attività tan-negozju mar-reġistru tan-negozju, peress li proċeduri bħal dawn jeħtieġu approċċ komprensiv li jiffaċilita s-soluzzjonijiet diġitali tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' kumpanija. Meta n-negozji jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor, ikunu meħtieġa jirreġistraw fi skema tas-sigurtà soċjali u fi skema ta' assigurazzjoni sabiex jirreġistraw lill-impjegati tagħhom u jħallsu kontribuzzjonijiet liż-żewġ skemi. Dawn il-proċeduri huma komuni għan-negozji kollha li joperaw fi kwalunkwe settur tal-ekonomija, u għalhekk huwa xieraq li dawk iż-żewġ proċeduri ta' reġistrazzjoni jkunu magħmula disponibbli online. Dan hu wkoll xieraq għal proċeduri relatati ma' kwistjonijiet ta' taxxa li jsiru disponibbli online minħabba li dawn il-proċeduri għandhom tendenza li jirrappreżentaw wieħed mill-ostakli ewlenin għal ħidma transfruntiera ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fl-Unjoni.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Il-proċedura jenħtieġ li tiġi kkunsidrata li hija kompletament online jekk l-utent ikun jista' jieħu l-passi kollha mill-aċċess għal dik il-proċedura sat-twettiq tagħha billi jinteraġixxi mal-awtorità kompetenti (il-"front office"), b'mod elettroniku, minn distanza u permezz ta' servizz online. Dan is-servizz jenħtieġ li jiggwida lill-utent permezz ta' lista komprensiva tar-rekwiżiti kollha li għandhom jiġu ssodisfati u tal-evidenza kollha li għandha tiġi pprovduta. Jenħtieġ li jippermetti wkoll lill-utent jipprovdi l-informazzjoni u l-prova ta' konformità ma' dawn ir-rekwiżiti kollha u jenħtieġ li jipprovdi lill-utent b'rikonoxximent awtomatiku tar-riċevuta. L-output mill-proċedura, kif stabbilit f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li wkoll, fejn fattibbli, jiġi pprovdut b'mezzi elettroniċi jew, fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, b'konsenja fiżika. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri li jistabbilixxu kuntatt u komunikazzjoni diretti ma' ċittadini u negozji li jużaw il-proċeduri għall-fini ta' aktar kjarifiki meħtieġa li ma jeħtiġux il-preżenza fiżika diretta.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  F'ċerti każijiet, minħabba l-istat attwali tal-iżvilupp tekniku xorta waħda jista' jkun hemm il-bżonn li l-utenti ta' proċedura jidhru personalment quddiem awtorità kompetenti bħala parti mill-proċedura online, speċjalment fil-każ ta' talba jew tiġdid ta' passaporti jew ta' karti tal-identità li jkun fihom dejta bijometrika. Kwalunkwe eċċezzjoni bħal din għandha tkun limitata għal sitwazzjonijiet fejn ma teżisti ebda teknoloġija diġitali biex jintlaħaq l-iskop tal-proċedura.

(19)  F'ċerti każijiet, l-utent jista' jintalab jippreżenta evidenza biex jipprova l-fatti li ma jkunux jistgħu jiġu stabbiliti b'mezzi online, bħal ċertifikati mediċi u prova tal-affidabbiltà stradali ta' vetturi bil-mutur. Sakemm l-evidenza biex jiġu ppruvati dawn il-fatti tista' tiġi ppreżentata f'format elettroniku, dan jenħtieġ li ma jikkostitwixxix eċċezzjoni għall-prinċipju li permezz tiegħu proċedura jenħtieġ li tkun aċċessibbli kompletament online. F'każijiet oħrajn, minħabba l-istat attwali tal-iżvilupp tekniku, xorta waħda jista' jkun hemm il-bżonn li l-utenti ta' proċedura online jidhru personalment quddiem awtorità kompetenti bħala parti mill-proċedura online, bħal fil-każ ta' talba jew tiġdid ta' passaporti jew ta' karti tal-identità li jkun fihom dejta bijometrika. Kwalunkwe eċċezzjoni bħal din jenħtieġ li ma tkunx diskriminatorji u tkun limitata għal sitwazzjonijiet fejn huwa assolutament meħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw miżuri strettament neċessarji, ġustifikati b'mod oġġettiv u proporzjonati fl-interess ġenerali tas-sigurtà, is-saħħa pubblika u l-ġlieda kontra l-frodi. Fejn jeżistu teknoloġiji li jistgħu jissostitwixxu l-preżenza personali quddiem awtorità, pereżempju komunikazzjoni online sigura bħal live chats jew vidjokonferenzi, dawn jenħtieġ li jintużaw, sakemm dan ma jkunx kontra l-prerekwiżiti formali tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun qed isseħħ il-proċedura. Kwalunkwe eċċezzjoni bħal din jenħtieġ li tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u lill-grupp ta' koordinazzjoni tal-portal u jenħtieġ li tiġi diskussa u rieżaminata b'mod regolari fil-grupp ta' koordinazzjoni tal-portal flimkien ma' prattiki nazzjonali tajba u żviluppi tekniċi li jiffaċilitaw id-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-proċeduri.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Dan ir-Regolament ma għandux jinterferixxi mal-kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali f'fażijiet differenti ta' kwalunkwe proċedura, inklużi l-flussi ta' ħidma proċedurali fl-awtoritajiet kompetenti u bejniethom kemm jekk ikunu diġitalizzati kif ukoll jekk le.

(20)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax id-drittijiet u l-obbligi eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali fl-oqsma ta' politika koperti minn dan ir-Regolament u jenħtieġ li ma jipprevjenix lill-Istati Membri milli jkomplu jorganizzaw is-servizzi u l-proċeduri nazzjonali tagħhom b'mod li jissodisfa l-ħtiġijiet nazzjonali tagħhom u jikkonforma mal-forom komuni ta' organizzazzjoni u komunikazzjoni użati fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jinterferixxix mal-kompetenzi tal-Istati Membri fl-istabbiliment ta' kwalunkwe proċedura jew fl-għoti ta' kompetenzi lill-awtoritajiet nazzjonali jew mal-kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali f'fażijiet differenti ta' kwalunkwe proċedura, inklużi l-flussi ta' ħidma proċedurali fl-awtoritajiet kompetenti u bejniethom kemm jekk ikunu diġitalizzati kif ukoll jekk le. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun komplementari għall-kompetenzi tal-Istati Membri biex jinżammu jew jiġu stabbiliti l-proċeduri mhux diġitalizzati jew il-proċeduri online eżistenti flimkien mal-proċeduri online elenkati fl-Anness II.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Ġew stabbiliti diversi netwerks u servizzi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni sabiex jassistu liċ-ċittadini u lin-negozji fl-attivitajiet transfruntiera tagħhom. Huwa importanti li dawn is-servizzi, inklużi ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, il-helpdesk għad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali, Europe Direct u n-Netwerk Enterprise Europe, jifformaw parti mill-portal diġitali uniku sabiex ikun żgurat li l-utenti potenzjali kollha jkunu jistgħu jsibuhom. Dawk li huma elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament kienu stabbiliti permezz ta' atti vinkolanti tal-Unjoni filwaqt li oħrajn joperaw fuq bażi volontarja. Is-servizzi preċedenti għandhom ikunu marbutin bi kriterji tal-kwalità stabbiliti f'dan ir-Regolament filwaqt li dawn tal-aħħar għandhom jagħżlu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kwalità jekk iridu li s-servizzi tagħhom ikunu magħmula aċċessibbli mill-portal.

(22)  Ġew stabbiliti diversi netwerks u servizzi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni sabiex jassistu liċ-ċittadini u lin-negozji fl-attivitajiet transfruntiera tagħhom. Huwa importanti li dawn is-servizzi, inklużi s-servizzi kollha ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi eżistenti stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, bħaċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, il-helpdesk għad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali, Europe Direct u n-Netwerk Enterprise Europe, jifformaw parti mill-portal diġitali uniku sabiex ikun żgurat li l-utenti potenzjali kollha jkunu jistgħu jsibuhom. Is-servizzi elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament kienu stabbiliti permezz ta' atti vinkolanti tal-Unjoni filwaqt li servizzi oħrajn joperaw fuq bażi volontarja. Iż-żewġ kategoriji ta' servizzi jenħtieġ li jkunu marbutin bi kriterji tal-kwalità stabbiliti f'dan ir-Regolament u magħmula aċċessibbli mill-portal. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn is-servizzi, l-arranġamenti ta' governanza tagħhom u l-bażi volontarja li joperaw fuqha jenħtieġ li ma jinbidlux b'dan ir-Regolament.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jiddeċiedu li jżidu servizzi oħrajn ta' assistenza nazzjonali jew ta' soluzzjoni ta' problemi pprovduti minn awtoritajiet kompetenti jew minn entitajiet privati jew semiprivati, taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament. Fil-prinċipju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli biex jgħinu liċ-ċittadini u lin-negozji fi kwalunkwe problema li jkollhom rigward ir-regoli applikabbli u l-proċeduri li ma jistgħux ikunu indirizzati għal kollox mis-servizzi online. Madankollu, f'oqsma speċjalizzati ħafna u fejn is-servizz ipprovdut minn korpi privati jew semiprivati jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti, l-Istati Membri jistgħu jipproponu lill-Kummissjoni biex tinkludi dawn is-servizzi fil-portal, diment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stipulati fir-Regolament u ma jidduplikawx is-servizzi ta' assistenza jew ta' soluzzjoni ta' problemi li jkunu diġà inklużi.

(23)  Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jiddeċiedu li jżidu servizzi oħrajn ta' assistenza nazzjonali jew ta' soluzzjoni tal-problemi pprovduti minn awtoritajiet kompetenti jew minn entitajiet privati jew semiprivati, jew korpi pubbliċi, bħal kmamar tal-kummerċ jew servizzi ta' assistenza mhux governattivi għaċ-ċittadini, taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament. Fil-prinċipju, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu responsabbli biex jgħinu liċ-ċittadini u lin-negozji fi kwalunkwe problema li jkollhom rigward ir-regoli applikabbli u l-proċeduri li ma jistgħux ikunu indirizzati għal kollox mis-servizzi online. Madankollu, f'oqsma speċjalizzati ħafna u fejn is-servizz ipprovdut minn korpi privati jew semiprivati jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti, l-Istati Membri jistgħu jipproponu lill-Kummissjoni biex tinkludi dawn is-servizzi fil-portal, diment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stipulati fir-Regolament u ma jidduplikawx is-servizzi ta' assistenza jew ta' soluzzjoni ta' problemi li jkunu diġà inklużi.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Biex jassisti lill-utenti jidentifikaw is-servizz xieraq, dan ir-Regolament għandu jipprovdi għodda li awtomatikament tiggwida lill-utenti lejn is-servizz it-tajjeb.

(24)  Biex jassisti lill-utenti jidentifikaw is-servizz xieraq, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi faċilità ta' tiftix u għodda għas-sejbien tas-servizzi li awtomatikament tiggwida lill-utenti lejn is-servizz it-tajjeb.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex tiżgura l-loġika interna u l-koerenza tat-test.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Il-konformità ma' lista minima ta' rekwiżiti tal-kwalità hija element essenzjali għas-suċċess tal-portal diġitali uniku sabiex ikun żgurat li l-għoti ta' informazzjoni jew servizzi huwa affidabbli inkella tiġi mminata l-kredibbiltà tal-portal inġenerali. L-aċċessibbiltà tal-informazzjoni għall-utenti transfruntiera tista' tittejjeb b'mod sostanzjali meta l-informazzjoni tkun disponibbli mhux biss fil-lingwa nazzjonali ta' Stat Membru iżda wkoll f'mill-inqas lingwa uffiċjali oħra tal-UE. It-traduzzjoni mil-lingwa jew mil-lingwi nazzjonali f'din il-lingwa uffiċjali l-oħra tal-Unjoni għandha tirrifletti perfettament il-kontenut tal-informazzjoni pprovduta fil-lingwa jew fil-lingwi nazzjonali.

(25)  Il-konformità ma' lista minima ta' rekwiżiti tal-kwalità hija element essenzjali għas-suċċess tal-portal diġitali uniku sabiex ikun żgurat li l-għoti ta' informazzjoni jew servizzi huwa affidabbli inkella tiġi mminata l-kredibbiltà tal-portal inġenerali. L-aċċessibbiltà tal-informazzjoni għall-utenti transfruntiera tista' tittejjeb b'mod sostanzjali meta l-informazzjoni tkun disponibbli mhux biss fil-lingwa jew lingwi nazzjonali jew uffiċjali ta' Stat Membru iżda wkoll f'mill-inqas lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni li tinftiehem mill-akbar numru possibbli ta'utenti f'attivitajiet transfruntiera. It-traduzzjoni mil-lingwa jew mil-lingwi uffiċjali jew nazzjonali ta' Stat Membru f'din il-lingwa uffiċjali l-oħra tal-Unjoni jenħtieġ li tirrifletti perfettament il-kontenut tal-informazzjoni pprovduta fil-lingwa jew fil-lingwi nazzjonali jew uffiċjali tal-Istat Membru. Il-grupp ta' koordinazzjoni jenħtieġ li jipprovdi wkoll rakkomandazzjoni lill-Istati Membri dwar il-lingwa jew lingwi l-oħra li jinftiehmu mill-akbar numru possibbli ta' utenti f'attivitajiet transfruntiera. L-attivitajiet transfruntiera jenħtieġ li jiġu ddefiniti bħala attivitajiet li fihom l-utent fl-aspetti kollha mhuwiex limitat għal Stat Membru uniku. Meta jipprovdu l-informazzjoni f'mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni li tkun addizzjonali għal-lingwa nazzjonali jew uffiċjali jew, fejn applikabbli, il-lingwi nazzjonali jew uffiċjali, l-Istati Membri jenħtieġ li wkoll iqisu l-possibilità li ċerta informazzjoni tista' tinkiseb b'mod aktar qawwi minn gruppi li jitkellmu lingwa speċifika bħall-utenti minn pajjiżi ġirien jew f'reġjuni transfruntiera.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Skont id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a("id-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà tas-Siti Elettroniċi"), l-Istati Membri huma meħtieġa jiżguraw li s-siti web tagħhom ikunu aċċessibbli skont il-prinċipji ta' perċezzjoni, operabbiltà, komprensibbiltà u robustezza u li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva. Filwaqt li d-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà tas-Siti Elettroniċi ma tapplikax għas-siti web u għall-applikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, għall-finijiet tal-interfaċċa komuni tal-utent, tas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi, tal-mekkaniżmi ta' feedback tal-utenti u ta' kwalunkwe paġna web tal-portal diġitali uniku li l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni huma responsabbli għalihom, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li dawn il-paġni web ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità b'mod ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva. B'mod partikolari, il-Kummissjoni hija mħeġġa tikkonforma ma' standards armonizzati rilevanti Ewropej, filwaqt li tipprovdi l-konformità mar-rekwiżiti ta' perċettibbiltà, komprensibbiltà, operabilità u robustezza. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 21 tagħha, u, sabiex iħeġġu l-aċċess għall-informazzjoni għal persuni b'diżabilità intellettwali, jenħtieġ li jiġu pprovduti kemm jista' jkun u b'mod proporzjonat alternattivi f'lingwaġġ li jinqara faċilment.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Is-servizzi online ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti huma kruċjali biex tiżdied il-kwalità tas-servizzi mogħtija liċ-ċittadini u lin-negozji. Fejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri, aktar ma jmur ma għadhomx jeħtieġu li ċ-ċittadini u n-negozji jipprovdu l-istess informazzjoni diversi drabi iżda minflok qegħdin jaħdmu lejn l-użu mill-ġdid tad-dejta, l-istess ħaġa għandha tkun iffaċilitata għall-utenti li jiffaċċjaw proċeduri fi Stati Membri oħrajn, biex jonqos il-piż addizzjonali.

(27)  Is-servizzi online ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti huma kruċjali biex tiżdied il-kwalità u s-sigurtà tas-servizzi mogħtija liċ-ċittadini u lin-negozji. Fejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri, aktar ma jmur ma għadhomx jeħtieġu li ċ-ċittadini u n-negozji jipprovdu l-istess informazzjoni diversi drabi iżda minflok qegħdin jaħdmu lejn l-użu mill-ġdid tad-dejta, l-istess ħaġa għandha tkun iffaċilitata għall-utenti li jiffaċċjaw proċeduri fi Stati Membri oħrajn, biex jonqos il-piż addizzjonali.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  Sabiex tippermetti l-iskambju transfruntier legali tal-evidenza u tal-informazzjoni permezz tal-applikazzjoni fl-Unjoni kollha tal-prinċipju ta' "darba biss", l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-prinċipju ta' "darba biss"għandhom ikunu f'konformità mar-regoli kollha rilevanti dwar il-protezzjoni, inklużi l-prinċipji ta' minimizzazzjoni tad-dejta, il-preċiżjoni, il-limitazzjoni tal-ħżin, l-integrità u l-kunfidenzjalità, in-neċessità, il-proporzjonalità u l-limitazzjoni tal-iskop tad-dejta, kif ukoll il-protezzjoni tad-dejta fid-disinn u b'mod awtomatiku. Jenħtieġ ukoll li dan jiġi implimentat f'konformità sħiħa mal-prinċipji tal-privatezza u s-sigurtà fid-disinn u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-individwi, inkluż sens ta' ġustizzja u trasparenza.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 27b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27b)  L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw li l-utenti tas-sistema teknika għall-iskambju ta' evidenza stabbilita skont ir-Regolament ("is-sistema teknika") jiġu pprovduti b'informazzjoni ċara dwar kif id-dejta personali relatata magħhom se tiġi pproċessata skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. L-utenti jenħtieġ li jkollhom id-dritt ukoll li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom fis-sistema teknika skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  B'konformità mal-prinċipju ta' "darba biss", sabiex ikompli jiġi ffaċilitat l-użu ta' proċeduri online, dan ir-Regolament għandu jipprovdi l-bażi għall-iskambju dirett ta' evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati minn Stati Membri differenti, fuq talba taċ-ċittadini u tan-negozji. Il-prinċipju ta' "darba biss" ifisser li ċ-ċittadini u n-negozji ma għandhomx għalfejn jipprovdu l-istess informazzjoni lill-awtoritajiet pubbliċi aktar minn darba għall-iskambju transfruntier ta' evidenza.

(28)  B'konformità mal-prinċipju ta' "darba biss" u mal-interess pubbliku skont il-punt (e) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, sabiex ikompli jiġi ffaċilitat l-użu ta' proċeduri online, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi l-bażi għall-istabbiliment ta' sistema teknika li tiffunzjona b'mod sħiħ, sikur u sigur għall-iskambju awtomatizzat ta' evidenza fuq talba espliċita u bil-kunsens taċ-ċittadini u n-negozji. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jipprovdix bażi għall-iskambju ta' evidenza jew għall-użu tas-sistema teknika għall-iskambju ta' evidenza għall-finijiet għajr dawk previsti fid-Direttivi 2005/36/KE, 2006/123/KE, 2014/24/UE u 2014/25/UE u fil-liġi applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali li tirregola l-proċeduri online elenkati fl-Anness II.

 

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)  Minħabba li ċ-ċittadini u n-negozji f'ħafna każijiet ma jkunux konxji li l-iskambju transfruntier ta' evidenza jista' jiġi attivat fuq talba, l-utent jenħtieġ li jkun infurmat b'mod adegwat dwar din l-għażla meta juża l-proċeduri online previsti fid-Direttivi 2005/36/KE, 2006/123/KE, 2014/24/UE u 2014/25/UE u l-proċeduri elenkati fl-Anness II. L-utent jenħtieġ li jkollu kontroll sħiħ fuq l-iskambju ta' evidenza, abbażi ta' talba speċifika li ssir personalment mill-utent lill-awtorità kompetenti għall-użu mill-ġdid tal-evidenza. It-talba jenħtieġ li titqies li hija espliċita jekk ikun fiha indikazzjoni speċifika, informata u mhux ambigwa u mogħtija b'mod ħieles, tax-xewqa tal-individwu li jiskambja l-informazzjoni rilevanti, jew permezz ta' dikjarazzjoni jew ta' azzjoni affermattiva ċara. Talba espliċita għall-iskambju ta' evidenza jenħtieġ li ma tkunx sempliċement implikata minn talba biex titwettaq proċedura speċifika (eż. biex tiġi rreġistrata vettura bil-mutur), lanqas minn talba ġenerali, bħal talba mill-utent bħal pereżempju talba biex jinkisbu d-dokumenti meħtieġa kollha mingħand l-awtoritajiet rilevanti kollha għal proċedura partikolari.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 28b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b)  Jenħtieġ li l-użu ta' sistema teknika jibqa' volontarju u l-utent jenħtieġ li jkun jista' wkoll jippreżenta evidenza b'mezzi oħra barra mis-sistema teknika stabbilita b'dan ir-Regolament. L-utent jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jara minn qabel l-evidenza u d-dritt li jikkontrolla jew jirtira t-talba espliċita għall-iskambju ta' evidenza fi kwalunkwe mument tal-proċedura. Tali rtirar jista' tipikament iseħħ f'każijiet fejn l-utent, wara li jara l-evidenza li se tkun skambjata, jiskopri li l-informazzjoni mhijiex preċiża, mhux aġġornata, jew tmur lil hinn minn dak li hu meħtieġ għall-proċedura li għaddejja. L-utent jenħtieġ li jkun jista' wkoll jikkontesta l-użu ħażin u li jipprevjeni użu sekondarju ta' dejta għal finijiet li ma jissodisfawx l-aspettattivi leġittimi tiegħu.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Sistema bħal din għandha tkun disponibbli minbarra sistemi oħrajn li jipprovdu mekkaniżmi għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, bħall-IMI jew l-[e-Services Card] u ma għandhiex taffettwa lil sistemi oħrajn, inkluż is-sistema prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, id-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist skont id-Direttiva (UE) 2014/24 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33, l-interkonnessjoni ta' reġistri nazzjonali, l-interkonnessjoni ta' reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji skont id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 u tar-reġistri tal-insolvenza taħt ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35.

(30)  Is-sistema teknika sigura li jenħtieġ li tiġi stabbilita sabiex tippermetti l-iskambju ta' evidenza skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tagħti wkoll lill-awtoritajiet kompetenti rikjedenti ċ-ċertezza min-naħa tal-awtoritajiet emittenti fir-rigward tal-awtentiċità u l-legalità tad-dokumenti provduti. L-awtorità emittenti jenħtieġ li tiżgura li d-dejta personali tkun aġġornata fejn meħtieġ u li d-dejta mhux preċiża jew skaduta ma tiġix ipproċessata aktar. Is-sistema teknika jenħtieġ li tkun disponibbli minbarra sistemi oħrajn li jipprovdu mekkaniżmi għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, bħall-IMI u jenħtieġ li ma taffettwax sistemi oħrajn, inkluż is-sistema prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, id-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist skont id-Direttiva (UE)  2014/24 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33, l-Iskambju Elettroniku ta' Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI), l-interkonnessjoni ta' reġistri nazzjonali, l-interkonnessjoni ta' reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji skont id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 u tar-reġistri tal-insolvenza taħt ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35.

__________________

__________________

33 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65–242).

33 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

34 Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11–19).

34 Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11–19).

35 Ir-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19–72).

35 Ir-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19–72).

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' sistema teknika li tippermetti l-iskambju ta' evidenza, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex din tipprovdi dettalji, b'mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' sistema għall-ipproċessar tat-talba tal-utent għall-iskambju ta' evidenza, għat-trasferiment ta' tali evidenza, u għall-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-integrità u l-kunfidenzjalità tat-trasferiment. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36.

(31)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' sistema teknika li tippermetti l-iskambju ta' evidenza, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex din tipprovdi dettalji, b'mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, organizzattivi u operattivi ta' sistema għall-ipproċessar tat-talba tal-utent għall-iskambju ta' evidenza, għat-trasferiment ta' tali evidenza, u għall-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-integrità u l-kunfidenzjalità tat-trasferiment inklużi l-miżuri meħtieġa biex jiġu żgurati l-interazzjoni tal-utent mas-sistema teknika u l-interazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36.

__________________

__________________

36 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13-18).

36 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13-18).

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a)  Bil-ħsieb li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà tas-sistema teknika fl-applikazzjoni transfruntiera tal-prinċipju ta' "darba biss", meta jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet ta' din is-sistema teknika, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mfassla mill-organizzazzjonijiet u l-entitajiet ta' standardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali, partikolarment il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT), bi qbil mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Ġustifikazzjoni

Referenza espliċita għar-Regolament 2016/679 (GRDP) u r-Regolament 45/2001 rigward l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar is-sigurtà.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Il-konformità mal-kriterji tal-kwalità għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi li għalihom huma responsabbli. Il-koordinaturi nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom jissorveljaw il-konformità mal-kriterji tal-kwalità fil-livell nazzjonali u Ewropew rispettivament, u jindirizzaw kwalunkwe problema li titfaċċa. Dan ir-Regolament għandu jagħti lill-Kummissjoni firxa wiesgħa ta' mezzi sabiex tindirizza kull deterjorament fil-kwalità tas-servizzi offruti mill-portal, skont is-serjetà u l-persistenza ta' dan id-deterjorament li tkun tinkludi l-involviment tal-grupp ta' koordinazzjoni tal-portal. Dan ma għandux jippreġudika r-responsabbiltà ġenerali tal-Kummissjoni rigward il-monitoraġġ tal-konformità ma' dan ir-Regolament.

(32)  Il-konformità mal-kriterji tal-kwalità jenħtieġ li tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi li għalihom huma responsabbli. Il-koordinaturi nazzjonali u l-Kummissjoni jenħtieġ li, f'intervalli regolari, jissorveljaw il-konformità mal-kriterji tal-kwalità u tas-sigurtà fil-livell nazzjonali u Ewropew rispettivament, u jindirizzaw kwalunkwe problema li titfaċċa. Il-koordinaturi nazzjonali jenħtieġ li barra minn hekk jissorveljaw u jimmonitorjaw il-funzjonament tas-sistema teknika li tippermetti skambju ta' evidenza transfruntier. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jagħti lill-Kummissjoni firxa wiesgħa ta' mezzi sabiex tindirizza kull deterjorament fil-kwalità tas-servizzi offruti mill-portal, skont is-serjetà u l-persistenza ta' dan id-deterjorament li tkun tinkludi l-involviment tal-grupp ta' koordinazzjoni tal-portal. Dan ma għandux jippreġudika r-responsabbiltà ġenerali tal-Kummissjoni rigward il-monitoraġġ tal-konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika wkoll sett ta' rekwiżiti ta' kwalità għall-interfaċċa komuni tal-utent. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-interfaċċa komuni tal-utent tkun konformi ma' dawk ir-rekwiżiti u b'mod partikolari jenħtieġ li tkun disponibbli u aċċessibbli online permezz ta' diversi mezzi, tkun faċli biex tfittex u tkun tuża informazzjoni ċara. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti jkunu konxji mill-interfaċċa komuni tal-utent, din jenħtieġ li tkun faċilment rikonoxxibbli fuq siti web u paġni web fil-livell kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda qed tipproponi soluzzjoni biex tottimizza l-għażliet tal-magna tat-tiftix tal-Portal Diġitali Uniku.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 33b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33b) Jenħtieġ li jkun possibbli għall-interfaċċa komuni tal-utent li tuża Mistoqsijiet Frekwenti bbażati fuq kwistjonijiet ewlenin tal-utenti appoġġati minn għodda ta' tiftix intelliġenti u online bħal formoli elettroniċi li jistgħu jgħinu biex jitnaqqas il-piż tat-tiftix fuq l-utenti u biex il-mistoqsijiet tagħhom jgħaddu għas-servizz l-aktar xieraq. Il-prattiki tal-Mistoqsijiet Frekwenti jnaqqsu wkoll in-numru ta' mistoqsijiet li jaqgħu barra mill-ambitu ta' servizz speċifiku u kienu partikolarment ta' suċċess biex jgħaddu l-mistoqsijiet bejn portali eżistenti tal-Unjoni.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 33c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33c)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-proċeduri tal-akkwist pubbliku għall-iżvilupp tal-applikazzjonijiet tal-IT u l-paġni web għall-applikazzjonijiet tal-IT li jappoġġaw il-portal jieħdu kont debitu tal-kriterji ta' innovazzjoni u l-bżonn ta' standards miftuħa li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u l-interoperabbiltà ta' dawn is-soluzzjonijiet tal-IT.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a)  L-isem li bih il-portal għandu jkun magħruf u rreklamat mal-pubbliku inġenerali jenħtieġ li jkun id-deżinjazzjoni Ingliża "Your Europe", li huwa l-istess isem tal-portal eżistenti. L-interfaċċa komuni tal-utenti jenħtieġ li tkun tista' tinstab b'mod prominenti u faċli, b'mod partikolari permezz ta' tiftix differenti tal-web u ta' siti web u paġni web nazzjonali u tal-Unjoni. Il-logo tal-portal fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jkun viżibbli fuq is-siti web kollha fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fuq is-siti web fil-livell nazzjonali konnessi mal-portal. Meta jeżistu faċilitajiet tat-tiftix fi ħdan paġni web u siti web nazzjonali, il-portal jenħtieġ li jkun aċċessibbli fl-għażliet ta' tiftix tal-paġni web u tas-siti web nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li l-utenti jgħaddu direttament mis-siti web tagħhom konnessi mal-portal għall-"portal diġitali uniku". L-informazzjoni u l-aċċess għall-organizzazzjonijiet rilevanti fil-livell nazzjonali jenħtieġ li jiġu pprovduti wkoll fis-servizzi individwali ta' paġni web jew ta' siti web fil-livell tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-faċilità tas-sejbien u l-viżibbiltà huma elementi importanti għas-suċċess tal-Portal Diġitali Uniku.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-kwalità tal-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi disponibbli mill-portal għandha tkun immonitorjata l-aktar permezz ta' għodda għall-feedback mill-utenti li se titlob lill-utenti jivvalutaw il-kopertura u l-kwalità tal-informazzjoni, il-proċedura jew is-servizz ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi li użaw. Dan il-feedback se jinġabar f'għodda komuni li għaliha l-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-koordinaturi nazzjonali għandu jkollhom aċċess. Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament b'konnessjoni mal-funzjonalitajiet ta' din l-għodda għall-feedback mill-utenti u l-modi relatati mal-ġbir u l-kondiviżjoni tal-feedback tal-utenti. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(37)  Il-kwalità tal-portal diġitali uniku tiddependi fuq il-kwalità tas-servizzi tal-Unjoni u nazzjonali pprovduti permezz tal-portal. Esperjenzi ħżiena bl-informazzjoni u bis-servizzi online fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali jistgħu jiġġeneraw perċezzjoni negattiva tal-portal. Għalhekk, il-kwalità tal-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi disponibbli mill-portal jenħtieġ li tkun immonitorjata b'mod regolari l-aktar permezz ta' għodda għall-feedback mill-utenti flimkien ma' possibbiltà ta' risposta f'test liberu li se titlob lill-utenti jivvalutaw il-kopertura u l-kwalità tal-informazzjoni, il-proċedura jew is-servizz ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi li użaw. Dan il-feedback se jinġabar f'għodda komuni li għaliha l-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-koordinaturi nazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess. Sabiex tikber il-fiduċja u tkun żgurata t-trasparenza għall-utenti, il-feedback jenħtieġ li jkun aggregat u disponibbli pubblikament b'mod anonimu bħala dejta miftuħa fuq is-sit web tal-Kummissjoni kif ukoll fuq il-portal innifsu fil-forma ta' rapporti sommarji. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament b'konnessjoni mal-funzjonalitajiet ta' din l-għodda għall-feedback mill-utenti u l-modi relatati mal-ġbir, il-kondiviżjoni u l-pubblikazzjoni tal-feedback tal-utenti. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Meta l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jinvolvu l-ipproċessar ta' dejta personali, dawn għandhom jitwettqu skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, b'mod partikolari [id-Direttiva 95/46/KE38] [ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39] u [ir-Regolament il-ġdid li jissostitwixxi (KE) Nru 45/2001] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(40)  Meta l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jinvolvu l-ipproċessar ta' dejta personali, dak l-ipproċessar jenħtieġ li jitwettaq skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. B'mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38, ir-Regolament (UE) 2016/67939 u d-Direttiva (UE2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39a, jenħtieġ li japplikaw fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

__________________

__________________

38 Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31-50).

38 Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31-50).

39 Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

39 Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

 

39a Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p.  89).

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a)  L-istruttura tas-sistema jenħtieġ li tiżgura d-dejta tal-utent kontra hacking u attakki ċibernetiċi.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jiżgura li l-utenti li joperaw fi Stati Membri oħrajn ikollhom aċċess online għal informazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali komprensiva, affidabbli u li tinftiehem dwar id-drittijiet, ir-regoli u l-obbligi, għal proċeduri online li huma għal kollox tranżazzjonali bejn il-fruntieri u għal servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi. Peress li dan ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-principju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(41)  L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jiżgura li l-utenti li joperaw fi Stati Membri oħrajn ikollhom aċċess online għal informazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali komprensiva, affidabbli, aċċessibbli u li tinftiehem dwar id-drittijiet, ir-regoli u l-obbligi, għal proċeduri online li huma għal kollox tranżazzjonali bejn il-fruntieri u għal servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi. Peress li dan ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-principju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

Ġustifikazzjoni

Riflessjonijiet aħjar tal-istat attwali ta' komunikazzjoni minn persuni b'diżabilità.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Sabiex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżviluppaw u jimplimentaw l-għodod meħtieġa għall-finijiet ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu japplikaw minn sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ.

(42)  Sabiex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżviluppaw u jimplimentaw l-għodod meħtieġa għall-finijiet ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu japplikaw minn sentejn wara d-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ. Dispożizzjonijiet oħra li jistgħu jiġu segwiti aktar faċilment jenħtieġ li japplikaw minn... [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jistabbilixxi r-regoli għall-istabbiliment u l-operat ta' portal diġitali uniku li jipprovdi liċ-ċittadini u lin-negozju aċċess faċli għal informazzjoni ta' kwalità għolja u komprensiva, servizzi effettivi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u proċeduri effiċjenti rigward ir-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali applikabbli għaċ-ċittadini u għan-negozji li jeżerċitaw jew għandhom il-ħsieb li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom mogħtija mid-dritt tal-Unjoni fil-qasam tas-suq intern, skont it-tifsira tal-Artikolu 26(2) TFUE;

(a)  jistabbilixxi r-regoli għall-istabbiliment u l-operat ta' portal diġitali uniku li jipprovdi liċ-ċittadini u lin-negozju aċċess faċli għal informazzjoni preċiża, aġġornata, tinftiehem faċilment, ta' kwalità għolja u komprensiva, servizzi effettivi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u proċeduri effiċjenti rigward ir-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali applikabbli għaċ-ċittadini u għan-negozji li jeżerċitaw jew għandhom il-ħsieb li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom mogħtija mil-liġi tal-Unjoni fil-qasam tas-suq intern, skont it-tifsira tal-Artikolu 26(2) TFUE;

Ġustifikazzjoni

Sabiex il-Portal Diġitali Uniku jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti, għandhom jiġu stabbiliti standards dwar il-kwalità tal-informazzjoni. Informazzjoni preċiża u aġġornata ġiet identifikata miċ-ċittadini u n-negozji bħala waħda mill-aktar karatteristiċi importanti ta’ punt ta’ kuntatt uniku fl-istudju "Punt ta’ Kuntatt Uniku Ewropew" (2013) li tħejja għad-Dipartiment Tematiku tal-Parlament Ewropew għall-Politiki A. F'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-awturi, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun faċli biex tinftiehem sabiex għadd massimu ta' utenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-informazzjoni u mis-servizzi previsti f'dan ir-Regolament.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiffaċilita l-użu ta' proċeduri minn utenti minn Stati Membri oħrajn u jappoġġja l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' "darba biss";

(b)  jiffaċilita l-użu ta' proċeduri online, inkluż minn utenti minn Stati Membri oħrajn u jiffaċilita l-iskambju tal-evidenza għall-proċeduri elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament u l-proċeduri previsti fid-Direttivi 2005/36/KE, 2006/123/KE, 2014/24/UE u 2014/25/UE, permezz tal-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' "darba biss";

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat li dan ir-Regolament ma jipprovdix bażi legali għall-prinċipju ta' darba biss minħabba li dan għandu jsir fi proposta separata li tistabbilixxi bażi legali ċara li tista' tintuża biex jiġi estiż il-prinċipju ta' darba biss f’setturi li mhumiex inklużi f'din il-proposta. L-istrument legali separata huwa meħtieġa wkoll biex jindirizza l-kwistjonijiet potenzjali relatati mal-protezzjoni tad-dejta u responsabbiltà li tqum b'dan il-prinċipju. Minflok, ir-Regolament se jiffaċilita l-iskambju ta'evidenza għal ċerti proċeduri online permezz ta' strument speċifiku fl-Artikolu 12, għalhekk se jiffaċilita l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' "darba biss".

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Meta d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikollhom kunflitt ma' dispożizzjoni ta' att ieħor tal-Unjoni li jirregola aspetti speċifiċi tal-materja tas-suġġett kopert b'dan ir-Regolament, id-dispożizzjoni ta' dak l-att l-ieħor tal-Unjoni għandha tipprevali.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa s-sustanza, jew id-drittijiet mogħtija permezz ta' kwalunkwe proċedura stipulata fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali fi kwalunkwe qasam kopert b'dan ir-Regolament.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu portal diġitali uniku ("il-portal") skont dan ir-Regolament. Il-portal għandu jikkonsisti minn interfaċċa komuni tal-utent integrata f'portal uniku ġestit mill-Kummissjoni u għandu jkun konness mas-siti web nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti.

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu portal diġitali uniku ("il-portal") skont dan ir-Regolament. Il-portal għandu jikkonsisti minn interfaċċa komuni tal-utent integrata fil-portal uniku "Your Europe" ġestit mill-Kummissjoni. Il-portal għandu jipprovdi aċċess u links għas-siti web u l-paġni web nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  informazzjoni dwar proċeduri stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali u links għalihom sabiex wieħed jeżerċita dawk id-drittijiet u jkun konformi ma' dawk l-obbligi u r-regoli;

(b)  informazzjoni dwar proċeduri stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali u links għalihom sabiex l-utenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jikkonformaw ma' dawk l-obbligi u r-regoli fil-qasam tas-suq intern;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 biex temenda l-Anness I billi taġġorna l-informazzjoni f'kategoriji ta' informazzjoni eżistenti u biex temenda l-Anness III billi żżid aktar is-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi sabiex tqis l-iżviluppi ġodda fir-rigward tal-aċċess għad-drittijiet, l-obbligi u r-regoli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "awtorità kompetenti" tfisser kwalunkwe korp jew awtorità ta' Stat Membru stabbilita kemm f'livell nazzjonali, reġjonali jew lokali b'responsabbiltajiet speċifiċi relatati mal-informazzjoni, mal-proċeduri, mas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi koperti minn dan ir-Regolament;

(3)  "awtorità kompetenti" tfisser kwalunkwe korp jew awtorità ta' Stat Membru stabbiliti kemm f'livell nazzjonali, reġjonali jew lokali b'responsabbiltajiet speċifiċi relatati mal-informazzjoni, mal-proċeduri, mas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi koperti minn dan ir-Regolament jew min kwalunkwe persuna jew korp li fihom? l-Istat Membru qiegħed tali kompetenza;

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "evidenza" tfisser kwalunkwe dokument jew dejta, inkluża reġistrazzjoni ta' test jew ta' ħoss, viżiva jew awdjoviżiva, irrispettivament mill-mezz użat, maħruġa minn awtorità kompetenti sabiex turi fatti jew konformità ma' rekwiżiti għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 2(2)(b).

(4)  "evidenza" tfisser kwalunkwe dokument jew dejta, inkluża reġistrazzjoni ta' test jew ta' ħoss, viżiva jew awdjoviżiva, irrispettivament mill-mezz użat, rikjesti minn awtorità kompetenti sabiex turi fatti jew konformità ma' rekwiżiti għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 2(2)(b).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex tiżgura l-loġika interna u l-koerenza tat-test.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jkollhom aċċess faċli u online għal dawn li ġejjin fuq il-paġni web nazzjonali tagħhom:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jkollhom aċċess faċli u online għal dawn li ġejjin fuq il-paġni web u s-siti web tagħhom:

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Barra minn hekk dawk il-paġni web jew siti web għandhom jinkludu link għall-interfaċċa komuni tal-utent imsemmija fl-Artikolu 2(1).

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-utenti jkollhom aċċess online għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u 4(2) permezz tal-interfaċċa komuni tal-utent u l-faċilitajiet integrati tal-magna tat-tiftix interna.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex tiżgura li l-Kummissjoni tkun responsabbli biex tipprovdi l-aċċess għall-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi msemmija fl-Artikolu 4(1) u 4(2) permezz tal-portal diġitali uniku.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali apparti minn dik speċifikata fl-Anness I u l-Anness II.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aċċess għal proċeduri

Aċċess online għal proċeduri

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 5 ikopri biss il-proċeduri li l-Istati Membri huma obbligati jipprovdu kompletament online.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn proċedura, imsemmija fl-Artikolu 2(2)(b), stabbilita fil-livell nazzjonali, tista' tkun aċċessata u mwettqa online mill-utenti ta' dak l-Istat Membru, din tista' tkun aċċessata u mwettqa wkoll mill-utenti ta' Stati Membri oħrajn b'mod nondiskriminatorju.

imħassar

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jistgħu jwettqu l-proċeduri elenkati fl-Anness II kompletament online.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jistgħu jaċċessaw u jwettqu kompletament online il-proċeduri elenkati fl-Anness II, minbarra meta dawn il-proċeduri ma jkunux jeżistu fl-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-proċeduri, imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jitqiesu bħala kompletament online meta l-identifikazzjoni, l-għoti ta' informazzjoni, l-evidenza ta' appoġġ, il-firma u s-sottomissjoni finali jistgħu jsiru b'mod elettroniku mill-bogħod u permezz ta' kanal ta' komunikazzjoni uniku u jekk l-output tal-proċedura wkoll jiġi kkonsenjat b'mod elettroniku.

3.  Il-proċeduri, imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jitqiesu bħala kompletament online meta l-identifikazzjoni, l-għoti ta' informazzjoni u l-evidenza, il-firma u s-sottomissjoni finali jistgħu jsiru b'mod elettroniku mill-bogħod u permezz ta' kanal ta' komunikazzjoni, li jippermetti li l-utenti jissodisfaw ir-rekwiżiti relatati mal-proċedura b'mod strutturat u meta l-output tal-proċedura wkoll jiġi kkonsenjat b'mod elettroniku jew fiżiku, fejn mitlub mill-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali u fejn l-utenti jkunu provduti b'notifka elettronika tal-ikkompletar tal-proċedura, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri li jistabbilixxu kuntatt dirett maċ-ċittadini u n-negozji.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta l-objettiv imfittex minn proċedura partikolari, imsemmija fil-paragrafu 2, ma jistax jinkiseb mingħajr ma l-utent jiġi mitlub jidher personalment quddiem l-awtorità kompetenti f'xi stadju jew ieħor tal-proċedura, l-Istati Membri għandhom jillimitaw din il-preżenza fiżika għal dak li huwa strettament meħtieġ u oġġettivament iġġustifikat u għandhom jiżguraw li passi oħra tal-proċedura jistgħu jitwettqu kompletament online. Huma għandhom jinnotifikaw eċċezzjonijiet bħal dawn lill-Kummissjoni.

4.  Meta, f'kazijiet eċċezzjonali ġustifikati tas-sigurtà ġenerali, is-saħħa pubblika u l-ġlieda kontra l-frodi, l-objettiv imfittex ma jistax jinkiseb kompletament online, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-utent jiġi mitlub jidher personalment quddiem l-awtorità kompetenti bħala pass fil-proċedura. F'dawk il-każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri għandhom jillimitaw il-preżenza fiżika għal dak li hu strettament meħtieġ u oġġettivament ġustifikat u għandhom jiżguraw li passi oħra tal-proċedura jistgħu jitwettqu kompletament online. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li r-rekwiżiti tal-preżenza fiżika ma jirriżultawx f'diskriminazzjoni kontra utenti transfruntiera. Huma għandhom jinnotifikaw eċċezzjonijiet bħal dawn lill-Kummissjoni u lill-grupp ta' koordinazzjoni tal-portal diġitali uniku u jiġġustifikawhom kif xieraq.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa s-sustanza tad-drittijiet mogħtija permezz ta' kwalunkwe proċedura stipulata fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali fi kwalunkwe qasam irregolat minn dan ir-Regolament.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jivverifikaw l-awtentiċità u l-legalità ta' kull dokument li jiġi ppreżentat bħala evidenza. L-evidenza dokumentarja skambjati permezz tas-sistema teknika msemmija fl-Artikolu 12 għandha, għall-iskopijiet tal-awtorità riċeventi, tkun meqjusa li ġiet ivverifikata.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jżomm lill-Istati Membri milli joffru lill-utenti l-possibbiltà addizzjonali li jaċċessaw u jwettqu l-proċeduri kif imsemmija fl-Artikolu 2(2)(b) b'mezzi oħrajn minbarra kanal online.

6.  Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jżomm lill-Istati Membri milli joffru lill-utenti l-possibbiltà li jaċċessaw u jwettqu l-proċeduri kif imsemmija fl-Artikolu 2(2)(b) b'mezzi oħrajn minbarra kanal online.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex tiżgura l-loġika interna u l-koerenza tat-test.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-utenti jkollhom aċċess faċli u online għas-servizzi ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi msemmija fl-Artikolu 2(2)(c).

1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-utenti jkollhom aċċess faċli, nondiskriminatorju u online għas-servizzi ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi msemmija fl-Artikolu 2(2)(c).

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-servizz huwa offrut bla ħlas jew bi prezz li l-mikrointrapriżi jew iċ-ċittadini jifilħu jħallsu;

(b)  is-servizz huwa offrut bla ħlas jew bi prezz li d-destinatarji intenzjonati, bħall-intrapriżi mikro, żgħar u medji, l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ jew iċ-ċittadini jifilħu jħallsu;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  is-servizz jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 9 u 13.

(c)  is-servizz jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità stipulati fl-Artikoli 6a, 9 u 13.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex tiżgura l-loġika interna u l-koerenza tat-test.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta l-koordinatur nazzjonali jkun ippropona l-inklużjoni ta' link skont il-paragrafu 3 u jipprovdi din il-link skont l-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet f'dak il-paragrafu humiex issodisfati, u jekk iva, għandha tattiva l-link.

4.  Meta l-koordinatur nazzjonali jkun ippropona l-inklużjoni ta' link skont il-paragrafu 3 u jipprovdi din il-link skont l-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet f'dak il-paragrafu humiex issodisfati, u jekk iva, tattiva l-link.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Rekwiżiti ta' kwalità relatati mal-aċċessibbiltà għall-web

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mad-Direttiva 2016/2102 dwar siti web u paġni web li permezz tagħhom jingħata aċċess għal:

 

(a) l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1);

 

(b) il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 5; jew

 

(c) is-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi msemmija fl-Artikolu 6.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel aktar aċċessibbbli s-siti web u l-paġni web li permezz tagħhom hija tagħti aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) u għas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi msemmija fl-Artikolu 6 fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2016/2102.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li fejn, skont l-Artikolu 4 huma responsabbli biex jiżguraw l-aċċess għal informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a) dik l-informazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li fejn, skont l-Artikolu 4, huma responsabbli biex jiżguraw l-aċċess għal informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a) dik l-informazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  hi ċċentrata madwar l-utent jiġifieri l-informazzjoni tkun provduta filwaqt li jitqiesu debitament il-mezzi effiċjenti, faċli u b'mod li l-utent jista' jużahom li permezz tagħhom l-utenti jistgħu jsibu l-informazzjoni kollha rilevanti;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tinkludi l-isem tal-entità responsabbli mill-kontenut tal-informazzjoni;

(c)  tinkludi l-isem tal-awtorità jew tal-entità responsabbli mill-kontenut tal-informazzjoni;

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  tinkludi l-isem tal-awtorità jew tal-entità responsabbli għall-proċeduri u għat-twettiq tal-proċeduri;

Ġustifikazzjoni

Għandha wkoll tissemma l-informazzjoni dwar l-awtorità jew l-entità responsabbli għall-proċeduri.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tinkludi d-dettalji u links ta' kuntatt għal kwalunkwe servizz ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi;

(d)  tinkludi d-dettalji, inkluż tal-inqas numru tat-telefon, indirizz tal-email u possibbilment appoġġati minn mezzi oħra ta' komunikazzjoni elettronika, u links ta' kuntatt għal kwalunkwe servizz ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-informazzjoni f'mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni minbarra fil-lingwa jew fil-lingwi nazzjonali, fejn japplika.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni f'mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni li tkun b'mod ġenerali mifhuma mill-akbar numru possibbli ta' utenti minbarra fil-lingwa nazzjonali jew uffiċjali jew, fejn japplika fil-lingwi nazzjonali jew uffiċjali tal-Istat Membru tagħhom. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar l-użu tal-lingwi.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet ta' konformità mal-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-utenti jkollhom aċċess għal spjegazzjoni ċara u faċli għall-utent tal-elementi tal-proċeduri li ġejjin, imsemmija fl-Artikolu 2(2)(b), qabel ma jkollhom jidentifikaw lilhom infushom qabel it-tnedija tal-proċedura:

1.  Għall-finijiet ta' konformità mal-Artikolu 4, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-utenti jkollhom aċċess għal spjegazzjoni ċara, konċiża, preċiża, aċċessibbli u faċli għall-utent tal-elementi tal-proċeduri li ġejjin, imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2). Dan l-aċċess għandu jkun disponibbli, fejn rilevanti, qabel ma l-utent ikun awtentika u identifika lilu nnifsu, jew qabel it-tnedija tal-proċedura:

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-diversi stadji tal-proċedura;

(a)  id-diversi passi u stadji meħtieġa biex wieħed jinnaviga tul il-proċedura kollha;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-awtoritajiet kompetenti involuti u l-organizzazzjoni bir-responsabbiltà prinċipali għall-proċedura, inklużi d-dettalji tal-kuntatt tagħha fil-każ ta' lmenti;

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  stima taż-żmien meħtieġ biex titlesta l-proċedura u kwalunkwe skadenza applikabbli;

(f)  kwalunkwe skadenza li għandha tiġi osservata mill-utent jew mill-awtorità kompetenti, u l-istima taż-żmien li l-awtorità kompetenti teħtieġ biex tlesti l-proċedura;

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  fil-każ ta' nuqqas ta' tweġiba mill-awtorità kompetenti, kwalunkwe regola jew il-konsegwenza ta' dan għall-utenti;

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-lingwa jew, fejn applikabbli, il-lingwi li fihom tista' titwettaq il-proċedura.

(g)  kwalunkwe lingwa oħra li fiha tista' titwettaq il-proċedura.

Ġustifikazzjoni

Emenda editorjali biex tiċċara t-test li l-proċeduri msemmija hawnhekk xorta se jiġu pprovduti b'tal-inqas lingwa waħda.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  kwalunkwe eċċezzjoni għall-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu l-proċeduri skont l-Artikolu 5 kompletament online, u kull eċċezzjoni tkun supplementata bi spjegazzjoni raġonevoli dwar kif dawn ir-restrizzjonijiet jissodisfaw il-kriterji ta' neċessità assoluta jew ta' ġustifikazzjoni oġġettiva.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-ispjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun diġà disponibbli għall-utenti nazzjonali, tista' terġa' tintuża għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, diment li tkun tinkludi informazzjoni relatata mas-sitwazzjoni ta' utenti barranin, fejn applikabbli.

2.  Meta l-ispjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun diġà disponibbli għall-utenti fi Stat Membru, tista' terġa' tintuża għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, diment li tkun tinkludi informazzjoni relatata mas-sitwazzjoni ta' utenti transfruntiera, fejn applikabbli.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-ispjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni minbarra fil-lingwa jew fil-lingwi nazzjonali, fejn applikabbli.

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-ispjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni li tkun tinftiehem b'mod ġenerali mill-akbar numru possibbli ta' utenti minbarra fil-lingwa nazzjonali jew uffiċjali jew, fejn applikabbli, fil-lingwi nazzjonali jew uffiċjali tal-Istat Membru tagħhom. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar l-użu tal-lingwi.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet ta' konformità mal-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-utenti jkollhom aċċess għal spjegazzjoni ċara u faċli għall-utent ta' dan li ġej qabel ma jressqu talba għal servizz kif imsemmi fl-Artikolu 2(2)(c):

1.  Għall-finijiet ta' konformità mal-Artikolu 4, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-utenti jkollhom aċċess għal spjegazzjoni ċara u faċli għall-utent ta' dan li ġej qabel ma jressqu talba għal servizz kif imsemmi fl-Artikolu 2(2)(c):

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-entitajiet responsabbli għas-servizz;

(b)  l-isem u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż mill-inqas numru tat-telefon u indirizz tal-email, possibbilment appoġġati minn mezzi oħra ta' komunikazzjoni elettronika tal-entitajiet responsabbli għas-servizz;

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-istima taż-żmien meħtieġa biex jitwassal is-servizz jew medja tal-ħin ta' rispons;

(d)  kwalunkwe skadenza li għandha tiġi osservata mill-utent jew mill-entitajiet responsabbli għas-servizz, u stima taż-żmien li fih l-entitajiet rilevanti responsabbli jeħtieġ li jlestu l-proċedura;

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-lingwa, jew fejn japplika, il-lingwi li fihom tista' ssir it-talba u li jistgħu jintużaw f'kuntatti sussegwenti.

(e)  kwalunkwe lingwa oħra li fiha tista' ssir it-talba u li tista' tintuża f'kuntatti sussegwenti.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-ispjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni minbarra fil-lingwa jew fil-lingwi nazzjonali, fejn applikabbli.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-ispjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni li tkun tinftiehem b'mod ġenerali mill-akbar numru possibbli ta' utenti minbarra fil-lingwa nazzjonali jew uffiċjali jew, fejn applikabbli, fil-lingwi nazzjonali jew uffiċjali tal-Istat Membru tagħhom. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar l-użu tal-lingwi.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li ġejjin jiġu ssodisfati fir-rigward tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 5(1) li għalihom huma responsabbli:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li ġejjin jiġu ssodisfati fir-rigward tal-proċeduri msemmija fl-Artikoli 5u 11 li għalihom huma responsabbli:

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-iskadenzi applikabbli, l-utenti jiġu informati minn qabel dwar ir-raġunijiet u għandha tingħata skadenza ġdida.

(b)  f'każ ta' dewmien jew nuqqas ta' konformità mal-iskadenzi applikabbli, l-utenti jiġu informati minn qabel dwar ir-raġunijiet u dwar kwalunkwe konsegwenza li dan jista' jkollu biex jintlaħqu l-iskadenzi applikabbli, inkluż impenn għal skadenza ġdida meta l-iskadenza attwali li jkun sar impenn għaliha ma tintlaħaqx.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aċċess transfruntier għal proċeduri online

Aċċess transfruntier online għal proċeduri

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn proċedura, imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2) u stabbilita fil-livell nazzjonali minn entitajiet Statali ċentrali jew li ssir disponibbli b'mod uniformi għall-awtoritajiet subċentrali kollha, tista' tkun aċċessata u mwettqa online mill-utenti ta' dak l-Istat Membru, din tista' tkun aċċessata u mwettqa online wkoll mill-utenti ta' Stati Membri oħrajn b'mod nondiskriminatorju.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li fejn il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 5(1) ikunu offruti online, tal-inqas il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn il-proċeduri msemmija fil-paragrafu-1 ta' dan l-Artikolu jkunu offruti online, tal-inqas il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-utenti jistgħu jaċċessaw u jirċievu struzzjonijiet biex iwettqu l-proċedura f'mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni, minbarra fil-lingwa nazzjonali jew fil-lingwi nazzjonali, fejn applikabbli;

(a)  l-utenti jistgħu jaċċessaw u jirċievu struzzjonijiet biex iwettqu l-proċedura skont l-Artikoli 8(2) u (3) f'mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni mifhuma b'mod ġenerali mill-akbar numru possibbli tal-utenti, minbarra fil-lingwa nazzjonali jew, fejn applikabbli, fil-lingwi nazzjonali jew uffiċjali jew fil-lingwi tal-Istat Membru kkonċernat;

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-utenti jistgħu jidentifikaw lilhom infushom, jiffirmaw u jawtentifikaw id-dokumenti billi jużaw mezzi ta' identifikazzjoni u awtentifikazzjoni elettronika, kif previst skont ir-Regolament (UE) 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn huma meħtieġa l-identifikazzjoni u l-firma;

(c)  l-utenti jistgħu jidentifikaw u jawtentikaw lilhom infushom, jiffirmaw u jawtentifikaw id-dokumenti billi jużaw mezzi ta' identifikazzjoni u awtentifikazzjoni elettronika, kif previst skont ir-Regolament (UE) 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn huma meħtieġa l-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u l-firma u fejn dan huwa possibbli anki għall-utenti nazzjonali stabbiliti f'dak l-Istat Membru;

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-utenti jistgħu jipprovdu evidenza ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli f'format elettroniku;

(d)  l-utenti jkunu jistgħu jirċievu u jipprovdu evidenza ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli f'format elettroniku fil-każijiet kollha fejn dan huwa possibbli anki għall-utenti nazzjonali u skont il-proċeduri u r-rekwiżiti nazzjonali;

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  fejn it-twettiq ta' proċedura jeħtieġ pagament, l-utenti jistgħu jħallsu kwalunkwe miżata online permezz ta' servizzi ta' pagamenti transkonfinali, inkluż, mill-inqas, trasferimenti tal-kreditu jew tad-debiti diretti kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(e)  fejn it-twettiq ta' proċedura jeħtieġ pagament, l-utenti jistgħu jħallsu kwalunkwe miżata online permezz ta' servizzi ta' pagamenti transfruntieri, inkluż, mill-inqas, trasferimenti tal-kreditu jew tad-debiti diretti kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40 u skont ir-Regolament (UE) Nru xxx dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku inġustifikat u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern.

_________________

_________________

40 Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22–37).

40 Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22–37).

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-awtoritajiet kompetenti jaċċettaw kopji diġitali ta' evidenza ta' identità li mhijiex elettronika bħal karti tal-identità jew passaporti għall-utenti nazzjonali, huma għandhom jaċċettaw dawn il-kopji diġitali għall-utenti minn Stati Membri oħrajn.

2.  Meta l-proċedura ma tkunx tirrikjedi l-identifikazzjoni jew l-awtentikazzjoni elettronika msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u meta l-awtoritajiet kompetenti jaċċettaw kopji diġitali ta' evidenza ta' identità li mhijiex elettronika bħal karti tal-identità jew passaporti għall-utenti nazzjonali, huma għandhom jaċċettaw dawn il-kopji diġitali għall-utenti minn Stati Membri oħrajn.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn meħtieġ sabiex jivverifikaw l-awtentiċità tal-evidenza ppreżentata lilhom f'format elettroniku mill-utent għall-fini ta' proċedura online.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn meħtieġ sabiex jivverifikaw l-awtentiċità tal-evidenza ppreżentata lilhom f'format elettroniku mill-utent għall-fini ta' proċedura online msemmija f'dan l-Artikolu.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skambju transfruntier ta' evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti

Sistema teknika għall-iskambju elettroniku transfruntier ta' evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet ta' skambju ta' evidenza għall-proċeduri online elenkati fl-Anness II u l-proċeduri previsti fid-Direttivi 2005/36/KE, 2006/123/KE, 2014/24/UE u 2014/25/UE il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi sistema teknika għall-iskambju elettroniku ta' evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti (“is-sistema teknika”).

1.  Għall-finijiet limitati għall-iskambju ta' evidenza għall-proċeduri online elenkati fl-Anness II u l-proċeduri previsti fid-Direttivi 2005/36/KE, 2006/123/KE, 2014/24/UE u 2014/25/UE il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi sistema teknika sikura u sigura ("is-sistema teknika") għall-iskambju elettroniku ta' evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti

Ġustifikazzjoni

Premessa ġdida proposta minn Verts flimkien mar-rapporterurs AM 10: L-applikazzjoni ta' dan ir-regolament u l-prinċipju ta' "darba biss", għandhom ikunu konformi mar-regoli kollha applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta, inklużi l-prinċipji ta' ġustizzja, it-trasparenza, il-minimizzazzjoni tad-dejta, il-preċiżjoni, il-limitazzjoni tal-ħżin, l-integrità u l-kunfidenzjalità, in-neċessità, il-proporzjonalità u l-limitazzjoni tal-iskop, kif ukoll il-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b'mod awtomatiku.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  għandha tippermetti biss l-ipproċessar fuq talba espliċita tal-utent kif imsemmi fil-paragrafu 4;

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  għandha tiżgura li l-utent għandu l-possibbiltà li jara minn qabel l-evidenza li se tiġi skambjata.

(e)  għandha tagħti lill-utent il-possibbiltà li jara minn qabel l-evidenza li se tiġi skambjata qabel ma dan isir aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti li jitolbu l-evidenza, mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679;

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  għandha tippermetti lill-utent jimmonitorja l-iskambju ta' evidenza fl-istadji differenti tat-trasferiment ipproċessat;

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  għandha tiżgura livell għoli ta' interoperabbiltà ma' sistemi nazzjonali differenti u sistemi rilevanti oħrajn;

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec)  m'għandha taħżen jew tipproċessa ebda dejta fuq l-evidenza skambjata lil hinn minn dak li hu teknikament u strettament meħtieġ għall-iskambju tal-evidenza, u biss għat-tul ta' żmien meħtieġ għal dak il-għan.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-proċeduri online imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitolbu evidenza direttament mingħand l-awtoritajiet kompetenti li joħorġu l-evidenza fi Stati Membri oħrajn, fuq talba espliċita tal-utent, permezz tas-sistema teknika. Soġġett għall-paragrafu 2(d), l-awtoritajiet emittenti għandhom jagħmlu din l-evidenza disponibbli permezz tal-istess sistema.

4.  L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-proċeduri online imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitolbu evidenza direttament mingħand l-awtoritajiet kompetenti li joħorġu l-evidenza fi Stati Membri oħrajn, fuq talba espliċita, mogħtija b'mod ħieles, speċifika, informata u mhux ambigwa tal-utent ikkonċernat, permezz tas-sistema teknika. Soġġett għall-paragrafu 2, l-awtoritajiet emittenti għandhom jagħmlu din l-evidenza disponibbli permezz tal-istess sistema wara li l-utent ikollu l-possibbiltà li jara minn qabel l-evidenza li se tiġi skambjata u jekk it-talba ma tkunx ġiet irtirata.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-proċeduri online msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-utenti jkollhom il-possibbiltà li jressqu jew jirtiraw talba espliċita jew li jippreżentaw jew jirtiraw evidenza b'mezzi oħrajn għajr is-sistema teknika. L-utenti għandu jkollhom il-possibbiltà li jirtiraw it-talba fi kwalunkwe punt tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għal dan l-irtirar ma għandhomx ikunu aktar stretti minn dawk li japplikaw biex isiru talbiet bħal dawn. L-użu tas-sistema teknika m'għandux ikun obbligatorju u l-utenti għandhom ikunu wkoll jistgħu jagħmlu talbiet direttament permezz ta' mezzi oħra minbarra mis-sistema teknika. L-utenti għandhom ukoll ikunu jistgħu jippreżentaw l-evidenza minbarra mis-sistema teknika direttament lill-awtorità kompetenti kkonċernata.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-iskambju awtomatizzat u transfruntier ta' dejta għandu jkun possibbli mingħajr ebda talba espliċita tal-utent imsemmija fil-paragrafu 4 fejn skambju transfruntier awtomatizzat ikun permess skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali u fejn l-ebda dejta personali ma tkun ikkonċernata fl-iskambju.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-evidenza magħmula disponibbli minn awtorità kompetenti għandha tkun strettament limitata għal dak li ġie mitlub u għandha tintuża biss mill-awtorità riċeventi għall-fini tal-proċedura li għaliha ġiet skambjata l-evidenza.

6.  L-evidenza magħmula disponibbli minn awtorità kompetenti għandha tkun strettament limitata għal dak li ġie mitlub u għandha tintuża biss mill-awtorità riċeventi biex tiġi mwettqa l-proċedura li għaliha ġiet skambjata l-evidenza.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 34(2).

7.  Sa ... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel atti ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, organizzattivi u operattivi tas-sistema teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari għall-interazzjoni tal-utent mas-sistema u mal-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll għall-interazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti permezz tas-sistema teknika. Meta tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis id-drittijiet fundamentali tal-utenti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 35(2).

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp, id-disponibbiltà, il-manutenzjoni u l-ġestjoni tas-sigurtà tas-sistema teknika. Is-sistema teknika għandha tiġi ssorveljata u mmonitorjata mill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni, fejn ikun meħtieġ, mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  is-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi jitwettqu f'perjodu ta' żmien raġonevoli billi titqies il-kumplessità tat-talba; u

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  kwalunkwe skadenza li tapplika għall-awtoritajiet kompetenti tul is-servizz hija rrispettata;

(a)  kwalunkwe skadenza li tapplika għall-awtoritajiet kompetenti tul is-servizz hija rrispettata; u

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-iskadenzi applikabbli, l-utenti jiġu informati minn qabel dwar ir-raġunijiet u għandha tingħata skadenza ġdida;

(b)  f'każ ta' dewmien jew nuqqas ta' konformità mal-iskadenzi applikabbli, l-utenti jiġu informati immedjatament dwar ir-raġunijiet u għandha tingħata skadenza finali ġdida.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  is-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi huma aċċessibbli permezz ta' kanali xierqa differenti;

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  l-organizzazzjoni wara s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi, inklużi s-sjieda, l-identità legali u d-dettalji ta' kuntatt ta' dik l-organizzazzjoni, tkun identifikata b'mod ċar.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-koordinaturi nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw il-konformità tal-informazzjoni, tal-proċeduri u tas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi disponibbli fuq il-portal li għalihom huma responsabbli, mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 11 u 13. Il-monitoraġġ għandu jsir fuq il-bażi tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 22.

1.  Il-koordinaturi nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw regolarment il-konformità tal-informazzjoni, tal-proċeduri u tas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi disponibbli fuq il-portal li għalihom huma responsabbli, mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 11 u 13. Barra minn hekk, huma għandhom jimmonitorjaw il-konformità tas-siti web u tal-paġni web li permezz tagħhom huma jagħtu aċċess għal dik l-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistanza u ta' soluzzjoni tal-problemi mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà mniżżla fl-Artikolu 6a. Il-monitoraġġ għandu jsir fuq il-bażi tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 22.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każ ta' deterjorament fil-kwalità tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1, ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri li ġejjin wara li tikkunsidra s-serjetà u l-persistenza tad-deterjorament:

2.  F'każ ta' deterjorament fil-kwalità tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1, ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tieħu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin wara li tikkunsidra s-serjetà u l-persistenza tad-deterjorament:

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  taqta' temporanjament il-konnessjoni tal-informazzjoni, tal-proċedura, tas-servizz ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi mill-portal.

(d)  permezz tal-atti ta' implimentazzjoni tiddeċiedi li taqta' temporanjament il-konnessjoni tal-informazzjoni, tal-proċedura, tas-servizz ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi mill-portal.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn servizz ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi li għalih hemm ipprovduti links skont l-Artikolu 6(2) b'mod konsistenti ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13, jew ma jibqax jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti kif indikat mid-dejta miġbura skont l-Artikolu 22, il-Kummissjoni tista' taqta' l-konnessjoni tiegħu mill-portal.

3.  Fejn servizz ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi li għalih hemm ipprovduti links skont l-Artikolu 6(1) u (2) b'mod konsistenti ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 6a, 9 u 13, jew ma jibqax jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti kif indikat mid-dejta miġbura skont l-Artikolu 22, il-Kummissjoni tista' taqta' l-konnessjoni tiegħu mill-portal wara konsultazzjoni mal-koordinatur nazzjonali tal-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernati u, fejn meħtieġ, mal-grupp ta' koordinazzjoni tal-portal. Il-Kummissjoni u l-koordinatur jew il-koordinaturi nazzjonali kkonċernati għandhom jadottaw pjan ta' azzjoni konġunt li jipproponi miżuri li jtejbu s-servizz u jerġgħu jqabbdu l-konnessjoni tiegħu mal-portal. Meta meħtieġ, dawn il-miżuri jistgħu jiġu diskussi mill-grupp ta' koordinazzjoni tal-portal.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ skont il-paragrafu 1 u dwar il-miżuri meħudin skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu disponibbli b'mod regolari għall-pubbliku fil-forma ta' rapporti ta' sinteżi fuq is-sit web tal-Kummissjoni kif ukoll permezz tal-portal innifsu.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi interfaċċa komuni tal-utent sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq tal-portal.

1.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi interfaċċa komuni tal-utent sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-portal. L-interfaċċa komuni tal-utent għandha tkun integrata fil-portal "Your Europe".

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-interfaċċa komuni tal-utent għandha tagħti aċċess għall-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi permezz ta' links għas-siti web fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti, ipprovduti fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 16.

2.  L-interfaċċa komuni tal-utent għandha tagħti aċċess għall-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi permezz ta' links għas-siti web jew paġni web fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti, inklużi fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 16.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni, waqt li jaġixxu skont ir-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, kif stipulat skont l-Artikolu 4, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi jkunu organizzati, strutturati u mmarkati b'mod li jtejbu l-faċilità tas-sejbien permezz tal-interfaċċa tal-utent.

3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni, waqt li jaġixxu skont ir-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, kif stipulat skont l-Artikolu 4, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi jkunu organizzati, strutturati u mmarkati b'mod li jtejbu l-faċilità tas-sejbien permezz tal-interfaċċa tal-utent, u b'mod partikolari permezz ta' links bejn is-siti web jew il-paġni web eżistenti u komplementari, bis-simplifikazzjoni u l-ġbir tagħhom permezz ta' links għal servizzi u informazzjoni onlinefil-livell tal-Unjoni u nazzjonali.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-organizzazzjoni, l-istruttura u l-immarkar dettaljati ta' kull informazzjoni, proċedura u servizz ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi sabiex tippermetti l-funzjonament xieraq tal-interfaċċa komuni tal-utent. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

4.  Il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta mal-grupp ta' koordinazzjoni, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-organizzazzjoni, l-istruttura u l-immarkar dettaljati ta' kull informazzjoni, proċedura u servizz ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi sabiex tippermetti l-funzjonament xieraq tal-interfaċċa komuni tal-utent. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2).

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Rekwiżiti tal-kwalità relatati mal-interfaċċa komuni tal-utent

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-interfaċċa komuni tal-utent tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità li ġejjin:

 

(a)   għandha tkun disponibbli u aċċessibbli online permezz ta' diversi kanali elettroniċi;

 

(b)   għandha tkun faċli biex wieħed jinnaviga u tuża lingwaġġ ċar, faċli għall-utent, mingħajr lingwaġġ tekniku;

 

(c)   għandha tkun faċilment rikonoxxibbli permezz tal-logo tas-servizz online u tal-link tagħha fil-livell tal-Unjoni, li t-tnejn għandhom ikunu viżibbli u disponibbli fuq siti web jew paġni web fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni;

 

(d)   għandha tkun interoperabbli ma' varjetà ta' teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali u ma' diversi servizzi komplementari.

 

 

 

 

 

 

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm repożitorju elettroniku għal links għall-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi msemmija fl-Artikolu 2(2) li jippermetti l-konnessjoni bejn dawn is-servizzi u l-interfaċċa komuni tal-utent tal-portal.

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm repożitorju elettroniku għal links għall-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi msemmija fl-Artikolu 2(2) li jippermetti l-konnessjoni u l-links bejn dawn is-servizzi u l-interfaċċa komuni tal-utent tal-portal.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-links għall-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi aċċessibbli fuq il-paġni web ġestiti fil-livell tal-Unjoni, u l-aġġornamenti sussegwenti tagħhom kollha, lir-repożitorju tal-links.

2.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-links għall-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi kollha aċċessibbli fuq il-paġni web ġestiti fil-livell tal-Unjoni, u l-aġġornamenti sussegwenti tagħhom kollha, lir-repożitorju tal-links.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jipprovdu l-links għall-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi aċċessibbli fuq il-paġni web ġestiti mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-entitajiet privati jew semiprivati kif imsemmi fl-Artikolu 6(3), u l-aġġornamenti sussegwenti tagħhom kollha, lir-repożitorju tal-links.

Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jipprovdu l-links għall-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi kollha aċċessibbli fuq il-paġni web ġestiti mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-entitajiet privati jew semiprivati kif imsemmi fl-Artikolu 6(3), u l-aġġornamenti sussegwenti tagħhom kollha, lir-repożitorju tal-links.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni u l-koordinaturi nazzjonali għandhom jiżguraw li l-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi offruti permezz tal-portal ma jinkludux duplikazzjoni sħiħa jew parzjali bla bżonn li aktarx tfixkel lill-utenti.

5.  Il-Kummissjoni u l-koordinaturi nazzjonali għandhom jiżguraw li l-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi offruti permezz tal-portal ma jinkludux duplikazzjoni sħiħa jew parzjali u sovrappożizzjoni bla bżonn li aktarx ifixxklu lill-utenti.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-Kummissjoni u l-koordinaturi nazzjonali għandhom jiżguraw li links, paġni web u siti web difettużi, miksura u neqsin, jiġu kkoreġuti jew sostitwiti b'links, paġni jew siti web aġġornati, hekk kif ikunu ġew notifikati.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jipprovdu links għal informazzjoni mhux elenkata fl-Anness I, għal proċedura mhux elenkati fl-Anness II jew servizz ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi mhux elenkati fl-Anness III, jekk l-informazzjoni, il-proċedura jew is-servizz ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalità stipulati f'dan ir-Regolament.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp, id-disponibbiltà, il-manutenzjoni, is-sigurtà u l-ospitar ta' dawn l-applikazzjonijiet tal-IT u paġni tal-web li ġejjin:

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli, għall-iżvilupp, id-disponibbiltà, il-monitoraġġ regolari, l-aġġornament regolari, il-manutenzjoni, is-sigurtà u l-ospitar ta' dawn l-applikazzjonijiet tal-IT u paġni tal-web li ġejjin:

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  ir-rapporti ta' sinteżi dwar il-kwalità msemmijin fl-Artikoli 14(3a) u l-Artikolu 22(5a).

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli għall-iżvilupp, id-disponibbiltà, il-manutenzjoni u s-sigurtà tal-applikazzjonijiet tal-IT relatati mal-paġni web li qegħdin imexxu u li huma konnessi mal-interfaċċa komuni tal-utent.

2.  L-Istati Membru għandhom ikunu responsabbli għall-iżvilupp, id-disponibbiltà, il-monitoraġġ u l-aġġornament regolari, il-manutenzjoni u s-sigurtà tal-applikazzjonijiet tal-IT relatati mas-siti web u l-paġni web li huma qegħdin imexxu u li huma konnessi mal-interfaċċa komuni tal-utent.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli l-informazzjoni marbuta mal-verżjoni u d-data tal-aħħar aġġornament tal-applikazzjonijiet tal-IT li għalihom huma responsabbli.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-isem u l-logo li l-portal għandu jkun magħruf bihom u rreklamat mal-pubbliku inġenerali, se jiġu deċiżi mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-grupp ta' koordinazzjoni tal-portal, sa mhux aktar tard mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1.  L-isem li l-portal għandu jkun magħruf bih u rreklamat mal-pubbliku inġenerali għandu jkun id-deżinjazzjoni Ingliża "Your Europe", li huwa l-istess isem tal-portal eżistenti. Il-logo li l-portal għandu jkun magħruf bih u rreklamat mal-pubbliku inġenerali għandu jiġi deċiż mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-grupp ta' koordinazzjoni tal-portal, sa mhux aktar tard minn ... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-logo tas-servizz online tal-portal u l-link fil-livell tal-Unjoni għandhom ikunu disponibbli fuq is-siti web u fuq il-paġni web fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni konnessi mal-portal.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-isem tal-portal iservi wkoll bħala tikketta tal-kwalità li tista' tintuża biss f'dak is-sens minn siti wib ta' informazzjoni u servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi inklużi fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 16 bħala prova ta' aderenza mar-rekwiżiti tal-kwalità msemmija fil-Kapitolu III.

2.  L-isem tal-portal iservi wkoll bħala tikketta tal-kwalità li tista' tintuża biss f'dak is-sens minn siti wib ta' informazzjoni u servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi inklużi fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 16 jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kwalità msemmija fil-Kapitolu III.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu l-għarfien u l-użu tal-portal fost iċ-ċittadini u n-negozji u għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà u l-viżibbiltà tal-portal u tas-servizzi tiegħu permezz ta' magni tat-tiftix aċċessibbli għall-pubbliku.

1.  L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jippromwovu l-għarfien u l-użu tal-portal fost iċ-ċittadini u n-negozji u għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà u l-viżibbiltà tal-portal u tas-servizzi tiegħu u tal-informazzjoni magħmula disponibbli permezz tiegħu.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-logo u l-link għall-portal diġitali uniku jkunu jistgħu jinstabu b'mod faċli fil-paġni web u fis-siti web u li dan il-logo u din il-link ikunu disponibbli fil-magni tat-tiftix interni tal-paġni web u tas-siti web nazzjonali.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta' promozzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jirreferu għall-portal bil-logo u r-referenza f'attivitajiet bħal dawn flimkien ma' kwalunkwe isem ta' marka oħra kif xieraq.

2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta' promozzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jirreferu għall-portal bil-logo u r-referenza f'attivitajiet bħal dawn flimkien ma' kwalunkwe isem ta' marka oħra kif xieraq.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-portal jista' jinstab faċilment mill-portali relatati li għalihom huma responsabbli u li hemm inklużi links ċari għall-portal f'kull sit web rilevanti.

3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-portal jista' jinstab faċilment mill-portali relatati li għalihom huma responsabbli u li hemm inklużi links ċari għall-portal permezz ta' faċilitajiet ta' tiftix aċċessibbli għall-pubbliku u f'kull sit web u paġni web rilevanti fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li tinġabar statistika relatata maż-żjarat tal-utenti fuq il-portal u l-paġni web li magħhom huwa marbut il-portal sabiex il-portal jiffunzjona aħjar.

1.  L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li tinġabar statistika relatata maż-żjarat tal-utenti fuq il-portal u l-paġni web u s-siti web li magħhom huwa konness il-portal f'format standardizzat, aggregat u anonimu, u li għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bħala dejta miftuħa, sabiex il-portal jiffunzjona aħjar.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jirreġistraw u jiskambjaw, b'mod aggregat, in-numri, l-oriġini u s-suġġett tat-talbiet għas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u l-ħinijiet ta' rispons tagħhom.

2.  L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jirreġistraw u jiskambjaw, b'mod aggregat, in-numri, l-oriġini u s-suġġett tat-talbiet għas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u l-ħinijiet ta' rispons tagħhom, u għandhom iqiegħdu dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bħala dejta miftuħa.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 34 rigward il-kategoriji dettaljati ta' dejta li trid tiġi rreġistrata skont il-paragrafu 2, b'konnessjoni mal-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi li magħhom huwa konness il-portal.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 34 rigward il-kategoriji dettaljati ta' dejta li trid tiġi rreġistrata skont il-paragrafi 1 u 2, b'konnessjoni mal-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi li magħhom huwa konness il-portal u dwar il-format standardizzat għall-ġbir tad-dejta skont il-paragrafu 1.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex tiġbor informazzjoni diretta mingħand l-utenti dwar is-sodisfazzjon tagħhom bis-servizzi pprovduti fil-portal, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-utenti għodda faċli għall-utent fuq il-portal li tippermettilhom jikkummentaw b'mod anonimu, minnufih wara li jużaw kwalunkw wieħed mis-servizzi msemmija fl-Artikolu 2(2) dwar il-kwalità u d-disponibbiltà tas-servizzi pprovduti fuq il-portal u tal-interfaċċa komuni tal-utent.

1.  Sabiex tiġbor informazzjoni diretta mingħand l-utenti dwar is-sodisfazzjon tagħhom bis-servizzi pprovduti fil-portal u l-informazzjoni li titqiegħed għad-dispożizzjoni fih, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-utenti għodda faċli għall-utent fuq il-portal flimkien ma opportunità ta' risposta b'test liberu li tippermettilhom jikkummentaw b'mod anonimu, minnufih wara li jużaw kwalunkwe wieħed mis-servizzi msemmija fl-Artikolu 2(2) dwar il-kwalità u d-disponibbiltà tas-servizzi pprovduti fuq il-portal u tal-informazzjoni li titqiegħed għad-dispożizzjoni fih u tal-interfaċċa komuni tal-utent.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jinkludu link xierqa għal din l-għodda fuq il-paġni web kollha li huma parti mill-portal. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni u għandhom jintegraw din l-għodda fil-paġni web li huma responsabbli għalihom.

2.  L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jagħtu aċċess lill-utenti għal din l-għodda fuq il-paġni web kollha li huma parti mill-portal. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni u għandhom jintegraw din l-għodda fil-paġni web li huma responsabbli għalihom.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  B'deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti mhumiex meħtieġa jintegraw l-għodda tal-feedback mingħand l-utent imsemmija fil-paragrafu 1 fil-paġni web tagħhom li huma konnessi mal-portal meta mekkaniżmu għall-feedback mingħand l-utent ta' funzjonalitajiet simili għall-għodda msemmija fil-paragrafu 1huwa disponibbli fuq dawk il-paġni web sabiex tiġi mmonitorjata l-kwalità tas-servizz. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-feedback tal-utenti riċevuti permezz tal-għodda għall-feedback tal-utenti u għandhom jaqsmuh mal-Kummissjoni u l-koordinaturi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn.

4.  B'deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti mhumiex meħtieġa jintegraw l-għodda tal-feedback mingħand l-utent imsemmija fil-paragrafu 1 fil-paġni web tagħhom li huma konnessi mal-portal meta mekkaniżmu għall-feedback mingħand l-utent ta' funzjonalitajiet simili għall-għodda msemmija fil-paragrafu 1huwa disponibbli fuq dawk il-paġni web sabiex tiġi mmonitorjata l-kwalità tas-servizz. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-feedback tal-utenti tagħhom stess riċevuti permezz tal-għodda għall-feedback tal-utenti u għandhom jaqsmuh mal-Kummissjoni u l-koordinaturi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni fil-qosor permezz tal-portal dwar il-kwalità ta' informazzjoni u ta' servizzi aċċessibbli permezz tal-portal skont l-Artikolu 14, u abbażi tal-istatistika tal-utenti msemmija fl-Artikolu 21(1) u (2) u fuq il-feedback mingħand l-utent imsemmija fil-paragrafu (1) ta' dan l-Artikolu.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tipprovdi lill-utenti tal-portal b'għodda faċli għall-utent sabiex jinnotifikaw b'mod anonimu l-ostakli li huma jiltaqgħu magħhom waqt li jkunu qegħdin jeżerċitaw id-drittijiet tas-suq intern tagħhom;

(a)  tipprovdi lill-utenti tal-portal b'għodda faċli għall-utent sabiex jinnotifikaw b'mod anonimu l-ostakli li huma jiltaqgħu magħhom waqt li jkunu qegħdin jeżerċitaw id-drittijiet tas-suq intern tagħhom; li l-għodda faċli għall-utent għandha tinkludi wkoll kaxxa għal test liberu fejn l-utenti jistgħu jiddeskrivu l-ostaklu li ltaqgħu miegħu;

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom janalizzaw u jinvestigaw il-problemi mqajma u jindirizzawhom kull fejn ikun possibbli, bil-mezzi xierqa.

3.  L-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandhom janalizzaw u jinvestigaw il-problemi mqajma u jindirizzawhom kull fejn ikun possibbli, bil-mezzi xierqa.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  tissorvelja u timmonitorja s-sistema teknika msemmija fl-Artikolu 12.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jiġi stabbilit grupp ta' koordinazzjoni (“il-grupp ta' koordinazzjoni tal-portal”). Għandu jkun magħmul mill-koordinaturi nazzjonali u għandu jkun presjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-segretarjat.

Għandu jiġi stabbilit grupp ta' koordinazzjoni ("il-grupp ta' koordinazzjoni tal-portal"). Huwa għandu jkun magħmul mill-koordinaturi nazzjonali u rappreżentant tal-Parlament Ewropew u għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-segretarjat.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-grupp ta' koordinazzjoni tal-portal għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-portal. B'mod partikolari, għandu:

1.  Il-grupp ta' koordinazzjoni tal-portal għandu jappoġġa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, għandu:

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jippromwovi l-użu ta' proċeduri li jitwettqu kompletament online u mezzi ta' awtentikazzjoni, identifikazzjoni u firma online, kif previst b'mod partikolari fir-Regolament (UE) Nru 910/2014;

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiddiskuti titjib fil-preżentazzjoni ta' informazzjoni fl-oqsma elenkati fl-Anness I;

(b)  jiddiskuti titjib fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni ċċentrata fuq l-utent fl-oqsma elenkati fl-Anness I, b'mod partikolari fuq il-bażi ta' statistika miġbura skont l-Artikolu 21;

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jiddiskuti każijiet ta' ksur serju u deterjorament kontinwu fil-kwalità tas-servizzi pprovduti mill-Istati Membri u, jekk ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni ta' rimedju, jipprovdi opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet biex titjieb il-konformità tal-Istati Membri ma' dan ir-Regolament;

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jgħin lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 11 u 13;

(e)  jgħin lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 13;

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  jagħti opinjonijiet dwar proċeduri jew miżuri organizzattivi sabiex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sigurtà fid-disinn u l-privatezza fid-disinn;

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt hb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hb)  jipprovdi opinjonijiet u jiskambja l-aħjar prattiki dwar l-organizzazzjoni, l-istruttura u l-immarkar dettaljati tal-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza jew ta' soluzzjoni tal-problemi pprovduti permezz tal-portal sabiex jippermetti l-funzjonament xieraq tal-interfaċċa komuni tal-utent imsemmija fl-Artikolu 15(3);

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt hc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hc)  jiddiskuti l-kwistjonijiet relatati mal-ġbir tal-feedback u tal-istatistika tal-utenti msemmija fl-Artikoli 21, 22 u 23, sabiex is-servizzi offruti fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali jittejbu b'mod kontinwu;

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  jieħu nota tar-rapporti sommarji msemmija fl-Artikolu 14(4);

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt la (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(la)  jaħdem favur l-għaqda tal-portali tal-informazzjoni u ta' soluzzjoni tal-problemi eżistenti fl-Unjoni.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt lb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(lb)  jipprovdi linji gwida dwar il-lingwa jew il-lingwi uffiċjali addizzjonali tal-Unjoni li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet nazzjonali minbarra l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali jew nazzjonali skont l-Artikoli 7(2), 8(3) u 9(2), u l-punt (a) tal-Artikolu 11(1); l-opinjoni tal-grupp ta' koordinazzjoni għandha tqis liema huma l-aktar lingwa jew lingwi mifhuma b'mod mifrux miċ-ċittadini u min-negozji f'attivitajiet transfruntiera.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta' ħidma annwali li b'mod partikolari għandu jispeċifika:

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, wara li tikkonsulta mal-grupp ta' koordinazzjoni tal-portal, il-programm ta' ħidma annwali li b'mod partikolari għandu jispeċifika:

Ġustifikazzjoni

Tirrifletti aħjar il-loġika interna tat-test

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod tal-IT li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-livell tal-Unjoni;

(a)  l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod tal-IT li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-livell tal-Unjoni, inkluż l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistema teknika għall-iskambju transfruntier ta' evidenza kif imsemmi fl-Artikolu 12;

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  it-traduzzjoni ta' volum massimu għal kull Stat Membru ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u l-istruzzjonijiet għat-twettiq tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 11(1)(a), f'lingwa uffiċjali tal-Unjoni, minbarra fil-lingwa nazzjonali.

(c)  it-traduzzjoni ta' volum massimu għal kull Stat Membru ta' informazzjoni, spjegazzjonijiet u istruzzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 7, l-Artikolu 8(1), u l-Artikolu 9 u l-Artikolu 11(1)(a), f'lingwa uffiċjali tal-Unjoni, minbarra fil-lingwa nazzjonali jew uffiċjali jew, fejn applikabbli, il-lingwi nazzjonali jew uffiċjali. Meta l-Istati Membri ma jħallsux mill-baġit tagħhom stess l-ispejjeż ta' traduzzjoni f'lingwa uffiċjali tal-Unjoni, li tinftiehem b'mod wiesa' mill-akbar numru possibbli ta' utenti, huma jistgħu jitolbu traduzzjonijiet mill-Kummissjoni f'dik il-lingwa. Dawn it-traduzzjonijiet għandhom ikopru primarjament l-informazzjoni bażika fl-oqsma kollha elenkati fl-Anness I u, fejn ikun hemm baġit suffiċjenti disponibbli, kwalunkwe informazzjoni, spjegazzjoni u struzzjoni ulterjuri kif imsemmi fl-Artikolu 7, l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 9 u l-Artikolu 11(1)(a). L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-links għall-informazzjoni tradotta biex jiddaħħlu fir-repożitorju għal-links.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1024/2012

Anness – punt 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Fl-Anness, jiżdied il-punt li ġej:

 

"12a.  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)..."

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 2, l-Artikoli 4 sa 11, l-Artikolu 12(1) sa (6) u (8), l-Artikolu 13, l-Artikolu 14, l-Artikolu 15(1) sa (3), l-Artikolu 16, l-Artikolu 17, l-Artikolu 21(1) u (2), l-Artikolu 22(1) sa (4) u l-Artikolu 23 għandhom japplikaw minn [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

L-Artikolu 2, l-Artikolu 4, l-Artikolu 6, l-Artikolu 7, l-Artikolu 9, l-Artikolu 12(7), l-Artikolu 13, l-Artikolu  14, l-Artikolu 15(1) sa (3), l-Artikolu 16, l-Artikolu 17, l-Artikolu 21(1) u (2), l-Artikolu 22(1) sa (4) u l-Artikolu 23 għandhom japplikaw minn [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. L-Artikolu 5, l-Artikolu 8, l-Artikolu 10, l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(1) sa (6) u (8) għandhom japplikaw minn [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    168

Proposta għal regolament

Anness I – Oqsma ta' informazzjoni relatati maċ-ċittadini – tabella

Qasam

INFORMAZZJONI RIGWARD DRITTIJIET, OBBLIGI U REGOLI

L-ivvjaġġar fl-Unjoni

•  Dokumenti meħtieġa miċ-ċittadini tal-Unjoni, mill-membri tal-familja tagħhom li mhumiex ċittadini tal-Unjoni, mill-minuri li jivvjaġġaw waħedhom, ċittadini li mhumiex tal-Unjoni meta jivvjaġġaw bejn il-fruntieri fl-Unjoni (karta tal-identità, viża, passaport)

 

•  id-drittijiet u l-obbligi ta' dawk li jivvjaġġaw fl-Unjoni u lejn l-Unjoni bl-ajruplan, bil-ferrovija, bil-vapur u bix-xarabank, u ta' dawk li jixtru pakketti tal-ivvjaġġar jew arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta

 

•  l-assistenza f'każ ta' mobbiltà mnaqqsa waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni u waqt it-tluq mill-Unjoni

 

•  it-trasport ta' annimali, pjanti, alkoħol, tabakk, sigaretti u oġġetti oħrajn waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni

 

•  it-telefonati bil-vuċi u l-bgħit u r-riċezzjoni ta' messaġġi elettroniċi u ta' dejta elettronika fl-Unjoni

Ix-xogħol u l-irtirar fl-Unjoni

•  it-tiftix ta' impjieg fi Stat Membru ieħor

 

•  il-bidu ta' impjieg fi Stat Membru ieħor

 

•  ir-rikonoxximent tal-kwalifiki biex wieħed jaħdem fi Stat Membru ieħor

 

•  it-tassazzjoni fi Stat Membru ieħor

 

•  it-termini tal-impjieg (inklużi s-sigħat tax-xogħol, il-liv imħallas, l-intitolamenti għall-btajjel, id-drittijiet u l-obbligi rigward is-sahra, il-kontrolli tas-saħħa, it-terminazzjoni tal-kuntratti, it-tkeċċija u s-sensji)

 

•  it-trattament indaqs (regoli kontra d-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol, paga indaqs għan-nisa u l-irġiel, paga indaqs għall-impjegati b'kuntratt fiss / b'kuntratti ta' impjieg permanenti)

 

•  l-obbligi tas-saħħa u tas-sigurtà b'rabta ma' tipi differenti ta' attività

 

•  id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni inklużi dawk relatati mat-teħid ta' pensjonijiet

Il-vetturi fl-Unjoni

•  it-teħid ta' vettura bil-mutur fuq bażi temporanja jew permanenti fi Stat Membru ieħor

 

•  l-akkwist u t-tiġdid ta' liċenzja tas-sewqan

 

•  ix-xiri ta' assigurazzjoni tal-vetturi obbligatorja

 

•  ix-xiri u l-bejgħ ta' vettura bil-mutur fi Stat Membru ieħor

 

•  il-kiri ta' vettura bil-mutur

 

•  ir-regoli dwar it-traffiku nazzjonali u r-rekwiżiti għas-sewwieqa

Ir-residenza fi Stat Membru ieħor

•  iċ-ċaqliq temporanju jew permanenti lejn Stat Membru ieħor

 

•  il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet muniċipali u fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew

 

•  ir-rekwiżiti għall-karti ta' residenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għall-membri tal-familja tagħhom, inklużi l-membri tal-familja li mhumiex ċittadini tal-Unjoni

L-edukazzjoni jew it-taħriġ fi Stat Membru ieħor

•  l-attendenza ta' skola fi Stat Membru ieħor

 

•  l-attendenza ta' università fi Stat Membru ieħor

 

•  il-volontarjat fi Stat Membru ieħor

 

•  it-taħriġ fi Stat Membru ieħor

 

•ir-riċerka fi Stat Membru ieħor bħala parti minn programm edukattiv

Kura tas-saħħa

•  it-trattament mediku fi Stat Membru ieħor

 

•  ix-xiri online jew fiżiku ta' prodotti farmaċewtiċi bir-riċetta fi Stat Membru differenti minn dak fejn tkun inħarġet ir-riċetta

Id-drittijiet, l-obbligi u r-regoli transfruntiera tal-familja

•  it-twelid, il-kustodja għall-minuri, ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri, l-obbligi ta' manteniment b'konnessjoni mat-tfal f'sitwazzjoni ta' familja transfruntiera

 

•  il-ħajja f'koppja ta' nazzjonalitajiet differenti (iż-żwieġ, is-separazzjoni, id-divorzju, id-drittijiet tal-proprjetà matrimonjali, id-drittijiet tal-koabitanti)

 

•  id-drittijiet b'rabta mas-suċċessjoni fi Stat Membru ieħor

Il-konsumaturi f'sitwazzjonijiet transfruntiera

•  ix-xiri online u fiżiku ta' oġġetti u servizzi (inklużi finanzjarji) minn Stat Membru ieħor

 

•  il-pussess ta' kont tal-bank fi Stat Membru ieħor

 

•  il-konnessjoni mal-utilitajiet, bħall-gass, l-elettriku, l-ilma, it-telekom u l-internet

 

•  il-pagamenti, inklużi t-trasferimenti ta' kreditu, id-dewmien fil-pagamenti transfruntiera

 

•  id-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji relatati max-xiri ta' oġġetti u servizzi

 

Emenda

Qasam

INFORMAZZJONI RIGWARD DRITTIJIET, OBBLIGI U REGOLI

L-ivvjaġġar fl-Unjoni

•  Dokumenti meħtieġa miċ-ċittadini tal-Unjoni, mill-membri tal-familja tagħhom li mhumiex ċittadini tal-Unjoni, mill-minuri li jivvjaġġaw waħedhom, ċittadini li mhumiex tal-Unjoni meta jivvjaġġaw bejn il-fruntieri fl-Unjoni (karta tal-identità, viża, passaport)

 

•  id-drittijiet u l-obbligi ta' dawk li jivvjaġġaw fl-Unjoni u lejn l-Unjoni bl-ajruplan, bil-ferrovija, bil-vapur u bix-xarabank, u ta' dawk li jixtru pakketti tal-ivvjaġġar jew arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta

 

•  l-assistenza f'każ ta' mobbiltà mnaqqsa waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni u waqt it-tluq mill-Unjoni

 

•  it-trasport ta' annimali, pjanti, alkoħol, tabakk, sigaretti u oġġetti oħrajn waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni

 

•  it-telefonati bil-vuċi u l-bgħit u r-riċezzjoni ta' messaġġi elettroniċi u ta' dejta elettronika fl-Unjoni

Ix-xogħol u l-irtirar fl-Unjoni

•  it-tiftix ta' impjieg fi Stat Membru ieħor

 

•  il-bidu ta' impjieg fi Stat Membru ieħor

 

•  ir-rikonoxximent tal-kwalifiki biex wieħed jaħdem fi Stat Membru ieħor

 

•  it-tassazzjoni fi Stat Membru ieħor

 

•  ir-regoli dwar ir-responsabbiltà u l-assigurazzjoni obbligatorji fi Stat Membru ieħor

 

•  it-termini tal-impjieg (inklużi s-sigħat tax-xogħol, il-liv imħallas, l-intitolamenti għall-btajjel, id-drittijiet u l-obbligi rigward is-sahra, il-kontrolli tas-saħħa, it-terminazzjoni tal-kuntratti, it-tkeċċija u s-sensji)

 

•  it-termini tal-impjieg u d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema stazzjonati

 

•  it-trattament indaqs (regoli kontra d-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol, paga indaqs għan-nisa u l-irġiel, paga indaqs għall-impjegati b'kuntratt fiss / b'kuntratti ta' impjieg permanenti)

 

•  l-obbligi tas-saħħa u tas-sigurtà b'rabta ma' tipi differenti ta' attività

 

•  id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni inklużi dawk relatati mat-teħid ta' pensjonijiet

Il-vetturi fl-Unjoni

•  it-teħid ta' vettura bil-mutur fuq bażi temporanja jew permanenti fi Stat Membru ieħor

 

•  l-akkwist u t-tiġdid ta' liċenzja tas-sewqan

 

•  ix-xiri ta' assigurazzjoni tal-vetturi obbligatorja

 

•  ix-xiri u l-bejgħ ta' vettura bil-mutur fi Stat Membru ieħor

 

•  il-kiri ta' vettura bil-mutur

 

•  ir-regoli dwar it-traffiku nazzjonali u r-rekwiżiti għas-sewwieqa, inklużi l-istikers tal-pedaġġ u tal-emissjonijiet għal waqfiet temporanji jew permanenti fi Stat Membru ieħor

Ir-residenza fi Stat Membru ieħor

•  iċ-ċaqliq temporanju jew permanenti lejn Stat Membru ieħor

 

  ix-xiri, il-bejgħ u t-tassazzjoni tal-proprjetà immobbli fi Stat Membru ieħor, inklużi d-drittijiet u l-obbligi assoċjati mas-sjieda u l-użu tal-proprjetà immobbli

 

•  il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet muniċipali u fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew

 

•  ir-rekwiżiti għall-karti ta' residenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għall-membri tal-familja tagħhom, inklużi l-membri tal-familja li mhumiex ċittadini tal-Unjoni

 

  ir-rekwiżiti għal naturalizzazzjoni għal residenti li jgħixu fi Stat Membru ieħor

 

•  l-obbligi f'każ ta' mewt u ta' ripatrijazzjoni tal-fdalijiet

L-edukazzjoni jew it-taħriġ fi Stat Membru ieħor

•  l-attendenza ta' skola materna, kindergarten u skola fi Stat Membru ieħor

 

•  l-attendenza ta' università fi Stat Membru ieħor

 

•  l-attendenza f'ċentru ta' tagħlim għall-adulti fi Stat Membru ieħor

 

•  ir-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

 

•  il-volontarjat fi Stat Membru ieħor

 

•  it-taħriġ fi Stat Membru ieħor

 

•  ir-riċerka fi Stat Membru ieħor bħala parti minn programm edukattiv

 

 

Kura tas-saħħa

•  it-trattament mediku fi Stat Membru ieħor

 

•  ix-xiri online jew fiżiku ta' prodotti farmaċewtiċi bir-riċetta fi Stat Membru differenti minn dak fejn tkun inħarġet ir-riċetta

 

•  il-kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, inkluża l-possibbiltà li tiġi ordnata l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea

 

•  il-programmi pubbliċi tal-kura tas-saħħa preventiva

 

•  in-numri ta' emerġenza

 

•  iċ-ċaqliq lejn dar tal-anzjani

Id-drittijiet, l-obbligi u r-regoli transfruntiera tal-familja

•  it-twelid, il-kustodja għall-minuri, ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri, il-maternità surrogata u l-adozzjoni, inkluża t-tieni adozzjoni minn ġenitur, l-obbligi ta' manteniment b'konnessjoni mat-tfal f'sitwazzjoni ta' familja transfruntiera

 

•  il-ħajja f'koppja ta' nazzjonalitajiet differenti mingħajr diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali (iż-żwieġ, is-sħubija ċivili jew irreġistrata, is-separazzjoni, id-divorzju, id-drittijiet tal-proprjetà matrimonjali, id-drittijiet tal-koabitanti)

 

•  id-drittijiet u l-obbligi b'rabta mas-suċċessjoni fi Stat Membru ieħor inklużi r-regoli tat-taxxa

 

•  il-konsegwenzi legali ta' ħtif internazzjonali tal-minuri mill-ġenituri u d-drittijiet relatati magħhom

Id-drittijiet tal-konsumaturi

•  ix-xiri jew il-kiri online ta' oġġetti, il-kontenut diġitali, il-proprjetajiet jew is-servizzi (inklużi finanzjarji) minn Stat Membru ieħor

 

•  il-pussess ta' kont tal-bank fi Stat Membru ieħor

 

•  il-konnessjoni mal-utilitajiet, bħall-gass, l-elettriku, l-ilma, ir-rimi tal-iskart, it-telekom u l-internet

 

•  il-pagamenti, inklużi t-trasferimenti ta' kreditu, id-dewmien fil-pagamenti transfruntiera

 

•  id-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji relatati max-xiri ta' oġġetti u servizzi

 

  ir-rimedju, il-kumpens u l-proċedura ġudizzjarja għall-konsumatur

 

  is-sikurezza u s-sigurtà tal-prodott

 

 

Id-drittijiet taċ-ċittadini u tar-residenti

  il-preżentazzjoni ta' petizzjonijiet amministrattivi u ġudizzjarji fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni

 

  ir-rikonoxximent tal-ġeneru

Il-protezzjoni tad-dejta personali

  l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u b'mod partikolari, dawk fit-taqsimiet 2 sa 4 tiegħu dwar l-informazzjoni u l-aċċess għal dejta personali, ta' rettifika u ta' tħassir u oġġezzjoni.

Emenda    169

Proposta għal regolament

Anness I –Oqsma ta' informazzjoni relatati man-negozji – tabella

Qasam

INFORMAZZJONI RIGWARD DRITTIJIET, OBBLIGI U REGOLI

Il-bidu, it-tmexxija u l-għeluq ta' negozju

•  ir-reġistrazzjoni ta' negozju (il-proċeduri ta' reġistrazzjoni u l-formoli legali għat-twettiq ta' negozju)

 

•  id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (l-applikazzjoni għal privattiva, ir-reġistrazzjoni ta' trademark, ta' tpinġija jew disinn, il-kisba ta' liċenzja għar-riproduzzjoni)

 

•  il-korrettezza u t-trasparenza fil-prattiki kummerċjali, inklużi d-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji relatati mal-bejgħ ta' oġġetti u servizzi

 

•  l-offerta' ta' faċilitajiet online għall-pagamenti transfruntiera meta wieħed ibigħ oġġetti u servizzi online

 

•  id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mil-liġi dwar il-kuntratti, inklużi l-imgħaxijiet fuq pagamenti tardivi

 

•  il-proċedimenti ta' insolvenza u l-likwidazzjoni tal-kumpaniji

 

•  l-assigurazzjoni tal-krediti

 

•  l-amalgamazzjoni tal-kumpaniji jew il-bejgħ ta' negozju

Il-persunal

•  it-termini tal-impjieg (inklużi s-sigħat tax-xogħol, il-liv imħallas, l-intitolamenti għall-btajjel, id-drittijiet u l-obbligi rigward is-sahra, il-kontrolli tas-saħħa, it-terminazzjoni tal-kuntratti, it-tkeċċija u s-sensji)

 

•  id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni (ir-reġistrazzjoni bħala impjegatur, ir-reġistrazzjoni tal-impjegati, in-notifika ta' tmiem ta' kuntratt ta' impjegat, il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali, id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-pensjonijiet)

 

•  l-impjieg tal-ħaddiema fi Stati Membri oħrajn (il-kollokament tal-ħaddiema, ir-regoli dwar il-libertà tal-forniment ta' servizzi, ir-rekwiżiti ta' residenza għall-ħaddiema)

 

•  it-trattament indaqs (regoli kontra d-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol, paga indaqs għan-nisa u l-irġiel, paga indaqs għall-impjegati b'kuntratt fiss / b'kuntratti ta' impjieg permanenti)

 

•  ir-regoli dwar ir-rappreżentazzjoni tal-persunal

Taxxi

•  VAT: informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ir-rati u l-eżenzjonijiet, ir-reġistrazzjoni għall-VAT u l-ħlas tal-VAT, kif tikseb rifużjoni

 

•  dazji tas-sisa: informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ir-rati u l-eżenzjonijiet

 

•  ·taxxi oħrajn: pagamenti, rati

Prodotti

•  il-kisba ta' markar CE

 

•  l-identifikazzjoni ta' standards applikabbli, speċifikazzjonijiet tekniċi u ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti

 

•  ir-rikonoxximent reċiproku ta' prodotti li mhumiex soġġetti għall-ispeċifikazzjonijiet tal-Unjoni

 

•  ir-rekwiżiti rigward il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ għall-kimiċi perikolużi

 

•  il-bejgħ mill-bogħod/barra mill-post tan-negozju: l-informazzjoni li trid tingħata lill-klijenti minn qabel, il-konferma tal-kuntratt bil-miktub, l-irtirar minn kuntratt, il-konsenja tal-oġġetti, obbligi speċifiċi oħrajn

 

•  il-prodotti difettużi: id-drittijiet u l-garanziji tal-konsumatur, ir-responsabbiltajiet ta' wara l-bejgħ, il-mezzi ta' rimedju għal parti li ssofri dannu

 

•  iċ-ċertifikazzjoni, it-tikketti (EMAS, it-tikketti tal-enerġija, l-Ekodisinn, l-Ekotikketta tal-UE)

 

•  ir-riċiklaġġ u l-ġestjoni tal-iskart

Servizzi

•  il-kisba ta' liċenzji, awtorizzazzjonijiet jew permessi għall-bidu ta' negozju

 

•  in-notifika lill-awtoritajiet dwar attivitajiet transfruntiera

 

•  ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali

Il-finanzjament tan-negozju

•  l-aċċess għal finanzjament fil-livell tal-Unjoni, inklużi l-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni u l-għotjiet għan-negozju

 

•  l-aċċess għal finanzjament fil-livell nazzjonali

 

•  inizjattivi indirizzati lill-imprendituri (skambji organizzati għall-imprendituri l-ġodda, programmi ta' mentoraġġ eċċ.)

Kuntratti pubbliċi

•  Il-parteċipazzjoni f'sejħiet għall-offerti pubbliċi: regoli u proċeduri

 

•  il-preżentazzjoni ta' offerta online bi tweġiba għal sejħa għall-offerti pubblika

 

•  ir-rapportar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-proċess ta' sejħiet għall-offerti

Is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol

•  L-obbligi ta' saħħa u sikurezza fir-rigward ta' tipi differenti ta' attività, inklużi l-prevenzjoni tar-riskji, l-informazzjoni u t-taħriġ

 

Emenda

Qasam

INFORMAZZJONI RIGWARD DRITTIJIET, OBBLIGI U REGOLI

Il-bidu, it-tmexxija u l-għeluq ta' negozju

•  ir-reġistrazzjoni, il-bdil jew l-għeluq ta' negozju (il-proċeduri ta' reġistrazzjoni u l-formoli legali għat-twettiq ta' negozju)

 

•  ir-rilokazzjoni ta' negozju fi Stat Membru ieħor

 

•  id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (l-applikazzjoni għal privattiva, ir-reġistrazzjoni ta' trademark, ta' tpinġija jew disinn, il-kisba ta' liċenzja għar-riproduzzjoni, l-eċċezzjonijiet applikabbli)

 

•  il-korrettezza u t-trasparenza fil-prattiki kummerċjali, inklużi d-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji relatati mal-bejgħ ta' oġġetti u servizzi

 

•  l-offerta' ta' faċilitajiet online għall-pagamenti transfruntiera meta wieħed ibigħ oġġetti u servizzi online

 

•  id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mil-liġi dwar il-kuntratti, inklużi l-imgħaxijiet fuq pagamenti tardivi

 

•  il-proċedimenti ta' insolvenza u l-likwidazzjoni tal-kumpaniji

 

•  l-assigurazzjoni tal-krediti

 

•  l-amalgamazzjoni tal-kumpaniji jew il-bejgħ ta' negozju

 

•  ir-responsabbiltà tal-maniġment

Il-persunal

•  it-termini tal-impjieg (inklużi s-sigħat tax-xogħol, il-liv imħallas, l-intitolamenti għall-btajjel, id-drittijiet u l-obbligi rigward is-sahra, il-kontrolli tas-saħħa, it-terminazzjoni tal-kuntratti, it-tkeċċija u s-sensji)

 

•  id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni (ir-reġistrazzjoni bħala impjegatur, ir-reġistrazzjoni tal-impjegati, in-notifika ta' tmiem ta' kuntratt ta' impjegat, il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali, id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-pensjonijiet)

 

•  l-impjieg tal-ħaddiema fi Stati Membri oħrajn (il-kollokament tal-ħaddiema, ir-regoli dwar il-libertà tal-forniment ta' servizzi, ir-rekwiżiti ta' residenza għall-ħaddiema)

 

•  it-trattament indaqs (regoli kontra d-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol, paga indaqs għan-nisa u l-irġiel, paga indaqs għall-impjegati b'kuntratt fiss / b'kuntratti ta' impjieg permanenti)

 

•  ir-regoli dwar ir-rappreżentazzjoni tal-persunal

It-taxxi

•  VAT: informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ir-rati u l-eżenzjonijiet, ir-reġistrazzjoni għall-VAT u l-ħlas tal-VAT, kif tikseb rifużjoni

 

•  dazji tas-sisa: informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ir-rati u l-eżenzjonijiet

 

•  id-dazju doganali u taxxi u dazji oħra miġbura fuq l-importazzjonijiet, il-proċeduri doganali tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet

 

•  ·taxxi oħrajn: pagamenti, rati, dikjarazzjonijiet tat-taxxa

Il-prodotti

•  il-kisba ta' markar CE u r-rekwiżiti tal-prodott

 

•  l-identifikazzjoni ta' standards applikabbli, speċifikazzjonijiet tekniċi u ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti

 

•  ir-rikonoxximent reċiproku ta' prodotti li mhumiex soġġetti għall-ispeċifikazzjonijiet tal-Unjoni

 

•  ir-rekwiżiti rigward il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ għall-kimiċi perikolużi

 

•  il-bejgħ mill-bogħod/barra mill-post tan-negozju: l-informazzjoni li trid tingħata lill-klijenti minn qabel, il-konferma tal-kuntratt bil-miktub, l-irtirar minn kuntratt, il-konsenja tal-oġġetti, obbligi speċifiċi oħrajn

 

•  il-prodotti difettużi: id-drittijiet u l-garanziji tal-konsumatur, ir-responsabbiltajiet ta' wara l-bejgħ, il-mezzi ta' rimedju għal parti li ssofri dannu

 

•  iċ-ċertifikazzjoni, it-tikketti (EMAS, it-tikketti tal-enerġija, l-Ekodisinn, l-Ekotikketta tal-UE)

 

•  ir-riċiklaġġ u l-ġestjoni tal-iskart

Is-servizzi

•  il-kisba ta' liċenzji, awtorizzazzjonijiet jew permessi għall-bidu ta' negozju

 

•  in-notifika lill-awtoritajiet dwar attivitajiet transfruntiera

 

•  ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

Il-finanzjament tan-negozju

•  l-aċċess għal finanzjament fil-livell tal-Unjoni, inklużi l-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni u l-għotjiet għan-negozju

 

•  l-aċċess għal finanzjament fil-livell nazzjonali

 

•  inizjattivi indirizzati lill-imprendituri (skambji organizzati għall-imprendituri l-ġodda, programmi ta' mentoraġġ eċċ.)

Il-kuntratti pubbliċi

•  Il-parteċipazzjoni f'sejħiet għall-offerti pubbliċi: regoli u proċeduri

 

•  il-preżentazzjoni ta' offerta online bi tweġiba għal sejħa għall-offerti pubblika

 

•  ir-rapportar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-proċess ta' sejħiet għall-offerti

Is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol

•  L-obbligi ta' saħħa u sikurezza fir-rigward ta' tipi differenti ta' attività, inklużi l-prevenzjoni tar-riskji, l-informazzjoni u t-taħriġ

Emenda    170

Proposta għal regolament

ANNESS II – tabella

 

Test propost mill-Kummissjoni

Avvenimenti tal-ħajja

Proċeduri

Output mistenni

Twelid

Talba għal ċertifikat tat-twelid

Ċertifikat tat-twelid

Studju

Applikazzjoni għal għotja ta' studju minn istituzzjoni pubblika

Deċiżjoni rigward l-applikazzjoni għal għotja

Xogħol

Reġistrazzjoni għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Konferma tar-riċevuta

 

Kif titlob ir-rikonoxximent ta' diploma

Deċiżjoni dwar it-talba għar-rikonoxximent

Ċaqliq

Reġistrazzjoni ta' bidla tal-indirizz

Konferma tar-reġistrazzjoni tal-indirizz il-ġdid

 

Talba għall-karta tal-identità jew għall-passaport jew għat-tiġdid tagħhom

Ħruġ jew tiġdid ta' karta tal-identità jew ta' passaport

 

Reġistrazzjoni ta' vettura bil-mutur

Ċertifikat ta' reġistrazzjoni

Irtirar

Talba għall-pensjoni u għall-benefiċċji ta' qabel l-irtirar minn skemi pubbliċi jew semipubbliċi

Deċiżjoni rigward it-talba għal pensjoni jew għal benefiċċji ta' qabel l-irtirar

Bidu ta' negozju

Reġistrazzjoni ġenerali ta' attività ta' negozju, minbarra l-proċeduri li jirrigwardaw il-kostituzzjoni ta' kumpaniji jew ditti skont it-tifsira tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 TFUE

Konferma tat-twettiq tal-passi kollha meħtieġa biex wieħed jibda jopera negozju

 

Reġistrazzjoni ta' impjegatur (persuna fiżika) mal-iskemi pubbliċi jew semipubbliċi tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni

Numru ta' reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali

 

Reġistrazzjoni ta' impjegati mal-iskemi pubbliċi jew semipubbliċi tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni

Numru ta' reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali

Twettiq ta' negozju

Notifika lill-iskemi tas-sigurtà soċjali tat-tmiem ta' kuntratt ma' impjegat

Konferma tal-wasla tan-notifika

 

Pagament ta' kontribuzzjonijiet soċjali għall-impjegati

Wasla jew forma oħra ta' konferma ta' pagament ta' kontribuzzjonijiet soċjali għall-impjegati

 

Emenda

Avvenimenti tal-ħajja

Proċeduri

Output mistenni

Twelid

Talba għal ċertifikat tat-twelid

Ċertifikat tat-twelid jew prova ta' reġistrazzjoni tat-twelid

Residenza

Talba għal ċertifikat ta' residenza jew talba u tiġdid għal kard ta' residenza

Prova ta' reġistrazzjoni u residenza jew ħruġ jew tiġdid ta' kard ta' residenza

Studju

Applikazzjoni għal għotja ta' studju minn korp jew istituzzjoni pubblika

Deċiżjoni rigward l-applikazzjoni għal għotja

 

Reġistrazzjoni f'istitut pubbliku ta' edukazzjoni għolja

Deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni

 

Talba għal ċertifikat ta' diploma u ċertifikat tal-kwalifiki minn korp jew istituzzjoni pubbliċi

Kopja ta' diploma jew ċertfikat ta' kwalifika

Xogħol

Reġistrazzjoni għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Konferma tar-riċevuta

 

Talba għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali

Deċiżjoni dwar it-talba għar-rikonoxximent

 

Kif titlob ir-rikonoxximent ta' diploma

Deċiżjoni dwar it-talba għar-rikonoxximent

 

Dikjarazzjoni tat-taxxi fuq l-introjtu

Konferma tal-wasla ta' dikjarazzjoni

Ċaqliq

Reġistrazzjoni ta' bidla tal-indirizz

Konferma tar-reġistrazzjoni tal-indirizz il-ġdid u d-dereġistrazzjoni tal-indirizz preċedenti

 

Talba għall-karta tal-identità jew għall-passaport jew għat-tiġdid tagħhom

Ħruġ jew tiġdid ta' karta tal-identità jew ta' passaport

 

Reġistrazzjoni ta' vettura bil-mutur

Ċertifikat ta' reġistrazzjoni

 

Il-kisba ta' stikers tal-pedaġġ tal-awtostrada jew stikers tal-emissjoni maħruġa minn korp jew istituzzjoni pubbliċi

Wasla tal-istikers tal-pedaġġ jew tal-emissjonijiet

Irtirar

Talba għall-pensjoni u għall-benefiċċji ta' qabel l-irtirar minn skemi pubbliċi jew semipubbliċi

Deċiżjoni rigward it-talba għal pensjoni jew għal benefiċċji ta' qabel l-irtirar

 

Talba għal informazzjoni dwar il-bilanċ tal-kont tal-pensjoni minn skemi pubbliċi jew semi-pubbliċi

Dikjarazzjoni tal-kont tal-pensjoni

Bidu ta' negozju

Notifika ta' attività ta' negozju, permessi ta' attività ta' negozju, bidliet fl-attività ta' negozju u t-terminazzjoni ta' attività ta' negozju mingħajr proċeduri ta' insolvenza jew ta' likwidazzjoni minbarra l-proċeduri li jirrigwardaw il-kostituzzjoni ta' kumpaniji jew ditti skont it-tifsira tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 TFUE u r-reġistrazzjoni ta' attività ta' negozju mar-reġistru tan-negozju.

Konferma tar-reġistrazzjoni ta' tibdil tal-attività tan-negozju

 

Reġistrazzjoni tal-VAT

Numru ta' reġistrazzjoni tal-VAT

 

Reġistrazzjoni għat-taxxa fuq l-introjtu

Numru ta' reġistrazzjoni tat-taxxa

 

Reġistrazzjoni ta' impjegatur (persuna fiżika) mal-iskemi pubbliċi jew semipubbliċi tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni

Numru ta' reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali (jew konferma oħra ta' reġistrazzjoni)

 

Reġistrazzjoni ta' impjegati mal-iskemi pubbliċi jew semipubbliċi tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni

Numru ta' reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali (jew konferma oħra ta' reġistrazzjoni)

 

Dikjarazzjonijiet tal-VAT

Wasla tad-dikjarazzjoni tal-VAT

 

Dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva/tan-negozju

Konferma tal-wasla tad-dikjarazzjoni

Twettiq ta' negozju

Notifika lill-iskemi tas-sigurtà soċjali tat-tmiem ta' kuntratt ma' impjegat

Konferma tal-wasla tan-notifika

 

Pagament ta' kontribuzzjonijiet soċjali għall-impjegati

Wasla jew forma oħra ta' konferma ta' pagament ta' kontribuzzjonijiet soċjali għall-impjegati

 

Notifika ta' waqfien ta' attività soġġetta għall-VAT

Konferma tal-wasla tan-notifika

Emenda    171

Proposta għal regolament

Anness III – punt 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  L-awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tad-dejta

Emenda    172

Proposta għal regolament

Anness III – punt 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Is-servizzi volontarji ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi offruti mill-awtoritajiet kompetenti, mill-Kummissjoni jew minn korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jew minn entitajiet privati jew semiprivati sakemm dawn is-servizzi jikkonformaw mal-kriterji tal-kwalità stabbiliti f'dan ir-Regolament.

  • [1]  Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

I. Introduzzjoni

Bħala tweġiba għall-kisba ta' suq intern aktar profond u aktar ġust għaċ-ċittadini u għan-negozji, bħala wieħed mill-10 prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni Juncker, flimkien mal-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali, din l-inizjattiva twettaq azzjoni ewlenija, għandha l-għan li tgħin liċ-ċittadini u lin-negozji jieħdu vantaġġ sħiħ mill-benefiċċji offruti minn għodda diġitali ġdida u minn strateġiji tal-gvern elettroniku meta jivvjaġġaw, jaħdmu u jistudjaw jew jagħmlu n-negozju fi kwalunkwe Stat Membru tal-UE.

Sfortunatament, għadhom jeżistu ostakli konsiderevoli kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għan-negozji li huma mħajra jemigraw, jistudjaw, jgħixu, ibigħu prodotti jew jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor tal-UE. Is-sejbien ta' informazzjoni online rilevanti, preċiża u komprensibbli dwar l-attivitajiet ta' kuljum tagħhom kif ukoll li jkunu jistgħu jaċċessaw u jwettqu proċeduri amministrattivi nazzjonali online spiss jibqgħu kkumplikati, jieħdu ħafna ħin u jiswew ħafna flus, jekk wara kollox ikunu possibbli. Dawn il-problemi jistgħu jiltaqgħu magħhom ukoll iċ-ċittadini ta' Stat Membru partikolari li jkunu qed jgħixu fi Stat Membru ieħor u jfittxu li jaċċessaw proċeduri fl-Istat Membru ta' oriġini tagħhom. L-Ewropa u l-Istati Membri jeħtieġu inċentivi aktar b'saħħithom biex jadottaw strateġiji tal-gvern elettroniku transfruntiera u nazzjonali aktar ambizzjużi, biex iċ-ċittadini u n-negozji tal-UE jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-iżviluppi teknoloġiċi disponibbli.

Ir-Regolament propost iressaq 'il quddiem din l-inizjattiva l-ġdida mmirata biex tilħaq il-ħtieġa dejjem tikber tal-Ewropa għal amministrazzjoni pubblika miftuħa, effiċjenti u inklużiva, orjentata lejn approċċi ambizzjużi tal-gvern elettroniku, u li tipprovdi servizzi pubbliċi diġitali minn tarf għall-ieħor, bla fruntieri, personalizzati u faċli għall-utent. Ir-Regolament iressaq 'il quddiem punt ta' dħul uniku ċentralizzat, il-"Portal Diġitali Uniku" li se jipprovdi aċċess għaċ-ċittadini u għan-negozji tal-UE għall-informazzjoni kollha meħtieġa meta jgawdu d-drittijiet tagħhom tal-moviment liberu fl-UE. Jiżgura wkoll aċċess sħiħ għall-proċeduri online b'mod nondiskriminatorju (jekk proċedura hija disponibbli għal ċittadin ta' Stat Membru speċifiku, għandha tkun disponibbli wkoll għall-utenti minn Stati Membri oħrajn) u għas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi. Jimponi wkoll obbligu fuq l-Istati Membri biex joħolqu aċċess sħiħ online għall-aktar proċeduri importanti u li jintużaw l-aktar spiss miċ-ċittadini u min-negozju.

II. Tħejjija tal-proposta

Il-proposta hija bbażata fuq konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet ikkonċernati u valutazzjoni tal-impatt. Il-konsultazzjoni kienet tinkludi sessjoni ta' ħidma ddedikata għall-partijiet ikkonċernati, konsultazzjoni pubblika online, laqgħat ma' rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll skambji mal-Istati Membri. L-elementi prinċipali li joħorġu mill-konsultazzjoni huma l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kwantità u l-kwalità tal-informazzjoni relatata mas-suq uniku, il-proċeduri elettroniċi u s-servizzi ta' assistenza disponibbli. Hemm appoġġ wiesa' għall-għanijiet tal-inizjattiva u livell għoli ta' interess tal-partijiet ikkonċernati f'implimentazzjoni b'suċċess.

Il-proposta hija appoġġata b'valutazzjoni tal-impatt, li wriet li l-aħjar għażla hija li jiġi pprovdut approċċ koordinat tal-UE fejn l-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta' assistenza jistgħu jinstabu permezz ta' faċilità ta' tiftix tal-UE. L-Istati Membri se jkunu dawk li se jamministraw il-kontenut u r-rekwiżiti sostanzjali tar-regoli u l-obbligi nazzjonali. Dan huwa kkomplementat bi kriterji tal-kwalità ċari u infurzabbli u billi jkun hemm proċeduri ewlenin disponibbli online.

III. Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur tappoġġa b'mod wiesa' l-objettivi ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni, li għandha l-għan li tistabbilixxi punt ta' dħul diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni ta' kwalità għolja u aċċess għall-proċeduri amministrattivi online u servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi għaċ-ċittadini u n-negozju.

It-teknoloġiji tal-internet u diġitali qed jittrasformaw il-mod kif in-nies u n-negozji jgħixu, jaħdmu, jistudjaw, jagħmlu n-negozju u jivvjaġġaw. Għalhekk, ir-Rapporteur tappoġġa l-idea li l-UE u l-Istati Membri jimxu lejn id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet tagħhom, billi jipprovdu xi wħud mill-proċeduri amministrattivi essenzjali, mill-informazzjoni u mir-rimedji liċ-ċittadini f'format online u f'tal-anqas lingwa barranija waħda oħra minbarra l-lingwi nazzjonali jew uffiċjali tagħhom. Li jkollhom din l-informazzjoni u dawn il-proċeduri disponibbli online b'mod mhux diskriminatorju huwa wkoll importanti għaċ-ċittadini biex ikunu jistgħu jużaw id-drittijiet tagħhom fis-suq intern.

Fl-istess waqt, madankollu, ir-Rapporteur identifikat għadd ta' elementi li jirrikjedu aktar diskussjoni jew kjarifika. L-ewwel, ir-Rapporteur se tindirizza l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li jipprovdi kummenti u rakkomandazzjonijiet dwar kif jiġi ssalvagwardjat aħjar id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni ta' data personali fir-Regolament propost. It-tieni, ir-Rapporteur tressaq għadd ta' titjib fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kwalità relatati mal-informazzjoni, il-proċeduri online u s-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi. It-tielet, ir-Rapporteur tissuġġerixxi dispożizzjonijiet addizzjonali biex jiġu ċċarati r-rekwiżiti dwar l-aċċess għall-proċeduri online. Finalment, ir-Rapporteur tappoġġa t-tibdil introdott għar-Regolament tal-IMI.

1. L-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data - il-prinċipju "ta' darba biss"

L-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) tinħareġ fuq talba speċifika kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Parlament skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament 45/2001. L-Opinjoni tipprovdi rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-prinċipju "ta' darba biss", li għandu l-għan li jiżgura li ċ-ċittadini u n-negozju jintalbu jfornu l-istess informazzjoni darba biss lil amministrazzjoni pubblika, li mbagħad tkun tista' terġa' tintuża.

Ir-Rapporteur tappoġġa r-rakkomandazzjonijiet indirizzati fl-opinjoni tal-KEPD u tenfasizza li sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b'suċċess ta' "darba biss" fl-UE kollha, u tippermetti l-iskambju transfruntier legali ta' data, "ta' darba biss" dan irid jiġi implimentat f'konformità mal-prinċipji rilevanti tal-protezzjoni tad-data. Ir-Rapporteur tappoġġa wkoll l-isforzi li saru biex jiġi żgurat li individwi jibqgħu fil-kontroll tad-data personali tagħhom, inkluż billi ssir "talba espliċita tal-utent" qabel kwalunkwe trasferiment ta' evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti, u billi jkun hemm il-possibbiltà għall-utent li "jara minn qabel" l-evidenza li se tiġi skambjata.

Madankollu, ir-Rapporteur temmen li għad hemm xi elementi li jirrikjedu aktar kjarifika. Biex tindirizza dawn l-elementi, ir-Rapporteur tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, li jiffukaw fuq il-bażi ġuridika għall-iskambju transfruntier ta' evidenza, il-limitazzjoni tal-iskop, u l-kamp ta' applikazzjoni tal-"prinċipju ta' darba biss" kif ukoll tħassib prattiku dwar il-kontroll tal-utent. Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tar-Rapporteur jinkludu li jiġi ċċarat li l-proposta ma tipprovdix bażi ġuridika għall-użu tas-sistema teknika għall-iskambju ta' informazzjoni għal finijiet għajr dawk previsti fl-erba' Direttivi elenkati jew inkella previsti skont il-liġi applikabbli tal-UE jew nazzjonali. Il-proposta m'għandhiex l-għan li tipprovdi restrizzjoni fuq il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR).

2. Ir-rekwiżiti tal-kwalità relatati mal-informazzjoni, mal-proċeduri online u mas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi

Fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kwalità, ir-Rapporteur tappoġġa l-approċċ ġenerali tal-Kummissjoni. L-enfasi tagħha huwa li l-kwalità tal-portal diġitali uniku tiddependi fuq il-kwalità tas-servizzi Ewropej u nazzjonali pprovduti permezz tal-portal. Sabiex il-portal diġitali uniku jilħaq il-ħtiġijiet tal-utenti, jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards ta' kwalità għolja fir-rigward tal-informazzjoni, tal-proċeduri online u tas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi. L-esperjenzi ħżiena bl-informazzjoni u bis-servizzi online pprovduti fil-livell Ewropew u nazzjonali se jiġġeneraw perċezzjoni negattiva tal-portal diġitali uniku.

Għalhekk, hija tintroduċi numru ta' titjibiet għall-abbozz attwali, biex issaħħaħ ir-rekwiżiti tal-kwalità. F'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun faċli biex tinftiehem sabiex numru massimu ta' utenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-informazzjoni u mis-servizzi previsti f'dan ir-Regolament. F'dan ir-rigward, ir-Rapporteur tipproponi sett ta' emendi biex jiżguraw li l-paġni web kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta jkunu aċċessibbli wkoll għall-utenti b'diżabilità. Ir-Rapporteur tissuġġerixxi wkoll li jenħtieġ li jiġi introdott sett ta' rekwiżiti tal-kwalità għall-interfaċċa komuni tal-utent appoġġat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni u l-koordinaturi nazzjonali jenħtieġ li permezz tal-grupp ta' koordinazzjoni jimmonitorjaw il-konformità tal-kriterji tal-kwalità, u jekk ikun hemm deterjorament serju u persistenti jkunu jistgħu b'mod temporanju jaqtgħu l-konnessjoni tas-servizz jew, bħala l-aħħar soluzzjoni, jikkunsidraw penali jew azzjonijiet konġunti mal-Istati Membri biex itejbu jew isewwu s-servizzi.

3. L-aċċess għall-proċeduri online

Ir-Rapporteur tmexxi l-Artikolu 5(1) fl-Artikolu 11. It-tibdil huwa meħtieġ sabiex tiġi ċċarata d-differenza bejn il-proċeduri online stabbiliti fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 11. Il-proċeduri online elenkati fl-Anness II fir-rigward tal-Artikolu 5 se jkunu obbligatorji għall-Istati Membri. Konsegwentement, l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw li l-proċeduri fl-Artikolu 5 ikunu kompletament online u aċċessibbli għall-utenti kollha. Barra minn hekk, ir-Rapporteur tiċċara xi tfisser kompletament online u liema proċeduri jeħtieġ li jkunu koperti fl-Anness II. Għar-Rapporteur huwa importanti li jiġi enfasizzat li dan ir-Regolament mhux se jaffettwa d-dispożizzjonijiet sostanzjali tad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-liġi tal-Unjoni u/jew nazzjonali u li l-Istati Membri se jkomplu jorganizzaw is-servizzi u l-proċeduri nazzjonali tagħhom bil-mod li jissodisfa l-ħtiġijiet nazzjonali tagħhom.

L-Artikolu 11 min-naħa l-oħra jiżgura li jekk l-Istati Membri jipprovdu ċerti proċeduri liċ-ċittadini nazzjonali tagħhom, jenħtieġ li jipprovdu wkoll dawk il-proċeduri b'mod mhux diskriminatorju lill-utenti transfruntiera sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tas-suq intern tagħhom li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni u jikkonformaw ma' dawk l-obbligi u r-regoli. Ir-Rapporteur tappoġġa dan l-objettiv, imma terġa' tenfasizza li r-rekwiżiti tekniċi użati għall-utenti transfruntiera jenħtieġ li jkunu possibbli wkoll għall-utenti nazzjonali skont il-proċeduri u r-rekwiżiti nazzjonali.

4. Reviżjoni tar-Regolament tal-IMI

Ir-Rapporteur taqbel mat-tibdil propost għar-Regolament tal-IMI li jikkonferma u jaġġorna d-dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu ta' superviżjoni kkoordinata previst għall-IMI u jkun jippermetti wkoll li l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ("EDPB") jibbenefika mill-possibbiltajiet tekniċi offruti mill-IMI għall-iskambju ta' informazzjoni fil-kuntest tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR). Fir-rigward tal-emendi għar-Regolament tal-IMI, il-KEPD jirrakkomanda ż-żieda tal-GDPR mal-Anness tar-Regolament tal-IMI biex jippermetti l-użu potenzjali tal-IMI għall-finijiet tal-protezzjoni tad-data.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta’ portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, assistenza u servizzi għas-soluzzjoni ta’ problemi

Referenzi

COM(2017)0256 – C8-0141/2017 – 2017/0086(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

2.5.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

12.6.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.6.2017

LIBE

12.6.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

30.5.2017

LIBE

5.2.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Marlene Mizzi

30.5.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.10.2017

21.11.2017

22.1.2018

21.2.2018

Data tal-adozzjoni

22.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White, Morten Løkkegaard, Marlene Mizzi, Nosheena Mobarik, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Birgit Collin-Langen, Edward Czesak, Kaja Kallas, Arndt Kohn, Adam Szejnfeld, Ulrike Trebesius, Lambert van Nistelrooij

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriel Mato, Flavio Zanonato, Jaromír Štětina

Data tat-tressiq

6.3.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

ECR

EFDD

GUE/NGL

PPE

 

 

 

S&D

 

Verts/ALE

Kaja Kallas, Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic

Edward Czesak, Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Ulrike Trebesius

Marco Zullo

Dennis de Jong

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Anna Maria Corazza Bildt, Antonio López-Istúriz White, Gabriel Mato, Andreas Schwab, Jaromir Stetina, Adam Szejnfeld, Róza Gräfin von Thun und Hoheinstein, Mihai Turcanu, Lambert van Nistelrooij

Lucy Anderson, Nicola Danti, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Arndt Kohn, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Flavio Zanonato

Pascal Durand, Igor Soltes

3

-

EFDD

ENF

John Stuart Agnew, Robert Jaroslaw Iwaszkiewicz

Mylène Troszczynski

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Marzu 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza