RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

12.3.2018 - (COM(2017)0735 – C8-0421/2017 – 2017/0328(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Giovanni La Via


Proċedura : 2017/0328(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0063/2018
Testi mressqa :
A8-0063/2018
Dibattiti :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

(COM(2017)0735 – C8-0421/2017 – 2017/0328(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0735),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 u 168(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0421/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0063/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jikkundanna d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati, tad-19 ta' Lulju 2012, u l-Approċċ Komuni mehmuż magħha, u jappella biex il-Parlament Ewropew ikun involut mill-qrib fil-proċess deċiżjonali dwar is-sede u r-rilokazzjoni tal-aġenziji u l-korpi fid-dawl tal-prerogattivi tiegħu bħala koleġiżlatur skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

3.  Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jiddispjaċih li l-Parlament Ewropew u, fl-aħħar mill-aħħar, ir-rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni, ma kinux involuti bis-sħiħ fil-proċedura tal-għażla tas-sede l-ġdida tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), li finalment ittellgħet bix-xorti, minkejja l-importanza tad-deċiżjoni; deċiżjonijiet relatati mas-sede tal-korpi u l-aġenziji jeħtieġ u, legalment, iridu jittieħdu b'rispett sħiħ tal-prerogattivi tal-Parlament Ewropew skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, li tqiegħed lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq l-istess livell bħala koleġiżlaturi;

5.  Jiddeplora d-Deċiżjoni tal-Kunsill li twassal biex tkompli tikber l-isproporzjonalità ġeografika, hekk kif 9 biss mis-37 aġenzija deċentralizzata tal-UE għandhom is-sede tagħhom fl-Istati Membri l-ġodda, għall-kuntrarju tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew Nru 5381/04 u Nru 11018/1/08 li t-tnejn jagħtu prijorità lill-Istati Membri l-ġodda;

6.  Jistieden lill-awtoritajiet baġitarji u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-ispejjeż relatati mal-bidla fis-sede tal-EMA jkoprihom kompletament il-pajjiż ospitanti attwali; jirrimarka li xi wħud mill-ispejjeż tar-rilokazzjoni mis-sede attwali se jkollhom jiġu ffinanzjati minn qabel mill-baġit tal-Unjoni, qabel is-saldu finanzjarju mal-pajjiż ospitanti attwali;

7.  Jistieden lill-awtoritajiet baġitarji u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-ispejjeż relatati mal-bidla fis-sede tal-EMA jkoprihom kompletament il-pajjiż ospitanti attwali;

8.  Jistieden lill-awtoritajiet baġitarji u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-ispejjeż addizzjonali relatati mat-trasferiment doppju tas-sede tal-EMA – l-ewwel lejn post temporanju, u mbagħad lejn il-Binja Vivaldi – ikoprihom kompletament il-gvern Netherlandiż u għalhekk ma jaffettwawx b'mod negattiv il-baġit ġenerali tal-Unjoni;

9.  Jistieden lill-awtoritajiet baġitarji u lill-Kummissjoni jiżguraw li dan it-trasferiment doppju ma jipperikolax il-ħtiġijiet operattivi normali tal-EMA u jiggarantixxi l-kontinwità tal-operat u l-funzjonament bla xkiel tal-EMA, mingħajr interruzzjonijiet, lil hinn minn Marzu 2019;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Wara li kkunsidraw l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini jkollha l-uffiċċju rreġistrat il-ġdid tagħha mid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit jew mit-30 ta' Marzu 2019, skont liema data tiġi l-ewwel.

(2)  Wara li kkunsidraw l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tibda tokkupa s-sede l-ġdida tagħha mit-30 ta' Marzu 2019.

Ġustifikazzjoni

The date of 30 March 2019 is the date when the UK is expected to become a third country. Although the Commission’s proposal reflects the legal possibility that the UK could leave the Union before the end of the 2 years period foreseen in Art 50, the Agency requires legal certainty as regards the official date of its departure from the UK for several practical reasons related to the planning of its relocation process. To avoid that the Agency would have to suddenly move earlier than currently planned, e.g. due to a collapse in the EU-UK negotiations, the Agency would not be in a position to complete all necessary relocation activities on time.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fil-post il-ġdid tagħha, jenħtieġ li jiġi konkluż ftehim dwar il-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini qabel ma tibda s-sede l-ġdida tagħha.

(3)  Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fis-sede l-ġdida tagħha, jenħtieġ li jiġi konkluż ftehim dwar il-kwartieri ġenerali malajr kemm jista' jkun. Jenħtieġ li l-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali jinkludi l-aktar termini u kundizzjonijiet xierqa biex ir-rilokazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-membri tal-persunal tagħha lejn Amsterdam tkun suċċess.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn skadenzi preċiżi fil-leġiżlazzjoni għall-iffirmar tal-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali biex jiġi evitat dewmien fin-negozjati tal-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u b'hekk jiġu appoġġjati l-attivitajiet ta' tħejjija għar-rilokazzjoni sat-30 ta' Marzu 2019.L-eżistenza ta' ftehim dwar il-kwartieri ġenerali li jistabbilixxi qafas dettaljat għall-insedjament tal-Aġenzija fil-pajjiż ospitanti l-ġdid tnaqqas l-inċertezza u tagħti aktar ċarezza lill-membri tal-persunal, u b'hekk tgħin biex tiġi garantita l-kontinwità tal-operat matul il-fażijiet kollha tar-rilokazzjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità sħiħa tal-operat tal-Aġenzija, jenħtieġ li s-sede temporanja f'Amsterdam tkun għad-dispożizzjoni mill-1 ta' Jannar 2019 u li l-kwartieri ġenerali permanenti tal-Aġenzija jkunu lesti sal-15 ta' Novembru 2019.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Il-fatt li s-sede l-ġdida tal-Aġenzija tirrifletti l-preferenzi tal-membri tal-persunal attwali tagħha, u li l-awtoritajiet Netherlandiżi qed jagħmlu sforzi biex jiżguraw li dan it-trasferiment doppju ma jipperikolax l-effikaċja operattiva, il-kontinwità u l-funzjonament tal-Aġenzija mingħajr interruzzjonijiet, huwa ta' min ifaħħru. Madankollu, ir-rilokazzjoni doppja tal-Aġenzija lejn Amsterdam tfisser li, sakemm iddum topera mis-sede temporanja, l-Aġenzija se jkollha tnaqqas temporanjament il-prijorità ta' ċerti attivitajiet, bħall-ħidma tagħha fuq il-mediċina pedjatrika u fuq kwistjonijiet ta' saħħa pubblika, inkluża l-ħidma tagħha fuq ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-pandemiji tal-influwenza. Id-dewmien li diġà ħabbar il-Gvern tan-Netherlands, u li tefa' lura l-konsenja tal-binja permanenti, li x-xogħol ta' kostruzzjoni fuqha għadu ma bediex, iqajjem tħassib dwar dewmien ulterjuri li jista' jkun hemm. Jenħtieġ li r-rilokazzjoni għall-binja temporanja tkun limitata għal 10 xhur u nofs biex jiġi żgurat li l-Aġenzija tkun tista' terġa' topera bil-kapaċità sħiħa tagħha mis-16 ta' Novembru 2019 u jiġi evitat aktar telf ta' għarfien espert.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-Regolament (KE) Nru 726/2004, jiżdied l-Artikolu 71a li ġej:

Fir-Regolament (KE) Nru 726/2004, jiżdiedu l-Artikolu 71a u l-Artikolu 71b li ġejjin:

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Regolament (KE) Nru 726/2004

"Artikolu 71a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Artikolu 71a

"Artikolu 71a

L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha f'Amsterdam, fin-Netherlands."

L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha f'Amsterdam, fin-Netherlands."

 

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tan-Netherlands għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-Aġenzija tkun tista' tidħol fis-sede temporanja tagħha mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019 u tibda tokkupa s-sede permanenti tagħha mhux aktar tard mis-16 ta' Novembru 2019.

 

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tan-Netherlands għandhom jippreżentaw rapport bil-miktub lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-aġġustamenti tal-uffiċċji temporanji u dwar il-kostruzzjoni tal-binja permanenti tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull tliet xhur minn hemm 'il quddiem, sakemm l-Aġenzija tkun daħlet fil-kwartieri ġenerali permanenti tagħha.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Regolament (KE) Nru 726/2004

Artikolu 71b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 71b

 

Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali li jippermetti lill-Aġenzija tidħol fil-bini approvat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, għandu jiġi konkluż fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament."

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn skadenzi preċiżi fil-leġiżlazzjoni għall-iffirmar tal-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali biex jiġi evitat dewmien fin-negozjati tal-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u b'hekk jiġu appoġġjati l-attivitajiet ta' tħejjija għar-rilokazzjoni sat-30 ta' Marzu 2019.L-eżistenza ta' ftehim dwar il-kwartieri ġenerali li jistabbilixxi qafas dettaljat għall-insedjament tal-Aġenzija fil-pajjiż ospitanti l-ġdid tnaqqas l-inċertezza u tagħti aktar ċarezza lill-membri tal-persunal, u b'hekk tgħin biex tiġi garantita l-kontinwità tal-operat matul il-fażijiet kollha tar-rilokazzjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit jew mit-30 ta' Marzu 2019, skont liema data tiġi l-ewwel.

Dan ir-Regolament japplika mit-30 ta' Marzu 2019.

Ġustifikazzjoni

The date of 30 March 2019 is the date when the UK is expected to become a third country. Although the Commission’s proposal reflects the legal possibility that the UK could leave the Union before the end of the 2 years period foreseen in Art 50, the Agency requires legal certainty as regards the official date of its departure from the UK for several practical reasons related to the planning of its relocation process. To avoid that the Agency would have to suddenly move earlier than currently planned, e.g. due to a collapse in the EU-UK negotiations, the Agency would not be in a position to complete all necessary relocation activities on time.

DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li r-rwol tiegħu ta' koleġiżlatur ma ġiex ikkunsidrat peress li ma ġiex involut fil-proċedura li twassal għall-għażla tas-sede l-ġdida tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

Il-Parlament Ewropew jixtieq ifakkar il-prerogattivi tiegħu bħala koleġiżlatur u jinsisti fuq ir-rispett sħiħ tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja f'dak li għandu x'jaqsam mas-sede tal-korpi u l-aġenziji.

Bħala l-unika istituzzjoni tal-Unjoni li tiġi eletta direttament u tirrappreżenta ċ-ċittadini tal-Unjoni, il-Parlament huwa l-ewwel garanti tar-rispett tal-prinċipju demokratiku fl-Unjoni.

Il-Parlament Ewropew jikkundanna l-proċedura segwita għall-għażla tal-post il-ġdid tas-sede, li de facto ċaħħdet lill-Parlament Ewropew mill-prerogattivi tiegħu peress li ma ġiex involut effettivament fil-proċess, iżda issa qed jiġi mistenni sempliċement jikkonferma l-għażla magħmula għall-post il-ġdid tas-sede permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Il-Parlament Ewropew ifakkar li l-Approċċ Komuni mehmuż mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati, iffirmat fl-2012, mhuwiex legalment vinkolanti – kif rikonoxxut fid-Dikjarazzjoni nfisha – u li l-qbil sar mingħajr preġudizzju għas-setgħat leġiżlattivi tal-istituzzjonijiet.

Għalhekk, il-Parlament Ewropew jinsisti li l-proċedura segwita għall-għażla tas-sede l-ġdida tal-aġenziji tiġi riveduta u ma tibqax tintuża f'din il-forma fil-futur.

Fl-aħħar nett, il-Parlament Ewropew jixtieq ifakkar ukoll li fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016[1], it-tliet istituzzjonijiet impenjaw ruħhom favur kooperazzjoni leali u trasparenti filwaqt li fakkru fl-ugwaljanza taż-żewġ koleġiżlaturi kif minquxa fit-Trattati.

  • [1]  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) hija Aġenzija deċentralizzata importanti tal-UE, responsabbli mill-evalwazzjoni xjentifika, is-superviżjoni u l-monitoraġġ tas-sikurezza tal-mediċini fl-UE.

Il-ħtiġijiet tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s-sikurezza qegħdin dejjem jevolvu, u dan jirriżulta f'domanda dejjem akbar għall-informazzjoni u għal perspettiva bbażata fuq ir-riskju u l-evidenza.

Għalhekk, il-missjoni tal-EMA li trawwem eċċellenza xjentifika fl-evalwazzjoni u s-superviżjoni tal-mediċini, għall-benefiċċju tas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni Ewropea, hija u se tibqa' ta' importanza kbira.

L-Aġenzija, li bħalissa hi bbażata f'Londra, trid tiġi rilokata fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Fit-22 ta' Ġunju 2017, fl-okkażjoni tal-Kunsill Ewropew, il-mexxejja tal-UE27 approvaw proċedura speċifika għar-rilokazzjoni ta' din l-aġenzija u tal-EBA. Il-Ministri tal-UE27 ivvutaw fl-okkażjoni tal-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tal-20 ta' Novembru 2017 u, wara li ttellgħet bix-xorti, Amsterdam (in-Netherlands) ġiet assenjata s-sede tal-Aġenzija.

Fid-29 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet emenda leġiżlattiva għar-rilokazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u talbet lill-koleġiżlaturi (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) jagħtu prijorità lit-trattament ta' din il-proposta leġiżlattiva, li tillimita ruħha strettament għall-konferma tas-sede l-ġdida tal-Aġenzija fir-Regolament fundatur.

Fl-offerta tagħhom, in-Netherlands jipproponu l-Binja Vivaldi (31 855 m²) li, skont dak li hemm indikat, tinkludi ċentru tal-konferenzi u xi spazji ta' ħidma li hu ppjanat li jkunu lesti sal-1 ta' April 2019, filwaqt li s-sulari tal-uffiċċji għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni wieħed wara l-ieħor sa 6 xhur wara. L-offerta tindika wkoll bini awżiljarju temporanju li jista' jintuża mill-1 ta' Jannar 2019 sakemm il-persunal kollu tal-EMA jkun mar fil-Binja Vivaldi, bi tqassim dettaljat li għandu jiġi miftiehem mal-Aġenzija.

Ir-rapporteur jiddispjaċih li l-Parlament Ewropew, u fl-aħħar mill-aħħar, ir-rappreżentanti taċ-ċittadini tal-UE, ma kinux involuti bis-sħiħ fil-proċedura tal-għażla tas-sede l-ġdida tal-EMA, li finalment ittellgħet bix-xorti, minkejja l-importanza tad-deċiżjoni.

Ir-rapporteur beħsiebu, għalhekk, jipproponi li titħejja Dikjarazzjoni, bħala anness għar-rapport li għandha ssir votazzjoni dwaru fil-Kumitat ENVI u fil-plenarja, bil-għan li tiġi mmodifikata d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati u l-Approċċ Komuni mehmuż mad-dokument, iffirmati fl-2012, li mhumiex legalment vinkolanti, kif hemm miktub fid-Dikjarazzjoni nfisha, u li sar qbil dwarhom mingħajr preġudizzju għas-setgħa leġiżlattiva tal-Istituzzjonijiet.

Ir-rapporteur beħsiebu jiddefendi l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew u jemmen li d-deċiżjonijiet kollha relatati mas-sede tal-korpi u l-aġenziji tal-UE jeħtieġ li, legalment, jittieħdu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, b'rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-Parlament Ewropew, li tqiegħed lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq l-istess livell bħala koleġiżlaturi.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (27.2.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
(COM(2017)0735 – C8-0421/2017 – 2017/0328(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Mercedes Bresso

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a.   Jitlob reviżjoni immedjata tal-Approċċ Komuni anness mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012 sabiex il-Parlament Ewropew jiġi involut mill-qrib fil-proċess deċiżjonali dwar il-post tal-aġenziji fid-dawl tal-prerogattivi tiegħu bħala koleġiżlatur fl-ambitu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

Emenda    2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b.   Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

Għal skopijiet ta' informazzjoni, it-test tad-dikjarazzjoni huwa kif ġej:

"Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li r-rwol tiegħu ta' koleġiżlatur ma tqisx kif xieraq peress li ma ġiex involut fil-proċedura tal-għażla tas-sede l-ġdida tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA).

Il-Parlament Ewropew jixtieq ifakkar il-prerogattivi tiegħu bħala koleġiżlatur u jinsisti fuq ir-rispett sħiħ tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja f'dak li għandu x'jaqsam mal-post ta' korpi u aġenziji.

Bħala l-unika istituzzjoni tal-Unjoni direttament eletta u li tirrappreżenta ċ-ċittadini tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew huwa l-ewwel garanti tar-rispett tal-prinċipju demokratiku fl-Unjoni.

Il-Parlament Ewropew jikkundanna l-proċedura segwita għall-għażla tal-post il-ġdid tas-sede, li de facto ċaħħdet lill-Parlament Ewropew mill-prerogattivi tiegħu peress li ma kienx ġie effettivament involut fil-proċess, iżda issa huwa mistenni li sempliċiment jikkonferma l-għażla li saret għall-post il-ġdid tas-sede permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Il-Parlament Ewropew ifakkar li l-Approċċ Komuni anness mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati, iffirmata fl-2012 mhijiex vinkolanti, kif rikonoxxut fid-Dikjarazzjoni stess u li ntlaħaq ftehim dwarha mingħajr preġudizzju għas-setgħat leġiżlattivi tal-istituzzjonijiet.

Il-Parlament Ewropew jilqa' l-fatt li l-proċedura ta' għażla tas-sede l-ġdida tal-aġenzija kienet ibbażata fuq il-kriterji ta' għażla msemmija fl-Approċċ Komuni, iżda jiddeplora l-fatt li eventwalment id-deċiżjoni ntlaħqet bix-xorti. Għalhekk, il-Parlament Ewropew jinsisti li l-proċedura segwita għall-għażla ta' post ġdid għall-aġenziji tiġi riveduta u ma tintużax f'din il-forma fil-ġejjieni.

Fl-aħħarnett, il-Parlament Ewropew jixtieq ifakkar ukoll li fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 20161, it-tliet istituzzjonijiet impenjaw ruħhom li jikkoooperaw b'mod sinċier u trasparenti filwaqt li jfakkar fl-ugwaljanza taż-żewġ koleġislaturi kif stabbilit fit-Trattati."

______________________

ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Riferiment għall-obbligu ta' kooperazzjoni sinċiera reċiproka fost l-istituzzjonijiet tal-UE

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)   L-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jeħtieġ li r-relazzjonijiet fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jitwettqu f'kooperazzjoni sinċiera reċiproka, filwaqt li kull waħda minnhom taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, u f'konformità mal-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-objettivi stabbiliti fihom. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jiġi infurmat u involut b'mod sħiħ matul l-istadji kollha tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Referenzi

COM(2017)0735 – C8-0421/2017 – 2017/0328(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.12.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

11.12.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Mercedes Bresso

26.2.2018

Eżami fil-kumitat

26.2.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Pascal Durand, Danuta Maria Hübner, Diane James, Ramón Jáuregui Atondo, Morten Messerschmidt, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Enrique Guerrero Salom, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jérôme Lavrilleux, Mairead McGuinness, Cristian Dan Preda, Jasenko Selimovic

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Seán Kelly, Jeroen Lenaers, Ramón Luis Valcárcel Siso

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

18

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jasenko Selimovic

EFDD

Eleonora Evi

GUE/NGL

Barbara Spinelli

PPE

Danuta Maria Hübner, Seán Kelly, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Mairead McGuinness, Cristian Dan Preda, Ramón Luis Valcárcel Siso

S&D

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Enrique Guerrero Salom, Ramón Jáuregui Atondo, Sylvia-Yvonne Kaufmann

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand

3

-

ECR

Morten Messerschmidt, Kazimierz Michał Ujazdowski

NI

Diane James

1

0

S&D

Pedro Silva Pereira

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Referenzi

COM(2017)0735 – C8-0421/2017 – 2017/0328(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.11.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.12.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.12.2017

CONT

11.12.2017

ITRE

11.12.2017

AGRI

11.12.2017

 

AFCO

11.12.2017

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

11.12.2017

ITRE

23.1.2018

AGRI

13.12.2017

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Giovanni La Via

10.1.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

25.1.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

12.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Jiří Maštálka, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Renata Briano, Nicola Caputo, Jørn Dohrmann, Eleonora Evi, Christofer Fjellner, Jan Huitema, Merja Kyllönen, Norbert Lins, Gesine Meissner, Alojz Peterle, Christel Schaldemose, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Angelo Ciocca, Emilian Pavel, Massimiliano Salini

Data tat-tressiq

12.3.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

52

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Jan Huitema, Anneli Jäätteenmäki, Gesine Meissner, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR

Arne Gericke, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Eleonora Evi, Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Kateřina Konečná, Merja Kyllönen, Jiří Maštálka, Estefanía Torres Martínez

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Christofer Fjellner, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, György Hölvényi, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Miroslav Mikolášik, Alojz Peterle, Annie Schreijer-Pierik, Adina-Ioana Vălean

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Karin Kadenbach, Susanne Melior, Rory Palmer, Emilian Pavel, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Davor Škrlec

6

-

ECR

Jørn Dohrmann

PPE

Elisabetta Gardini, Massimiliano Salini

S&D

Renata Briano, Nicola Caputo, Damiano Zoffoli

1

0

ENF 

Angelo Ciocca

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Marzu 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza