RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2016

22.3.2018 - (2017/2158(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Bart Staes

Proċedura : 2017/2158(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0066/2018
Testi mressqa :
A8-0066/2018
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2158(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[1],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0068/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0066/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2158(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[6],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[7] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0068/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0066/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2158(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0066/2018),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità tal-kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.  billi, skont ir-rapporti tad-dħul u l-infiq tagħha[11], il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2016 kien jammonta għal EUR 193 398 000, u dan jirrappreżenta żieda ta' 4,30 % meta mqabbel ma' dak għall-2015; billi EUR 36 370 000 tal-baġit tal-Aġenzija huma derivati mill-baġit tal-Unjoni u EUR 95 926 000 huma dħul minn tariffi u imposti;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2016 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

1.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, minkejja li fl-2016 l-attivitajiet li ġew iffinanzjati mill-industrija rriżultaw f'defiċit ta' EUR 7 600 000, ir-riżultati baġitarji jvarjaw matul is-snin u l-Aġenzija akkumulat bilanċ pożittiv ta' EUR 52 000 000 minn din il-kategorija ta' attività; ifakkar li r-Regolament fundatur tal-Aġenzija jistabbilixxi li t-tariffi imposti fuq l-Industrija għandhom ikunu adegwati biex ikopru l-ispiża tal-Aġenzija għall-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni relatati u għalhekk ma jipprevedix l-akkumulazzjoni ta' bilanċ pożittiv;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99 %, u dan jirrappreżenta żieda ta' 1 % apparagun tal-2015; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet stabbli fil-livell ta' 91 %;

3.  Jinnota li l-impenji għal nefqa amministrattiva oħra żdiedu b'EUR 2 140 000 f'termini assoluti għal EUR 24 060 000, ammont li jirrappreżenta 16,5 % tal-perċentwali globali tal-baġit tal-Aġenzija; jinnota li din iż-żieda hija dovuta, fil-biċċa l-kbira, għall-ispejjeż ta' trasferiment tal-Aġenzija lejn il-bini l-ġdid tagħha fis-6 ta' Ġunju 2016;

Impenji u riporti

4.  Jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit f'dak li għandu x'jaqsam mal-eżekuzzjoni ta' pagamenti kontra l-ammonti riportati għall-2016 kienet iktar minn 96 % (meta mqabbla ma' 97 % fl-2015), jiġifieri iktar mill-mira tal-Kummissjoni ta' 95 %;

5.  Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għalkollox ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, u mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk jiġu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti;

Il-politika tal-persunal

6.  Josserva li fl-2016 l-Aġenzija mliet il-karigi kollha disponibbli li kienu awtorizzati fit-tabella tal-persunaltagħha, jiġifieri 676 kariga AST u AD;

7.  Japprezza t-trasferiment kontinwu ta' karigi mill-kategoriji ta' Amministrazzjoni (funzjonijiet amministrattivi, funżjonijiet ta' appoġġ, funzjonijiet ta' koordinazzjoni u funzjonijiet newtrali) għall-kategoriji Operattivi, jiġifieri 81 %;

8.  Jenfasizza li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandu jkun parti mill-politika tal-persunal tal-Aġenzija; jenfasizza li l-baġit li ntefaq biex jitrawwem sens ta' appartenenza fost il-persunal u għal attivitajiet soċjali u sportivi jammonta għal EUR 176 207,54; jinnota li l-Aġenzija organizzat 14-il jum u nofs ta' avvenimenti biex jitrawwem sens ta' appartenenza fost il-persunal; josserva li n-numru medju ta' liv minħabba mard kien ta' tmint ijiem għal kull membru tal-persunal;

9.  Ifakkar li l-Aġenzija diġà daħħlet fis-seħħ proċeduri li jikkonċernaw il-fastidju psikoloġiku u dak sesswali; jissuġġerixxi li jiġu organizzati sessjonijiet ta' taħriġ u ta' informazzjoni biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-persunal; jinnota li fl-2016 ma ġie rrapportat l-ebda każ;

10.  Japprezza l-fatt li fl-2016 l-Aġenzija ma rċeviet l-ebda lment, azzjoni legali jew każ irrapportat marbuta mal-ingaġġ jew mat-tkeċċija ta' membri tal-persunal;

11.  Josserva li, sabiex tlaħħaq mal-isfidi tal-industrija tal-avjazzjoni, l-Aġenzija ddeċidiet li topera sistema ta' karriera doppja bl-għan li żżomm u ssaħħaħ il-kompetenzi meħtieġa skont l-Istrateġija Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni; jistenna b'interess l-implimentazzjoni ta' din is-sistema l-ġdida tal-karrieri matul is-snin sussegwenti sakemm tilħaq il-maturità sħiħa; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati ta' din is-sistema l-ġdida tal-karrieri;

12.  Jinnota b'sodisfazzjon l-inizjattiva l-ġdida mnedija bl-għan li jiġi reklutat talent żagħżugħ direttament mill-Universitajiet ("Junior Qualification Programme"); jinnota li dan il-proġett pilota għandu l-għan li jattira studenti li jkunu ggradwaw riċentement b'livell għoli ta' kwalifiki akkademiċi, sabiex jiġi stabbilit pipeline ta' talenti għall-impjiegi fl-oqsma tekniċi tal-Aġenzija;

13.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija kienet qed tibdel b'mod gradwali l-approċċ ta' reklutaġġ tagħha minn wieħed reattiv (identifikazzjoni tal-ħtiġijiet marbuta mal-mili tal-postijiet battala, sostituzzjoni awtomatika ta' dawk li jitilqu) għal wieħed proattiv (ippjanar bil-quddiem, prijoritizzazzjoni u tqassim mill-ġdid, u allinjament tal-ħtiġijiet ta' riżorsi mal-objettivi strateġiċi ġenerali);

14.  Jiddispjaċih dwar l-iżbilanċ bejn l-irġiel u n-nisa fost il-membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija, bi proporzjon ta' 78 % għal 22 %; jirrikonoxxi mill-Aġenzija li r-rappreżentanti jiġu nnominati direttament u b'mod indipendenti mill-Istati Membri u mill-industrija, u għalhekk mhumiex taħt il-kontroll tal-Aġenzija nnifisha; jinnota bi tħassib li b'referenza għan-numru tal-karigi okkupati kollha fil-31 ta' Diċembru 2016, il-bilanċ bejn l-irġiel u n-nisa ma ntlaħaqx peress li l-proporzjon kien ta' 66 % għal 34 % rispettivament; jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-ħames karigi ta' maniġment superjuri kienu okkupati minn persuni tal-istess ġeneru; jistieden lill-Aġenzija tindirizza u tirrimedja dan l-iżbilanċ fil-livelli kollha bħala kwistjoni ta' urġenza;

Akkwist

15.  Jinnota li fl-2016 l-Aġenzija mmaniġġjat aktar minn 40 proċedura ta' akkwist b'valur ta' aktar minn EUR 60 000; jinnota, barra minn hekk, li bejn wieħed u ieħor ġew konklużi 400 kuntratt speċifiku fl-ambitu ta' kuntratti qafas u 150 kuntratt ta' valur baxx;

16.  Jilqa' l-miżuri korrettivi meħuda favur it-tisħiħ tal-ippjanar ġenerali tal-akkwisti fl-Aġenzija, bħalma huma l-iffirmar ta' Ftehimiet dwar il-Livell ta' Servizz (FLS) ma' dipartimenti operattivi, it-taħriġ ta' maniġers tal-kuntratti u sensibilizzazzjoni biex jitnaqqsu kemm id-dewmien kif ukoll il-proċeduri mhux ippjanati;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

17.  Jirrikonoxxi li f'Novembru 2014 l-Aġenzija adottat strateġija kontra l-frodi, kemm biex issaħħaħ l-effettività tal-attivitajiet ta' prevenzjoni u identifikazzjoni tal-frodi, kif ukoll biex tiżviluppa kontroproċeduri; jinnota li fi tmiem l-2016, l-azzjonijiet kollha previsti, b'mod partikolari l-offerta ta' kors ta' taħriġ lil mhux inqas minn 80 % tal-membri tal-persunal, ġew ikkompletati;

18.  Jinnota li l-Aġenzija stabbiliet u implimentat regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

19.  Jesprimi l-bżonn li jiġi stabbilit korp indipendenti ta' żvelar, konsulenza u riferiment b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li titħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jiġu offruti l-appoġġ u l-konsulenza li jeħtieġu;

20.  Jinnota li fl-2016, l-Aġenzija pproduċiet kodiċi ta' kondotta speċifiku għall-esperti esterni li jappoġġaw il-ħidma tal-Aġenzija, inkluża politika dwar il-kunflitt ta' interess u d-dikjarazzjoni ta' rikonoxximent tal-kodiċi;

21.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li bħalissa qed twettaq proċess ta' rieżami tal-persunal tagħha "Politika dwar l-imparzjalità u l-indipendenza: il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-Kunflitti ta' Interess", bl-għan li tkompli ttejjeb il-proċess intern għall-ikkompletar, ir-rieżami u l-aġġornament tad-dikjarazzjonijiet ta' interess; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress imwettaq;

22.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija ppubblikat id-dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess u s-CVs tal-membri rispettivi tal-Bord Amministrattiv fuq is-sit web tagħha, b'konsiderazzjoni tal-kummenti tal-Parlament;

Kisbiet ewlenin

23.  Jilqa' t-tliet kisbiet ewlenin identifikati mill-Aġenzija fl-2016, jiġiferi:

–  ġie implimentat il-pjan ta' azzjoni b'segwitu għat-traġedja tal-Germanwings: l-Aġenzija pproponiet miżuri b'rabta mal-Operazzjonijiet tal-Ajru u mal-Istat Mediku tal-Ekwipaġġ tal-Ajru, kif ukoll dokument ta' ħidma dwar il-kwistjoni tal-ibbilanċjar tal-kunfidenzjalità tal-pazjenti u s-sikurezza pubblika;

–  inħarġu iktar minn 3 000 ċertifikat, inklużi 18-il Ċertifikati tat-Tip ġdid;

–  ġiet żviluppata Sistema ta' Twissija għaż-Żoni ta' Kunflitt b'reazzjoni għal qasam ta' attività ġdid, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni (DĠ MOVE u DĠ HOME);

Awditi interni

24.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq żewġ inkarigi tal-awditjar fl-2016 li permezz tagħhom ġew ivvalutati t-tfassil u l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tas-sistemi ta' ġestjoni u kontrolli interni fir-rigward tal-attivitajiet tat-Tfassil tar-Regoli u tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EPAS); jinnota b'sodisfazzjoni li waqt l-awditjar tat-tfassil tar-regoli, l-IAS ma rrapporta l-ebda sejba klassifikata bħala "kritika" jew "importanti ħafna";

25.  Jinnota li fl-2016 il-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) wettqet tliet inkarigi ta' assigurazzjoni tal-awditjar fl-Aġenzija, relatati mal-kontijiet, tal-Kumitat Soċjali, il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru/is-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru (ATM/ANS) u l-Ajrudromi, u l-Ġestjoni tal-Missjonijiet; jirrimarka li r-rakkomandazzjonijiet ewlenin li jirriżultaw mill-ħidma ta' awditjar tal-IAC fl-2016 kellhom jiġu implimentati fl-2017; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

Kontroll Intern

26.  Jinnota li l-istandards ta' kontroll intern tal-Aġenzija jinkludu kemm is-16-il standard ta' kontroll intern tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-istandards internazzjonali tal-kwalità (ISO 9001), u dan jirriżulta f'24 Standard ta' Ġestjoni tal-EASA; jinnota li dawn l-istandards ġew riveduti u adottati mill-Bord Amministrattiv fl-2016 biex jiġu allinjati mal-aħħar verżjoni tal-istandards ISO 9001:2015;

27.  Jinnota li, fl-2016, l-Aġenzija wettqet valutazzjoni annwali tal-istandards ta' ġestjoni tal-EASA, li jintegraw kemm l-istandards ta' kontroll intern kif ukoll l-istandards tal-ISO; jirrikonoxxi li, bħala konklużjoni tal-valutazzjoni, is-sistema ta' ġestjoni tal-Aġenzija tikkonforma mal-istandards ta' ġestjoni, bis-saħħa ta' sistema ta' monitoraġġ soda li ġiet stabbilita kemm fil-livell tal-ġestjoni kif ukoll fil-livell tal-proċess; josserva li ġie identifikat xi titjib potenzjali fir-rigward tal-kontinwità tal-operat; jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-proġett ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-operat jinsab fit-tieni sena ta' żvilupp, li l-valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-operat twettqu kollha u li l-biċċa l-kbira tal-pjanijiet ta' kontinwità tal-operat diġà tlestew fir-rigward tal-proċessi kritiċi identifikati;

28.  Jilqa' l-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni 2018-2022 tal-Aġenzija, li għandu l-għan li jipprovdi qafas trasparenti għas-sikurezza tal-avjazzjoni, jidentifika r-riskji ewlenin u jiddefinixxi l-azzjonijiet li jridu jittieħdu; barra minn hekk jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw u jimplimentaw programmi ta' sikurezza mtejba u jiskambjaw l-aħjar prattiki;

29.  Jinnota li matul l-2016 twettqu 18-il eżerċizzju ta' kontroll ex post, li jkopru l-oqsma ta' kontroll annwali ex post fuq allowances għall-iskola, rimborżi tal-missjonijiet lill-esperti esterni, proċeduri ta' akkwist kompletati u rimborżi tan-nefqa għall-missjonijiet; jilqa' l-fatt li, b'mod ġenerali, it-tranżazzjonijiet kollha vverifikati kienu legali u regolari;

Kummenti oħra

30.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija lestiet iċ-ċaqliqa tagħha lejn bini ġdid maħsub apposta matul l-2016, mingħajr ebda tfixkil fl-operat tagħha;

31.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, matul il-perjodu 2014 sa 2016, l-Aġenzija nefqet EUR 9 400 000 (meta mqabbel ma' EUR 4 400 000 fl-2016) mill-bilanċ pożittiv akkumulat tagħha għall-finanzjament tal-ispejjeż ta' rinnovament u tneħħija biex l-Aġenzija tiġi rilokata f'bini ġdid; jinnota li l-Kummissjoni kkontribwiet ukoll EUR 3 000 000 mill-baġit tal-Unjoni għal dan il-għan; jinnota barra minn hekk li dan il-finanzjament, maqsum bejn il-kontribuzzjonijiet mill-industrija u mill-Unjoni, kien konformi mal-metodoloġija standard ta' allokazzjoni tal-ispejjeż użati mill-Aġenzija, u rriżulta fil-fatt li dawn ix-xogħlijiet ġew iffinanzjati, fil-biċċa l-kbira, minn tariffi imposti fuq l-industrija;

32.  Jirrokonixxi mill-Aġenzija li għandha l-ħsieb li temenda r-regolament finanzjarju u r-regolamenti dwar it-tariffi u l-imposti biex tifformalizza aħjar it-trattament ta' bilanċ pożittiv akkumulat; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar dik ir-reviżjoni;

33.  Jenfasizza li rigward is-sede tal-Aġenzija, il-ftehim tal-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti ġie ffinalizzat u daħal fis-seħħ fis-17 ta' Awwissu 2017;

34.  Jenfasizza li, skont ir-rapport tal-QEA, 70 % tal-baġit 2016 tal-Aġenzija kien iffinanzjat minn tariffi mill-industrija tal-avjazzjoni u 30 % mill-fondi tal-Unjoni; jenfasizza li x'aktarx ikun hemm tnaqqis futur fid-dħul tal-Aġenzija minħabba d-deċiżjoni tar-Renju Unit li jitlaq mill-Unjoni u li dan jista' jkollu impatt konsiderevoli fuq il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-Aġenzija; japprezza t-twaqqif ta' grupp ta' ħidma biex jinvestiga din il-kwistjoni, li diġà wettaq analiżi inizjali dwar l-impatt u r-riskji potenzjali tal-Brexit; jistieden lill-Aġenzija taħdem b'kooperazzjoni mill-qrib ma' Istituzzjonijiet Ewropej oħra, u b'mod partikolari mal-Kummissjoni, rigward in-negozjati tal-Brexit sabiex tħejji ruħha b'mod suffiċjenti biex timminimizza kwalunkwe impatt operattiv jew finanzjarju negattiv li jista' jseħħ; jipproponi li l-Aġenzija tippreżenta r-riżultati ta' dan il-grupp ta' ħidma lill-Parlament Ewropew fi żmien debitu;

35.  Itenni li r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12] tipprevedi t-twessigħ tal-ambitu ta' kompetenza tal-Aġenzija u li, għaldaqstant, ir-rwol li jiżvolġu t-teknoloġiji l-ġodda, bħalma huma s-sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod, irid jitqies kompletament meta jiġu assenjati kompetenzi ġodda; jenfasizza l-importanza li jiġi allokat finanzjament adegwat lill-Aġenzija biex jiġi żgurat li dawn ir-responsabilitajiet il-ġodda jiġu assorbiti b'suċċess, kif ukoll li jkun hemm allokazzjoni adegwata ta' persunal ikkwalifikat sabiex iwettaq kompiti addizzjonali;

36.  Jittama li jkun hemm aċċellerazzjoni tad-dħul fis-seħħ tar-regolament Ewropew dwar id-droni; jenfasizza r-rwol fundamentali li l-Aġenzija tiżvolġi biex tiżgura l-ogħla livell possibbli ta' sikurezza fl-avjazzjoni fl-Ewropa kollha; jenfasizza l-fatt li fil-kuntest ta' avjazzjoni ċivili li qed tiżviluppa rapidament, kif jixhed l-użu dejjem ikbar tad-droni, l-Aġenzija għandha tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq b'suċċess il-kompiti regolatorji u eżekuttivi tagħha fl-oqsma tas-sikurezza u tal-protezzjoni ambjentali, mingħajr ma jkunu kompromessi l-indipendenza u l-imparzjalità tagħha;

37.  Jilqa' l-qbil politiku dwar ir-reviżjoni tar-regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea[13], kif miftiehem f'Novembru 2017 mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għall-kompetenzi ġodda u msaħħa dwar, fost l-oħrajn, ir-riskji għall-avjazzjoni ċivili li jkunu ġejjin minn żoni ta' kunflitt, it-temi relatati mal-ambjent u ċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ;

38.  Jilqa' r-rwol attiv tal-Aġenzija fis-sejħa għall-proposti fil-qafas tal-programm Orizzont 2020; iħeġġeġ lill-Aġenzija tibqa' attiva fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp;

o

o o

39.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2018[14] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

20.2.2018

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2158(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Jakop Dalunde

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Jinnota li l-baġit annwali tal-Aġenzija għall-2016 kien ta' EUR 193,4 miljun, li minnhom EUR 36,4 miljun ġew mis-sussidji tal-UE, EUR 95,9 miljun minn ħlasijiet u imposti waqt li EUR 2,1 miljun kienu kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi; jinsab sodisfatt li l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Aġenzija kienet l-ogħla li qatt inkisbet - 99 %; jinnota li, mill-perspettiva baġitarja, l-Aġenzija temmet l-2016 b'telf ta' EUR 9,3 miljun, li EUR 1,6 miljun minnhom huma relatati mal-attivitajiet koperti mis-sussidju tal-UE u EUR 7,7 miljun huma marbuta ma' attivitajiet koperti minn tariffi u imposti; jinnota wkoll li l-Aġenzija naqqset id-defiċit ta' EUR 7,7 miljun mis-surplus akkumulat, u minn EUR 59,9 miljun naqsitu għal EUR 52,3 miljun, u qed tistenna struzzjonijiet mill-Kummissjoni dwar it-telf ta' EUR 1,6 miljun relatat mas-sussidji;

3.  Jinnota li minn EUR 6,8 miljun riportati għall-2016 ġew imħallsa 96 %, biex b'hekk inqabżet il-mira ta' 95 % stabbilita mill-Kummissjoni; l-ammont riportat mill-2016 għall-2017 kien ta' EUR 81,5 miljun, magħmul minn EUR 9,2 miljun ta' riport awtomatiku u EUR 72,3 miljun relatati ma' attivitajiet ta' ċertifikazzjoni trattati bħala dħul assenjat;

4.  Jinnota li matul l-2016 twettqu 18-il eżerċizzju ta' kontroll ex post, li jkopru l-oqsma ta' kontroll annwali ex post tal-allowances għall-iskola, rimborżi tal-missjonijiet lill-esperti esterni, proċeduri ta' akkwist kompletati u rimborżi tan-nefqa għall-missjonijiet; jilqa' l-fatt li, b'mod ġenerali, it-tranżazzjonijiet kollha vverifikati kienu legali u regolari;

5.  Itenni l-ħtieġa li tiġi żgurata l-indipendenza tal-persunal tal-Aġenzija u tal-esperti esterni; jilqa', f'dan il-kuntest, l-isforzi li qed isiru biex il-kunflitti ta' interess jiġu impediti u ġestiti kif suppost, filwaqt li jitqiesu l-osservazzjonijiet tal-Parlament; jinnota li l-Aġenzija pprovdiet it-taħriġ rilevanti lill-persunal tagħha, iżżomm Reġistru tal-Kunflitt ta' Interess u qed tkompli bir-rieżami tal-Politika tagħha "dwar l-imparzjalità u l-indipendenza: il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-Kunflitt ta' Interess" bil-għan li tkompli ttejjeb il-proċess intern għat-tlestija, ir-reviżjoni u l-aġġornament tad-Dikjarazzjonijiet ta' Interess tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija; jilqa' l-fatt li iktar minn 80 % tal-persunal tal-EASA ġew imħarrġa dwar kwistjonijiet ta' kontra l-frodi sa tmiem l-2016, u jħeġġeġ lill-Aġenzija timmira li tħarreġ lill-persunal kollu tal-EASA; jinnota wkoll li l-Aġenzija pproduċiet kodiċi ta' kondotta, inkluża politika dwar il-Kunflitt ta' Interess u dikjarazzjoni ta' interessi għall-esperti esterni li jappoġġaw il-ħidma tal-Aġenzija, u li dan il-kodiċi ta' kondotta għen biex titjieb il-kwalità tal-ħidma tal-Aġenzija u tiġi żgurata ġestjoni aħjar tad-dmirijiet tagħha;

6.  Jinnota r-riżultati tat-tielet eżerċizzju biex jiġu stabbiliti parametri ta' riferiment għall-impjiegi fl-Aġenzija, li wrew li 12,5 % tal-impjiegi kienu ddedikati għall-appoġġ amministrattiv u l-koordinament, 81,0 % għall-kompiti operattivi u 6,4 % għall-kompiti (finanzjarji/ta' kontroll u lingwistiċi) newtrali; jinsab kuntent li fir-Rapport Annwali tal-2016 ġiet inkluża lista tal-persunal imqassma skont il-kategorija u s-settur, kif ukoll skont is-sors ta' finanzjament għall-attivitajiet tagħhom (tariffi u imposti vs sussidji tal-Unjoni), u din turi li 60.4 % tal-impjiegi, fosthom 50.1 % ta' karigi operattivi, huma ffinanzjati minn tariffi u imposti, u 33.8 % tal-karigi huma ffinanzjati mis-sussidju tal-Unjoni; jinnota li għat-tieni sena konsekuttiva l-Aġenzija kisbet l-okkupanza sħiħa tal-karigi kollha skont il-pjan ta' stabbiliment; jinnota diskrepanza fil-pjan ta' stabbiliment bejn id-diversi karigi AD u AST awtorizzati skont il-baġit tal-UE u l-karigi li imtlew tassew, u jitlob lill-Aġenzija tindirizza dak l-iżbilanċ;

7.  Itenni li r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15] tipprevedi t-twessigħ tal-ambitu ta' kompetenza tal-Aġenzija u li, għaldaqstant, ir-rwol li jiżvolġu t-teknoloġiji l-ġodda bħalma huma s-sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod irid jitqies kompletament meta jiġu assenjati kompetenzi ġodda; jisħaq fuq l-importanza li jiġi allokat finanzjament adegwat lill-Aġenzija biex jiġi żgurat li dawn ir-responsabilitajiet il-ġodda jiġu assorbiti b'suċċess, kif ukoll li jkun hemm allokazzjoni adegwata ta' persunal ikkwalifikat sabiex iwettaq kompiti addizzjonali;

8.  Jittama li jkun hemm aċċellerazzjoni tad-dħul fis-seħħ tar-regolament Ewropew dwar id-droni; jenfasizza r-rwol fundamentali li l-Aġenzija tiżvolġi biex tiżgura l-ogħla livell possibbli ta' sikurezza fl-avjazzjoni fl-Ewropa kollha; jisħaq fuq il-fatt li, fil-kuntest ta' avjazzjoni ċivili li qed tiżviluppa rapidament, kif jixhed l-użu dejjem ikbar ta' droni, l-Aġenzija għandha tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq b'suċċess il-kompiti regolatorji u eżekuttivi tagħha fl-oqsma tas-sikurezza u tal-protezzjoni ambjentali, mingħajr ma jkunu kompromessi l-indipendenza u l-imparzjalità tagħha;

9.  Jilqa' l-qbil politiku dwar ir-reviżjoni tar-regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea[16], kif miftiehem f'Novembru 2017 mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għall-kompetenzi ġodda u msaħħa dwar, fost l-oħrajn, ir-riskji għall-avjazzjoni ċivili li jkunu ġejjin minn żoni ta' kunflitt, it-temi relatati mal-ambjent u ċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ;

10.  Jilqa' r-rwol attiv tal-Aġenzija fis-sejħa għall-proposti fil-qafas tal-programm Orizzont 2020; iħeġġeġ lill-Aġenzija tibqa' attiva fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp;

11.  Jappoġġa l-istabbiliment ta' grupp ta' ħidma biex jagħti ħarsa lejn ir-riskji potenzjali u l-impatt ta' Brexit; jirrakkomanda li l-Aġenzija taħdem mill-qrib mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra dwar din il-kwistjoni; jipproponi li l-Aġenzija tippreżenta r-riżultati ta' dan il-grupp ta' ħidma lill-Parlament Ewropew fi żmien debitu;

12.  Jinnota li fl-aħħar ġie ffirmat ftehim dwar il-kwartieri ġenerali tal-EASA bejn l-Aġenzija u l-Gvern Ġermaniż f'Diċembru 2016; jilqa' ċ-ċaqliq lejn il-bini l-ġdid u ddisinjat speċifikament għal dan l-iskop tul l-2016; jinnota li sabiex tkopri l-ispiża ta' EUR 12,4 miljun għar-rinovazzjoni, it-tneħħija u r-rilokazzjoni lejn il-bini l-ġdid, l-Aġenzija nefqet EUR 9,4 miljun matul il-perjodu 2014 - 2016 (4,4 miljun fl-2016) mis-surplus akkumulat u EUR 3 miljun mis-sussidju tal-UE;

13.  Jipproponi li l-Parlament jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2016.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Maria Grapini, Dieter-Lebrecht Koch, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Renaud Muselier, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Michael Detjen, Markus Ferber, Rolandas Paksas, Jozo Radoš, Evžen Tošenovský, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle

EFDD

Daniela Aiuto, Rolandas Paksas

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Marian-Jean Marinescu, Renaud Muselier, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Michael Detjen, Ismail Ertug, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Olle Ludvigsson, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, István Ujhelyi, Janusz Zemke

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

1

-

EFDD

Jill Seymour

1

0

ENF

Marie-Christine Arnautu

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Brian Hayes, Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Brian Hayes, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

4

-

ECR

Raffaele Fitto, Notis Marias

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  ĠU C 417, 6.12.2017, p. 68.
  • [2]  ĠU C 417, 6.12.2017, p. 68.
  • [3]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [4]  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
  • [5]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [6]  ĠU C 417, 6.12.2017, p. 68.
  • [7]  ĠU C 417, 6.12.2017, p. 68.
  • [8]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [9]  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
  • [10]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [11]  ĠU C 333, 09.09.2016, p. 16.
  • [12]  Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).
  • [13]  Ir-Regolament COM(2015) 613: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
  • [14]  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.
  • [15]  Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).
  • [16]  Ir-Regolament COM(2015) 613: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Aġġornata l-aħħar: 9 ta' April 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza