– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2016,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-impriża konġunta(1),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-impriża konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05943/2018 – C8-0091/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0070/2018),
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2016,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-impriża konġunta(6),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-impriża konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05943/2018 – C8-0091/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0070/2018),
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2016
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2016,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0070/2018),
A. billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009;
B. billi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (l-"Impriża Konġunta") stabbilita bir-Regolament Nru 558/2014(11) ħadet post, mis-27 ta' Ġunju 2014, l-Impriża Konġunta "Clean Sky" fl-ambitu ta' Orizzont 2020;
C. billi l-għan tal-Impriża Konġunta huwa l-finalizzazzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni fl-ambitu tas-Seba' Programm Qafas u l-ġestjoni tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni fl-ambitu ta' Orizzont 2020; billi t-tul ta' żmien tal-Impriża Konġunta ġie prorogat sal-31 ta' Diċembru 2024;
D. billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-Mexxejja tad-'Dimostraturi Teknoloġiċi Integrati' (ITDs), tal-Pjattaformi ta' Dimostrazzjoni ta' Mezzi tal-Ajru Innovattivi (IADPs) u tal-Attivitajiet Trasversali (TAs), flimkien mal-membri assoċjati tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata;
E. billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta hija ta' EUR 1 755 000 000 li għandha titħallas mill-baġit ta' Orizzont 2020;
Segwitu għall-kwittanza 2014
1. Jinnota li l-Impriża Konġunta inkorporat fil-proċeduri tagħha l-mudell komuni għad-dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess kif speċifikat fil-linji gwida tal-Kummissjoni;
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
2. Jinnota li l-Qorti stqarret li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta' Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;
3. Jinnota li l-Qorti, fir-rapport tagħha dwar Clean Sky 2 (ir-"rapport tal-Qorti"), indikat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;
4. Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2016 kien jinkludi EUR 310 498 422 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 287 755 748 f'approprjazzjonijiet ta' pagament;
5. Jinnota li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kienet ta' 97,5 % (imqabbla ma' 99,5 % fl-2015) u li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,9 % (imqabbla ma' 75,4 % fl-2015); jinnota, barra minn hekk, li r-rata aktar baxxa ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet prinċipalment dovuta għal dewmien fit-tnedija ta' proġetti fl-ambitu tal-programm Orizzont 2020 u, b'mod partikolari, għad-dewmien fl-iffirmar ta' ftehim sinifikanti ta' għotja;
6. Jinnota li, mill-ammont totali ta' EUR 800 000 000 għall-attivitajiet operattivi u amministrattivi li kellhom jiġu ffinanzjati fl-ambitu tas-Seba' Programm Qafas, l-impenji li ħadet l-Impriża Konġunta kienu ta' EUR 784 531 968 (99,31 %) u l-pagamenti kienu ta' EUR 754 713 155 (95,53 %) sa tmiem l-2016; jinnota barra minn hekk li, peress li l-Impriża Konġunta ma kinitx aktar intitolata tniedi sejħiet għal proposti fl-ambitu tas-Seba' Programm Qafas, l-impenji li fadal kellhom jintużaw skont il-każ għall-ftehimiet ta' għotja mal-membri; jinnota li l-kontribuzzjoni fi flus tal-Unjoni għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ammontat għal EUR 13 417 267;
7. Jieħu nota li sa tmiem l-2016, il-Bord ta' Tmexxija vvalida kontribuzzjonijiet in natura minn membri oħra ta' EUR 554 682 257 u li EUR 33 503 466 oħra ġew irrapportati mill-membri l-oħra, u li l-kontribuzzjonijiet fi flus mill-membri l-oħra għall-ispejjeż amministrattivi kienu ta' EUR 14 515 387;
8. Jinnota li, mill-ammont totali ta' EUR 1 755 000 000 għall-attivitajiet operattivi u amministrattivi li kellhom jiġu ffinanzjati fl-ambitu ta' Orizzont 2020, l-impenji li ħadet l-Impriża Konġunta kienu ta' EUR 693 637 716 u l-pagamenti kienu ta' EUR 281 870 712; jinnota, barra minn hekk, li l-livell aktar baxx ta' pagamenti kien parzjalment dovut għal dewmien fin-negozjar tal-ftehimiet ta' għotja relatati mal-programm Orizzont 2020; jinnota li l-kontribuzzjoni fi flus tal-Unjoni għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ammontat għal EUR 6 144 907;
9. Jinnota li mill-kontribuzzjonijiet ta' EUR 1 229 000 000 li għandhom isiru mill-membri tal-industrija għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta, il-Bord ta' Tmexxija vvalida kontribuzzjonijiet in natura ta' EUR 39 168 595 u EUR 103 988 023 oħra kienu ġew irrapportati sa tmien l-2016; jinnota, barra minn hekk, li l-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti li saru mill-membri tal-industrija għall-ispejjeż amministrattivi kienu ta' EUR 6 389 515;
Sejħiet għal proposti
10. Jinnota li fl-2016 l-Impriża Konġunta nediet tliet sejħiet għal proposti u sejħa waħda għal sħab ewlenin, irċeviet 381 proposta eliġibbli (minn total ta' 386) u għażlet 114-il proposta biex jiġu ffinanzjati;
11. Jilqa' l-fatt li, fi ħdan il-programm Clean Sky, l-Impriża Konġunta kisbet progress u riżultati sinifikanti bil-kunsinna fl-2016 ta' total ta' 13-il dimostratur sinifikanti (ittestjati fuq l-art u fl-ajru) u bl-għeluq, sa tmiem Diċembru 2016, ta' 409 mill-482 proġett tas-Seba' Programm Qafas li rriżultaw mill-ftehimiet ta' għotja mas-sħab;
12. Japprezza l-fatt li, f'termini ta' parteċipazzjoni aktar estensiva, fl-2016 madwar 60 sieħeb ewlieni ieħor ingħaqad mal-Impriża Konġunta fl-2016, biex b'hekk it-total ta' sħab ammonta għal madwar 150 membru minn 20 pajjiż;
Kontrolli ewleninu sistemi superviżorji
13. Jinnota li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante abbażi ta' rieżamijiet dokumentarji fil-livell finanzjarju u operattiv, u awditi ex post għand il-benefiċjarji tal-għotjiet;
14. Jinnota li r-rata ta' żball residwu għall-awditi ex post li ġew irrapportati mill-Impriża Konġunta kienet ta' 1,51 % għall-proġetti tas-Seba' Programm Qafas u 0,95 % għall-proġetti ta' Orizzont 2020;
Strateġija kontra l-frodi
15. Jilqa' l-fatt li, fl-2016 il-Bord ta' Tmexxija adotta pjan ta' azzjoni komuni għal strateġija kontra l-frodi; jinnota, barra minn hekk, li l-persunal tal-Impriża Konġunta pparteċipa fi stħarriġ dwar il-prevenzjoni u l-kxif tal-frodi li ġie organizzat mill-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Impriża Konġunta bħala miżura komplementari għall-pjan ta' azzjoni komuni, b'enfasi partikolari fuq il-frodi fil-proġetti ta' riċerka;
16. Jinnota b'sodisfazzjon li l-Impriża Konġunta tieħu sehem u timplimenta l-miżuri preventivi u korrettivi f'konformità mal-istrateġija tagħha tal-2015 kontra l-frodi u l-pjan ta' azzjoni fil-livell tal-Unjoni kontra l-frodi;
Awditu intern
17. Jinnota li fl-2016, l-IAS iffinalizza awditu fuq il-proċess tal-għotjiet fl-ambitu ta' Orizzont 2020; jinnota li billi l-awditu ma identifika ebda kwistjoni li hija ta' "importanza kbira", l-IAS aċċentwa erba' oqsma li jeħtieġu aktar titjib fis-sistema tal-kontroll intern u ħareġ rakkomandazzjonijiet importanti relatati;
Sistemi ta' kontroll intern
18. Jesprimi tħassib li, fi tmiem l-2016, l-Impriża Konġunta kienet ikkompletat parzjalment biss l-integrazzjoni tas-sistemi ta' kontroll tagħha mal-għodod komuni tal-Kummissjoni għall-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-għotjiet, fl-ambitu ta' Orizzont 2020; jinnota madankollu, mir-risposta tal-Impriża Konġunta, li din iddeċidiet li tkompli tuża l-applikazzjoni tagħha ddedikata għall-ġestjoni tal-għotjiet (Għodda tal-Ġestjoni tal-Għotjiet, GMT) żviluppata fl-ambitu tas-Seba' Programm Qafas, billi xi karatteristiċi meħtieġa speċifikament għall-għotja CS2 ma kinux disponibbli fl-għodod komuni tal-ġestjoni tal-għotjiet, fl-ambitu ta' Orizzont 2020; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta bdiet taħdem mas-servizzi rispettivi tal-Kummissjoni biex sa tmiem l-2017 timplimenta l-iżviluppi meħtieġa għall-integrazzjoni tal-ftehimiet ta' għotjiet għall-membri (GAMs) mal-għodod għall-ġestjoni u r-rappurtar tal-għotjiet, fl-ambitu ta' Orizzont 2020; jifhem li sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel bejn iż-żewġ sistemi, l-għodda attwali żviluppata mill-Impriża Konġunta ser tkompli tintuża sakemm il-migrazzjoni titlesta għal kollox; jindika li hemm il-ħsieb li ċ-ċiklu tar-rappurtar tal-2017 isir fil-GMT u li l-GAMs ser jiġu kompletament ġestiti mill-għodod ta' Orizzont 2020 mill-perjodu tar-rappurtar tal-2018 'il quddiem;
Oħrajn
19. Jinnota li fi tmiem l-2016, l-Impriża Konġunta kienet għadha ma approvat l-ebda wieħed mill-pagamenti ta' prefinanzjament (EUR 176 000 000) li kienu saru lill-membri industrijali tagħha għal proġetti fl-ambitu tal-ftehimiet ta' għotja ta' Orizzont 2020; jinnota, barra minn hekk, li jekk il-pagamenti ta' prefinanzjament tagħha jiġu approvati regolarment fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż irrapportati mill-membri, dan inaqqas l-esponiment tal-Impriża Konġunta għal riskju finanzjarju; jissottolinja l-fatt li skont ir-regoli ta' Orizzont 2020 (l-Artikolu 21 tal-Mudell tal-Ftehim ta' Għotja ta' Orizzont 2020), il-prefinanzjament jiġi approvat biss fil-perjodu finali tar-rappurtar tal-proġett jew qabel, jekk l-ammont totali tal-prefinanzjament jew tal-ħlasijiet interim jaqbeż id-90 % tal-ammont massimu tal-għotja;
20. Jilqa' l-progress li kompla jsir fil-qasam tal-kooperazzjoni mal-Istati Membri u r-Reġjuni dwar sinerġiji fir-R&I fl-ajrunawtika li jirriżultaw mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment u jevidenzja li l-mudell tal-Memorandum ta' Qbil (MtQ)(12) ta' Clean Sky għandu jiġi appoġġat fil-Programm Qafas ta' Riċerka futur u r-rabtiet strutturati għall-impriża konġunta għandhom jiġu stabbiliti fl-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti u l-Programmi Operattivi reġjonali;
21. Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-Impriża Konġunta tikkomunika maċ-ċittadini tal-Unjoni, permezz tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, ir-riċerka u l-kollaborazzjoni importanti li qiegħda twettaq, jisħaq fuq l-importanza li ssir enfasi fuq titjib reali bħala konsegwenza ta' dan ix-xogħol, li r-riżultati minn din in-nefqa huma parti importanti mill-mandat tal-Impriża Konġunta u li taħdem ma' impriżi konġunti oħra fil-promozzjoni ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-benefiċċji tax-xogħol tagħhom.
22. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-involviment dirett tal-Impriża Konġunta fil-proċess ta' rieżami ta' nofs il-perjodu ta' Orizzont 2020 fil-qasam ta' aktar semplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-Impriżi Konġunti.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni
20.3.2018
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
20
4
0
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
20
+
ALDE
Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová
GUE/NGL
Dennis de Jong
EPP
Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller
S&D
Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan