RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2016

22.3.2018 - (2017/2183(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Brian Hayes

Proċedura : 2017/2183(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0071/2018
Testi mressqa :
A8-0071/2018
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta[1],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05943/2018 – C8-0092/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0071/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta[6],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[7] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05943/2018 – C8-0092/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0071/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0071/2018),

A.  billi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita bħala sħubija pubblika-privata bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 għal perjodu ta' għaxar snin bl-għan li tiġbor flimkien lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u li tikkontribwixxi biex l-Unjoni tiġi stabbilita bħala protagonist fundamentali fir-riċerka, id-dimostrazzjoni u d-diffużjoni tal-prodotti b'bażi bijoloġika u l-bijofjuwils avvanzati;

B.  billi, skont l-Artikoli 38 u 43 tar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta, li ġew adottati bid-deċiżjoni tal-bord ta' tmexxija tagħha fl-14 ta' Ottubru 2014, l-Impriża Konġunta hija rikjesta tipprepara u tadotta l-kontijiet annwali tagħha stess li jkunu tħejjew mill-uffiċjal tal-kontabilità tagħha li jinħatar mill-bord ta' tmexxija;

C.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab industrijali, rappreżentati mill-Konsorzju tal-Industriji b'bażi Bijoloġika (il-"BIC");

Ġenerali

1.  Jinnota li l-kontribuzzjoni massima mill-UE għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR 975 000 000, li għandha titħallas mill-programm Orizzont 2020; jinnota li l-membri tal-industrija tal-Impriża Konġunta għandhom jikkontribwixxu riżorsi ta' mill-inqas EUR 2 730 000 000 matul il-perjodu tal-Impriża Konġunta, li jikkonsistu f'mill-inqas EUR 975 000 000 ta' kontribuzzjonijiet in natura u fi flus kontanti għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta u mill-inqas EUR 1 755 000 000 ta' kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet addizzjonali tal-Impriża Konġunta;

2.  Jinnota li 29 mill-65 proposta miżmuma mis-Sejħa 2016 kienu fl-istadju ta' tħejjija tal-ftehim ta' għotja sa tmiem l-2016; barra minn hekk, jinnota li sal-bidu tal-2017, il-programm tal-Impriża Konġunta jkollu portafoll ta' 65 proġett għaddej b'total ta' 729 parteċipant minn 30 pajjiż b'valur ta' għotja totali ta' EUR 414 000 000;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2016 (ir-"rapport tal-Qorti") jgħid li l-kontijiet annwali 2016 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2016 u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi ta' flus tagħha għal tmiem is-sena, skont ir-Regolament Finanzjarju u r-regoli tal-kontabilità tagħha adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

4.  Jinnota li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jipprevedu li l-baġit finali tal-2016 għandu jkun disponibbli għall-implimentazzjoni u għandu jinkludi EUR 194 295 870 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 67 196 187 f'approprjazzjonijiet ta' pagament u, minn dawn, ir-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu 97,1 % u 95,8 % rispettivament;

5.  Josserva li l-approprjazzjonijiet ta' pagament intużaw prinċipalment għall-prefinanzjament tal-ftehimiet ta' għotja li rriżultaw mis-sejħiet għal proposti tal-2014 u l-2015;

6.  Jinnota li ġew iffirmati għaxar ftehimiet ta' għotja għal valur totali ta' EUR 49 653 711 u nżammu tliet proposti għal finanzjament f'Diċembru 2015 għal valur totali ta' EUR 73 741 237;

7.  Jinnota li, sal-31 ta' Diċembru 2016, l-ebda kontribuzzjoni in natura ma ġiet irrapportata minn membri lill-Impriża Konġunta, apparti l-Unjoni; jinnota li l-Impriża Konġunta daħħlet fil-kontijiet tagħha l-istima tal-kontribuzzjonijiet in natura ta' EUR 7 833 127, abbażi tal-istimi rrapportati sal-31 ta' Jannar 2017;

8.  Jesprimi ftit tħassib minħabba li diversi membri tal-industrija li qed jipparteċipaw fil-proġetti tal-Impriża Konġunta ma setgħux jirrapportaw il-kontribuzzjonijiet in natura tagħhom sal-iskadenza speċifika, jew għaliex il-kontijiet tal-2016 tagħhom stess kienu għadhom ma ngħalqux, inkella għaliex il-proġetti kienu bdew lejn tmiem l-2016; jirrikonoxxi li l-iskadenza tar-rapportar tal-31 ta' Jannar jeħtieġ li tiġi riveduta f'każ ta' proposti leġislattivi futuri biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 560/2014; jikkonstata li f'dawk il-każijiet, l-Impriża Konġunta applikat il-linji gwida tal-Kummissjoni għall-istandards tal-kontabilità u għamlet stima pro rata abbażi tal-ispejjeż tal-proġett; madankollu, jitlob li l-membri tal-industrija jsibu mod kif iqisu l-kontribuzzjonijiet in natura tagħhom biex din il-problema ma tibqax isseħħ;

9.  Jinnota li mid-EUR 975 000 000 tal-fondi tal-programm Orizzont 2020 allokati lill-Impriża Konġunta, sa tmiem l-2016, l-Impriża Konġunta għamlet impenji ta' EUR 414 300 000 (42,5 %) u pagamenti ta' EUR 79 500 000 (8 % tal-fondi allokati) għall-implimentazzjoni tal-ewwel mewġa ta' proġetti tagħha;

10.  Jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li mill-kontribuzzjonijiet ta' EUR 975 000 000 li għandhom isiru mill-membri tal-industrija għall-attivitajiet operattivi u l-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta, il-membri tal-industrija kienu rrapportaw kontribuzzjonijiet in natura ta' EUR 15 400 000 għall-attivitajiet operattivi, u l-bord ta' tmexxija kien ivvalida kontribuzzjonijiet fi flus kontanti mill-membri għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ta' EUR 3 000 000; jiddispjaċih dwar il-livell baxx ta' kontribuzzjonijiet in natura li huwa konsegwenza tal-fatt li l-biċċa l-kbira tal-proġetti tal-Impriżi Konġunti kienu għadhom biss fl-istadji preliminari tagħhom fl-2016; jirrimarka, f'dan il-kuntest, li r-Regolament (UE) Nru 560/2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika ġie emendat bir-Regolament (UE) 2018/121 aktar kmieni din is-sena, bl-għan li jittejjeb il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tas-settur privat; jistieden lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżvilupp tal-kontribuzzjonijiet in natura u l-pagamenti li saru;

11.  Jiddispjaċih jinnota li, sa tmiem l-2016, il-kontribuzzjoni totali mill-membri tal-industrija ammontat għal EUR 313 200 000, meta mqabbla mal-kontribuzzjoni fi flus tal-Unjoni ta' EUR 65 000 000 li huwa konsegwenza tal-fatt li l-membri tal-industrija kienu diġà ddikjaraw ammont sinifikanti ta' kontribuzzjonijiet in natura għal attivitajiet addizzjonali meta mqabbel mal-input tal-Unjoni; jittama li s-sitwazzjoni terġa' lura għal waħda ta' bilanċ fis-snin li ġejjin;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

12.  Jinnota li sa tmiem l-2016, il-persunal tal-Impriża Konġunta kien kważi komplet, b'20 post okkupat minn total ta' 22 post allokat lill-Impriża Konġunta mit-tabella tal-persunal; jilqa' l-fatt li l-objettiv stabbilit fil-programm ta' ħidma annwali 2016 intlaħaq bis-sħiħ, bir-reklutaġġ ta' 13-il aġent temporanju u 8 aġenti kuntrattwali minn 10 Stati Membri;

Awditu intern

13.  Jinnota li fil-11 ta' April 2016, il-bord ta' tmexxija rratifika l-karta dwar il-missjonijiet tas-servizz ta' awditjar intern u, matul Lulju/Awwissu 2016, is-servizz tal-awditjar intern wettaq eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju li jkopri l-proċessi ewlenin tal-uffiċċju responsabbli għall-programmi, kemm dawk operattivi kif ukoll dawk amministrattivi;

Kontroll intern

14.  Jesprimi sodisfazzjon li l-uffiċċju responsabbli għall-programmi laħaq l-objettivi prijoritarji kollha stabbiliti fil-Programm ta' Ħidma Annwali 2016 għas-sistemi ta' kontroll intern;

Qafas ġuridiku

15.  Japprezza l-fatt li fl-2016 il-funzjoni tar-riżorsi umani kompliet issaħħaħ il-qafas ġuridiku b'attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għall-Impriża Konġunta; jilqa' l-fatt li, f'dan ir-rigward, fl-2016 il-bord ta' tmexxija adotta disa' regoli ta' implimentazzjoni ġodda;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

16.  Jinnota li, wara li f'Ġunju 2011 il-Kummissjoni adottat strateġija kontra l-frodi, l-ewwel strateġija komuni kontra l-frodi fil-qasam tar-riċerka ġiet adottata f'Lulju 2012, u ġiet aġġornata f'Marzu 2015 biex tieħu kont tal-bidliet li ġew introdotti mill-programm Orizzont 2020; jilqa' l-fatt li l-istrateġija kontra l-frodi fil-qasam tar-riċerka tinkludi pjan ta' azzjoni li għandu jiġi implimentat f'kooperazzjoni mal-membri kollha tal-familja tar-riċerka;

Komunikazzjoni

17.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-Impriża Konġunta tikkomunika maċ-ċittadini tal-Unjoni, permezz tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, rigward ir-riċerka u l-kollaborazzjoni sinifikanti li qed twettaq; jisħaq fuq l-importanza li ssir enfasi fuq it-titjib reali miksub b'konsegwenza tal-ħidma tagħha, li huwa parti importanti mill-mandat tagħha, kif ukoll il-fatt li taħdem ma' impriżi konġunti oħra fil-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-benefiċċji tax-xogħol tagħhom;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-involviment dirett tal-Impriża Konġunta fil-proċess ta' rieżami ta' nofs it-terminu tal-programm Orizzont 2020 fil-qasam ta' aktar simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-impriżi konġunti.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

3

-

ECR

Raffaele Fitto, Notis Marias, Marco Valli

1

0

ENF

Jean-François Jalkh

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  ĠU C 426, 12.12.2017, p. 8.
  • [2]  ĠU C 426, 12.12.2017, p. 10.
  • [3]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [4]  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.
  • [5]  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
  • [6]  ĠU C 426, 12.12.2017, p. 8.
  • [7]  ĠU C 426, 12.12.2017, p. 10.
  • [8]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [9]  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.
  • [10]  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
Aġġornata l-aħħar: 9 ta' April 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza