Proċedura : 2017/2160(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0085/2018

Testi mressqa :

A8-0085/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.37

Testi adottati :

P8_TA(2018)0142

RAPPORT     
PDF 736kWORD 63k
23.3.2018
PE 613.470v01-00 A8-0085/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2160(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Bart Staes

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2160(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0070/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0085/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttriċi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttriċi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2160(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0070/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0085/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttriċi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2160(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0085/2018),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tenfasizza l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.  billi, skont ir-rapport tad-dħul u l-infiq tiegħu(11), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (''iċ-Ċentru'') għas-sena finanzjarja 2016 kien ta' EUR 58 247 650, li jirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,35 % meta mqabbel mal-2015; billi 97,46 % tal-baġit taċ-Ċentru jinsilet mill-baġit tal-Unjoni;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2016 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2015

1.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li, wara l-kummenti tal-Qorti dwar diversi dgħufijiet misjuba rigward it-trasparenza tal-proċeduri ta' akkwist taċ-Ċentru, iċ-Ċentru bidel il-format u l-proċess li juża biex jasal għad-deċiżjoni ta' finanzjament għall-akkwisti tiegħu; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' din il-proċedura;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

2.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, f'Mejju 2015, id-Direttur taċ-Ċentru ad interim ġie appuntat b'deċiżjoni tal-bord tal-amministrazzjoni; jirrileva li mill-31 ta' Diċembru 2016, din il-kariga qabżet il-perjodu massimu ta' sena, li huwa stipulat fir-Regolamenti tal-Persunal, bi tmien xhur; barra minn hekk, jiddispjaċih li dan irriżulta wkoll fi 15-il arranġament ad interim addizzjonali għal persunal ieħor; jinnota li, skont it-tweġiba taċ-Ċentru, huwa jqis li l-ħatra saret skont ir-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll skont ir-Regolament (KE) Nru 851/2004, peress li r-reklutaġġ inizjali għall-pożizzjoni ta' direttur ma rnexxiex u, għal finijiet ta' kontinwità operattiva, l-arranġament viġenti ġie estiż lil hinn mil-limitu ta' tnax-il xahar; jenfasizza li matul din l-estensjoni, fuq talba tal-bord tal-amministrazzjoni, il-membru tal-persunal ikkonċernat aċċetta li jċedi l-kumpens finanzjarju previst fir-Regolamenti tal-Persunal waqt li jkun qed jokkupa temporanjament kariga bi grad ogħla;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,02 %, li tfisser żieda ta' 3,97 % meta mqabbla mal-2015; jieħu nota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 79,26 %, li tirrappreżenta żieda ta' 2,99 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

4.  Ifakkar li, bħala aġenzija tal-Unjoni, id-denominazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru hija f'euro; madankollu, peress li s-sede tiegħu tinsab barra miż-żona tal-Euro (fl-Iżvezja), ħafna mill-ispejjeż tiegħu jsiru bil-krona Żvediża (SEK); barra minn hekk, iċ-Ċentru huwa espost għal flutwazzjonijiet fir-rata tal-kambju peress li, mhux biss il-kontijiet bankarji tiegħu huma fil-krona Żvediża, iżda huwa jwettaq ukoll ċerti tranżazzjonijiet f'muniti barranin oħra;

Impenji u riporti

5.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, bħal fis-snin preċedenti, l-approprjazzjonijiet impenjati riportati taħt it-Titolu III (infiq operattiv) kienu għoljin fil-livell ta' 41 % (EUR 7 900 000); jirrikonoxxi li r-riporti huma prinċipalment relatati ma' proġetti pluriennali fl-oqsma tal-konsulenza xjentifika (EUR 2 400 000), is-sorveljanza (EUR 1 300 000), it-taħriġ fis-saħħa pubblika (EUR 1 400 000) u l-IT għas-saħħa pubblika (EUR 2 100 000); jinnota li l-Qorti fir-rapport tagħha tissuġġerixxi li ċ-Ċentru jikkunsidra l-introduzzjoni ta' approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati sabiex jirriflettu aħjar in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet u d-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-kunsinni u l-ħlasijiet; jinnota li, skont it-tweġiba taċ-Ċentru, se janalizza s-sitwazzjoni f'kollaborazzjoni mal-Qorti;

6.  Jirrimarka li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għalkollox ġustifikati min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità; jirrikonoxxi l-fatt li r-riporti f'ħafna każijiet jiġu ppjanati bil-quddiem u kkomunikati lill-Qorti;

Il-politika tal-persunal

7.  Jinnota li l-bord tal-amministrazzjoni għamel intervisti għall-ħatra tad-direttur taċ-Ċentru għall-perjodu 2016-2021 u, wara l-votazzjoni li ma rnexxitx (ħadd mill-kandidati ma rċieva maġġoranza ta' 2/3 tal-voti), għamel rieżami tal-avviż ta' pożizzjoni vakanti u ddeċieda li jiftaħ mill-ġdid is-sejħa għall-pożizzjoni ta' direttur; jieħu nota li l-ex Aġent Direttur ġie elett bħala d-Direttur il-ġdid fit-22 ta' Marzu 2017;

8.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li l-għadd totali ta' persunal statutorju stabbilizza ruħu għal 260 fl-2016; jinnota barra minn hekk li l-għadd totali ta' persunal temporanju ingaġġat fiċ-Ċentru kien ta' 162 (mill-186 post awtorizzat taħt il-Baġit tal-Unjoni), l-għadd totali ta' aġenti kuntrattwali kien ta' 95 u l-għadd ta' esperti nazzjonali ssekondati kien ta' 3 sa tmiem l-2016; jieħu nota tal-fatt li r-rata tar-rotazzjoni għall-persunal temporanju u għall-aġenti kuntrattwali kienet ta' 7 % fl-2016;

9.  Jinnota bi tħassib li, fir-rigward tal-għadd totali tal-postijiet tax-xogħol okkupati fil-31 ta' Diċembru 2016, il-proporzjon tal-bilanċ bejn is-sessi kien ta' 62 % nisa għal 38 % rġiel; jinnota, barra minn hekk, il-proporzjon tal-bilanċ bejn is-sessi ta' 60 % u 40 % fil-Bord tal-Amministrazzjoni;

10.  Jinnota li l-parti l-kbira tal-impjiegi taċ-Ċentru (74,4 %) huma relatati mal-implimentazzjoni ta' attivitajiet marbuta mal-ħidma operattiva taċ-Ċentru, 17,5 % tal-impjiegi jappartjenu għall-"appoġġ u l-koordinazzjoni amministrattivi", filwaqt li 8,1 % tal-impjiegi huma ddefiniti bħala newtrali;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru rriorganizza u integra aktar l-akkwist, il-finanzi, il-missjoni u l-laqgħat u introduċa l-e-Administration (ibbażata fuq is-sett ta' servizzi tal-applikazzjoni e-PRIOR tal-Kummissjoni) li kien pass ewlieni lejn Ċentru aktar effiċjenti;

12.  Jenfasizza li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandu jkun parti mill-politika tal-persunal taċ-Ċentru; jinnota li l-baġit li ntefaq għall-attivitajiet ta' benesseri jammonta għal madwar EUR 810 għal kull membru tal-persunal, inklużi attivitajiet ta' skrinjar mediku, li jikkorrispondu għal 1,5 jum ta' attivitajiet ta' benesseri għal kull membru tal-persunal fl-2016; josserva li l-għadd medju ta' jiem ta' liv ta' mard huwa ta' 1,10 għal kull membru tal-persunal, li huwa estremament baxx;

13.  Japprezza l-fatt li ċ-Ċentru adotta regoli ta' implimentazzjoni dwar il-politika għall-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jappoġġa s-sessjoni ta' taħriġ organizzata biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-persunal u jissuġġerixxi l-organizzazzjoni perjodika ta' sessjonijiet ta' taħriġ u informazzjoni dwar il-kwistjoni;

14.  Jinnota b'sodisfazzjon il-fatt li fl-2016 iċ-Ċentru ma rċieva l-ebda lment, ma ttieħdet l-ebda azzjoni legali kontrih u ma ġewx irrapportati każijiet marbuta mal-ingaġġ jew mat-tkeċċija ta' membri tal-persunal;

Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, it-trasparenza u d-demokrazija

15.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li, peress li jiddependi minn ħafna esperti interni u esterni li flimkien isawru l-pożizzjoni xjentifika taċ-Ċentru, politika ta' indipendenza ġiet finalizzata u approvata mill-bord tal-amministrazzjoni f'Ġunju 2016 sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u jiġu identifikati l-kunflitti ta' interess; jinnota li l-implimentazzjoni ta' din il-politika hija sorveljata minn uffiċjal għall-konformità;

16.  Jieħu nota tal-fatt li l-membri kollha tal-persunal huma rikjesti jissottomettu dikjarazzjoni tal-interessi qabel ma jassumu l-kariga tagħhom; jinnota barra minn hekk li l-membri kollha tal-persunal involuti fi proċedura ta' akkwist partikolari jridu jiffirmaw dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess għal dik il-proċedura partikolari;

17.  Jinnota li ġiet introdotta sistema elettronika għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' interess sabiex jitnaqqas l-għadd ta' żbalji fid-dokumenti sottomessi; jirrikonoxxi miċ-Ċentru li din is-sistema tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-politika ta' indipendenza u żżid ir-rata ta' konformità;

18.  Josserva li, apparti l-proċedura interna dwar il-laqgħat mal-industrija farmaċewtika, qed tiġi żviluppata proċedura interna dwar il-konklużjoni tal-memoranda ta' ftehim u l-ftehimiet ta' kollaborazzjoni ma' partijiet terzi; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar f'dak il-proċess;

19.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija adottat proċedura interna dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta li tiddeskrivi r-rwoli tal-atturi u l-proċessi li għandhom jiġu segwiti;

Kisbiet ewlenin

20.  Jilqa' t-tliet kisbiet ewlenin identifikati mill-Aġenzija fl-2016, prinċipalment:

–  li ppubblikat studju dwar il-piż tal-infezzjonijiet li jittieħdu mill-isptar (HAI) fl-Ewropa;

–  li appoġġat ir-rispons globali għat-tifqigħa tal-virus taż-Żika billi pprovdiet valutazzjonijiet ta' riskju regolari u ngħaqdet mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u ċ-Ċentri tal-Istati Uniti għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-mard fir-rigward tal-pariri tal-ivvjaġġar dwar il-virus taż-Żika;

–  li pparteċipat fl-ewwel missjoni tal-Korp Mediku Ewropew, li ġie stabbilit riċentement, fl-Angola biex jiġu vvalutati l-implikazzjonijiet tat-tifqigħa tad-deni isfar għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

21.  Jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru jikkoopera mal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini pereżempju dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-reżistenza antimikrobika u l-vaċċini;

22.  Jinnota li, skont ir-rapport ta' segwitu, iċ-Ċentru attwalment qiegħed jagħmel rieżami tal-indikaturi tad-dokument uniku tal-programmazzjoni tiegħu; jinnota barra minn hekk li s-sett il-ġdid ta' indikaturi ġie ffinalizzat u ppjanat li jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni lill-bord tal-amministrazzjoni f'Novembru 2017; jieħu nota li skont iċ-Ċentru, l-evalwazzjonijiet huma għodda aktar effettiva mill-indikaturi biex ikejlu l-impatt;

Kontrolli interni

23.  Jinnota li mill-2006 'l hawn iċ-Ċentru għandu fis-seħħ Standards ta' Kontroll Intern (ICS); jirrikonoxxi miċ-Ċentru li l-ICS kollha tiegħu ġew implimentati;

24.  Jinnota li, skont iċ-Ċentru, għandu fis-seħħ proċedura biex jiżgura li l-każijiet fejn jiġu evitati l-kontrolli jew ikun hemm devjazzjonijiet mill-proċessi u l-proċeduri stabbiliti jiġu ddokumentati f'rapporti dwar l-eċċezzjonijiet; jinnota li fl-2016 ġew irreġistrati 40 eċċezzjoni ta' dan it-tip, li jirrappreżentaw żieda ta' 12-il eċċezzjoni meta mqabbla mas-sena preċedenti; jinnota li ġie żviluppat pjan ta' azzjoni biex jitnaqqas l-għadd tagħhom;

25.  Jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru adotta strateġija kontra l-frodi li ssegwi l-linji gwida maħruġa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi;

L-awditu intern

26.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fir-rapport tal-awditjar tiegħu datat Ottubru 2016, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni enfasizza l-fatt li, filwaqt li jirrikonoxxi l-isforzi kontinwi taċ-Ċentru biex dan isaħħaħ il-kontrolli interni tal-akkwist tiegħu, għad hemm dgħufijiet sinifikanti fil-proċess tal-akkwist; jinnota li l-IAS ikkonkluda li l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-akkwisti huma dgħajfa, u li l-akkwisti mhux dejjem ikunu koperti mill-Programm ta' Ħidma Annwali tiegħu jew mid-deċiżjoni ta' finanzjament; jieħu nota li qed issir ukoll referenza għar-Rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015 u d-dgħufijiet irrappurtati li jaffettwaw it-trasparenza tal-proċeduri ta' akkwist; josserva li ċ-Ċentru u l-IAS qablu dwar pjan biex tittieħed azzjoni korrettiva;

27.  Jieħu nota li, f'Mejju 2016, l-IAS wettaq awditu fuq il-proċess ta' akkwist fiċ-Ċentru; barra minn hekk huwa mħasseb dwar il-fatt li r-rapport finali nħareġ f'Ottubru 2016 u li kien jinkludi tliet osservazzjonijiet "importanti ħafna" u żewġ osservazzjonijiet "importanti"; jirrikonoxxi li ċ-Ċentru ħejja pjan ta' azzjoni li kellu jiġi implimentat matul l-2017; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan ta' azzjoni;

Kummenti oħra

28.  Jinnota li fir-rebbiegħa tal-2016 iċ-Ċentru bagħat proposta għall-proġett ta' bini ġdid lill-Parlament u lill-Kunsill li ġie ppreżentat lill-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament Ewropew u lill-Kumitat għall-Baġits tal-Kunsill u rċieva opinjoni favorevoli miż-żewġ istituzzjonijiet; jieħu nota li fis-26 ta' Lulju 2016 iċ-Ċentru ffirma ftehim ta' lease ġdid u għalhekk se jimxi għal bini ġdid matul l-ewwel nofs tal-2018;

29.  Jinnota li ċ-Ċentru għandu l-missjoni li jidentifika, jivvaluta u jikkomunika t-theddid attwali u emerġenti għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-mard infettiv; jenfasizza li fl-2016, iċ-Ċentru wieġeb għal 41 rikjesta formali li waslulu mingħand il-Kummissjoni Ewropea, li 19 minnhom tressqu minn Membri tal-Parlament Ewropew; jinnota li ċ-Ċentru ppubblika total ta' 158 rapport (170 fl-2015), inklużi 38 Valutazzjoni tar-Riskju Rapidi biex jappoġġa lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni u 69 rapport ta' sorveljanza;

30.  Jilqa' l-appoġġ taċ-Ċentru pprovdut matul it-tifqigħa għall-għarrieda tal-virus taż-Żika, filwaqt li jinnota li hemm lezzjonijiet x'wieħed jitgħallem mir-reazzjoni għat-tifqigħa, kif imsemmi fil-konklużjonijiet ta' sessjoni ta' ħidma rilevanti tal-UNESCO(12), kif ukoll l-appoġġ ipprovdut matul it-tifqigħa fuq skala kbira tas-Salmonella f'bosta pajjiżi; jinnota li ċ-Ċentru tejjeb is-sistema tiegħu ta' sorveljanza tal-mard, b'mod partikolari billi espanda l-Atlas għas-Sorveljanza ta' Mard Infettiv online, u ppromwova l-aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar kwistjonijiet ta' saħħa pubblika Ewropea, permezz ta' għodod differenti;

31.  Jifraħ liċ-Ċentru talli rċieva l-Premju Ewropew għas-Saħħa 2016 għall-Jum Ewropew ta' Sensibilizzazzjoni dwar l-Antibijotiċi, li għandu l-għan li jipprovdi pjattaforma sabiex tappoġġa kampanji nazzjonali dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi, u kien rikonoxxut bħala proġett notevoli għall-promozzjoni tas-saħħa fl-Ewropa;

32.  Jinnota li għadd ta' attivitajiet inklużi fil-programm ta' ħidma taċ-Ċentru għall-2016 ma ġewx implimentati minħabba restrizzjonijiet ta' riżorsi;

33.  Ifakkar li d-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) tipprovdi l-qafas biex jiġi indirizzat, ikkoordinat u mmaniġġjat it-theddid serju transkonfinali fuq is-saħħa f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, iċ-Ċentru u sħab internazzjonali oħra, u tistabbilixxi s-Sistema ta' Twissija Bikrija u ta' Reazzjoni (EWRS); jirrikonoxxi l-fatt li l-esperti taċ-Ċentru u l-EWRS, liema Ċentru jopera f'isem il-Kummissjoni Ewropea, huma riżorsi importanti għar-reazzjoni għal theddid transkonfinali fuq is-saħħa fil-livell tal-Unjoni; jilqa' l-passi ulterjuri li ttieħdu miċ-Ċentru fl-2016 għall-implementazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni;

o

o o

34.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta'... 2018(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

25.1.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2160(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2016 kien ta' EUR 58 247 650, b'mod li baqa' bejn wieħed u ieħor fl-istess livell bħal fl-2015; jinnota li 97,4 % tal-baġit taċ-Ċentru ġej mill-baġit tal-Unjoni;

2.  Jinnota li ċ-Ċentru għandu l-missjoni li jidentifika, jevalwa u jikkomunika t-theddid attwali u emerġenti għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-mard infettiv; jenfasizza li fl-2016, iċ-Ċentru wieġeb għal 41 talba formali mingħand il-Kummissjoni Ewropea, li 19 minnhom tressqu minn Membri tal-Parlament Ewropew; jinnota li ċ-Ċentru ppubblika total ta' 158 rapport (170 fl-2015), inklużi 38 Valutazzjoni tar-Riskju Rapidi biex jappoġġa lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni u 69 rapport ta' sorveljanza;

3.  Jilqa' l-appoġġ taċ-Ċentru pprovdut matul t-tifqigħa għall-għarrieda tal-virus taż-Żika, filwaqt li jinnota li hemm lezzjonijiet x'wieħed jitgħallem mir-reazzjoni għat-tifqigħa, kif imsemmi fil-konklużjonijiet ta' sessjoni ta' ħidma rilevanti tal-UNESCO(15), kif ukoll l-appoġġ ipprovdut matul it-tifqigħa fuq skala kbira tas-Salmonella f'bosta pajjiżi; jinnota li ċ-Ċentru tejjeb is-sistema tiegħu ta' sorveljanza tal-mard, b'mod partikolari billi espanda l-Atlas għas-Sorveljanza ta' Mard Infettiv online, u ppromwova l-aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar kwistjonijiet ta' saħħa pubblika, permezz ta' għodod differenti;

4.  Jifraħ liċ-Ċentru talli rċieva l-Premju Ewropew għas-Saħħa 2016 għall-Jum Ewropew ta' Sensibilizzazzjoni dwar l-Antibijotiċi, li għandu l-għan li jipprovdi pjattaforma sabiex tappoġġa kampanji nazzjonali dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi, u kien rikonoxxut bħala proġett notevoli għall-promozzjoni tas-saħħa fl-Ewropa;

5.  Jenfasizza li fl-2016, il-politika l-ġdida dwar l-indipendenza taċ-Ċentru ġiet finalizzata u approvata mill-Bord tal-Amministrazzjoni;

6.  Jinnota li għadd ta' attivitajiet inklużi fil-programm ta' ħidma taċ-Ċentru għall-2016 ma ġewx implimentati minħabba restrizzjonijiet ta' riżorsi;

7.  Ifakkar li d-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) tipprovdi l-qafas biex jiġi indirizzat, ikkoordinat u mmaniġġjat it-theddid serju transkonfinali fuq is-saħħa f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, iċ-Ċentru u sħab internazzjonali oħra, u tistabbilixxi s-Sistema ta' Twissija Bikrija u ta' Reazzjoni (EWRS); jirrikonoxxi l-fatt li l-esperti taċ-Ċentru u l-EWRS, li ċ-Ċentru jopera f'isem il-Kummissjoni Ewropea, huma riżorsi importanti għar-reazzjoni għal theddid transkonfinali fuq is-saħħa fil-livell tal-Unjoni; jilqa' l-passi ulterjuri li ttieħdu miċ-Ċentru fl-2016 għall-implementazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni;

8.  Ifakkar li, bħala aġenzija tal-Unjoni, id-denominazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru hija f'euro; madankollu, peress li s-sede tiegħu tinsab barra miż-żona tal-Euro (fl-Iżvezja), ħafna mill-ispejjeż tiegħu jsiru bil-krona Żvediża (SEK); barra minn hekk, iċ-Ċentru huwa espost għal flutwazzjonijiet fir-rata tal-kambju peress li, mhux talli l-kontijiet bankarji tiegħu huma fi krona Żvediża, iżda jwettaq ukoll ċerti tranżazzjonijiet f'muniti barranin oħra;

9.  Jilqa' l-fatt li l-maġġoranza tal-impjiegi (74,4 %) taċ-Ċentru huma marbutin ma' xogħol operattiv;

10.  Jieħu nota tal-pjanijiet ta' azzjoni mħejjija miċ-Ċentru sabiex jitjiebu l-proċeduri ta' akkwist u l-użu ta' għotjiet, wara l-awditi mis-Servizzi tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-"Qorti") rispettivament;

11.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti ħabbret li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2016 kienu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

12.  Jirrakkomanda, abbażi tal-fatti disponibbli, li tingħata l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2016.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Seb Dance, Stefan Eck, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Gentile, Martin Häusling, Norbert Lins, Nuno Melo, Ulrike Müller, Christel Schaldemose, Bart Staes, Keith Taylor, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jiří Maštálka

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Ulrike Müller, Frédérique Ries

EFDD

Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Stefan Eck, Jiří Maštálka

PPE

Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Nuno Melo, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Seb Dance, Elena Gentile, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Marco Affronte, Martin Häusling, Bart Staes, Keith Taylor

6

-

ECR

Arne Gericke, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Julia Reid

1

0

ECR

Julie Girling

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT

21

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

3

-

ECR

Raffaele Fitto, Notis Marias

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 92.

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 92.

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(2)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 92.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(6)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 92.

(7)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 92.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(11)

ĠU C 84, 17.03.2017, p. 45.

(12)

  https://en.unesco.org/news/media-and-humanitarians-crisis-situations-lessons-learned-zika-outbreak

(13)

  Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

(14)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

(15)

  https://en.unesco.org/news/media-and-humanitarians-crisis-situations-lessons-learned-zika-outbreak

(16)

  Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' April 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza