RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 u li jħassar l-10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju

23.3.2018 - (COM(2017)0114 – C8-0099/2017 – 2017/0048(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Janusz Lewandowski


Proċedura : 2017/0048(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0094/2018
Testi mressqa :
A8-0094/2018
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 u li jħassar l-10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju

(COM(2017)0114 – C8-0099/2017 – 2017/0048(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u l-Kunsill (COM(2017)0114),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skonthom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0099/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0094/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3 a)  Il-gwida tal-Unjoni, bħar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE1a, hija rilevanti għall-istatistika Ewropea tan-negozji. Definizzjoni ċara u armonizzata ta' intrapriża hija meħtieġa biex trawwem ċertezza legali u prevedibbiltà kummerċjali u biex toħloq kundizzjonijiet ekwi għall-SMEs ibbażati fl-Unjoni.

 

______________________

 

1a. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (2003/361/KE) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-piż amministrattiv fuq l-intrapriżi żgħar u medji jenħtieġ li jkun kemm jista' jkun limitat, filwaqt li sa fejn ikun possibbli jitqiesu sorsi oħra tad-dejta li mhumiex stħarriġ. Biex jittaffa l-piż minn fuq l-intrapriżi jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti differenti tad-dejta skont id-daqs u l-importanza tal-ekonomiji tan-negozju tal-Istati Membri.

(5)  Il-piż amministrattiv fuq in-negozji u b'mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u medji jenħtieġ li jkun kemm jista' jkun limitat, filwaqt li sa fejn ikun possibbli jitqiesu sorsi oħra tad-dejta li mhumiex stħarriġ. Biex jittaffa l-piż minn fuq l-intrapriżi jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti differenti tad-dejta skont id-daqs u l-importanza tal-ekonomiji tan-negozju tal-Istati Membri.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  L-Istati Membri jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jippruvaw jissimplifikaw il-ġabra tal-istatistika min-negozji Ewropej sa fejn huwa possibbli. Is-sistema tal-istatistika Ewropea tan-negozji jenħtieġ li tinkludi l-aħħar żviluppi diġitali taż-żmien li fih ikunu qed jiġu stabbiliti l-istrumenti u l-metodi għall-ġabra tal-istatistika.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Hemm bżonn li wieħed jipprovdi l-istatistika tan-negozju li tkun strutturata skont is-settur tal-attività, biex titkejjel il-produttività tan-negozji fl-Unjoni. B'mod partikolari, kulma jmur qed tiżdied id-domanda tal-istatistika dwar is-settur tas-servizzi, li hu l-aktar settur dinamiku tal-ekonomiji moderni, l-aktar mil-lat tal-potenzjal tas-settur biex jikber u joħloq l-impjiegi filwaqt li jitqiesu r-relazzjonijiet mas-settur tal-manifattura. L-istatistika tal-kummerċ tas-servizzi hija essenzjali għall-monitoraġġ tal-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi u għal valutazzjoni tal-impatt tal-ostakli fuq il-kummerċ tas-servizzi.

(21)  Hemm bżonn li wieħed jipprovdi l-istatistika tan-negozju li tkun strutturata skont is-settur tal-attività, biex titkejjel il-produttività tan-negozji fl-Unjoni. B'mod partikolari, kulma jmur qed tiżdied id-domanda tal-istatistika dwar is-settur tas-servizzi, li hu l-aktar settur dinamiku tal-ekonomiji moderni, l-aktar mil-lat tal-potenzjal tas-settur biex jikber u joħloq l-impjiegi filwaqt li jitqiesu r-relazzjonijiet mas-settur tal-manifattura. Din it-tendenza hija mtejba aktar bl-iżvilupp ta' servizzi diġitali ġodda. Din id-domanda li qed tikber għall-istatistika ser tkun ukoll il-każ għall-industriji kreattivi u kulturali, kif iddikjarat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi1a. L-istatistika tal-kummerċ tas-servizzi hija essenzjali għall-monitoraġġ tal-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi u għas-suq uniku diġitali kif ukoll għal valutazzjoni tal-impatt tal-ostakli fuq il-kummerċ tas-servizzi.

 

__________________

 

1a P8_TA-PROV(2016)0486.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-monitoraġġ tal-progress lejn l-għanijiet stabbiliti bl-istrateġija Ewropa 2020 fil-livell tal-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni jeħtieġ statistika armonizzata għall-ekonomija tal-Unjoni dwar ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, u s-soċjetà tal-informazzjoni li tkopri kemm l-attivitajiet tas-suq kif ukoll l-attivitajiet mhux tas-suq u fuq l-ambjent kummerċjali b'mod ġenerali, l-aktar dwar id-demografija tan-negozju u l-impjiegi relatati mal-attivitajiet tas-suq. Din l-informazzjoni tippermetti lil min jiddeċiedi biex jieħu deċiżjonijiet ta' politika infurmati biex tiġi żviluppata ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni, jittejjeb l-aċċess għas-suq uniku għan-negozji żgħar u medji, tiġi żviluppata l-intraprenditorija u tissaħħaħ il-kompetittività.

(22)  Il-monitoraġġ tal-progress lejn l-għanijiet stabbiliti bl-istrateġija Ewropa 2020 fil-livell tal-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni jeħtieġ statistika armonizzata għall-ekonomija tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima u l-effiċjenza fir-riżorsi, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, u s-soċjetà tal-informazzjoni li tkopri kemm l-attivitajiet tas-suq kif ukoll l-attivitajiet mhux tas-suq u fuq l-ambjent kummerċjali b'mod ġenerali, l-aktar dwar id-demografija tan-negozju u l-impjiegi relatati mal-attivitajiet tas-suq. Din l-informazzjoni tippermetti lil min jiddeċiedi biex jieħu deċiżjonijiet ta' politika infurmati biex tiġi żviluppata ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni, jittejjeb l-aċċess għas-suq uniku għan-negozji żgħar u medji, tiġi żviluppata l-intraprenditorija u tissaħħaħ is-sostenibbiltà u l-kompetittività.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi fl-Unjoni u fiż-żona tal-euro, u l-għoti ta' informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi fi ħdan is-suq uniku jeħtieġu dejta komparabbli dwar l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol, inkluż l-istatistika dwar l-ispejjeż lavorattivi, il-qligħ u l-għadd ta' postijiet battala u okkupati. Barra minn hekk, it-tagħlim tul il-ħajja huwa element essenzjali fl-iżvilupp u fil-promozzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa, imħarrġa u adattati, u jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lit-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi bħala kontributur kruċjali għat-tagħlim tul il-ħajja. Din id-dejta primarjament tinġabar min-negozji u fil-futur din jenħtieġ li ssir leġiżlazzjoni u tkun integrata aħjar ma' statistika oħra tal-kummerċ. Hemm bżonn dejta dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-ispejjeż lavorattivi u dwar l-istruttura u d-distribuzzjoni tal-qligħ, biex jiġu vvalutati l-iżviluppi fuq żmien medju tal-ekonomiji tal-Unjoni. Hemm bżonn dejta dwar l-iżviluppi fl-ispejjeż lavorattivi u dwar il-postijiet tax-xogħol battala biex isir monitoraġġ fuq żmien qasir tal-ekonomiji tal-Unjoni, inkluż għal finijiet ta' politika monetarja. Hemm bżonn dejta dwar l-investiment tal-intrapriżi f'taħriġ vokazzjonali kontinwu, il-karatteristiċi u l-volum ta' dan it-taħriġ kif ukoll informazzjoni dwar l-istrateġiji tal-intrapriżi għat-taħriġ vokazzjonali, biex isir monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni għal koperazzjoni mtejba fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

(23)  Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi fl-Unjoni u fiż-żona tal-euro, u l-għoti ta' informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi fi ħdan is-suq uniku jeħtieġu dejta komparabbli dwar l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol, inkluż l-istatistika dwar l-ispejjeż lavorattivi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-qligħ u l-proporzjon bejn il-paga tal-maniġment u l-paga tal-10 % tal-ħaddiema tal-aktar saff baxx fil-ġerarkija tal-post tax-xogħol, kif ukoll dwar l-għadd ta' postijiet battala u okkupati. Flimkien mal-qafas integrat għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u djar, din id-dejta se tikkontribwixxi wkoll biex jintlaħqu l-miri tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Barra minn hekk, it-tagħlim tul il-ħajja huwa element essenzjali fl-iżvilupp u fil-promozzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa, imħarrġa u adattati, u jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lit-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi bħala kontributur kruċjali għat-tagħlim tul il-ħajja. Din id-dejta primarjament tinġabar min-negozji u fil-futur din jenħtieġ li ssir leġiżlazzjoni u tkun integrata aħjar ma' statistika oħra tal-kummerċ. Hemm bżonn dejta dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-ispejjeż lavorattivi u dwar l-istruttura u d-distribuzzjoni tal-qligħ, biex jiġu vvalutati l-iżviluppi fuq żmien medju tal-ekonomiji tal-Unjoni. Hemm bżonn dejta dwar l-iżviluppi fl-ispejjeż lavorattivi u dwar il-postijiet tax-xogħol battala biex isir monitoraġġ fuq żmien qasir tal-ekonomiji tal-Unjoni, inkluż għal finijiet ta' politika monetarja. Hemm bżonn dejta dwar l-investiment tal-intrapriżi f'taħriġ vokazzjonali kontinwu, il-karatteristiċi u l-volum ta' dan it-taħriġ kif ukoll informazzjoni dwar l-istrateġiji tal-intrapriżi għat-taħriġ vokazzjonali, biex isir monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni għal koperazzjoni mtejba fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Hemm bżonn statistika dwar l-attivitajiet tal-innovazzjoni, tar-riċerka u tal-iżvilupp, biex isir żvilupp u monitoraġġ tal-politiki li għandhom l-għan li jsaħħu l-kompetittività tal-Istati Membri u jżidu l-potenzjal tagħhom fuq żmien medju u fit-tul għal tkabbir u impjiegi intelliġenti. Anki l-ekonomija diġitali li qed tikber u ż-żieda fl-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni huma fost l-aktar muturi importanti tal-kompetittività u tat-tkabbir fl-Unjoni, u għalhekk hemm bżonn dejta tal-istatistika li twieżen l-istrateġiji u l-politiki relatati.

(24)  Hemm bżonn statistika dwar l-attivitajiet tal-innovazzjoni, tar-riċerka u tal-iżvilupp, biex isir żvilupp u monitoraġġ tal-politiki li għandhom l-għan li jsaħħu l-kompetittività tal-Istati Membri u jżidu l-potenzjal tagħhom fuq żmien medju u fit-tul għal tkabbir u impjiegi intelliġenti. Anki l-ekonomija diġitali li qed tikber u ż-żieda fl-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni huma fost l-aktar muturi importanti tal-kompetittività u tat-tkabbir fl-Unjoni, u għalhekk hemm bżonn dejta tal-istatistika li twieżen l-istrateġiji u l-politiki relatati, inkluża t-tlestija tas-suq uniku diġitali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Hija meħtieġa statistika armonizzata dwar l-ekonomija ċirkolari miġbura minn negozji biex tappoġġa l-azzjoni ta' politika tal-Unjoni biex tiġi żviluppata ekonomija sostenibbli, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva fl-Istati Membri u fl-Unjoni. Il-fattibbiltà tal-ġbir tat-tagħrif addizzjonali meħtieġ għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi vvalutata mill-Kummissjoni permezz ta' studju pilota qabel ma jiġi leġiżlat u integrat aħjar ma' statistika oħra.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 25b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25b)  Sabiex jiġi rifless l-użu dejjem usa' ta' teknoloġiji innovattivi u sabiex jiġi mminimizzat l-impatt negattiv possibbli fuq in-negozji, l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali responsabbli jenħtieġ li jagħmlu użu minn dawn it-teknoloġiji u jenħtieġ li jiġu mħeġġa jimplimentaw approċċi innovattivi.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  L-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tas-servizzi, kif mitluba għall-kumpilazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti tal-Unjoni u taż-żona tal-euro, hi definita mill-Kummissjoni (il-Eurostat) u mill-Bank Ċentrali Ewropew b'koperazzjoni mill-qrib.

(26)  L-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tas-servizzi, kif mitluba għall-kumpilazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti tal-Unjoni u taż-żona tal-euro, hi definita mill-Kummissjoni (il-Eurostat) u mill-Bank Ċentrali Ewropew b'koperazzjoni mill-qrib. Bħala prijorità, il-Kummissjoni jenħtieġ li tniedi studju pilota li ser ikopri modi ta' provvista tal-kummerċ internazzjonali fis-servizzi u l-kummerċ internazzjonali fis-servizzi skont il-karatteristiċi tal-intrapriża.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li tingħata statistika tan-negozju fuq l-ekonomija kollha kemm hi, ir-rekwiżiti tad-dejta jenħtieġ li jqisu l-miżuri ta' simplifikazzjoni sa fejn ikun possibbli, biex jittaffa l-piż minn fuq l-ekonomiji tan-negozju tal-Istati Membri li huma relattivament żgħar, b'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

(28)  Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li tingħata statistika tan-negozju fuq l-ekonomija kollha kemm hi, ir-rekwiżiti tad-dejta jenħtieġ li jqisu l-miżuri ta' simplifikazzjoni sa fejn ikun possibbli, biex jittaffa l-piż minn fuq l-ekonomiji tan-negozju tal-Istati Membri li huma relattivament żgħar, b'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Jenħtieġ li r-rekwiżiti addizzjonali ma jimponux piż amministrattiv sproporzjonat fuq ir-rispondenti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Biex jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa biex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tat-temi fid-dettall stabbiliti fl-Annessi I u II, kif ukoll ir-rata ta' kopertura għall-esportazzjonijiet intra-Unjoni tal-oġġetti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha wkoll is-setgħa li t-temi fid-dettall tissupplimentahom b'suġġetti u karatteristiċi għall-istatistika dinamika tan-negozju dwar l-ICT, l-Innovazzjoni u l-Katini tal-valur globali, u l-informazzjoni preċiża li għandhom jagħtu l-awtoritajiet tat-taxxa u doganali. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201611. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin meta jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom għandhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(30)  Biex jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa biex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tat-temi fid-dettall stabbiliti fl-Annessi I u II, kif ukoll ir-rata ta' kopertura għall-esportazzjonijiet intra-Unjoni tal-oġġetti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha wkoll is-setgħa li t-temi fid-dettall tissupplimentahom b'suġġetti u karatteristiċi għall-istatistika dinamika tan-negozji dwar l-ICT, l-Innovazzjoni u l-Katini tal-valur globali, li tissupplimenta t-temi reġistrati fid-dettall b'dettalji deskrittivi, li tissupplimenta l-elementi tal-istatistika tad-dejta għall-ġabra tal-mikrodejta miġbura permezz tal-istħarriġiet dwar il-kummerċ f'merkanzija fl-Unjoni biex jiġu pprovduti lill-Istat Membru tal-importazzjoni u li tissupplimenta informazzjoni preċiża li għandha tingħata mill-awtoritajiet tat-taxxa u doganali Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201611. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin meta jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom għandhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

__________________

__________________

  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni teknika ta' ċerti elementi tar-rekwiżiti, inkluż għar-reġistri tan-negozju, is-setgħat ta' implimentazzjoni b'rabta mal-format, il-miżuri tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità u l-proċedura għall-iskambju tad-dejta kunfidenzjali għall-finijiet tan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju, it-trażmissjoni tad-dejta u tal-metadejta, il-kwalità tad-dejta u r-rappurtar tal-metadejta, u d-derogi, jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni. Għall-istess finijiet, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni rigward il-format u l-modalitajiet tiegħu, il-miżuri tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità u l-proċedura għall-iskambju tad-dejta kunfidenzjali għall-finijiet tal-istatistika tal-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti, l-ispeċifikazzjonijiet tal-metadejta rilevanti, l-iskeda taż-żmien, il-modalitajiet tal-ġbir u tal-kumpilazzjoni tal-informazzjoni tal-istatistika dwar esportazzjonijiet intra-Unjoni tal-oġġetti pprovduta lill-Istat Membru tal-importazzjoni, il-modalitajiet għall-applikazzjoni tar-rata ta' kopertura tal-esportazzjonijiet intra-Unjoni totali tal-oġġetti, l-elementi tad-dejta tal-istatistika għall-mikrodejta miġbura bi stħarriġiet fuq il-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti li għandhom jingħataw lill-Istat Membru tal-importazzjoni u s-simplifikazzjonijiet relatati. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12.

(31)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni teknika ta' ċerti elementi tar-rekwiżiti, inkluż għar-reġistri tan-negozju, is-setgħat ta' implimentazzjoni b'rabta mal-format, il-miżuri tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità u l-proċedura għall-iskambju tad-dejta kunfidenzjali għall-finijiet tan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju, it-trażmissjoni tad-dejta u tal-metadejta, il-kwalità tad-dejta u r-rappurtar tal-metadejta, u d-derogi, jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni. Għall-istess finijiet, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni rigward il-format u l-modalitajiet tiegħu, il-miżuri tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità u l-proċedura għall-iskambju tad-dejta kunfidenzjali għall-finijiet tal-istatistika tal-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti, l-ispeċifikazzjonijiet tal-metadejta rilevanti, l-iskeda taż-żmien, il-modalitajiet tal-ġbir u tal-kumpilazzjoni tal-informazzjoni tal-istatistika dwar esportazzjonijiet intra-Unjoni tal-oġġetti pprovduta lill-Istat Membru tal-importazzjoni, il-modalitajiet għall-applikazzjoni tar-rata ta' kopertura tal-esportazzjonijiet intra-Unjoni totali tal-oġġetti, u l-arranġamenti fid-dettall għas-simplifikazzjoni tal-elementi tal-isatistika tad-dejta għall-ġabra tal-mikrodejta permezz tal-istħarriġiet dwar il-kummerċ f'merkanzija fl-Unjoni biex jiġu pprovduti lill-Istat Membru tal-importazzjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12.

__________________

__________________

  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)

  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u tiżgura li kull azzjoni li teżiġi ma tkunx timponi piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji mistennija għall-utent.

(32)  Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u tiżgura li kull azzjoni li teżiġi ma tkunx timponi piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti, b'mod partikolari għall-SMEs, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji mistennija għall-utent u li twassal għal żieda fil-kwalità tal-istatistika.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt oa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(oa)  "prestazzjoni" tfisser kwalunkwe indikatur tal-valutazzjoni rilevanti ta' dimensjoni ekonomika, soċjali u ambjentali relatat mat-tħaddim u l-outputs tal-impriżi;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  In-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju għandu jkopri r-reġistri nazzjonali tan-negozju u r-Reġistru tal-EuroGruppi, kif ukoll l-iskambji bejniethom.

2.  In-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozji għandu jkopri r-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozji u r-Reġistru tal-EuroGruppi, kif ukoll l-iskambji bejniethom skont l-Artikolu 10.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-istatistika msemmija fl-Artikoli 6 u 7 kif ukoll ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju msemmija fl-Artikolu 9, bl-użu ta' sorsi tad-dejta rilevanti filwaqt li jkun evitat piż żejjed fuq ir-rispondenti u li titqies kif xieraq il-kosteffettività tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika. L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jistgħu jużaw dawn is-sorsi tad-dejta għall-produzzjoni tal-istatistika u tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju meħtieġa skont dan ir-Regolament:

1.  L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-istatistika msemmija fl-Artikoli 6 u 7 kif ukoll ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju msemmija fl-Artikolu 9, bl-użu ta' sorsi tad-dejta rilevanti u affidabbli filwaqt li jkun evitat piż żejjed fuq ir-rispondenti u li titqies kif xieraq il-kosteffettività tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika. L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jistgħu jużaw dawn is-sorsi tad-dejta għall-produzzjoni tal-istatistika u tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju meħtieġa skont dan ir-Regolament:

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ir-rekords amministrattivi, inkluż l-informazzjoni mingħand l-awtoritajiet tat-taxxa u doganali;

(b)  ir-rekords amministrattivi, inkluż l-informazzjoni mingħand l-awtoritajiet tat-taxxa u doganali bħal dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  metodi ta' mudelli, stima u imputazzjoni tal-istatistika li jkunu bbażati fuq ix-xjenza u dokumentati sew.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-istatistika meħtieġa ma tkunx tista' tiġi prodotta bis-sorsi tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu konformi mal-kriterji tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 16, l-Istati Membri jistgħu jipproduċu din l-istatistika b'metodi ta' stima u imputazzjoni tal-istatistika li jkunu bbażati fuq ix-xjenza u dokumentati sew.

imħassar

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Biex tiġi prodotta l-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti u biex titjieb il-kwalità ta' dik l-istatistika, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika fl-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiskambjaw id-dejta li jkunu kisbu mingħand l-awtoritajiet doganali tagħhom dwar l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet tal-oġġetti, b'mod partikolari meta dawn l-esportazzjonijiet jew l-importazzjonijiet ikunu jinvolvu lill-awtoritajiet doganali ta' aktar minn Stat Membru wieħed.

4.  Biex tiġi prodotta l-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti u biex titjieb il-kwalità ta' dik l-istatistika, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika fl-Istati Membri kkonċernati għandhom jiskambjaw id-dejta li jkunu kisbu mingħand l-awtoritajiet doganali tagħhom dwar l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet tal-oġġetti.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 biex temenda t-temi fid-dettall speċifikati fl-Anness I u biex tispeċifika s-suġġetti u l-karatteristiċi koperti mit-temi fid-dettall tal-Innovazzjoni, tal-Użu tal-ICT u l-kummerċ eletroniku, u tal-Katini tal-valur globali.

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 biex temenda t-temi fid-dettall speċifikati fl-Anness I u biex tissupplimenta s-suġġetti u l-karatteristiċi koperti mit-temi fid-dettall tal-Innovazzjoni, tal-użu tal-ICT u l-kummerċ elettroniku, u tal-Katini tal-valur globali u tissupplimenta l-varjabbli għat-temi fid-dettall kollha ħlief għall-Innovazzjoni u l-użu tal-ICT u l-kummerċ elettroniku kif ukoll il-Katini tal-valur globali.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiżdiedu sa massimu ta' tema waħda fid-dettall għall-qasam tas-suġġett "Statistika tan-negozju fuq żmien qasir", ħames temi fid-dettall għall-qasam tas-suġġett "Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiż", żewġ temi fid-detall għall-qasam tas-suġġett "Statistika reġjonali tan-negozju", u żewġ temi fid-dettall għall-qasam tas-suġġett "Statistika dwar l-attivitajiet internazzjonali", f'att delegat eżistenti, jew jinbidlu b'tema oħra fid-dettall matul ħames snin konsekuttivi. Il-massimu ma japplikax għall-emendi li jirriżultaw minn ftehimiet, Trattati u konvenzjonijiet u minn istituzzjonijiet internazzjonali oħra li l-Unjoni hija membru magħhom, u għall-bidliet li jirriżultaw mill-bidliet fl-oqfsa tal-kontabbiltà tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 549/2013 u tal-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 184/2005. L-għadd ta' karatteristiċi għat-temi fid-dettall tal-istatistika dinamika tan-negozju ma għandux jiżdied b'mod sinifikanti bejn żewġ perjodi ta' referenza konsekuttivi u ma għandux jaqbeż l-għadd ta' karatteristiċi tal-ewwel sena ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(b)  mhux aktar minn massimu ta' tema waħda fid-dettall għall-qasam tas-suġġett "Statistika tan-negozju fuq żmien qasir", ħames temi fid-dettall għall-qasam tas-suġġett "Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiż", żewġ temi fid-detall għall-qasam tas-suġġett "Statistika reġjonali tan-negozju", u żewġ temi fid-dettall għall-qasam tas-suġġett "Statistika dwar l-attivitajiet internazzjonali", f'att delegat eżistenti, jew jinbidlu b'tema oħra fid-dettall matul perjodu ta' ħames snin konsekuttivi, u mhux aktar minn massimu ta' tema waħda fid-dettall għall-oqsma tas-suġġett f'att delegat eżistenti huma miżjuda matul perjodu ta' ħames snin konsekuttivi. Il-massimu ma japplikax għall-emendi li jirriżultaw minn ftehimiet, Trattati u konvenzjonijiet u minn istituzzjonijiet internazzjonali oħra li l-Unjoni hija membru magħhom, u għall-bidliet li jirriżultaw mill-bidliet fl-oqfsa tal-kontabbiltà tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2013 u tal-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti skont ir-Regolament (KE) Nru 184/2005. L-għadd ta' karatteristiċi għat-temi fid-dettall tal-istatistika dinamika tan-negozji ma għandhomx jiżdiedu b'mod sinifikanti bejn żewġ perjodi ta' referenza konsekuttivi u ma għandhomx jaqbżu l-għadd ta' karatteristiċi tal-ewwel sena ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  atti delegati jiġu adottati mill-inqas 15-il xahar qabel tmiem il-perjodu ta' referenza tad-dejta ħlief għat-temi "Innovazzjoni" u "Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku" li għalihom l-atti delegati għandhom jiġu adottati tal-anqas sitt u tnax-il xahar rispettivament qabel tmiem il-perjodu ta' referenza tad-dejta.

(c)  atti delegati jiġu adottati mill-inqas 18-il xahar qabel tmiem il-perjodu ta' referenza tad-dejta ħlief għat-temi "Innovazzjoni" u "Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku" li għalihom l-atti delegati għandhom jiġu adottati tal-anqas sitt u tnax-il xahar rispettivament qabel tmiem il-perjodu ta' referenza tad-dejta.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  varjabbli (għajr it-temi fid-dettall tal-Innovazzjoni, tal-Użu tal-ICT u l-kummerċ elettroniku, u tal-Katini tal-valur globali);

imħassar

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta teżerċita s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 rigward is-simplifikazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tqis id-daqs u l-importanza tal-ekonomiji tan-negozju, b'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, biex jonqos il-piż minn fuq l-intrapriżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jinżamm l-input meħtieġ għall-kumpilazzjoni tal-oqfsa tal-kontabbiltà tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2013 u tal-istatistika tal-bilanċ ta' pagamenti skont ir-Regolament (KE) Nru 184/2005. L-atti ta' implimentazzjoni, għajr dawk li jirregolaw l-ewwel implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom, jiġu adottati tal-anqas 15-il xahar qabel tmiem il-perjodu ta' referenza tad-dejta għat-temi elenkati fl-Anness I. Għat-temi "Innovazzjoni" u "Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku", l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati tal-anqas sitt u tnax-il xahar rispettivament qabel tmiem il-perjodu ta' referenza tad-dejta.

2.  Meta teżerċita s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 rigward is-simplifikazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tqis id-daqs u l-importanza tal-ekonomiji tan-negozju, b'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, biex jonqos il-piż minn fuq l-intrapriżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jinżamm l-input meħtieġ għall-kumpilazzjoni tal-oqfsa tal-kontabbiltà tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2013 u tal-istatistika tal-bilanċ ta' pagamenti skont ir-Regolament (KE) Nru 184/2005. L-atti ta' implimentazzjoni, għajr dawk li jirregolaw l-ewwel implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom, jiġu adottati tal-anqas 18-il xahar qabel tmiem il-perjodu ta' referenza tad-dejta għat-temi elenkati fl-Anness I. Għat-temi "Innovazzjoni" u "Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku", l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati tal-anqas sitt xhur rispettivament qabel tmiem il-perjodu ta' referenza tad-dejta.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

3.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

 

Fit-tħejjija ta' dawn l-atti ta' implimentazzjoni, għandhom jitqiesu spejjeż żejda u piżijiet amministrattivi addizzjonali fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti flimkien ma' stima taż-żieda proġettata tal-kwalità tal-istatistika u kwalunkwe benefiċċju dirett jew indirett ieħor li jirriżulta mill-azzjoni proposta addizzjonali.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u r-Reġistru tal-EuroGruppi għandhom ikunu s-sors awtorevoli biex jinkisbu popolazzjonijiet tar-reġistru ta' kwalità kbira, konsistenti u koordinati, skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament, għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea.

Ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u r-Reġistru tal-EuroGruppi għandhom ikunu s-sors awtentiku u affidabbli biex jinkisbu popolazzjonijiet tar-reġistru ta' kwalità kbira, konsistenti u koordinati, skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament, għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju għandhom ikunu s-sors awtorevoli għall-popolazzjonijiet tar-reġistri nazzjonali. Ir-Reġistru tal-EuroGruppi għandu jkun is-sors awtorevoli għall-popolazzjoni tar-reġistru tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika għall-istatistika tan-negozju li jeħtieġ il-koordinazzjoni ta' informazzjoni transfruntiera.

Ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju għandhom ikunu s-sors awtorevoli għall-popolazzjonijiet tar-reġistri tal-istatistika nazzjonali. Ir-Reġistru tal-EuroGruppi għandu jkun is-sors awtorevoli għall-popolazzjoni tar-reġistru tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika għall-istatistika tan-negozju li jeħtieġ il-koordinazzjoni ta' informazzjoni transfruntiera.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 biex temenda t-temi fid-dettall tar-reġistru elenkati fl-Anness III skont żviluppi tekniċi u ekonomiċi rilevanti u skont ħtiġijiet ġodda tal-utenti.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 biex temenda t-temi rreġistrati f'dettall inklużi fl-Anness III skont żviluppi tekniċi u ekonomiċi rilevanti u skont ħtiġijiet ġodda tal-utenti u li żżid id-dettalji deskrittivi għal kull tema rreġistrata f'dettall.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(2) biex tispeċifika aktar id-dettalji deskrittivi għal kull tema fid-dettall tar-reġistru.

imħassar

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trażmissjoni tad-dejta kunfidenzjali bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha ssir sal-punt li dik it-trażmissjoni tkun meħtieġa għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea. Kull trażmissjoni oħra għandha tkun awtorizzata espliċitament mill-awtorità nazzjonali li ġabret id-dejta.

It-trażmissjoni tad-dejta kunfidenzjali bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha ssir sal-punt li tali trażmissjoni tkun meħtieġa esklussivament għal finijiet tal-istatistika għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea. Kull trażmissjoni oħra trid tkun awtorizzata espliċitament mill-awtorità nazzjonali li ġabret id-dejta.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(2) biex tispeċifika l-elementi tad-dejta tal-istatistika msemmija fil-punti (a) sa (i), u biex tispeċifika l-lista tal-elementi tad-dejta tal-istatistika applikabbli għal oġġetti jew movimenti speċifiċi u d-dejta kkumpilata permezz tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet doganali msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 12(1).

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 21 biex tissupplimenta d-dejta tal-istatistika msemmija fil-punti (a) sa (i), u biex tissupplimenta l-lista tal-elementi tad-dejta tal-istatistika applikabbli għal oġġetti jew movimenti speċifiċi u d-dejta kkumpilata permezz tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet doganali msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 12(1).

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-dejta u tal-metadejta trażmessi.

3.  Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha, b'mod trasparenti, tivvaluta l-kwalità tad-dejta u tal-metadejta trażmessi.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-modalitajiet, il-kontenut u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tar-rapporti dwar il-metadejta u l-kwalità. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

6.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-modalitajiet, il-kontenut u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tar-rapporti dwar il-metadejta u l-kwalità. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

 

Fit-tħejjija ta' dawn l-atti ta' implimentazzjoni, għandhom jitqiesu spejjeż żejda u piżijiet amministrattivi addizzjonali fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti flimkien ma' stima taż-żieda proġettata tal-kwalità tal-istatistika u kwalunkwe benefiċċju dirett jew indirett ieħor li jirriżulta mill-azzjoni proposta addizzjonali.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Meta titlobhom il-Kummissjoni (il-Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex din tevalwa l-kwalità tal-informazzjoni tal-istatistika.

8.  Mat-talba tal-Kummissjoni (il-Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali, u kwalunkwe aġġornament għal dik l-informazzjoni, meħtieġa biex din tevalwa l-kwalità tal-informazzjoni tal-istatistika.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta titlobhom, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, kull informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri.

3.  Meta titlobhom, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, kull informazzjoni rilevanti, u aġġornamenti għal dik l-informazzjoni, dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri. Tali talbiet tal-Kummissjoni ma għandhomx jimponu piż amministrattiv jew finanzjarju addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-ewwel studji pilota li jitniedu għandhom ikopru modi ta' provvista tal-kummerċ internazzjonali tas-servizzi u l-kummerċ internazzjonali tas-servizzi skont il-karatteristiċi tal-intrapriża.

imħassar

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-iżvilupp ta' metodoloġiji li għandhom l-għan li jnaqqsu l-piż amministrattiv u finanzjarju biex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa mill-unitajiet ta' rapportar, b'mod partikolari l-SMEs.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  żvilupp jew tisħiħ tal-proċessi, tas-sistemi tal-IT u ta' funzjonijiet ta' appoġġ simili bl-għan li jipproduċu statistika ta' kwalità aħjar jew li jnaqqsu l-piż amministrattiv u finanzjarju.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5, 6, 9 u 12 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal żmien indefinit.

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5, 6, 9, 12, 13 u 24 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5, 6, 9 u 12 tista' tiġi revokata f'kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5, 6, 9, 12, 13 u 24 tista' tiġi revokata f'kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 5, 6, 9 u 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 5, 6, 9, 12, 13 u 24 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'sistema nazzjonali tal-istatistika ta' Stat Membru tkun qed titlob adattamenti kbar, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tagħti derogi mill-applikazzjoni tiegħu għal mhux aktar minn tliet snin, diment li dawn id-derogi la jfixklu l-komparabbiltà tad-dejta tal-Istati Membri u lanqas ma jxekklu l-kalkolu tal-aggregati Ewropej rappreżentattivi u fil-ħin li huma meħtieġa.

1.  Meta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'sistema nazzjonali tal-istatistika ta' Stat Membru tkun qed titlob adattamenti kbar, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati u derogi mill-applikazzjoni tiegħu għal mhux aktar minn tliet snin.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni b'konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti delegati b'konformità mal-Artikolu 21.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

2.  Dan għandu japplika minn [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Iżda l-Artikoli 11 sa 15 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2020.

3.  Iżda l-Artikoli 11 sa 15 għandhom japplikaw minn [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    48

Proposta għal regolament

Anness I – Il-qasam tas-suġġett nru 2 – linja 5a (ġdida)

It-temi

It-temi fid-dettall

 

Emenda

It-temi

It-temi fid-dettall

Attivitajiet finanzjarji

Profitt nett attribwibbli għall-azzjonisti

 

Qligħ għal kull sehem

 

Redditu fuq l-ekwità

Emenda    49

Proposta għal regolament

Anness I – Il-qasam tas-suġġett nru 2 – linja 8a (ġdida)

It-temi

It-temi fid-dettall

 

Emenda

It-temi

It-temi fid-dettall

L-ambjent u l-klima

Kwoti ta' CO2 riċevuti/mibjugħa

Emenda    50

Proposta għal regolament

Anness II – Il-qasam tas-suġġett nru 1 – linja 4

It-temi

Perjodiċità

Outputs u prestazzjoni

kull xahar; trimestrali għall-pajjiżi ż-żgħar għat-Taqsima F tan-NACE

 

Emenda

It-temi

Perjodiċità

Outputs u prestazzjoni

kull xahar; trimestrali għall-pajjiżi ż-żgħar* għat-Taqsima F tan-NACE

 

* Kif speċifikat fl-atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 7(1).

Emenda    51

Proposta għal regolament

Anness II – Il-qasam tas-suġġett nru 2 – linja 3

It-temi

Perjodiċità

Inputs tar-riċerka u l-iżvilupp

biennali; annwali għat-tqassim skont is-settur tal-prestazzjoni tan-nefqa fir-R&Ż intramurali, il-persunal tar-R&Ż u l-għadd ta' riċerkaturi kif ukoll għall-approprjazzjonijiet baġitarji tal-gvern jew in-nefqiet fuq ir-riċerka u l-iżvilupp (GBAORD) u għall-finanzjament pubbliku nazzjonali għar-R&Ż ikkoordinati b'mod transnazzjonali

 

Emenda

It-temi

Perjodiċità

Inputs tar-riċerka u l-iżvilupp

Annwali

Emenda    52

Proposta għal regolament

Anness II – Il-qasam tas-suġġett nru 2 – linja 5a (ġdida)

It-temi

Perjodiċità

 

Emenda

It-temi

Perjodiċità

Attivitajiet finanzjarji

Annwali

Emenda    53

Proposta għal regolament

Anness II – Il-qasam tas-suġġett nru 2 – linja 7

It-temi

Perjodiċità

Innovazzjoni;

Biennali

 

Emenda

It-temi

Perjodiċità

Innovazzjoni;

Annwali

Emenda    54

Proposta għal regolament

Anness II – Il-qasam tas-suġġett nru 2 – linja 8a (ġdida)

It-temi

Perjodiċità

 

Emenda

It-temi

Perjodiċità

L-ambjent u l-klima

Annwali

NOTA SPJEGATTIVA

Hemm talba dejjem tikber għall-istatistika u għad-dejta ta' kwalità għolja dwar in-negozji fl-Unjoni Ewropea. L-utenti tad-dejta, bħal atturi privati u dawk li jfasslu l-politika, qed jagħmlu użu minnha biex jieħdu deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza, jiġifieri jikkontribwixxu għat-tisħiħ ta' suq uniku bbażat fuq l-għarfien u l-innovazzjoni.

L-istatistika Ewropea tan-negozji jenħtieġ li tinbena fuq qafas komuni u sempliċi, b'definizzjonijiet armonizzati li jiffaċilitaw l-għarfien tal-istat tal-ekonomija tal-UE. Id-dejta jenħtieġ li tinġabar b'mod kosteffiċjenti u tiġi pprovduta fi żmien xieraq, b'komparabbiltà fl-Istati Membri kollha.

L-istatistika u d-dejta dwar is-Servizzi tan-Negozji tibqa' sfida, b'mod partikolari, minħabba n-nuqqas relattiv tagħhom. Il-fatt li n-natura tal-ekonomija Ewropea qed tinbidel, bi fruntiera mhux ċara bejn il-manifattura u s-servizzi, qed tagħmel is-sitwazzjoni aktar ta' sfida.

F'ħafna okkażjonijiet, il-Parlament Ewropew, enfasizza ripetutament il-bżonn għal aktar dejta u statistika preċiża u f'waqtha fil-livell tal-Unjoni, kemm permezz ta' riżoluzzjonijiet kif ukoll permezz ta' rappurtar fuq inizjattiva proprja. Il-Kummissjoni rrispondiet għal dawn it-talbiet bi proposta għal Regolament ta' qafas (FRIBS) ġdid, li għandu l-għan li jintegra l-istatistika u l-atti legali għall-istatistika tan-negozji billi jirrazzjonalizzahom u jissimplifikahom. Billi temenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 u tħassar l-10 atti legali eżistenti, il-Kummissjoni tuża l-programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) biex toħloq qafas komuni legali għall-produzzjoni u l-kumpilazzjoni tal-istatistika tan-negozji tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS), filwaqt li testendi s-sistema biex tinkludi servizzi li qabel ma kinux koperti.

B'mod ġenerali r-rapporteur jaqbel mal-proposti tal-Kummissjoni. Madankollu, huwa jfittex li jtejjeb il-proposta billi jġibha aktar konformi mal-għan ta' REFIT: li ssir aktar faċli, irħas u aktar prevedibbli. Filwaqt li jirrikonoxxi l-bżonn li jestendi l-kopertura tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika biex tinkludi ċerti servizzi u l-bżonn għal approċċ flessibbli fi ħdan il-qafas biex jippermetti adattamenti għal żviluppi metadoloġiċi u rispons f'waqtu għall-bżonnijiet emerġenti tal-utenti tad-dejta, ir-rapporteur jemmen li huwa neċessarju wkoll li jiġi żgurat li jiġu limitati kemm jista' jkun l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi żejda fuq in-negozji, b'mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u medji, u fuq l-Istati Membri. Ir-rapporteur jemmen li huwa daqstant importanti, li r-regoli dwar il-kunfidenzjalità tad-dejta jissaħħu.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 u li jħassar l-10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju

Referenzi

COM(2017)0114 – C8-0099/2017 – 2017/0048(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

6.3.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

16.3.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.3.2017

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

11.4.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Janusz Lewandowski

18.5.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.11.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

57

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Nikolay Barekov, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Julia Reda, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gunnar Hökmark, Luděk Niedermayer, Dennis Radtke, Dominique Riquet, Pavel Telička

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Rosa D’Amato, Emilian Pavel

Data tat-tressiq

23.3.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

57

+

ALDE

Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Nikolay Barekov, Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

EFDD

Rosa D'Amato, Dario Tamburrano

ENF

Gerolf Annemans, Angelo Ciocca, Christelle Lechevalier

PPE

Bendt Bendtsen, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Gunnar Hökmark, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Luděk Niedermayer, Dennis Radtke, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Dan Nica, Emilian Pavel, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Julia Reda, Claude Turmes

6

-

EFDD

Jonathan Bullock

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Jaromír Kohlíček, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

PPE

Hermann Winkler

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' April 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza