Proċedura : 2017/2155(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0113/2018

Testi mressqa :

A8-0113/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.56

Testi adottati :

P8_TA(2018)0161

RAPPORT     
PDF 754kWORD 62k
26.3.2018
PE 613.448v01-00 A8-0113/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2155(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Bart Staes

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2155(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Eurojust(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0065/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja, u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0113/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2155(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Unità ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Eurojust(2),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(3) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0065/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0113/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2155(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0113/2018),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.  billi, skont ir-rapporti tad-dħul u tal-infiq tagħha(7), il-baġit finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2016 kien jammonta għal EUR 43 539 737, li tirrappreżenta żieda ta' 28,75 % meta mqabbel mal-2015; billi ż-żieda fil-baġit hija prinċipalment relatata mat-tranżizzjoni tal-Eurojust lejn il-binja l-ġdida tagħha; billi l-baġit kollu tal-Eurojust huwa derivat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Unità ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Eurojust huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2011 u 2015

1.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, rigward is-segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti ttieħdu azzjonijiet korrettivi, iżda li azzjoni korrettiva għal kumment wieħed dwar id-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tad-Direttur u tal-Kulleġġ tal-Eurojust għadha mmarkata bħala "Għadha għaddejja";

2.  Jinnota li l-Eurojust qiegħda fi djalogu kontinwu mad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi u mad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta' finanzjament għall-Eurojust għas-snin li ġejjin;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,89 %, inklużi EUR 6 980 000 li huma delimitati għall-binja l-ġdida; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 80,42 %, li tfisser tnaqqis ta' 8,55 % mill-2015;

4.  Jiddeplora l-fatt li l-Eurojust iffaċċjat kwistjonijiet ta' disponibbiltà baġitarja minħabba problemi strutturali magħrufa fil-finanzjament tagħha, u li, għat-tieni sena konsekuttiva, kellha tirrikorri għal miżuri ta' mitigazzjoni suġġetti għal baġit emendatorju, li wasslu għall-posponiment ta' wħud mill-attivitajiet li għadhom għaddejjin tagħha u għad-differiment ta' żviluppi teknoloġiċi ta' valur;

Impenji u riporti

5.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu ta' EUR 6 446 530 (40 %) meta mqabbla ma' EUR 1 600 000 (22 %) fl-2015; jirrikonoxxi l-fatt li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' xogħlijiet li baqgħu għaddejjin wara tmiem is-sena u ma' xiri li kien ordnat bi tħejjija għat-trasferiment tal-Eurojust għall-binja l-ġdida fl-2017 (EUR 4 867 482);

6.  Jilqa' l-fatt li l-Eurojust uriet titjib sinifikanti fir-riporti mill-2015, b'ħafna inqas kanċellazzjonijiet (5,6 %) mis-snin ta' qabel;

7.  Jinnota li r-riporti ħafna drabi jkunu parzjalment jew għalkollox ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, u li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk jiġu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti;

8.  Jitlob lill-Aġenzija żżomm il-volum li għandu jiġu riportat għas-sena suċċessiva kemm jista' jkun baxx;

Proċeduri ta' akkwist u politika tal-persunal

9.  Jinnota li l-Eurojust iffirmat 30 kuntratt b'valur ta' aktar minn EUR 15 000, li jirrappreżenta żieda ta' 30 % meta mqabbel mal-2015; josserva li proċedura ta' akkwist miftuħa ntużat għal 80 % tal-kuntratti, li tirrappreżenta 92,50 % tal-ammont akkwistat;

10.  Josserva li, fl-2016, il-Eurojust implimentat it-tielet mewġa ta' tnaqqis fil-postijiet (1 %, jew 3 postijiet inqas) sabiex tilħaq il-mira ta' 5 % miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill; jinnota li t-tnaqqis fin-numru tal-postijiet sar fil-qasam tal-appoġġ amministrattiv;

11.  Jinnota li r-rata ta' postijiet vakanti tal-Eurojust fil-31 ta' Diċembru 2016 kienet ta' 3,4 % meta mqabbla ma' dik ta' 2,4 % fil-31 ta' Diċembru 2015; jinnota b'sodisfazzjon li t-tabella tal-persunal tal-2016 ġiet eżegwita fil-livell ta' 96,6 %; josserva li, skont it-tabella tal-persunal, 196 post (mill-203 postijiet awtorizzati skont il-baġit ġenerali tal-Unjoni) kienu okkupati fil-31 ta' Diċembru 2016, meta mqabbla mal-200 post fl-2015;

12.  Jinnota li minn 255,5 membru tal-persunal (ekwivalenti għal full-time) fl-2016, il-Eurojust kienet timpjega 68,1 persuna (ekwivalenti għal full-time) bejn esperti nazzjonali sekondati, aġenti b'kuntratt, persunal interim u konsulenti;

13.  Jiddispjaċih għall-fatt li, min-numru tal-postijiet kollha okkupati fil-31 ta' Diċembru 2016, il-proporzjon tal-bilanċ bejn is-sessi kien ta' 69 % nisa u 31 % rġiel; jinnota bi tħassib ukoll l-iżbilanċi fil-maniġment superjuri u fil-bord maniġerjali;

14.  Jinnota li, fl-2016, bħala medja kull membru tal-persunal tal-Eurojust qatta' sebat ijiem fuq liv tal-mard; josserva li n-numru ta' ġranet iddedikati għal attivitajiet ta' benesseri għal kull membru tal-persunal fl-2016 kien baxx, fil-livell ta' 0,13 ta' ġurnata; jinnota li l-Eurojust ma semmietx l-attivitajiet ta' benesseri differenti mdaħħla fis-seħħ fl-2016, kif kien talabha tagħmel il-Parlament;

15.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Eurojust stabbiliet netwerk ta' konsulenti kunfidenzjali bħala parti mill-politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali u organizzat programmi ta' prevenzjoni u ta' sensibilizzazzjoni previsti mit-tim tar-riżorsi umani;

16.  Jinnota bi tħassib li, mit-13 ta' April 2015 sat-13 ta' April 2017, 26 membru tal-persunal avviċinaw in-netwerk ta' konsulenti kunfidenzjali; jinnota li mis-26 kuntatt, 16-il każ ingħalqu wara sessjoni waħda biss; jerġa' jinnota bi tħassib, madankollu, li 9 każijiet ġew ikklassifikati mill-konsulenti kunfidenzjali bħala każijiet ta' fastidju u nbdew 2 proċeduri informali; josserva li każijiet oħra kkonċernaw kunflitti, stress marbut max-xogħol jew tfittxija għal informazzjoni;

17.  Jinnota li l-Eurojust tuża vetturi uffiċjali iżda ma tippermettix l-użu privat tagħhom;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, it-trasparenza u d-demokrazija

18.  Jinnota li l-abbozz tar-regoli interni tal-Eurojust dwar il-protezzjoni tal-informaturi ġie mħejji fl-2016 u l-ewwel diskussjoni saret fil-Kulleġġ fl-4 ta' Ottubru 2016; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-adozzjoni tar-regoli interni ġiet sospiża meta, fil-bidu tal-2016, il-Kummissjoni informat lil aġenziji li qed jitħejja mudell ta' deċiżjoni għall-aġenziji;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-adozzjoni rapida tal-linji gwida tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta li konsegwentement se jiġu adottati minnufih u implimentati b'mod effikaċi mill-aġenziji, inkluża l-Eurojust; jinnota li l-Eurojust kienet qiegħda tistenna li tingħata tali gwida jew kontribut mill-Kummissjoni qabel ma tkun tista' tiffinalizza r-regoli rilevanti tagħha; iħeġġeġ lill-Eurojust tintensifika l-isforzi tagħha biex tiffinalizza regoli interni ċari dwar il-protezzjoni tal-informaturi, li għandhom jibbenefikaw mill-preżunzjoni ta' bona fede sakemm tiġi vverifikata l-informazzjoni;

20.  Jesprimi l-bżonn li jiġi stabbilit korp indipendenti ta' żvelar, konsulenza u riferiment li jkollu riżorsi baġitarji suffiċjenti, bil-għan li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jagħtihom l-appoġġ u l-konsulenza meħtieġa;

21.  Jinnota li l-Eurojust iżżomm reġistru ta' dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess iffirmat mill-membri tal-bord maniġerjali li jiġi aġġornat regolarment, iżda jirrimarka li dawn id-dikjarazzjonijiet u s-CVs tal-bord maniġerjali mhumiex disponibbli pubblikament; jistieden lill-Eurojust tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress rigward din il-kwistjoni u tikkunsidra l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet u tas-CVs fis-sit web tagħha; jirrimarka li din il-prattika ma tgħinx biex tinkiseb aktar trasparenza u jitlob li d-dikjarazzjonijiet jiġu vverifikati u aġġornati;

22.  Jinnota bi tħassib li l-amministrazzjoni, il-membri tal-Kulleġġ u l-membri tal-korp konġunt ta' sorveljanza indipendenti ma ppubblikawx id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tagħhom online;

23.  Jilqa' l-fatt li, fl-2017, il-Eurojust ħejjiet il-Gwida tal-Eurojust dwar l-Etika u l-Kondotta, li tinkludi wkoll il-Kodiċi ta' Mġiba Amministrattiva Tajba;

24.  Jinnota li, fl-2016, il-Eurojust irċeviet 15-il talba għal aċċess għal dokumenti li għalihom tat aċċess sħiħ f'ħames każijiet filwaqt li f'erba' każijiet iddeċidiet li tagħti biss aċċess parzjali għad-dokumenti u rrifjutat l-aċċess f'sitt każijiet;

Kisbiet ewlenin

25.  Jilqa' t-tliet kisbiet ewlenin identifikati mill-Eurojust fl-2016, b'mod partikolari:

–  l-adozzjoni ta' riorganizzazzjoni bla preċedent tal-amministrazzjoni tagħha, li ġġenerat sinerġiji u titjib fl-effiċjenza;

–  l-iżvilupp ta' mudell ta' ftehim rivedut għall-istabbiliment ta' skwadra ta' investigazzjoni konġunta (SIK) u ta' gwida prattika, kif ukoll l-għoti ta' appoġġ finanzjarju lil 90 SIK; l-għoti ta' EUR 1 000 000 wara tmien sejħiet għall-proposti għal għotjiet lis-SIK;

–  il-produzzjoni ta' dokumenti strateġiċi rilevanti u l-analiżi ġudizzjarji ad hoc fl-oqsma prijoritarji tal-kriminalità, bħalma huma r-raba' rapport dwar il-Ġellieda Terroristi Barranin, is-sinteżi tat-tielet rapport dwar il-Ġellieda Terroristi Barranin, il-Manwal elettroniku dwar il-qasam Kimiku, Bijoloġiku, Radjoloġiku u Nukleari (CBRN) u l-Monitors Ġudizzjarji dwar iċ-Ċiberkriminalità;

Kontrolli interni

26.  Jinnota li l-Eurojust adottat sett ta' standards ta' kontroll intern, ibbażati fuq il-qafas tal-Kummissjoni u l-aħjar prattika internazzjonali, biex tiżgura l-ilħuqtal-objettivi ta' politika u dawk operattivi; jinnota, barra minn hekk, li l-Eurojust ivvalutat l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll interni prinċipali tagħha matul is-sena ta' rappurtar u kkonkludiet li l-istandards ta' kontroll intern huma implimentati b'mod effikaċi; josserva li l-Eurojust ħadet miżuri biex ittejjeb l-effiċjenza tas-sistemi ta' kontroll interni tagħha fil-qasam ta' "Proċess ta' Mmaniġġjar tar-Riskju" (Eurojust ICS 6); jistenna bil-ħerqa r-rapport annwali li jmiss tal-Eurojust u dettalji ulterjuri dwar il-miżuri meħuda biex ikomplu jtejbu l-effiċjenza;

Awditu intern

27.  Jinnota l-fatt li, skont ir-rapport annwali tal-Eurojust, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar "Monitoraġġ u Rappurtar/Elementi Kostitwenti ta' Assigurazzjoni" f'Jannar 2016; jinnota li l-IAS ħareġ żewġ rakkomandazzjonijiet ikklassifikati bħala "importanti ħafna" u erba' rakkomandazzjonijiet immarkati bħala "importanti"; jinnota b'sodisfazzjon li l-Eurojust implimentat azzjoni korrettiva għal dawk ir-rakkomandazzjonijiet u b'hekk uriet il-valur ta' tali servizz;

Prestazzjoni

28.  Josserva li l-Eurojust wettqet evalwazzjoni esterna tal-attivitajiet tagħha matul il-perjodu 2014-2015, li wasslet għal pjan ta' azzjoni intern għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet; jinnota li l-Kulleġġ stabbilixxa grupp ta' ħidma dwar il-prijoritizzazzjoni f'Marzu 2016 b'mandat biex imexxi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li fadal; jinnota, barra minn hekk, li aktar żvilupp u kisbiet huma mistennija matul l-2017;

Kummenti oħra

29.  Jinnota li l-Eurojust kkompletat b'suċċess it-trasferiment lejn il-binja l-ġdida tagħha f'Ġunju u f'Lulju 2017; josserva li, fil-31 ta' Awwissu 2017, il-binja ta' qabel intraddet lura lill-istat ospitanti, u li dan tal-aħħar se jiddetermina l-ispejjeż relatati mar-radd lura li se jitħallsu mill-Eurojust; jinnota li, ladarba jsiru magħrufa l-ispejjeż li se tħallas il-Eurojust, din tal-aħħar għandha tiddeskrivi lill-awtorità ta' kwittanza l-ispejjeż totali ta' tranżizzjoni mġarrba;

30.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Eurojust, f'kooperazzjoni mal-Europol, ifformalizzat approċċ ikkombinat għaċ-Ċertifikazzjoni ISO14001/EMS; jinnota li l-Eurojust qieset li, filwaqt li fl-2016 hija kienet qed tikri biss il-binja temporanja mir-Renju tan-Netherlands, bħala kerrejja ma kinitx f'pożizzjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2;

31.  Mir-risposta tal-Eurojust, jinnota bi tħassib, minħabba li ż-żmien għaddej ġmielu, li għalissa m'hemm l-ebda skambju ta' informazzjoni bejn il-Eurojust u l-Kummissjoni fir-rigward tat-tħejjija għat-twettiq tal-attivitajiet futuri tal-Eurojust wara l-Brexit; jistieden kemm lill-Eurojust kif ukoll lill-Kummissjoni jiżguraw fluss effiċjenti tal-informazzjoni neċessarja fid-dawl tal-fatt li se jkollu jiġi stabbilit ftehim ta' kooperazzjoni mar-Renju Unit;

32.  Jilqa' t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-Eurojust bħala ċ-ċentru għal kooperazzjoni u koordinazzjoni ġudizzjarja kontra l-kriminalità transfruntiera u bħala ċentru ta' kompetenza ġudizzjarja fi ħdan l-Unjoni; jirrileva l-varar tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew kontra ċ-Ċiberkriminalità; jinnota li l-Eurojust irċieviet talbiet għal assistenza f'2 306 każijiet (li jirrappreżentaw żieda ta' 4 %), li organizzat 249 laqgħa ta' koordinazzjoni dwar 288 każ, u pprovdiet appoġġ għal 148 grupp konġunt ta' investigazzjoni, inkluż appoġġ finanzjarju lil 90 minnhom (li tirrappreżenta żieda ta' 32 %); jinnota l-pubblikazzjoni tar-raba' Rapport tal-Eurojust dwar "Il-Ġellieda Terroristi Barranin: Il-fehmiet tal-Eurojust dwar il-Fenomenu u r-Risposta tal-Ġustizzja Kriminali" ta' Diċembru 2016;

o

o o

33.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2018(8) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

7.2.2018

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2155(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Kostas Chrysogonos

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Eurojust jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2016, u li t-tranżazzjonijiet tagħha huma legali u regolari;

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rata għolja ħafna ta' implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust (99,89 %); jirrikonoxxi li r-rata għolja ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati (40 %) għat-Titolu II (nefqa għal attivitajiet ta' appoġġ) hija minħabba t-tħejjija għaċ-ċaqliqa lejn bini ġdid fl-2017;

3.  Jenfasizza r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-2011 dwar ir-ridefinizzjoni mill-ġdid tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tad-Direttur Amministrattiv u tal-Kulleġġ; jirrikonoxxi li r-Regolament dwar il-Eurojust kien għadu qiegħed jiġi nnegozjat mil-leġiżlatur fi tmiem l-2016, b'hekk l-ebda miżura korrettiva ma setgħet tittieħed biex tiġi riżolta din il-kwistjoni;

4.  Jilqa' t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-Eurojust bħala ċ-ċentru għal kooperazzjoni u koordinazzjoni ġudizzjarja kontra l-kriminalità transfruntiera u bħala ċentru ta' kompetenza ġudizzjarja fi ħdan l-Unjoni; jenfasizza t-tnedija tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew kontra ċ-Ċiberkriminalità; jinnota li l-Eurojust irċieviet talbiet għal assistenza f'2306 każijiet (li jirrappreżentaw żieda ta' 4 %), li hija organizzat 249 laqgħa ta' koordinament dwar 288 każ, u pprovdiet appoġġ għal 148 grupp konġunt ta' investigazzjoni, inkluż appoġġ finanzjarju lil 90 minnhom (li jirrappreżenta żieda ta' 32 %); jinnota l-pubblikazzjoni tar-raba' Rapport tal-Eurojust dwar il-Ġellieda Terroristi Barranin: Il-fehmiet tal-Eurojust dwar il-Fenomenu u r-Rispons tal-Ġustizzja Kriminali ta' Diċembru 2016;

5.  Jiddeplora l-fatt li l-Eurojust ħabbtet wiċċha ma' kwistjonijiet ta' disponibbiltà baġitarja minħabba problemi strutturali magħrufa fil-finanzjament tagħha, u li għat-tieni sena konsekuttiva kellha tirrikorri għal miżuri ta' mitigazzjoni suġġetti għal baġit emendatorju, li wasslu għall-posponiment ta' wħud mill-attivitajiet attwali tagħha u d-differiment ta' żviluppi teknoloġiċi prezzjużi; jirrimarka, f'dan ir-rigward li l-Eurojust qiegħda fi djalogu kontinwu mad-DĠ Ġustizzja u DĠ Baġit sabiex tiżgura livell xieraq ta' finanzjament għas-snin li ġejjin;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-adozzjoni rapida tal-linji gwida tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta li konsegwentement se jiġu adottati minnufih u implimentati b'mod effettiv mill-aġenziji tal-Unjoni, inkluża l-Eurojust; jinnota li l-Eurojust kienet qiegħda tistenna li tingħata tali gwida jew kontribut mill-Kummissjoni qabel ma tkun tista' tiffinalizza r-regoli rilevanti tagħha; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tintensifika l-isforzi tagħha biex tiffinalizza regoli interni ċari għall-protezzjoni tal-informaturi, li jridu jibbenefikaw mill-preżunzjoni ta' bona fide sal-verifika tal-informazzjoni;

7.  Jinnota bi tħassib li l-amministrazzjoni, il-membri tal-Kulleġġ u l-membri tal-korp ta' sorveljanza konġunt indipendenti ma ppubblikawx id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tagħhom online; jissottolinja madankollu li l-Kulleġġ adotta linji gwida dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

1.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Frank Engel, Cornelia Ernst, Raymond Finch, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kostas Chrysogonos, Carlos Coelho, Maria Grapini, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Marek Jurek, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jaromír Štětina

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Jonathan Bullock, Julia Reda, Francis Zammit Dimech

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

46

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

ECR

Marek Jurek, Branislav Škripek, Helga Stevens

GUE/NGL

Malin Björk, Kostas Chrysogonos, Cornelia Ernst, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Georges Bach, Heinz K. Becker, Michał Boni, Carlos Coelho, Frank Engel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, Csaba Sógor, Jaromír Štětina, Traian Ungureanu, Francis Zammit Dimech, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Ana Gomes, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Soraya Post, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Julia Reda, Judith Sargentini

6

-

EFDD

Jonathan Bullock, Raymond Finch, Kristina Winberg

ENF

Lorenzo Fontana, Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

4

-

ECR

Raffaele Fitto, Notis Marias

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 218.

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 218.

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(2)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 218.

(3)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 218.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 113, 30.03.2016, p. 83.

(8)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' April 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza