RAPPORT dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tiffissa l-perijodu għad-disa' elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali
16.4.2018 - (07162/2018 – C8-0128/2018 – 2018/0805(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Danuta Maria Hübner
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tiffissa l-perijodu għad-disa' elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali
(07162/2018 – C8-0128/2018 – 2018/0805(CNS))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (07162/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu, tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali[1], skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0128/2018),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2015 dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea[2],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2018 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew[3],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0145/2018),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill;
2. Ifakkar fil-proposta tiegħu, annessa mar-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea, li l-Parlament Ewropew ikollu s-setgħa, wara li jikkonsulta lill-Kunsill, li jiddetermina l-perijodu elettorali;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
- [1] Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, tal-20 ta' Settembru 1976 (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 1.), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/81/KEFA, KEE, Euratom (ĠU L 33, 9.2.1993, p. 15) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1.).
- [2] Testi adottati, P8_TA(2015)0395.
- [3] Testi adottati, P8_TA(2018)0029.
NOTA SPJEGATTIVA
Dan ir-rapport tfassal b'risposta għal talba mill-Kunsill għal konsultazzjoni dwar abbozz ta' deċiżjoni bil-għan li timmodifika l-perijodu li fih altrimenti kellhom isiru l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin. F'konformità mal-Artikolu 11(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali ("l-Att Elettorali"), dan il-perijodu kellu jkun mill-Ħamis 6 sal-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019, b'analoġija mad-dati li fihom saru l-ewwel elezzjonijiet b'vot dirett universali (mill-Ħamis 9 sal-Ħadd 12 ta' Ġunju 1979).
Madankollu, bi qbil mal-Artikolu 11(2) tal-Att Elettorali, jekk jirriżulta impossibbli li l-elezzjonijiet isiru matul dak il-perijodu, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu, wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, għandu jiddetermina, mill-anqas sena qabel tmiem il-leġiżlatura ta' ħames snin, perijodu elettorali ieħor li m'għandux ikun aktar minn xahrejn qabel jew xahar wara l-perijodu normalment applikabbli.
Il-Kunsill laħaq qbil bejn l-Istati Membri li kien ser ikun impossibbli li l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li jmiss issir matul id-dati normalment applikabbli, u ppropona, fl-istennija tal-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew, li l-elezzjoni ssir fil-perijodu bejn it-23 u s-26 ta' Mejju 2019. L-istess perijodu kien ġie ssuġġerit mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament fil-laqgħa tagħha tal-11 ta' Jannar 2018.
Jeħtieġ li d-deċiżjoni dwar dawn id-dati l-ġodda tittieħed mill-aktar fis possibbli ħalli l-Istati Membri jkollhom żmien biżżejjed biex jorganizzaw l-elezzjonijiet.
Is-sitwazzjoni tiġġustifika r-rikors għall-proċedura prevista fl-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura, speċjalment fid-dawl tal-fatt li l-proposta tal-Kunsill tirreferi għall-istess dati li ġew diskussi fil-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti tal-11 ta' Jannar 2018.
Ir-rapporteur għalhekk tirrakkomanda li l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali japprova l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill kif inhu.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Perijodu għad-disa' elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali |
||||
Referenzi |
07162/2018 – C8-0128/2018 – 2018/0805(CNS) |
||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
28.3.2018 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFCO
|
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Danuta Maria Hübner 21.3.2018 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
16.4.2018 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
16.4.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gerolf Annemans, Michał Boni, Mercedes Bresso, Elmar Brok, Richard Corbett, Danuta Maria Hübner, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Jo Leinen, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, Helmut Scholz, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Josep-Maria Terricabras |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Max Andersson, Ashley Fox, Jérôme Lavrilleux, Jasenko Selimovic |
||||
Data tat-tressiq |
16.4.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
20 |
+ |
|
ALDE |
Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jasenko Selimovic |
|
ECR |
Ashley Fox |
|
ENF |
Gerolf Annemans |
|
GUE/NGL |
Helmut Scholz, Barbara Spinelli |
|
PPE |
Michał Boni, Elmar Brok, Danuta Maria Hübner, Alain Lamassoure, Jérôme Lavrilleux, Markus Pieper, Paulo Rangel, György Schöpflin |
|
S&D |
Mercedes Bresso, Ramón Jáuregui Atondo, Jo Leinen, Pedro Silva Pereira |
|
VERTS/ALE |
Max Andersson, Josep-Maria Terricabras |
|
0 |
- |
|
|
|
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Nota: Richard Corbett (S&D) ħabbar li huwa wkoll ivvota favur l-abbozz ta' rapport
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni