RAPPORT dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2019

16.4.2018 - (2018/2001(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Paul Rübig


Proċedura : 2018/2001(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0146/2018
Testi mressqa :
A8-0146/2018
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2001(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[2],

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[3] (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea[4],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2017 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018[5],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018[6],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Novembru 2017 dwar it-test konġunt tal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja[7],

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fi ... ta' April 2018 skont l-Artikoli 25(7) u 96(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Kumitat tal-Baġits skont l-Artikolu 96(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0146/2018),

A.  billi din il-proċedura hija r-raba' proċedura baġitarja sħiħa mwettqa fil-leġiżlatura l-ġdida u s-sitt waħda matul il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020;

B.  billi l-baġit għall-2019, kif propost fir-rapport tas-Segretarju Ġenerali, qed jitħejja fl-isfond ta' żieda annwali, kemm f'termini ta' inflazzjoni kif ukoll f'żieda reali, fil-limitu massimu għall-Intestatura V, u dan jippermetti iżjed lok għal tkabbir u investiment, kif ukoll biex ikomplu jiġu implimentati l-politiki li jiksbu l-iffrankar ta' riżorsi, li jfittxu li jtejbu l-effiċjenza u li jkunu orjentati lejn baġit ibbażat fuq il-prestazzjoni;

C.  billi fost l-objettivi prijoritarji li ġew proposti mis-Segretarju Ġenerali għall-baġit 2019 insibu dawn li ġejjin: il-kampanja elettorali tal-Parlament Ewropew tal-2019, il-proġetti ta' sigurtà, il-proġetti immobiljari pluriennali, l-iżvilupp tal-informatika, it-titjib fis-servizzi għall-Membri u l-inkoraġġiment ta' approċċ ekoloġiku għat-trasport;

D.  billi ġie propost baġit ta' EUR 2 016 644 000 mis-Segretarju Ġenerali għall-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għall-2019, li jirrappreżenta żieda globali ta' 3,38 % fuq il-baġit tal-2018 (inklużi EUR 37,3 miljun għall-bidla tal-leġiżlatura u EUR 34,3 miljun għal infiq straordinarju ieħor) u proporzjon ta' 18,79 % tal-Intestatura V tal-QFP 2014-2020;

E.  billi kważi żewġ terzi tal-baġit jikkostitwixxu nefqa indiċizzata li tirrigwarda partikolarment ir-remunerazzjonijiet, il-pensjonijiet, l-ispejjeż mediċi u l-allowances għall-Membri (23 %) u l-membri tal-persunal (34 %) attivi u rtirati, kif ukoll għall-bini (13 %), li hija aġġustata skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Istatut għall-Membri, l-indiċizzazzjoni speċifika skont is-settur jew ir-rata tal-inflazzjoni;

F.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016[8], il-Parlament diġà saħaq fuq il-fatt li l-baġit għall-2016 għandu jiġi stabbilit fuq bażi realistika u jkun konformi mal-prinċipji ta' dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba;

G.  billi l-kredibilità tal-Parlament bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja tiddependi sa ċertu punt mill-kapaċità tiegħu li jiġġestixxi l-infiq tiegħu stess u fuq l-abilità tiegħu li jiżviluppa d-demokrazija fil-livell tal-Unjoni;

H.  billi l-fond ta' pensjoni volontarju ġie stabbilit fl-1990 mir-Regoli tal-Bureau li jirregolaw l-iskema ta' pensjoni addizzjonali (volontarja)[9];

Qafas ġenerali

1.  Jenfasizza li s-sehem tal-baġit tal-Parlament fl-2019 għandu jinżamm taħt l-20 % tal-Intestatura V; jinnota li l-livell tal-estimi għall-2019 jikkorrispondi għal 18,53 %, li huwa inqas minn dak li nkiseb fl-2018 (18,85 %) u l-aktar parti baxxa tal-Intestatura V f'dawn l-aħħar 15-il sena;

2.  Jenfasizza li l-akbar parti tal-baġit tal-Parlament hija fissa b'riżultat ta' obbligi statutorji jew kuntrattwali u soġġetta għal indiċizzazzjoni annwali;

3.  Jinnota li minħabba l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2019, l-infiq se jkun sostanzjalment ogħla f'ċerti oqsma, partikolarment fir-rigward tal-Membri li ma jiġux eletti mill-ġdid u tal-assistenti tagħhom, filwaqt li se jiġi ġġenerat iffrankar, minkejja li fuq skala iżgħar, f'oqsma oħra bħala riżultat tat-tnaqqis fil-volum tax-xogħol parlamentari f'sena elettorali;

4.  Jappoġġja l-ftehim li ntlaħaq fil-konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits, fis-26 ta' Marzu 2018 u fl-10 ta' April 2018, biex tkun iffissata ż-żieda ta' 2,48 % fil-baġit 2018, perċentwal li jikkorrispondi għal-livell kumplessiv tal-estimi tiegħu għall-2019 ta' EUR 1 999 144 000, biex jitnaqqas il-livell tan-nefqa fl-abbozz preliminari tal-estimi approvat mill-Bureau fit-12 ta' Marzu 2018 ta' EUR 17,5 miljun u biex, konsegwentement, jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet proposti għal-linji baġitarji li ġejjin: 1004 – Spejjeż għall-vjaġġi regolari; 105 – Korsijiet tal-lingwi u tal-kompjuter; 1404 – Apprendistati, għotjiet u skambji ta' uffiċjali; 1612 – Taħriġ ulterjuri; 1631 – Mobilità; 2000 – Kirjiet; 2007 – Kostruzzjoni ta' bini u sistemazzjoni fil-bini; 2022 – Manutenzjoni, żamma, operat u tindif tal-bini; 2024 – Konsum tal-enerġija; 2100 – Informatika u telekomunikazzjonijiet; 2101 – Informatika u telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti tal-funzjonament — Infrastruttura; 2105 – Informatika u telekomunikazzjonijiet — Investimenti fil-proġetti; 212 – Għamara; 214 – Materjal u installazzjonijiet tekniċi; 230 – Kanċellerija, provvisti għall-uffiċċju u oġġetti għall-konsum diversi; 238 – Nefqiet amministrattivi oħra; 300 – Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol; 302 – Nefqiet għal riċevimenti u rappreżentanza; 304 – Nefqiet varji għal laqgħat interni; 3042 – Laqgħat, kungressi, konferenzi u delegazzjonijiet; 3049 – Nefqa għall-aġenziji tal-ivvjaġġar; 3243 – Iċ-Ċentri għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew; 3248 – In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva; 325 – Nefqa relatata mal-Uffiċċji ta' Kollegament; 101 – Riżerva ta' kontinġenza tassenja lill-partita 1400 – Aġenti oħra — Segretarjat Ġenerali u gruppi politiċi approprjazzjonijiet ta' EUR 50 000, lill-partita 320 – Akkwist tal-tal-għarfien espert approprjazzjonijiet ta' EUR 50 000, u lill-partita 3211 – Ċentru Ewropew tal-Midja Xjentifika approprjazzjonijiet ta' EUR 800 000; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li dawn il-bidliet ġew adottati mill-Bureau fis-16 'ta April 2018;

5.  Jissottolinja li l-funzjonijiet fundamentali tal-Parlament huma l-leġiżlazzjoni konġunta mal-Kunsill u t-teħid ta' deċiżjoni dwar il-baġit tal-Unjoni, ir-rappreżentanza taċ-ċittadini u l-iskrutinju tal-ħidma tal-istituzzjonijiet l-oħra;

6.  Jenfasizza r-rwol tal-Parlament fil-kostruzzjoni ta' kuxjenza politika Ewropea u fil-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni;

7.  Jikkonstata li l-abbozz preliminari tal-estimi u d-dokumenti li jakkumpanjawh waslu tard u wara biss li ġew adottati mill-Bureau fit-12 ta' Marzu 2018; jitlob li fis-snin li ġejjin ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau dwar l-abbozz preliminari tal-estimi, inklużi l-annessi tiegħu, jintbagħtulu fil-ħin;

Trasparenza u aċċessibilità

8.  Jilqa' r-reazzjoni għat-talba mill-Kumitat għall-Baġits li ġiet espressa f'diversi riżoluzzjonijiet tal-baġit dwar informazzjoni addizzjonali dwar l-ippjanar fuq perjodu medju u twil, l-investimenti, l-obbligi statutorji, in-nefqa operattiva u metodoloġija abbażi tal-bżonnijiet attwali aktar mill-koeffiċjenti;

9.  Jinnota li, bħal ma kien il-każ għall-baġits tas-snin preċedenti, huwa propost li jitwarrab ammont għall-investiment u għan-nefqa meqjusin bħala "straordinarji", jiġifieri l-investiment u n-nefqa li huma ta' natura mhux tas-soltu jew li huma atipiċi għall-Parlament u li ma tantx jokkorru ta' spiss; jinnota li fl-2019, dawk l-investimenti u l-infiq jammontaw għal EUR 71,6 miljun, li jinkludu EUR 37,3 miljun għall-bidla tal-leġiżlatura u EUR 34,3 miljun għal nefqa straordinarja oħra; ifakkar li d-distinzjoni bejn nefqa ordinarja u straordinarja, li saret fil-baġit tal-2016 u li ġiet inkluża fil-baġits konsekuttivi, saret biss sabiex twieġeb għall-implimentazzjoni ta' miżuri urġenti li jikkonċernaw is-sigurtà ta' bini u ċ-ċibersigurtà wara l-attakki terroristiċi; iqis li l-użu eċċessiv ta' din id-distinzjoni, jiġifieri l-inklużjoni ta' nefqa oħra fin-nefqa straordinarja, jagħti indikazzjoni żbaljata tal-evoluzzjoni tal-marġni baġitarju u b'hekk imur kontra l-prinċipju tat-trasparenza tan-nefqa tal-Parlament;

10.  Jistenna li l-baġit tal-Parlament għall-2019 ikun realistiku u preċiż fir-rigward tat-tqabbil tal-ħtiġijiet u l-kostijiet tagħhom, sabiex kemm jista' jkun jiġi evitat l-ibbaġitjar żejjed;

Brexit

11.  Josserva li fit-8 ta' Diċembru 2017, in-negozjaturi tal-Unjoni u tar-Renju Unit laħqu ftehim fil-prinċipju dwar is-saldu finanzjarju li jikkonċerna l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, li jinkludi dispożizzjoni skont liema r-Renju Unit se jipparteċipa fil-baġits annwali tal-Unjoni għall-2019 u l-2020, bħallikieku kien għadu Stat Membru tal-Unjoni u se jikkontribwixxi sehmu mill-finanzjament tal-obbligazzjonijiet tal-Unjoni li se jiġġarrbu qabel il-31 ta' Diċembru 2020; jinnota li l-iskema ta' pensjoni volontarja għall-Membri hija inkluża bħala obbligazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ tal-UE, u kontribuzzjoni għall-obbligazzjonijiet pendenti meħtieġa biex tkopri l-obbligazzjonijiet tal-pensjonijiet imġarrba qabel iżda anke wara l-2020, se tkun parti min-negozjati;

12.  Jinnota li l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali kkonferma, bil-votazzjoni fil-plenarja fi Frar 2018, rapport fuq inizjattiva proprja dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament, u b'mod partikolari t-tnaqqis fl-ammont ta' Membri għal 705 wara l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni; jinnota li wara l-laqgħa informali tas-27 kap ta' Stat jew ta' gvern li saret fit-23 ta' Frar 2018, il-President Tusk wera appoġġ wiesa' għal din il-proposta; jinnota li fl-eventwalità li r-Renju Unit ikun għadu Stat Membru fil-bidu tal-leġiżlatura 2019-2024, l-għadd ta' Membri għandu jkun ta' 751, sakemm il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jsir ġuridikament effettiv; jirrimarka, madankollu, li l-proċedura tkun teħtieġ deċiżjoni unanima mill-Kunsill Ewropew wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Parlament; jissottolinja li l-estimi tal-Parlament, għalissa, jirriflettu s-sitwazzjoni ta' status quo ta' Parlament magħmul minn 678 Membru minn 27 Stat Membru bejn it-30 ta' Marzu 2019 u t-tmiem tat-VIII leġiżlatura, u ta' Parlament magħmul minn 705 Membri minn 27 Stat Membru mill-bidu tad-IX leġiżlatura sat-tmiem tas-sena finanzjarja 2019; jieħu nota b'sodisfazzjon tal-aġġustamenti proposti mis-Segretarju Ġenerali li ġew adottati mill-Bureau fit-12 ta' Marzu 2018.

Elezzjonijiet Ewropej 2019

13.  Jilqa' l-kampanja ta' komunikazzjoni bħala sforz utli li jservi ta' għajnuna biex jiġi spjegat l-iskop tal-Unjoni u tal-Parlament liċ-ċittadini; jissottolinja li din il-kampanja suppost se timmira li, fost affarijiet oħra, tispjega r-rwol tal-Unjoni Ewropea, is-setgħa tal-Parlament, il-funzjonijiet tiegħu, bħall-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni, u l-impatt tiegħu fuq ħajjiet iċ-ċittadini;

14.  Ifakkar li, kif approvat fil-proċedura baġitarja 2018, il-baġit totali tal-kampanja jammonta għal EUR 33,3 miljun għas-sentejn, li minnhom intużaw EUR 25 miljun għall-2018 (minħabba ż-żmien meħtieġ biex jitmexxew il-proċeduri tal-akkwist u jiġu konklużi l-kuntratti) u EUR 8,33 miljun għall-2019; jinnota li l-istrateġija għall-kampanja bbażata fuq analiżi tat-tagħlimiet meħuda fl-aħħar elezzjonijiet ġiet approvata mill-Bureau f'Novembru 2017;

15.  Jissottolinja li l-proċessi ta' komunikazzjoni għall-elezzjonijiet Ewropej huma kkaratterizzati minn tliet livelli: l-aktar livell viżibbli huwa għall-partiti politiċi nazzjonali u Ewropej u għall-kandidati tagħhom, it-tieni livell huwa l-proċess mhux uffiċjali li bih il-partiti politiċi jipproponu kandidati għall-kariga ta' President tal-Kummissjoni ("Spitzenkandidaten"), li ġie introdott għall-ewwel darba fl-2014, u t-tielet livell huwa l-kampanja istituzzjonali li tfakkar x'inhuwa l-Parlament, kif jaffettwa ħajjet iċ-ċittadini u għalfejn huwa importanti li wieħed jieħu sehem fl-elezzjonijiet;

16.  Jenfasizza li l-Parlament waħdu ma għandux ir-riżorsi meħtieġa biex jilħaq lill-400 miljun votant eleġibbli u għalhekk jeħtieġlu jagħmel l-aħjar użu tan-netwerks tal-multiplikaturi tiegħu stess biex isir dan; iqis li l-komunikazzjonijiet permezz tas-siti web tal-midja soċjali jenħtieġ li jaqdu wkoll rwol importanti; jirrimarka li fil-livell Ewropew, fl-2018, se tiġi organizzata serje ta' konferenzi għaċ-ċittadini u għall-partijiet interessati u li, fil-livell nazzjonali, ir-rwol tal-Uffiċċji ta' Kollegament se jkun kruċjali; ikompli jinkludi lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u r-rappreżentanti lokali u reġjonali tiegħu fl-approċċ tan-netwerking; iqis li fl-aħħar fażi qabel l-elezzjonijiet, il-partiti politiċi Ewropej u l-partiti nazzjonali se jiżvolġu rwol essenzjali flimkien, b'mod partikolari fil-qafas tal-proċess "Spitzenkandidaten"; jipproponi, għaldaqstant, li jippermettilhom iwettqu din il-missjoni b'fondi speċifikament miżjuda għall-2019;

Sigurtà u ċibersigurtà

17.  Jinnota li l-baġit għall-2019 se jinkludi wkoll pagamenti ta' investimenti sostanzjali li bdew fl-2016 bl-għan li tittejjeb b'mod sinifikanti s-sigurtà tal-Parlament; jirrimarka li dawk il-proġetti jkopru diversi oqsma, prinċipalment relatati ma' bini, jiġifieri t-titjib tas-sigurtà fil-punti ta' dħul, it-tagħmir u l-persunal, bħall-Proġett iPACS, iżda wkoll titjib fil-qasam taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-komunikazzjoni;

18.  Jilqa' l-Memorandum ta' Qbil li daħal fis-seħħ fl-2017 bejn il-Gvern Belġjan u l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-istituzzjonijiet l-oħra bbażati fi Brussell, rigward il-kontrolli tas-sigurtà tal-persunal tal-kuntratturi esterni kollha li jixtiequ jkollhom aċċess għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni; ifakkar l-appell tiegħu, fl-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Parlament tal-2018, lis-Segretarju Ġenerali biex iqis jekk huwiex opportun li tiġi estiża l-applikazzjoni ta' dan il-Memorandum ta' Qbil għal uffiċjali, assistenti parlamentari u trainees sabiex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki ta' sigurtà neċessarji qabel ir-reklutaġġ tagħhom; jitlob, għalhekk, lis-Segretarju Ġenerali jinforma lill-Kumitat għall-Baġits dwar l-istat ta' progress ta' dan il-fajl;

19.  Iqis li l-għodod informatiċi huma strumenti importanti għall-Membri u l-persunal biex iwettqu xogħolhom, iżda madankollu huma vulnerabbli għal attakki informatiċi; jilqa' pożittivament il-fatt, għalhekk, li jiżdiedu bi ftit l-approprjazzjonijiet previsti, filwaqt li l-istituzzjoni tkun tista' tipproteġi aħjar l-beni u l-informazzjoni tagħha billi tkompli l-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar iċ-Ċibersigurtà;

Politika immobiljari

20.  Itenni l-appell tiegħu għal proċess deċiżjonali trasparenti fil-qasam tal-politika immobiljari, abbażi ta' informazzjoni bikrija, filwaqt li jitqies kif dovut l-Artikolu 203 tar-Regolament Finanzjarju;

21.  Jinnota l-proċess ta' titjib fl-ambjenti tax-xogħol tal-Membri u tal-persunal kif deċiż mill-Bureau f'Diċembru 2017, titjib li se jkompli fl-2019 sabiex jipprovdi spazji tax-xogħol flessibbli għall-Membri biex jissodisfaw il-ħtiġijiet li jirriżultaw minn tibdil fil-modalitajiet tax-xogħol, u jipprovdilhom tliet uffiċċji fi Brussell u tnejn fi Strasburgu wara l-elezzjonijiet tal-2019; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li, fi Strasburgu, ikun aktar utli li jiġu pprovduti spazji flessibbli għal-laqgħat; jinnota l-ispejjeż għall-manutenzjoni tal-bini tal-Parlament fl-2019, inklużi r-rekwiżiti għas-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali; iqajjem dubju dwar l-ispejjeż għolja ħafna ta' ċerti żviluppi proposti, fosthom: it-tneħħija tal-Bibljoteka u l-uffiċċji relatati, ir-rinnovazzjoni tar-ristorant tal-Membri (il-binja Spinelli) u r-rinnovazzjoni tar-ristorant li jinsab fil-binja Churchill; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti lill-Kumitat għall-Baġits kwalunkwe informazzjoni li hija relatata ma' dawn id-deċiżjonijiet qabel il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament fil-ħarifa tal-2018; fid-dawl tal-fatt li ċerti proġetti se jkunu posposti;

22.  Iqajjem dubju dwar il-EUR 1,58 miljun ippjanati għall-istudji fir-rigward tar-rinnovazzjoni tal-binja Spaak, peress li EUR 14-il miljun diġà ġew ibbaġitjati fil-baġit għall-2018; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti lill-Kumitat għall-Baġits kwalunkwe informazzjoni li hija relatata ma' dawn id-deċiżjonijiet qabel il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament fil-ħarifa tal-2018;

23.  Jitlob aktar dettalji dwar l-istat tal-għamara fil-binja ASP ta' Brussell li jiġġustifikaw is-sostituzzjoni tagħha, u dwar il-proċedura li ġiet segwita sabiex intgħażlet l-għamara l-ġdida, b'mod partikolari dwar il-proporzjon bejn l-prezz tagħha u l-ħtieġa għal sostituzzjoni;

24.  Jieħu nota tad-definizzjoni aġġornata tal-mandat għall-Uffiċċji tal-Informazzjoni, li issa huma magħrufa bħala "Uffiċċji ta' Kollegament", skont id-Deċiżjoni tal-Bureau ta' Novembru 2017; jinnota li l-funzjoni prinċipali tal-Uffiċċji ta' Kollegament hija li jinformaw u jikkomunikaw lokalment f'isem il-Parlament b'mod politikament newtrali, sabiex jipprovdu informazzjoni dwar l-Unjoni u l-politiki tagħha permezz tal-attivitajiet ta' partijiet interessati esterni fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; inklużi l-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni;

25.  Josserva li l-ewwel taqsimiet tal-parti tal-Lvant tal-binja KAD il-ġdida se jiġu allokati u okkupati fi tmiem l-2018 filwaqt li l-bqija tal-uffiċċji u s-swali tal-konferenzi tal-parti tal-Lvant se jiġu okkupati progressivament matul l-2019; jinnota li direttament wara dan se jibdew ix-xogħlijiet fuq is-sit tal-Punent;

26.  Ifakkar li l-analiżi tal-QEA għall-2014 stmat li l-ispejjeż tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament huma EUR 114-il miljun fis-sena; jinnota wkoll li, skont ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2013 dwar is-siti tas-sedi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea[10],78 % tal-missjonijiet kollha li jsiru mill-persunal statutorju tal-Parlament huma kkawżati minn riżultat dirett tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament; jenfasizza li, skont ir-rapport, huwa stmat ukoll li l-impatt ambjentali tad-dispersjoni ġeografika huwa bejn il-11 000 u d-19 000 tunnellata ta' emissjonijiet ta' CO2; jenfasizza l-iffrankar potenzjali għall-baġit tal-Parlament Ewropew ta' sede unika u jitlob, għalhekk, pjan direzzjonali li jwassal għal sede unika;

27.  Ifakkar l-impenn tal-Parlament favur id-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija li tistabbilixxi li dan se jintrabat, "mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-baġit u l-akkwist, li japplikaw l-istess rekwiżiti għall-binjiet li huma l-proprjetà tagħhom u li huma jokkupaw bħal dawk applikabbli għall-binjiet tal-gvern ċentrali tal-Istati Membri skont l-Artikoli 5 u 6" ta' dik id-Direttiva, minħabba l-viżibilità għolja tal-binjiet tiegħu u r-rwol ta' tmexxija li għandu jkollu fir-rigward tal-prestazzjoni enerġetika tal-binjiet; jissottolinja l-urġenza li l-Parlament ikun konformi ma' din id-dikjarazzjoni, biss biss għall-kredibilità tiegħu stess fir-reviżjonijiet li għaddejjin bħalissa tal-prestazzjoni enerġetika tal-binjiet u d-direttivi dwar l-effiċjenza fl-enerġija;

Kwistjonijiet relatati mal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-assistenti parlamentari akkreditati (APA)

28.  Jilqa' l-ħidma li qed iwettqu s-Segretarjat tal-Parlament, is-segretarjati tal-gruppi politiċi u l-uffiċċji tal-Membri bil-għan li l-Membri jingħataw mezzi aqwa biex jeżerċitaw il-mandati tagħhom; jinkoraġġixxi li jitkompla l-iżvilupp ta' dawk is-servizzi li jsaħħu l-kapaċità tal-Membri li jwettqu skrutinju tal-ħidma tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, u li jirrappreżentaw iċ-ċittadini;

29.  Jilqa' b'mod partikolari l-kwalità li qed tiżdied aktar minn qatt qabel tal-konsulenza u tar-riċerka mogħtija lill-Membri u lill-kumitati mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) u mid-dipartimenti tematiċi; jieħu nota tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-kooperazzjoni bejn dawn iż-żewġ servizzi fornuti mis-Segretarju Ġenerali f'Ottubru 2017; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jagħti aktar informazzjoni dwar il-mod kif iż-żewġ servizzi jikkoordinaw xogħolhom bil-għan li tkun evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet u jkunu sodisfatti l-bżonnijiet tal-klijenti; jilqa' l-proġetti speċifiċi, ġodda u eżistenti, fis-settur tal-informatika, li se jiġu implimentati kompletament jew parzjalment fl-2019: il-proġett e-Parliament, il-proġett "Sistema ta' Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti" (ERMS - Electronic Record Management System), il-Programm Bibljoteka Diġitali Miftuħa, il-proġett il-ġdid dwar ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tat-tagħlim awtomatiku ("machine learning") b'memorji tat-traduzzjoni u l-għodda għar-reġistrazzjoni tal-parteċipanti f'konferenzi u f'avvenimenti;

30.  Ifakkar fir-riżoluzzjonijiet imsemmija hawn fuq tal-5 ta' April 2017 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018[11] u tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018[12] u r-referenzi kollha għall-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali u r-rikjesti kollha relatati; itenni l-appell għal trasparenza rigward l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali (GEA) għall-Membri; jilqa' f'dan is-sens il-ħolqien ta' Grupp ta' Ħidma tal-Bureau tal-Parlament rigward l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali; ifakkar fl-aspettattivi ta' aktar trasparenza dwar l-allowance għall-ispejjeż ġenerali u l-bżonn li jiġu definiti regoli aktar preċiżi fir-rigward tal-obbligu ta' rendikont tan-nefqa awtorizzata skont din l-allowance, mingħajr ma jiġu ġġenerati spejjeż netti addizzjonali għall-Parlament;

31.  Ifakkar fil-prinċipju tal-indipendenza tal-mandat; itenni, fid-dawl tad-deċiżjoni li jmiss tal-Bureau, l-appell għal aktar trasparenza fir-rigward tal-GEA fuq il-bażi tal-aħjar prassi tad-delegazzjonijiet nazzjonali fil-Parlament u fl-Istati Membri; jenfasizza li tista' tiġi introdotta sistema mħallta fejn parti mill-GEA tibqa' somma ta' flus f'daqqa u l-bqija titħallas abbażi ta' fatturi jew tkun soġġetta għal awditu; itenni li effiċjenza u trasparenza mtejba tal-GEA ma jfissrux li tinkiser il-privatezza;

32.  Iħeġġeġ lill-Grupp ta' Ħidma tal-Bureau tal-Parlament dwar l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali jlesti l-ħidma tiegħu sabiex ir-rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq l-opinjoni tal-Parlament li esprima f'Ottubru 2017 ikunu jistgħu jitqiesu qabel l-elezzjoni tad-IX leġiżlatura;

33.  Itenni l-appell tiegħu lill-Bureau biex jiżgura li d-drittijiet soċjali u tal-pensjoni tal-Membri u tal-Assistenti Parlamentari Akkreditati (APA) jiġu rrispettati, u li jsiru disponibbli l-mezzi finanzjarji adegwati; itenni t-talba tiegħu, f'dan ir-rigward, sabiex tinstab soluzzjoni prattika għal dawk l-APA li, wara li ħadmu f'żewġ leġiżlaturi mingħajr interruzzjoni fit-tmiem tal-leġiżlatura attwali, mhumiex se jkollhom dritt għall-aċċess għall-iskema Ewropea tad-drittijiet tal-pensjoni, meta dawn jilħqu l-età tal-pensjoni, peress li dawn se jkollhom xi żmien nieqes mis-servizz meħtieġ ta' għaxar snin kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal, minħabba l-elezzjonijiet bikrija fl-2014 u d-dewmien fil-validazzjoni tal-kuntratti l-ġodda tal-APA dovut għall-ammont kbir ta' xogħol matul il-perjodi ta' wara l-elezzjonijiet tal-2009; ifakkar li l-Artikolu 27(2) tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew jistabbilixxi li "[d]rittijiet miksuba u drittijiet futuri għandhom jinżammu fl-intier tagħhom"; jinnota, madankollu, l-problemi kontinwi fir-rigward tal-fond ta' pensjoni volontarju, u jitlob lill-Bureau u lis-Segretarju Ġenerali jeżaminaw il-possibilitajiet kollha sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż fuq il-baġit tal-Parlament;

34.   Iqis li huma xierqa l-approprjazzjonijiet tal-linja baġitarja 422 "Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari";

35.  Jinnota r-reviżjoni tar-rati ta' allowances imħallsa lill-assistenti parlamentari akkreditati għall-missjonijiet li jagħmlu bejn it-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament; ifakkar it-talba tiegħu lill-Bureau sabiex jieħu azzjonijiet għal allinjament sħiħ bejn l-uffiċjali, aġenti oħra u l-APA mil-leġiżlatura li jmiss;

36.  Jistieden mill-ġdid lill-Konferenza tal-Presidenti, fid-dawl tal-leġiżlatura li jmiss, biex tirrevedi d-dispożizzjonijiet ta' Implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet u l-missjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea ; jissottolinja li tali reviżjoni għandha tqis il-possibbiltà li l-APA, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, jakkumpanjaw lill-Membri f'Delegazzjonijiet u f'Missjonijiet uffiċjali tal-Parlament;

37.  Jistieden lill-Bureau tal-PE jemenda d-deċiżjoni tal-Bureau tal-PE tad-19 ta' April 2010 dwar regoli li jikkonċernaw it-trainees tal-Membri sabiex jiżgura remunerazzjoni deċenti fil-kuntratt ta' trainee; jisħaq fuq il-fatt li r-remunerazzjonijiet tat-trainees fl-uffiċċji tal-Membri jew fil-gruppi politiċi, iridu, minn tal-inqas, jiżguraw li s-salarji tagħhom ikopru l-ispejjeż tal-għajxien fi Brussell, jew fil-belt fejn isiru t-traineeships;

38.  Jemmen li għandu jkun hemm disponibbli finanzjament xieraq għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għall-adattament ta' miżuri ta' appoġġ preventivi u bikrija biex jindirizzaw il-kunflitti u l-fastidju bejn il-membri u l-APA jew membri oħra tal-persunal;

Kwistjonijiet relatati mal-persunal

39.  Inaqqas 59 post mit-tabella tal-persunal tas-Segretarjat Ġenerali tiegħu għall-2019 (objettiv li jitnaqqas il-persunal b'1 %), bi qbil mal-ftehim tal-14 ta' Novembru 2015 li ntlaħaq mal-Kunsill rigward il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, u li skont dan il-ftehim il-miżuri għat-tnaqqis annwali tal-persunal fil-Parlament għandhom ikomplu sal-2019;

40.  Jemmen li, fi żmien meta r-riżorsi finanzjarji u tal-persunal disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni aktarx se jsiru dejjem aktar limitati, huwa importanti li l-istituzzjonijiet infushom ikunu kapaċi jirreklutaw u jżommu lill-persunal l-aktar kapaċi biex jindirizzaw l-isfidi kumplessi futuri b'mod li jkun konsistenti mal-prinċipji ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni;

41.   Iqis li sal-ferjat minħabba l-elezzjonijiet, il-Parlament se jaffaċċja sitwazzjoni unika li tirriżulta mill-koinċidenza tal-għaġla tat-tmiem normali tal-leġiżlatura flimkien mal-pakkett kumpless ta' proposti leġiżlattivi tal-QFP, il-Brexit, u l-għadd dejjem akbar ta' trilogi; iqis li sabiex il-Parlament u l-Kumitati tiegħu jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet prinċipali, huwa fundamentali li jkompli jiġi żgurat livell xieraq ta' riżorsi loġistiċi u umani;

42.  Jagħti mandat lis-Segretarju Ġenerali biex jibni fuq il-ftehimiet eżistenti ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; li fir-rigward ta' dan l-EPRS huwa eżempju pożittiv ħafna; jitlob li jiġu identifikati żoni li jinkludu, iżda li mhumiex limitati biss għas-servizzi tal-IT u s-sigurtà, fejn jistgħu jiżdiedu s-sinerġiji bejn il-funzjonijiet amministrattivi permezz tal-esperjenza tal-Parlament u taż-żewġ korpi u billi jitqiesu bi sħiħ id-diffikultajiet ta' governanza u d-differenzi f'termini ta' skala biex jiġu żviluppati ftehimiet ta' kooperazzjoni ġusti; jitlob ukoll lis-Segretarju Ġenerali jwettaq studju dwar is-sinerġiji possibbli fil-funzjonijiet u s-servizzi amministrattivi li jistgħu jinħolqu ma' istituzzjonijiet oħra;

43.  Jitlob li ssir valutazzjoni tal-iffrankar u tal-benefiċċji għal kull parti li tirriżulta mill-ftehim interistituzzjonali ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali kemm dwar l-oqsma soġġetti għas-Servizzi Konġunti u l-oqsma soġġetti għall-kooperazzjoni, kif ukoll dwar il-potenzjal tal-iffrankar u l-benefiċċji ta' ftehmiet futuri possibbli ma' istituzzjonijiet u aġenziji oħra;

44.  Jilqa' r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE[13]; huwa tal-fehma li r-riżoluzzjoni hija pass importanti lejn ġlieda aktar effikaċi kontra l-fastidju sesswali u kwalunkwe tip ta' mġiba mhux xierqa fl-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha, inkluż il-Parlament Ewropew; jitlob li jiġu allokati riżorsi adegwati sabiex jiġu implimentati t-talbiet tar-riżoluzzjoni;

Kwistjonijiet oħra

45.  Jinnota l-prattika kontinwa li jintuża "t-trasferiment ta' tlaqqit" (ramassage) ta' tmiem is-sena bħala kontribut għall-proġetti immobiljari attwali; jenfasizza, abbażi taċ-ċifri għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017, li t-"t-trasferiment ta' tlaqqit" ta' tmiem is-sena jsir sistematikament fuq l-istess kapitoli u titoli u, bi ftit eċċezzjonijiet, eżattament fuq l-istess linji; jistaqsi, madankollu, jekk hemmx valwazzjoni żejda pprogrammata għal dawn il-kapitoli u l-linji sabiex jiġu ġġenerati fondi għall-finanzjament tal-politika baġitarja;

46.  Iqajjem dubji dwar il-ħtieġa li jiġu installati kuffji u webcams fl-uffiċċji fi Brussell u Strasburgu għall-assistenti parlamentari kollha, minkejja l-fatt li l-maġġoranza tagħhom lanqas biss talbuhom; iqajjem dubji, għalhekk, fir-rigward tal-ispejjeż ta' tali deċiżjoni u r-raġunijiet għalfejn din ittieħdet; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti lill-Kumitat għall-Baġits kwalunkwe informazzjoni li hija relatata ma' din id-deċiżjoni;

47.  Jinnota li r-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għaż-żoni tal-forniment tal-ikel tal-Parlament tneħħew fl-1 ta' Jannar 2017; jaċċetta l-prattika li kull min jaħdem fil-binjiet tal-Parlament jew jaċċedi għall-binjiet tiegħu għal laqgħa interistituzzjonali jmur jiekol fil-kantins u fir-ristoranti tal-Parlament; jinnota, madankollu, li l-aċċess għas-self-service ASP fi Brussell u s-self-service LOW fi Strasburgu sar ikkumplikat ħafna minħabba l-preżenza ta' kuljum ta' gruppi ta' viżitaturi; jitlob, għalhekk, li b'mod rapidu jerġgħu jibdew isiru kontrolli fid-daħla ta' dawn iż-żewġ servizzi self-services, mhux għall-membri u l-persunal ta' istituzzjonijiet oħra, iżda sabiex dawn il-gruppi jerġgħu jiġu orjentati b'mod sistematiku lejn iż-żoni tar-ristoranti riżervati għalihom;

48.  Jinnota d-djalogu kontinwu bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali; jisħaq fuq il-ħtieġa li għandna mmorru lil hinn mill-qafas eżistenti tal-Ġimgħa Parlamentari Ewropea sabiex ikun hemm sinerġiji permanenti fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali; jappella biex dan jissaħħaħ b'mod li jiġi żviluppat fehim aħjar tal-kontribut tal-Parlament u tal-Unjoni fl-Istati Membri;

49.  Jitlob li jiġi aġġornat iċ-ċentru medjatiku Ewropew, adottat fil-baġit għall-2018, għal kooperazzjoni mal-istazzjonijiet televiżivi, il-midja soċjali u sħab oħra sabiex jiġu stabbiliti skopijiet ta' taħriġ għall-ġurnalisti żgħażagħ, speċjalment fir-rigward ta' żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u ta' aħbarijiet ibbażati fuq il-fatti u rieżaminati bejn il-pari;

50.  Jilqa' l-isforzi tal-Parlament li jinkoraġġixxi l-mobilità sostenibbli;

51.  Jistieden lill-Parlament jadotta approċċ ekosostenibbli u jagħmel il-maġġor parti ta' kwalunkwe attvità li ssir fi ħdanu ekokompatibbli;

52.  Jilqa' l-fatt li nħoloq Grupp ta' Ħidma dwar il-Mobilità li għandu jaħdem b'mod inklużiv u jkollu mandat ċar; jissottolinja li l-Parlament għandu jikkonforma mal-liġijiet applikabbli reġjonali kollha fil-postijiet tax-xogħol, inkluż f'dak il-qasam; jirrakkomanda l-promozzjoni tal-użu tal-konnessjoni ferrovjarja diretta stabbilita bejn is-sit tal-Parlament fi Brussell u l-ajruport; jistieden lis-servizzi responsabbli jevalwaw mill-ġdid il-kompożizzjoni u d-daqs tal-flotta tal-vetturi tiegħu f'dan l-isfond; jistieden lill-Bureau jistabbilixxi mingħajr dewmien skema ta' inċentivi għall-promozzjoni tal-użu tar-roti għat-traġitt bejn id-dar u l-post tax-xogħol; jinnota li tali skema diġà hija stabbilita f'istituzzjonijiet oħra bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;

53.  Jappella lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau biex inisslu kultura ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni fl-amministrazzjoni kollha tal-Parlament, u approċċ ta' ġestjoni razzjonalizzata sabiex tiżdied l-effiċjenza u jitnaqqsu d-dokumentazzjoni u l-burokrazija fil-qafas tal-ħidma interna tal-istituzzjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-esperjenza ta' ġestjoni razzjonalizzata hija t-titjib kontinwu tal-proċedura tal-ħidma bis-saħħa tas-semplifikazzjoni u l-esperjenza tal-persunal amministrattiv;

o

o  o

54.  Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2019;

55.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS: ABBOZZ TAL-ESTIMI

 

RAPPORT TAS-SEGRETARJU ĠENERALI

LILL-MEMBRI TAL-BUREAU

DWAR L-ESTIMI TAL-PARLAMENT EWROPEW GĦAS-SENA FINANZJARJA 2019

 

ABBOZZ TAL-ESTIMI

2019

Kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-finanzjament tan-nefqa

tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2019

Intestatura

Ammont

 

 

Nefqa

1 999 144 000

Riżorsi proprji

176 893 540

Kontribuzzjoni dovuta

1 822 250 460

DĦUL

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

 

 

 

 

 

4

DĦUL LI ĠEJ MINGĦAND PERSUNI LI JAĦDMU MAL-ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRAJN TAL-UNJONI

 

 

 

4 0

TAXXI U TNAQQIS VARJI

 

 

 

4 0 0

Rikavat mit-tassazzjoni fuq is-salarji, il-pagi u l-allowances tal-Membri tal-istituzzjoni, uffiċjali, aġenti oħra u persuni li jirċievu pensjoni

82 449 930

76 861 414

73 998 872

4 0 3

Rikavat mill-kontribuzzjoni temporanja mis-salarji tal-Membri tal-istituzzjoni, uffiċjali u aġenti oħra fis-servizz

p.m.

p.m.

17 371

4 0 4

Rikavat mill-imposta speċjali u mill-imposta ta' solidarjetà fuq is-salarji tal-Membri tal-istituzzjoni, uffiċjali u aġenti oħra fis-servizz

11 681 950

11 551 312

11 067 302

 

 

94 131 880

88 412 726

85 083 544

Kapitolu 4 0 — Total

4 1

KONTRIBUZZJONIJIET GĦALL-ISKEMA TAL-PENSJONIJIET

 

 

 

4 1 0

Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet

67 193 160

66 291 673

62 567 541

4 1 1

Trasferimenti jew xiri tad-drittijiet għall-pensjoni tal-persunal

9 200 000

9 200 000

7 596 194

4 1 2

Kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti temporanji bil-liv mix-xogħol minħabba raġunijiet personali

10 000

10 000

49 218

 

 

76 403 160

75 501 673

70 212 953

Kapitolu 4 1 — Total

4 2

KONTRIBUZZJONIJIET OĦRA GĦALL-ISKEMA TAL-PENSJONIJIET

 

 

 

4 2 1

Kontribuzzjonijiet tal-Membri Parlamentari għall-iskema tal-pensjonijiet

p.m.

p.m.

0

 

Kapitolu 4 2 — Total

0

0

0

 

Titolu 4 — Total

170 535 040

163 914 399

155 296 497

5

DĦUL MILL-OPERAT AMMINISTRATTIV TAL-ISTITUZZJONI

 

 

 

5 0

RIKAVAT MILL-BEJGĦ TA' PROPRJETÀ MOBBLI (FORNIMENT TA' OĠĠETTI) U IMMOBBLI

 

 

 

5 0 0

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli (forniment ta' oġġetti)

10 000

p.m.

0

5 0 0 0

Rikavat mill-bejgħ ta' vetturi — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

0

5 0 0 1

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli oħra — Dħul assenjat

5 000

p.m.

0

5 0 0 2

Rikavat mill-forniment ta' oġġetti lill-istituzzjonijiet jew korpi oħra — Dħul assenjat

10 000

p.m.

162

5 0 1

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà immobbli

p.m.

p.m.

0

5 0 2

Rikavat minn bejgħ ta' pubblikazzjonijiet, materjal stampat u films — Dħul assenjat

1 000

p.m.

0

 

Kapitolu 5 0 — Total

16 000

p.m.

162

5 1

RIKAVAT MINN KIRJIET

 

 

 

5 1 1

Rikavat minn kiri u sullokazzjonijiet ta' proprjetà immobbli u rimborż ta' nfiq ieħor konness mal-kiri

4 186 000

p.m.

 

5 1 1 0

Rikavat minn kiri u sullokazzjonijiet ta' proprjetà immobbli — Dħul assenjat

3 547 000

p.m.

3 016 718

5 1 1 1

Rimborż ta' nfiq ieħor konness mal-kiri — Dħul assenjat

639 000

p.m.

52 903

 

Kapitolu 5 1 — Total

4 186 000

p.m.

3 069 621

5 2

DĦUL MINN INVESTIMENTI JEW SELF MOGĦTI, IMGĦAX BANKARJU U MGĦAX IEĦOR

 

 

 

5 2 0

Dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor fuq il-kontijiet tal-istituzzjonijiet

50 000

50 000

2 077

 

Kapitolu 5 2 — Total

50 000

50 000

2 077

5 5

DĦUL LI ĠEJ MILL-FORNIMENT TA' SERVIZZI U MINN XOGĦLIJIET

 

 

 

5 5 0

Dħul mill-forniment ta' servizzi u xogħol magħmula għall-istituzzjonijiet jew korpi oħra, inkluż ir-rifużjoni ta' allowances għall-missjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħra mħallsa f'isimhom — Dħul assenjat

1 285 000

p.m.

5 546 788

5 5 1

Dħul li ġej minn terzi għall-forniment ta' servizzi jew xogħlijiet magħmula fuq talba tagħhom — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

755 042

 

Kapitolu 5 5 — Total

1 285 000

p.m.

6 301 830

5 7

KONTRIBUZZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET OĦRA MARBUTA MAL-OPERAT AMMINISTRATTIV TAL-ISTITUZZJONI

 

 

 

5 7 0

Dħul mill-ħlas lura ta' somom li ma kinux imħallsa kif suppost — Dħul assenjat

717 500

p.m.

4 122 802

5 7 1

Dħul iddestinat għal skop speċifiku, bħad-dħul minn fondazzjonjiet, sussidji, donazzjonijiet u legati oħra, inkluż id-dħul assenjat, speċifiku għal kull istituzzjoni — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

0

5 7 2

Ħlas lura tan-nefqa fuq il-"welfare" li saret għan-nom ta' istituzzjoni oħra

p.m.

p.m.

0

5 7 3

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra marbuta mal-operat amministrattiv tal-istituzzjoni — Dħul assenjat

3 000

p.m.

3 669 132

 

Kapitolu 5 7 — Total

720 500

p.m.

7 791 934

5 8

ĦLASIJIET VARJI

 

 

 

5 8 1

Dħul mill-ħlasijiet mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

20 162 097

 

Kapitolu 5 8 — Total

p.m.

 

 

 

Titolu 5 — Total

6 257 500

50 000

37 327 720

6

KONTRIBUZZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET FIL-QAFAS TAL-FTEHIMIET U TAL-PROGRAMMI TAL-UNJONI

 

 

 

6 6

KONTRIBUZZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET OĦRA

 

 

 

6 6 0

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra

100 000

p.m.

p.m.

6 6 0 0

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra assenjati — Dħul assenjat

100 000

p.m.

12 731 797

6 6 0 1

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra mhux assenjati

p.m.

p.m.

0

 

Kapitolu 6 6 — Total

100 000

p.m.

12 731 797

 

Titolu 6 — Total

100 000

p.m.

12 731 797

9

DĦUL VARJU

 

 

 

9 0

DĦUL VARJU

 

 

 

9 0 0

Dħul varju

1 000

1 000

1 638 371

 

Kapitolu 9 0 — Total

1 000

1 000

1 638 371

 

Titolu 9 — Total

1 000

1 000

1 638 371

 

TOTAL KUMPLESSIV

176 893 540

163 965 399

206 994 385

DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA

Sommarju ġenerali tal-approprjazzjonijiet (2019 u 2018) u tal-eżitu (2017)

Titolu Kapitolu

Intestatura

Approprjazzjonijiet 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

 

 

 

 

 

1

PERSUNI LI JAĦDMU MAL-ISTITUZZJONI

 

 

 

 

 

 

 

 

1 0

MEMBRI TAL-ISTITUZZJONI

224 910 000

211 876 000

203 969 300

1 2

UFFIĊJALI U PERSUNAL TEMPORANJU

683 275 000

669 114 000

641 373 448

1 4

PERSUNAL IEĦOR U SERVIZZI ESTERNI

142 607 000

144 478 333

138 007 588

1 6

INFIQ IEĦOR RELATAT MAL-PERSUNI LI JAĦDMU FL-ISTITUZZJONI

20 662 000

18 648 150

14 743 257

 

Titolu 1 — Total

 

1 071 454 000

1 044 116 483

998 093 592

 

 

 

 

 

2

BINI, GĦAMARA, TAGĦMIR U NEFQIET

 

 

 

 

VARJI GĦALL-OPERAT AMMINISTRATTIV

 

 

 

 

 

 

 

 

2 0

BINI U SPEJJEŻ RELATATI

225 411 000

227 352 000

267 588 704

2 1

PROĊESSAR TA' DATA, TAGĦMIR U PROPRJETÀ MOBBLI

178 085 200

166 773 500

161 271 592

2 3

NEFQA AMMINISTRATTIVA KURRENTI

8 415 500

7 103 000

4 681 409

 

Titolu 2 — Total

411 911 700

401 228 500

433 541 705

 

 

 

 

 

3

NEFQA ĠENERALI LI TIRRIŻULTA MINN FUNZJONIJIET ĠENERALI TAL-ISTITUZZJONI

 

 

 

 

 

 

 

 

3 0

LAQGĦAT U KONFERENZI

33 630 000

36 693 000

32 136 133

3 2

GĦARFIEN ESPERT U INFORMAZZJONI: AKKWISTAR, ARKIVJAR, PRODUZZJONI U DISSEMINAZZJONI

123 823 300

144 268 390

114 596 561

 

Titolu 3 — Total

157 453 300

180 961 390

146 732 695

 

 

 

 

 

4

NEFQA LI TIRRIŻULTA MINN FUNZJONIJIET SPEĊJALI LI JSIRU MILL-ISTITUZZJONI

 

 

 

 

 

 

 

 

4 0

NEFQA RELATATA MA' ĊERTI ISTITUZZJONIJIET U KORPI

130 180 000

114 770 000

109 814 922

4 2

NEFQA RELATATA MAL-ASSISTENZA PARLAMENTARI

209 160 000

208 171 000

200 971 143

4 4

LAQGĦAT U ATTIVITAJIET OĦRA TAL-MEMBRI PARLAMENTARI ATTWALI U TAL-EX MEMBRI

460 000

440 000

420 000

 

Titolu 4 — Total

339 800 000

323 381 000

311 206 065

 

 

 

 

 

5

L-AWTORITÀ GĦALL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ U L-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ U L-KUMITAT TA' PERSUNI EMINENTI INDIPENDENTI

 

 

 

5 0

NEFQA TAL-AWTORITÀ GĦALL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ U L-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ U TAL-KUMITAT TA' PERSUNI EMINENTI INDIPENDENTI

p.m.

p.m.

0

 

Titolu 5 — Total

0

0

0

 

 

 

 

 

10

INFIQ IEĦOR

 

 

 

 

 

 

 

 

10 0

APPROPRJAZZJONIJIET PROVVIŻORJI

p.m.

p.m.

0

10 1

RIŻERVA TA' KONTINĠENZA

18 525 000

1 000 000

0

10 3

RIŻERVA GĦAT-TKABBIR

p.m.

p.m.

0

10 4

RIŻERVA GĦALL-POLITIKA TAL-INFORMAZZJONI U L-KOMUNIKAZZJONI

p.m.

p.m.

0

10 5

APPROPRJAZZJONI PROVVIŻORJA GĦALL-BINI

p.m.

p.m.

0

10 6

RIŻERVA GĦALL-OBJETTIVI PRIJORITARJI ĠODDA

p.m.

p.m.

0

10 8

RIŻERVA TAL-EMAS

p.m.

p.m.

0

 

Titolu 10 — Total

18 525 000

1 000 000

0

 

TOTAL KUMPLESSIV

 

1 999 144 000

1 950 687 373

1 889 574 057

TAQSIMA I — IL-PARLAMENT EWROPEW

Dħul — Riżorsi proprji

Titolu 4 — Dħul minn persuni li jaħdmu mal-istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni

Kapitolu 4 0 — Taxxi u tnaqqis varji

Artikolu 4 0 0 — Rikavat mit-tassazzjoni fuq is-salarji, il-pagi u l-allowances tal-Membri tal-istituzzjoni, tal-uffiċjali, aġenti oħra u persuni li jirċievu pensjoni

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

82 449 930

76 861 414

73 998 872,04

Bażi ġuridika

Il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu.

Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8).

Artikolu 4 0 3 — Rikavat mill-kontribuzzjoni temporanja mis-salarji tal-Membri tal-istituzzjoni, tal-uffiċjali u aġenti oħra fis-servizz

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

17 370,67

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 66a tagħhom fil-verżjoni fis-seħħ sal-15 ta' Diċembru 2003.

Artikolu 4 0 4 — Rikavat mill-imposta speċjali u mill-imposta ta' solidarjetà fuq is-salarji tal-Membri tal-istituzzjoni, tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra fis-servizz

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

11 681 950

11 551 312

11 067 301,69

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 66a tagħhom.

Kapitolu 4 1 — Kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjonijiet

Artikolu 4 1 0 — Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

67 193 160

66 291 673

62 567 540,69

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 83(2) tagħhom.

Artikolu 4 1 1 — Trasferimenti jew xiri tad-drittijiet għall-pensjoni mill-persunal

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

9 200 000

9 200 000

7 596 194,14

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 4, l-Artikolu 11(2) u (3), u l-Artikolu 48 tal-Anness VIII tagħhom.

Artikolu 4 1 2 — Kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti temporanji bil-liv mix-xogħol minħabba raġunijiet personali

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

10 000

10 000

49 218,19

Kapitolu 4 2 — Kontribuzzjonijiet oħra għall-iskema tal-pensjonijiet

Artikolu 4 2 1 — Kontribuzzjonijiet tal-Membri tal-Parlament għall-iskema tal-pensjonijiet

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Bażi ġuridika

Ir-Regoli dwar il-ħlas ta' spejjeż u allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Anness III tiegħu.

Titolu 5 — Dħul mill-operat amministrattiv tal-Istituzzjoni

Kapitolu 5 0 — Rikavat mill-bejgħ tal-proprjetà mobbli (forniment ta' oġġetti) u immobbli

Artikolu 5 0 0 — Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli (forniment ta' oġġetti)

Partita 5 0 0 0 — Rikavat minn bejgħ ta' vetturi — Dħul assenjat

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din il-partita hija maħsuba biex tinkludi d-dħul mill-bejgħ jew mit-tpartit parzjali ta' vetturi tal-istituzzjoni.

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fl-intestaturi li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Partita 5 0 0 1 — Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli oħra — Dħul assenjat

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

5 000

p.m.

 

Kummenti

Din il-partita hija maħsuba biex tinkludi d-dħul mill-bejgħ jew mit-tpartit parzjali ta' proprjetà mobbli oħra tal-istituzzjoni, apparti l-vetturi.

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fl-intestaturi li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Partita 5 0 0 2 — Rikavat mill-forniment ta' oġġetti lill-istituzzjonijiet jew korpi oħra — Dħul assenjat

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

10 000

p.m.

162,00

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fl-intestaturi li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Id-dettalji tal-infiq u d-dħul mis-self jew mill-kiri jew mill-għoti tas-servizzi taħt din il-partita baġitarja għandhom jiġu indikati f'anness ta' dan il-baġit.

Artikolu 5 0 1 — Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà immobbli

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub li jinkludi d-dħul mill-bejgħ ta' proprjetà immobbli tal-istituzzjoni.

Artikolu 5 0 2 — Rikavat minn bejgħ ta' pubblikazzjonijiet, materjal stampat u films — Dħul assenjat

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

1 000

p.m.

0,—

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fl-intestaturi li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Dan l-artikolu jinkludi wkoll id-dħul mill-bejgħ ta' dawn il-prodotti b'mod elettroniku.

Kapitolu 5 1 — Rikavat minn kirjiet

Artikolu 5 1 1 — Rikavat minn kiri u sullokazzjonijiet ta' proprjetà immobbli u rimborż ta' nfiq ieħor konnessi mal-kiri

Partita 5 1 1 0 — Rikavat minn kiri u sullokazzjonijiet ta' proprjetà immobbli — Dħul assenjat

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

3 547 000

p.m.

3 016 717,90

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fl-intestaturi li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Id-dettalji tal-infiq u d-dħul mis-self jew mill-kiri jew mill-għoti tas-servizzi taħt din il-partita baġitarja għandhom jiġu indikati f'anness ta' dan il-baġit.

Partita 5 1 1 1 — Rimborż ta' nfiq ieħor konnessi mal-kiri — Dħul assenjat

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

639 000

p.m.

52 903,00

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fl-intestaturi li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Kapitolu 5 2 — Dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor

Artikolu 5 2 0 — Dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor fuq il-kontijiet tal-istituzzjoni

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

50 000

50 000

2 076,80

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub biex jinkludi d-dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor fuq il-kontijiet tal-istituzzjonijiet.

Kapitolu 5 5 — Dħul li ġej mill-forniment ta' servizzi u minn xogħlijiet

Artikolu 5 5 0 — Dħul mill-forniment ta' servizzi u xogħlijiet għall-istituzzjonijiet jew korpi oħra, inkluż ir-rifużjoni ta' allowances għall-missjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħra mħallsa f'isimhom — Dħul assenjat

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

1 285 000

p.m.

5 546 788,16

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fl-intestaturi li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Artikolu 5 5 1 — Dħul minn terzi għall-forniment ta' servizzi jew xogħlijiet fuq talba tagħhom — Dħul assenjat

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

755 041,57

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fl-intestaturi li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Kapitolu 5 7 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra marbuta mal-operat amministrattiv tal-istituzzjoni

Artikolu 5 7 0 — Dħul mill-ħlas lura ta' ammonti li ma kinux imħallsa kif suppost — Dħul assenjat

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

717 500

p.m.

4 122 801,83

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fl-intestaturi li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Artikolu 5 7 1 — Dħul iddestinat għal skop speċifiku, bħad-dħul minn fondazzjonjiet, sussidji, donazzjonijiet u legati oħra, inkluż id-dħul assenjat speċifiku għal kull istituzzjoni — Dħul assenjat

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

B'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-linji li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrespondenti.

Artikolu 5 7 2 — Ħlas lura tan-nefqa fuq il-"welfare" li saret għan-nom ta' istituzzjoni oħra

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub biex jinkludi dħul marbut ma' ħlas lura tan-nefqa fuq il-"welfare" li saret għan-nom ta' istituzzjoni oħra.

Artikolu 5 7 3 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra marbuta mal-operat amministrattiv tal-istituzzjoni — Dħul assenjat

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

3 000

p.m.

3 669 131,72

Kapitolu 5 8 — Ħlasijiet varji

Artikolu 5 8 1 — Dħul mill-ħlasijiet maħruġa mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni — Dħul assenjat

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

20 162 096,72

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fl-intestaturi li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Dan l-artikolu jinkludi wkoll ir-rifużjoni mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni tal-pagi tal-uffiċjali involuti f'inċidenti.

Titolu 6 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet fil-qafas tal-ftehimiet u tal-programmi tal-Unjoni

Kapitolu 6 6 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra

Artikolu 6 6 0 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra

Partita 6 6 0 0 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra assenjati — Dħul assenjat

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

100 000

p.m.

12 731 797,26

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju, din il-partita hija maħsuba biex tinkludi d-dħul eventwali mhux previst fil-partijiet l-oħra tat-Titolu 6 u li jwasslu għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari maħsuba biex jiffinanzjaw l-infiq li għalih huwa assenjat dan id-dħul.

Partita 6 6 0 1 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra mhux assenjati

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Titolu 9 — Dħul varju

Kapitolu 9 0 — Dħul varju

Artikolu 9 0 0 — Dħul varju

Ċifri

Baġit 2019

Baġit 2018

Eżitu 2017

1 000

1 000

1 638 370,61

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub biex jiġbor fih id-dħul varju.

Id-dettalji tal-infiq u d-dħul mis-self jew mill-kiri jew mill-għoti tas-servizzi taħt dan l-artikolu għandhom jiġu indikati f'anness ta' dan il-baġit.

Nefqa — Nefqa

Titolu 1 — Persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni

Kapitolu 1 0 — Membri tal-istituzzjoni

Artikolu 1 0 0 — Salarji u allowances

Partita 1 0 0 0 — Salarji

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

78 020 000

77 125 000

75 582 239,05

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-salarju stabbilit fl-Istatut għall-Membri Parlamentari.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Bażi ġuridika

L-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 10 tiegħu.

Il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 1 u 2 tagħhom.

Partita 1 0 0 4 — Spejjeż għall-vjaġġi regolari

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

59 040 000

68 500 000

66 850 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri r-rifużjoni ta' nefqiet għall-vjaġġi u spejjeż ta' sussistenza marbuta ma' vjaġġi lejn il-postijiet ta' xogħol u minn dawn il-postijiet u ma' vjaġġi oħra fuq xogħol.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 25 000.

Bażi ġuridika

L-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu.

Il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari l-Artikoli 10 sa 21 u 24 tagħhom.

Partita 1 0 0 5 — Spejjeż oħra għall-vjaġġi

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

5 670 000

6 200 000

5 700 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri r-rifużjoni ta' nefqiet għall-ivvjaġġar addizzjonali, spejjeż tal-ivvjaġġar li jkunu saru fl-Istat Membru fejn il-Membru tal-Parlament Ewropew ikun ġie elett.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 1 000.

Bażi ġuridika

L-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu.

Il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 22 u 23 tagħhom.

Partita 1 0 0 6 — Allowance għall-ispejjeż ġenerali

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

42 900 000

40 213 000

38 910 938,44

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri, b'konformità mal-Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, l-ispejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet parlamentari tal-Membri.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 170 000.

Bażi ġuridika

L-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu.

Il-Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 25 sa 28 tagħhom.

Partita 1 0 0 7 — Allowances għat-twettiq tad-dmirijiet

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

187 000

185 000

162 322,21

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-allowances għas-sussistenza u għar-rappreżentanza marbuta mal-kariga tal-President tal-Parlament Ewropew.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

L-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu.

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tas-17 ta' Ġunju 2009.

Artikolu 1 0 1 — Polza ta' assigurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali

Partita 1 0 1 0 — Polza ta' assigurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

2 930 000

2 923 000

2 058 839,26

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri poloz tal-assigurazzjoni kontra l-inċidenti u l-ispejjeż mediċi tal-Membri Parlamentari u r-riskji ta' serq ta' oġġetti personali tal-Membri Parlamentari.

Hija maħsuba wkoll biex tassigura u tassisti lill-Membri f'każ ta' ħtieġa ta' rimpatriju, waqt li jkunu fuq xi żjara uffiċjali, minħabba li jimirdu serjament, jisfaw vittmi ta' inċident jew ta' avvenimenti mhux previsti li jimpedixxuhom milli jkomplu l-vjaġġ tagħhom. L-assistenza tinkludi l-organizzazzjoni tar-rimpatriju tal-Membru u l-assunzjoni tal-ispejjeż relatati.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 200 000.

Bażi ġuridika

L-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 18 u 19 tiegħu.

Il-Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari l-Artikoli 3 sa 9, u 29 tagħhom.

Ir-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni kontra l-inċidenti u l-mard ikkawżat mix-xogħol tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni kontra r-riskji tal-mard tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta' eżekuzzjoni fir-rigward tar-rimborż tal-ispejjeż mediċi.

Partita 1 0 1 2 — Miżuri speċifiċi għall-benefiċċju tal-Membri tal-Parlament li għandhom diżabilità

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

876 000

805 000

655 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri ċerti spejjeż meħtieġa biex tkun fornuta assistenza lil Membru tal-Parlament Ewropew li jkollu diżabilità.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Bażi ġuridika

Il-Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tagħhom.

Artikolu 1 0 2 — Allowances tranżitorji

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

20 690 000

960 000

645 727,51

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-finanzjament ta' allowance tranżitorja fi tmiem il-mandat ta' Membru Parlamentari.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Bażi ġuridika

L-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu.

Il-Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew u b'mod partikolari l-Artikoli 45 sa 48 u 77 tagħhom.

Artikolu 1 0 3 — Pensjonijiet

Partita 1 0 3 0 –– Pensjonijiet tal-irtirar (PEAM)

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

11 410 000

11 540 000

10 450 954,11

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta' pensjoni tal-irtirar wara t-tmiem tal-mandat ta' Membru Parlamentari.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 150 000.

Bażi ġuridika

Il-Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tagħhom, u l-Anness III tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ir-"Regoli PEAM").

Partita 1 0 3 1 — Pensjonijiet tal-invalidità (PEAM)

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

274 000

310 000

302 405,62

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta' pensjoni tal-invalidità lill-Membru Parlamentari matul il-mandat tiegħu.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Bażi ġuridika

Il-Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tagħhom, u l-Anness II tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ir-"Regoli PEAM").

Partita 1 0 3 2 — Pensjoni ta' superstiti (PEAM)

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

2 113 000

2 315 000

1 980 873,42

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta' pensjoni ta' superstiti u/jew tal-orfni f'każ ta' mewt ta' Membru Parlamentari jew ta' ex Membru Parlamentari.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 15 000.

Bażi ġuridika

Il-Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tagħhom, u l-Anness I tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ir-"Regoli PEAM").

Partita 1 0 3 3 — Skemi ta' pensjonijiet volontarji għall-Membri

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-sehem tal-istituzzjoni fl-iskema tal-pensjoni kumplementari volontarja tal-Membri.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 500.

Bażi ġuridika

L-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu.

Il-Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tagħhom u l-Anness VII tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ir-"Regoli PEAM").

Artikolu 1 0 5 — Korsijiet tal-lingwi u tal-kompjuter

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

800 000

800 000

670 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-korsijiet tal-lingwi u tal-kompjuter għall-Membri.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

Il-Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tagħhom.

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tat-23 ta' Ottubru 2017 dwar korsijiet tal-lingwi u tal-kompjuter għall-Membri.

Kapitolu 1 2 — Uffiċjali u persunal temporanju

Artikolu 1 2 0 — Remunerazzjoni u drittijiet oħra

Partita 1 2 0 0 — Remunerazzjonijiet u allowances

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

678 300 000

664 350 000

637 428 655,80

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija prinċipalment maħsuba biex tkopri, fir-rigward ta' uffiċjali u aġenti temporanji li għandhom impjieg li jidher fit-tabella tal-persunal:

—  salarji, allowances u benefiċċji relatati mas-salarji,

—  ir-riskji tal-mard, tal-inċidenti, ta' mard okkupazzjonali u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali,

—  rata fissa tal-allowances għas-sahra,

—  benefiċċji u għotjiet oħra,

—  il-ħlas tal-ispejjeż tal-vjaġġ għall-uffiċjali jew għall-aġenti temporanji, għall-konjuġi tagħhom u għall-persuni dipendenti minnhom, mill-post tal-impjieg sal-post tal-oriġini,

—  l-impatt tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjoni u l-proporzjon ta' emolumenti trasferiti lejn pajjiż ieħor minn dak tal-impjieg,

—  ir-riskji tal-qgħad għall-aġenti temporanji kif ukoll il-ħlasijiet li għandhom isiru mill-istituzzjoni favur aġenti temporanji sabiex ikunu kostitwiti jew miżmuma d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom.

Hija maħsuba wkoll biex tkopri l-ħlas tal-assigurazzjoni "inċidenti waqt attivitajiet sportivi" għall-persuni li jużaw iċ-ċentru sportiv tal-Parlament Ewropew fi Brussell u fi Strasburgu.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 450 000.

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Partita 1 2 0 2 — Sahra mħallsa

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

110 000

134 000

50 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta' sahra skont il-kondizzjonijiet previsti fil-bażi ġuridika.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tagħhom u l-Anness VI tagħhom.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Partita 1 2 0 4 — Drittijiet marbuta mad-dħul fis-servizz, trasferimenti jew tluq mis-servizz

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

3 060 000

3 430 000

2 950 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  l-ispejjeż tal-vjaġġi ta' uffiċjali u ta' aġenti temporanji (inkluż il-membri tal-familji tagħhom) li jidħlu fis-servizz jew jitilqu mis-servizz jew li jgħaddu minn bidla li timplika riorganizzazzjoni ġeografika,

—  l-allowances ta' installazzjoni u ta' installazzjoni mill-ġdid u ta' trasferiment li jingħataw lill-uffiċjali u aġenti temporanji li jkollhom ibiddlu r-residenza wara li jibdew il-ħidma tagħhom, jew li jiġu trasferiti għal post tax-xogħol ġdid, jew meta jieqfu definittivament mill-ħidma tagħhom u jmorru jgħixu post ieħor,

—  l-allowances ta' kuljum għal uffiċjali u aġenti temporanji li huma obbligati jbiddlu l-post ta' residenza meta jieħdu l-funzjonijiet tagħhom jew meta jiġu trasferiti għal post ta' ħidma ġdid,

—  l-allowance għat-tkeċċija lil uffiċjal fuq prova, imkeċċi f'każ ta' nuqqas ċar ta' prestazzjoni,

—  l-allowance għat-tmiem ta' kuntratt ta' aġent temporanju mill-istituzzjoni,

—  id-differenza bejn ħlasijiet magħmula mill-persunal kuntrattwali għall-iskema ta' pensjoni ta' Stat Membru u dawk li għandhom jitħallsu għall-iskema tal-Unjoni f'każ ta' riklassifikazzjoni ta' kuntratt.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 1 2 2 — Allowances għall-irtirar kmieni mis-servizz

Partita 1 2 2 0 — Allowances fil-każ ta' persunal irtirat mix-xogħol jew li jibbenefika minn liv fl-interess tas-servizz

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

1 805 000

1 200 000

944 791,98

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-allowances imħallsa:

—  lill-uffiċjali assenjati għal status mhux attiv wara tnaqqis ta' għadd ta' postijiet fl-istituzzjoni,

—  lill-uffiċjali li jitqiegħdu fuq liv minħabba bżonnijiet organizzattivi marbutin mal-kisba ta' kompetenzi ġodda fi ħdan l-istituzzjoni,

—  lill-uffiċjali u lill-aġenti temporanji fil-qafas tal-gruppi politiċi li għandhom post ta' AD 16 jew AD 15 li rtiraw fl-interess tas-servizz.

Din tkopri wkoll il-kontribuzzjoni ta' min iħaddem għal assigurazzjoni tal-mard u l-impatt tad-differenzi applikabbli għal dawn l-allowances (bl-eċċezzjoni tal-benefiċjarji tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal li m'għandhomx id-dritt għall-koeffiċjent korrettiv).

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'mod partikolari l-Artikoli 41, 42c u 50 u l-Anness VI tagħhom kif ukoll l-Artikolu 48a tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Partita 1 2 2 2 — Allowances għal membri tal-persunal li l-impjieg tagħhom jitwaqqaf u skema speċjali għall-irtirar għall-uffiċjali u aġenti temporanji

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  l-allowances pagabbli skont ir-Regolamenti tal-Persunal jew ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom, KEFA) Nru 2689/95 u (KE, Euratom) Nru 1748/2002,

—  il-kontribuzzjoni ta' min iħaddem lejn assigurazzjoni kontra l-mard għall-benefiċjarji ta' dan l-allowance,

—  l-impatt tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għal diversi allowances.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'mod partikolari l-Artikoli 64 u 72 tagħhom.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom, KEFA) Nru 2689/95 tas-17 ta' Novembru 1995 li jintroduċi miżuri speċjali biex jintemm is-servizz ta' aġenti temporanji tal-Komunitajiet Ewropej, bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Awstrija, l-Finlandja u l-Iżvezja (ĠU L 280, 23.11.1995, p. 4).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1748/2002 tat-30 ta' Settembru 2002 li jintroduċi, fil-kuntest tar-riforma tal-Kummissjoni, miżuri speċjali biex jitterminaw l-impjieg ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej appuntati għal post stabbilit fil-Parlament Ewropew u ta'l-impjegati temporanji li jaħdmu fil-Gruppi Politiċi tal-Parlament Ewropew (ĠU L 264, 2.10.2002, p. 9).

Kapitolu 1 4 — Persunal ieħor u servizzi esterni

Artikolu 1 4 0 — Aġenti oħra u ħaddiema esterni

Partita 1 4 0 0 — Aġenti oħra — Segretarjat Ġenerali u gruppi politiċi

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

54 061 000

47 441 000

43 861 462,94

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba l-aktar biex tkopri l-infiq li ġej, bl-esklużjoni ta' dak li għandu x'jaqsam ma' aġenti oħra assenjati fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni u li jeżerċitaw funzjonijiet relatati mas-sigurtà tal-persuni u l-oġġetti, mas-sigurtà tal-informazzjoni kif ukoll mal-valutazzjoni tar-riskji u dak li għandu x'jaqsam ma' aġenti oħra li jeżerċitaw il-funzjonijiet ta' xufiera fis-Segretarjat Ġenerali jew li jikkoordinaw il-ħidma ta' dawn ix-xufiera:

—  ir-remunerazzjonijiet, inkużi l-benefiċċji u l-allowances, tal-aġenti l-oħra, inklużi l-aġenti kuntrattwali u l-konsulenti speċjali (skont it-tifsira tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea), il-ħlasijiet ta' min iħaddem għall-iskemi differenti ta' sigurtà soċjali, li l-biċċa l-kbira minnhom jitħallsu għall-iskema tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll l-impatt tal-adattament salarjali applikabbli għar-remunerazzjonijiet ta' dawn l-aġenti,

—  l-impjieg ta' persunal temporanju permezz ta' aġenzija,

—  il-fatturi maħruġa mill-PMO għall-impjieg ta' persunal destinat li jittratta r-reġistri amministrattivi tal-membri tal-persunal tal-Parlament Ewropew (speċjalment il-benefiċċji tal-qgħad, id-drittijiet għall-pensjoni, eċċ.).

Parti minn din l-approprjazzjoni għandha tintuża għar-reklutaġġ ta' aġenti kuntrattwali b'diżabilità b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Bureau tas-27 ta' April 2015.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 4 000 000.

Bażi ġuridika

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (Titoli IV, V u VI).

Id-Dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni dwar il-kompetizzjonijiet u l-proċeduri ta' selezzjoni u l-gradi ta' uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Parlament Ewropew (Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2014).

Partita 1 4 0 1 — Aġenti oħra — Sigurtà

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

27 713 000

24 139 600

24 692 009,18

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba l-aktar biex tkopri l-infiq li ġej fir-rigward tal-aġenti oħra assenjati fid-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni u li jeżerċitaw funzjonijiet relatati mas-sigurtà tal-persuni u l-oġġetti, mas-sigurtà tal-informazzjoni kif ukoll mal-valutazzjoni tar-riskji:

—  ir-remunerazzjonijiet ta' aġenti kuntrattwali u aġenti kuntrattwali awżiljari, inklużi l-benefiċċji u l-allowances u l-impatt tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet ta' dawn l-aġenti,

—  l-impjieg ta' persunal temporanju permezz ta' aġenzija.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Bażi ġuridika

Il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol tal-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (Titolu IV).

Id-Dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni dwar il-kompetizzjonijiet u l-proċeduri ta' selezzjoni u l-gradi ta' uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Parlament Ewropew (Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2014).

Partita 1 4 0 2 — Aġenti oħra — Xufiera fis-Segretarjat Ġenerali

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

6 391 000

6 202 300

5 459 043,14

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija prinċipalment maħsuba biex tkopri l-infiq li ġej fir-rigward tal-aġenti l-oħra li jeżerċitaw il-funzjonijiet ta' xufiera fis-Segretarjat Ġenerali jew li jikkoordinaw il-ħidma ta' dawn ix-xufiera:

—  ir-remunerazzjonijiet ta' aġenti kuntrattwali u aġenti kuntrattwali awżiljari, inklużi l-benefiċċji u l-allowances u l-impatt tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet ta' dawn l-aġenti,

—  l-impjieg ta' persunal temporanju permezz ta' aġenzija.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Bażi ġuridika

Il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol tal-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (Titolu IV).

Id-Dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni dwar il-kompetizzjonijiet u l-proċeduri ta' selezzjoni u l-gradi ta' uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Parlament Ewropew (Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2014).

Partita 1 4 0 4 –– Traineeships, għotjiet u skambji ta' uffiċjali

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

9 442 000

7 197 900

7 168 126,55

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  ir-remunerazzjonijiet tat-trainees gradwati (boroż ta' studju), inklużi kwalunkwe allowance tal-familja,

—  l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tat-trainees,

—  l-ispejjeż supplimentari għat-trainees tal-programm pilota ta' traineeships b'rabta diretta mad-diżabilità tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 24(9) (ex Artikolu 20(8)), tar-Regoli Interni rigward it-traineeships u ż-żjarat ta' studju fis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew. Dawn jinkludu l-ispejjeż ta' ħlas addizzjonali (sa 50 % tal-borża ta' studju) mogħtija għal raġuni ta' diżabilità,

—  l-ispejjeż ta' assigurazzjoni tas-saħħa u ta' assigurazzjoni tal-inċidenti għat-trainees,

—  l-ispejjeż relatati mal-organizzazzjoni tal-laqgħat ta' informazzjoni/taħriġ għat-trainees (partikolarment l-ispejjeż biex it-trainees jiġu milqugħa),

—  il-ħlas ta' għotja lill-Kumitat tat-Traineeships Schuman,

—  l-ispejjeż marbuta mad-disponibilità tal-persunal bejn il-Parlament u s-settur pubbliku tal-Istati Membri jew ta' pajjiżi oħra, speċifikati fir-regoli,

—  l-ispejjeż relatati mas-sekondar ta' esperti nazzjonali mal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari l-allowances u l-ispejjeż tal-vjaġġi tagħhom,

—  l-ispejjeż ta' assigurazzjoni tal-inċidenti għall-esperti nazzjonali sekondati,

—  l-allowances għaż-żjarat ta' studji u boroż ta' studju,

—  -l-organizzazzjoni ta' skemi ta' taħriġ ta' interpreti tal-konferenzi u ta' tradutturi, speċjalment b'kollaborazzjoni mal-iskejjel tal-interpreti u l-universitajiet li joffru taħriġ fit-traduzzjoni, kif ukoll l-għoti ta' boroż ta' studju għat-taħriġ u għat-taħriġ professjonali avvanzat tal-interpreti u t-tradutturi, ix-xiri ta' materjal didattiku u spejjeż oħra relatati,

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Bażi ġuridika

Ir-Regoli li jirregolaw l-'attachment' ta' uffiċjali tal-Parlament u membri temporanji tal-istaff tal-gruppi politiċi ma' awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, entitajiet meqjusa bħal dawn l-awtoritajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet internazzjonali (Deċiżjoni tal-Bureau tas-7 ta' Marzu 2005).

Ir-Regolament dwar l-issekondar ta' esperti nazzjonali mal-Parlament Ewropew (Deċiżjoni tal-Bureau tal-4 ta' Mejju 2009).

Ir-Regoli interni dwar traineeships u żjarat ta' studju fis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew (Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Frar 2013).

Partita 1 4 0 5 — Nefqa fuq l-interpretazzjoni

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

40 000 000

50 801 533

47 589 860,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa li ġejja:

—  ir-remunerazzjoni u l-allowances simili, il-kontribuzzjonijiet soċjali, l-ispejjeż għall-vjaġġi u spejjeż oħra tal-interpreti awżiljarji tal-konferenzi impjegati mill-Parlament Ewropew għal laqgħat organizzati mill-Parlament Ewropew għall-ħtiġijiet tiegħu jew għall-ħtiġijiet ta' istituzzjonijiet jew korpi oħra, f'każijiet fejn is-servizzi meħtieġa ma jkunux jistgħu jingħataw mill-interpreti uffiċjali jew temporanji tal-Parlament Ewropew,

—  l-ispejjeż ta' operaturi, persunal tekniku u persuni responsabbli mill-ġestjoni tal-konferenzi għal-laqgħat imsemmija hawn fuq, f'każijiet fejn is-servizzi meħtieġa ma jkunux jistgħu jingħataw minn uffiċjali, aġenti temporanji jew aġenti oħra tal-Parlament Ewropew,

—  l-ispejjeż marbuta mas-servizzi pprovduti lill-Parlament Ewropew minn interpreti li huma membri tal-persunal ta' istituzzjonijiet reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali,

—  l-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet relatati mal-interpretazzjoni, b'mod partikolari t-tħejjija tal-laqgħat u t-taħriġ u s-selezzjoni tal-interpreti,

—  l-ispejjeż imħallsa lill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-pagamenti lill-interpreti tal-konferenzi.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 3 500 000.

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Il-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tal-impjieg u l-emolumenti tal-aġenti interpreti tal-konferenzi (AIC) (u d-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħha) stabbilita fit-28 ta' Lulju 1999, kif emendata fit-13 ta' Ottubru 2004 u riveduta fil-31 ta' Lulju 2008.

Partita 1 4 0 6 — Osservaturi

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas tal-ispejjeż marbuta mal-osservaturi, f'konformità mal-Artikolu 13 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Artikolu 1 4 2 — Servizzi esterni tat-traduzzjoni

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

5 000 000

8 696 000

9 237 085,84

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-servizzi ta' traduzzjoni, ta' editjar, ta' ttajpjar, ta' kodifikazzjoni u ta' assistenza teknika li jitwettqu minn fornituri partijiet terzi.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 50 000.

Kapitolu 1 6 — Infiq ieħor relatat mal-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni

Artikolu 1 6 1 — Nefqa relatat mal-ġestjoni tal-persunal

Partita 1 6 1 0 — Spejjeż għar-reklutaġġ

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

163 000

253 650

180 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  l-ispejjeż tal-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/621/KE, kif ukoll l-ispejjeż tal-vjaġġi u ta' soġġorn tal-kandidati li jissejħu għal intervisti,

—  l-ispejjeż tal-organizzazzjoni ta' proċeduri ta' selezzjoni tal-persunal.

F'każijiet motivati b'mod xieraq minn ħtiġijiet funzjonali u wara li jiġi kkonsultat l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, din l-approprjazzjoni tista' tintuża għal kompetizzjonijiet organizzati mill-istituzzjoni nnifisha.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 27 sa 31 tagħhom u l-Artikolu 33 u l-Anness III tagħhom.

Id-Deċiżjoni 2002/620/KE tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, tal-Kumitat u tar-Reġjuni u tal-Ombudsman Ewropew tal-25 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 197, 26.7.2002, p. 53) u d-Deċiżjoni 2002/621/KE tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-Segretarjat Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni, u r-Rappreżentant ta' l-Ombudsman Ewropew tal-25 ta' Lulju 2002 dwar l-organizzazzjonijiet u l-ħidma ta' l-Uffiċċju għas-selezzjoni tal-persunal tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 197, 26.7.2002, p. 56).

Partita 1 6 1 2 –– Taħriġ ulterjuri

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

7 085 000

6 210 000

5 079 596,63

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa għat-taħriġ biex jittejbu l-ħiliet tal-persunal u r-rendiment u l-effiċjenza tal-istituzzjoni, eż. permezz ta' korsijiet tal-lingwi għal-lingwi uffiċjali ta' ħidma.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24a tagħhom.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 1 6 3 — Miżuri sabiex jiġi assistit il-persunal tal-istituzzjoni

Partita 1 6 3 0 — Sigurtà soċjali

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

749 000

743 000

477 204,99

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  fil-qafas ta' politika interistituzzjonali favur persuni b'diżabilità li jiffurmaw parti mill-kategoriji lil ġejjin:

—  uffiċjali u aġenti temporanji f'impjieg attiv,

—  il-konjuġi ta' uffiċjali u ta' aġenti temporanji f'impjieg attiv,

—  it-tfal dipendenti fit-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ir-rimborż, fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli fil-baġit u wara li jkunu ntużaw id-drittijiet nazzjonali fil-pajjiż ta' residenza jew ta' oriġini, ta' spejjeż mhux mediċi, li jkunu rikonoxxuti bħala neċessarji bħala riżultat tad-diżabilità u li jkunu ġustifikati kif xieraq u mhux rimborżati mir-reġim komuni tal-assigurazzjoni tal-mard,

—  miżuri favur uffiċjali u aġenti li jinsabu f'qagħda partikolarment diffiċli,

—  il-konċessjoni ta' għotja għall-Kumitat tal-Persunal u għal infiq inċidentali tas-servizzi soċjali. Il-kontribuzzjonijiet jew il-ħlas tal-ispejjeż mill-Kumitat tal-Persunal għal parteċipanti f'attività ta' assistenza soċjali se jkollhom l-għan li jiffinanzjaw attivitajiet li għandhom dimensjoni soċjali, kulturali jew lingwistika, iżda mhu se jkun hemm l-ebda sussidji għal membri tal-persunal jew familji individwali,

—  azzjonijiet oħra ta' natura soċjali, fil-livell istituzzjonali u interistituzzjonali, favur l-uffiċjali, aġenti oħra u l-persunal li rtira,

—  il-finanzjament ta' miżuri speċifiċi għal akkomodazzjoni raġonevoli jew ta' spejjeż ta' analiżi medika jew soċjali għal uffiċjali u aġenti oħra b'diżabilitajiet u trainees b'diżabilitajiet jew tal-uffiċjali u aġenti oħra b'diżabilitajiet waqt il-proċeduri ta' reklutaġġ u tat-trainees b'diżabilitajiet waqt il-proċeduri ta' selezzjoni b'applikazzjoni tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal, b'mod partikolari l-assistenza personali fil-post tax-xogħol jew matul missjonijiet.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 70 000.

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 1d, l-Artikolu 9(3), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 76 tagħhom.

Partita 1 6 3 1 — Mobilità

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

1 500 000

730 000

639 060,19

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa relatata mal-mobilità fid-diversi postijiet tax-xogħol.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Partita 1 6 3 2 — Relazzjonijiet soċjali bejn il-membri tal-persunal u miżuri soċjali oħra

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

240 000

227 000

230 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tħeġġeġ u tagħti appoġġ finanzjarju lil inizjattivi għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet soċjali bejn l-aġenti ta' nazzjonalitajiet differenti, bħal pereżempju sussidji għal klabbs, għaqdiet sportivi u kulturali tal-persunal, kif ukoll biex tingħata kontribuzzjoni għall-kost relatat ma' struttura permanenti fejn persuni jiltaqgħu (attivitajiet kulturali, sportivi u rikreattivi, ristoranti) fil-ħin liberu tagħhom.

Hija tkopri wkoll il-parteċipazzjoni finanzjarja fl-attivitajiet soċjali interistituzzjonali.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 600 000.

Artikolu 1 6 5 — Attivitajiet relatati mal-persuni kollha li jaħdmu mal-istituzzjoni

Partita 1 6 5 0 — Servizz mediku

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

1 555 000

1 250 000

1 087 796,26

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-operat tas-servizzi mediċi, tas-Servizz tal-Ġestjoni tal-Liv tal-Mard u tal-Unità tal-Prevenzjoni u l-Benesseri fuq il-Post tax-Xogħol fit-tliet postijiet tax-xogħol, inkluż ix-xiri ta' materjal, prodotti farmaċewtiċi, eċċ., l-ispejjeż marbuta mal-visti mediċi fil-qafas tal-mediċina okkupazzjonali, mal-visti mediċi għall-impjieg, mal-visti perjodiċi għall-karigi f'riskju għoli, ta' viġilanza u ta' riskju definit, mal-perizji mediċi, mal-ergonomija, mal-ispejjeż ikkawżati mill-operat tal-Kumitat tal-Invalidità, l-arbitraġġi u l-konsulenza ta' esperti, kif ukoll l-ispejjeż marbuta ma' servizzi esterni mogħtija minn speċjalisti mediċi, paramediċi li jkunu meqjusa neċessarji mit-tobba konsulenti.

Hija tkopri wkoll in-nefqa għax-xiri ta' ċertu apparat li jkun meqjus neċessarju fil-qasam mediku, kif ukoll in-nefqa marbuta mal-persunal mediku, paramediku jew ma' sostituti temporanji ta' membri tal-istaff mediku.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 59 tagħhom u l-Artikolu 8 tal-Anness II tagħhom.

Partita 1 6 5 2 — Spejjeż għall-forniment tal-ikel

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

1 080 000

1 310 000

180 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż għall-forniment tal-ikel.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100 000.

Partita 1 6 5 4 — Faċilitajiet li jieħdu ħsieb it-tfal

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

7 675 000

7 478 900

6 574 599,12

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-sehem tal-Parlament Ewropew fin-nefqa organizzattiva u l-forniment ta' servizzi għall-faċilitajiet interni li jieħdu ħsieb it-tfal kif ukoll għal dawk esterni li magħhom ikun ġie konkluż ftehim.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 3 300 000.

Partita 1 6 5 5 — Kontribuzzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Iskejjel Ewropej tat-Tip II akkreditati

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

615 000

445 600

295 000,00

Kummenti

Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4886 tal-1 ta' Awwissu 2013 dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-UE mħallsa fuq bażi prorata lill-iskejjel akkreditati mill-Bord ta' Tmexxija tal-Iskejjel Ewropej skont in-numru ta' tfal tal-persunal tal-UE rreġistrati, li tieħu post id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7719 tal-14 ta' Ottubru 2009 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7993 tat-8 ta' Diċembru 2010 (ĠU C 222, 2.8.2013, p. 8).

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-kontribuzzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Iskejjel Ewropej tat-Tip II akkreditati mill-Bord ta' Tmexxija tal-Iskejjel Ewropej jew ir-rimborż tal-kontribuzzjoni mħallsa mill-Kummissjoni f'isem il-Parlament Ewropew għall-Iskejjel Ewropej tat-Tip II akkreditati mill-Bord ta' Tmexxija tal-Iskejjel Ewropej. Din tkopri l-ispejjeż relatati ma' wlied il-membri tal-persunal tal-Parlament Ewropew li jaqgħu taħt ir-Regolamenti tal-Persunal u li huma iskritti f'dawn l-Iskejjel.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Titolu 2 — Bini, għamara, tagħmir u nefqiet varji għall-operat amministrattiv

Kummenti

Billi l-kumpaniji tal-assigurazzjoni ma għadhomx ikopru r-riskju ta' tilwim industrijali u ta' attentati terroristiċi li għalihom huma esposti l-binjiet tal-Parlament Ewropew, dan għandu jkun kopert mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Għalhekk, l-approprjazzjonijiet imniżżlin f'dan it-Titolu jkopru l-infiq kollu rigward ta' danni kkawżati minn tilwim industrijali u attentati terroristiċi.

Kapitolu 2 0 — Bini u nefqiet relatati

Artikolu 2 0 0 — Bini

Partita 2 0 0 0 — Kirjiet

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

38 620 000

35 948 000

37 096 065,45

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-kirjiet marbuta ma' binjiet jew partijiet ta' binjiet okkupati mill-Parlament Ewropew.

Hija tkopri wkoll it-taxxa fuq il-proprjetà. Il-kirjiet jiġu kkalkulati fuq 12-il xahar u fuq il-bażi ta' kuntratti eżistenti jew li qed jitħejjew, li normalment jistipulaw indiċizzazzjoni fuq l-għoli tal-ħajja jew fuq il-prezz tal-bini.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 3 000 000.

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew mill-aġenziji jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom fil-forma ta' finanzjament jew ħlas lura ta' spejjeż u ta' ħlasijiet assoċjati marbuta mal-akkwist jew użu ta' art jew ta' bini, kif ukoll ta' ħlasijiet fir-rigward ta' bini jew faċilitajiet tal-istituzzjoni, għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat estern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Partita 2 0 0 1 — Ħlasijiet ta' ċnus

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

p.m.

13 000 000

40 850 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlasijiet ta' ċnus marbuta ma' binjiet jew ma' partijiet ta' binjiet koperti minn kuntratti li jinsabu fis-seħħ jew kuntratti li qed jitħejjew.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 50 000.

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew mill-aġenziji jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom fil-forma ta' finanzjament jew ħlas lura ta' spejjeż u ta' ħlasijiet assoċjati marbuta mal-akkwist jew użu ta' art jew ta' bini, kif ukoll ta' ħlasijiet fir-rigward ta' bini jew faċilitajiet tal-istituzzjoni, għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat estern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Partita 2 0 0 3 — Akkwist ta' bini

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-akkwist ta' proprjetà immobbli. Is-sussidji li jikkonċernaw l-artijiet u t-tħejjija tas-sit tal-kostruzzjoni tagħhom għandhom jiġu ttrattati b'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 13 000.

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew mill-aġenziji jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom fil-forma ta' finanzjament jew ħlas lura ta' spejjeż u ta' ħlasijiet assoċjati marbuta mal-akkwist jew użu ta' art jew ta' bini, kif ukoll ta' ħlasijiet fir-rigward ta' bini jew faċilitajiet tal-istituzzjoni, għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat estern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Partita 2 0 0 7 — Kostruzzjoni ta' bini u sistemazzjoni fil-bini

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

81 330 000

78 708 000

98 275 949,13

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  il-kostijiet ta' kostruzzjoni ta' bini (xogħlijiet, onorarji tal-konsulenti, l-għamara u l-fornituri inizjali meħtieġa biex il-bini jibda jopera u kull kost relatat),

—  il-kostijiet tax-xogħlijiet ta' sistemazzjoni u nefqa oħra marbuta ma' dawn ix-xogħlijiet (partikolarment spejjeż tal-arkitett, tal-iniġinier, eċċ.).

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 600 000.

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew mill-aġenziji jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom fil-forma ta' finanzjament jew ħlas lura ta' spejjeż u ta' ħlasijiet assoċjati marbuta mal-akkwist jew użu ta' art jew ta' bini, kif ukoll ta' ħlasijiet fir-rigward ta' bini jew faċilitajiet tal-istituzzjoni, għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat estern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Partita 2 0 0 8 — Ġestjoni tal-proprjetà speċifika

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

4 971 000

5 196 000

3 312 059,57

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa f'dik li hi ġestjoni tal-proprjetà immobbli li mhijiex speċifikament prevista f'Artikoli oħra ta' dan il-Kapitolu, speċjalment għal:

—  il-ġestjoni u t-trattament tal-iskart,

—  l-ispezzjonijiet obbligatorji, ispezzjonijiet tal-kwalità, perizji, awditjar, sorveljanza tal-konformità, eċċ.,

—  il-librerija teknika,

—  l-assistenza għall-ġestjoni (building helpdesk),

—  il-ġestjoni tal-pjanti tal-bini u tal-materjal informattiv,

—  l-ispejjeż l-oħra.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 50 000.

Artikolu 2 0 2 — Spejjeż relatati mal-bini

Partita 2 0 2 2 — Manutenzjoni, żamma, operat u tindif tal-bini

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

59 820 000

57 450 000

57 073 754,46

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż ta' manutenzjoni, żamma, operat u tindif, skont il-kuntratti fis-seħħ, tal-bini (l-uffiċċji u t-tagħmir tekniku) okkupat, b'kiri mill-Parlament Ewropew jew ta' proprjetà tiegħu.

Qabel it-tiġdid jew il-konklużjoni tal-kuntratti, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali (prezz, munita magħżula, indiċizzazzjoni, tul, klawsoli oħra) miksuba minn kull waħda minnhom u bi qbil mal-Artikolu 104 tar-Regolament Finanzjarju.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 200 000.

Partita 2 0 2 4 — Konsum tal-enerġija

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

15 820 000

15 800 000

13 427 610,77

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba b'mod partikolari biex tkopri l-ispejjeż tal-konsum tal-ilma, tal-gass, tal-elettriku u tat-tisħin.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 150 000.

Partita 2 0 2 6 — Sigurtà u sorveljanza tal-bini

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

22 350 000

18 670 000

16 774 496,39

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex essenzjalment tkopri il-kost tal-għassa u tas-sorveljanza tal-bini okkupat mill-Parlament Ewropew fit-tliet postijiet abitwali ta' xogħol u fl-uffiċċji tal-informazzjoni tiegħu fl-Unjoni kif ukoll fl-uffiċċji fil-pajjiżi terzi.

Qabel it-tiġdid jew il-konklużjoni tal-kuntratti, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali (prezz, munita magħżula, indiċizzazzjoni, tul, klawsoli oħra) miksuba minn kull waħda minnhom u bi qbil mal-Artikolu 104 tar-Regolament Finanzjarju.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 120 000.

Partita 2 0 2 8 — Assigurazzjoni

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

2 500 000

2 580 000

778 768,37

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta' premium tal-assigurazzjoni.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Kapitolu 2 1 — Proċessar ta' data, tagħmir u proprjetà mobbli

Kummenti

Fil-qasam tal-akkwist pubbliku, l-istituzzjoni tikkonsulta mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali miksuba minn kull istituzzjoni individwali.

Artikolu 2 1 0 — Informatika u telekomunikazzjonijiet

Partita 2 1 0 0 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — attivitajiet rikorrenti tal-funzjonament — Attivitajiet

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

29 915 200

26 112 000

27 914 345,51

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa marbuta mal-akkwist, il-kiri, iż-żamma u l-manutenzjoni ta' hardware u ta' software u mal-assistenza esterna minn entitajiet ta' servizzi u konsulenti tal-informatika għall-attivitajiet rikorrenti meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-sistemi informatiċi u tat-telekomunikazzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Din in-nefqa tirrigwarda partikolarment is-sistemi taċ-ċentru informatiku u tat-telekomunikazzjonijiet, l-informatika dipartimentali u l-ġestjoni tan-netwerk.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 625 000.

Partita 2 1 0 1 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti tal-funzjonament — Infrastruttura

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

23 546 000

21 850 000

21 163 695,67

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa marbuta mal-akkwist, il-kiri, iż-żamma u l-manutenzjoni ta' hardware u ta' software u mal-assistenza esterna minn entitajiet ta' servizzi u konsulenti tal-informatika għall-attivitajiet rikorrenti ta' ġestjoni u żamma tal-infrastrutturi relatati mas-sistemi informatiċi u tat-telekomunikazzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Din in-nefqa tirrigwarda partikolarment l-infrastruttura relatata man-netwerks, kejbils, telekomunikazzjonijiet, tagħmir individwali kif ukoll infrastruttura ta' sistemi ta' votazzjoni.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 66 000.

Partita 2 1 0 2 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti tal-funzjonament — Sostenn ġenerali lill-utenti

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

12 301 000

12 141 500

10 653 193,91

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa marbuta mal-akkwist, il-kiri, iż-żamma u l-manutenzjoni ta' hardware u ta' software u mal-assistenza esterna minn entitajiet ta' servizzi u konsulenti tal-informatika għall-attivitajiet rikorrenti ta' għajnuna u ta' sostenn ġenerali lill-utenti fir-rigward tas-sistemi informatiċi u tat-telekomunikazzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Din in-nefqa tirrigwarda s-servizzi ta' sostenn għall-Membri Parlamentari u għall-utenti l-oħra, b'mod partikolari għall-applikazzjonijiet amministrattivi, leġiżlattivi u dawk relatati mal-komunikazzjoni.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 4 000.

Partita 2 1 0 3 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti tal-funzjonament — Ġestjoni ta' applikazzjonijiet ICT

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

20 594 500

18 465 500

18 097 078,91

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa fuq l-akkwist, il-kiri, iż-żamma u l-manutenzjoni ta' hardware u ta' software u x-xogħol marbut magħhom, kif ukoll in-nefqa fuq l-assistenza ta' kumpaniji ta' servizzi u ta' konsulenti għall-attivitajiet rikorrenti ta' ġestjoni tal-applikazzjonijiet tal-ICT għall-istituzzjoni. Din in-nefqa tirrigwarda partikolarment l-applikazzjonijiet relatati mal-Membri, dawk relatati mal-komunikazzjoni, kif ukoll l-applikazzjonijiet amministrattivi u leġiżlattivi.

Hija maħsuba biex tkopri wkoll in-nefqa rigward l-għodda tal-ICT iffinanzjati b'mod konġunt fil-qafas tal-kooperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam tal-lingwi, wara d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 32 000.

Partita 2 1 0 4 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Investimenti fl-infrastrutturi

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

17 702 000

19 845 000

24 793 487,68

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa marbuta mal-akkwist ta' hardware u ta' software u mal-assistenza esterna minn entitajiet ta' servizzi u konsulenti tal-informatika għall-investimenti relatati mal-infrastrutturi tas-sistemi informatiċi u tat-telekomunikazzjonijiet tal-Parlament Ewropew. L-investimenti jirrigwardaw partikolarment is-sistemi taċ-ċentru informatiku u ta' telekomunikazzjonijiet, in-netwerks, il-kejbils, kif ukoll is-sistemi ta' vidjokonferenzi.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 102 000.

Partita 2 1 0 5 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Investimenti fil-proġetti

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

34 792 000

32 933 000

24 907 627,51

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa marbuta mal-akkwist ta' hardware u ta' software kif ukoll in-nefqa ta' assistenza ta' kumpaniji ta' servizzi u ta' konsulenza għall-investimenti relatati mal-proġetti tal-ICT eżistenti jew ġodda. L-investimenti jirrigwardaw partikolarment applikazzjonijiet relatati mal-Membri Parlamentari, l-applikazzjonijiet tal-qasam leġiżlattiv, amministrattiv, finanzjarju u dak tal-komunikazzjoni, kif ukoll dawk relatati mal-governanza tal-ICT.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 3 000.

Artikolu 2 1 2 — Għamara

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

7 600 000

5 600 000

4 622 309,18

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-akkwist, il-kiri, iż-żamma u t-tiswija ta' għamara, b'mod partikolari x-xiri ta' għamara ergonomika tal-uffiċċji, is-sostituzzjoni ta' għamara antikwata u bla użu kif ukoll magni tal-uffiċċji. Din l-approprjazzjoni hija maħsuba wkoll biex tkopri n-nefqa differenti ta' ġestjoni tal-beni mobbli tal-Parlament Ewropew.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Artikolu 2 1 4 — Tagħmir u installazzjonijiet tekniċi

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

27 533 500

26 098 500

25 897 358,14

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba għall-akkwist, il-kiri, iż-żamma u t-tiswija ta' materjal u ta' installazzjonijiet tekniċi kif ukoll għall-ġestjoni tagħhom, b'mod partikolari:

—  bosta tipi ta' materjal u ta' installazzjonijiet tekniċi, fissi jew mobbli, marbuta mal-pubblikazzjoni, is-sigurtà (inkluż is-software), il-canteens, il-bini, it-taħriġ għall-persunal, iċ-ċentri sportivi tal-istituzzjoni, eċċ.,

—  tagħmir, b'mod partikolari tat-tipografija, tas-servizz tat-telefon, tal-canteens, tal-ħwienet, tas-sigurtà, tas-servizz tekniku tal-konferenzi, tas-settur awdjoviżiv, eċċ.,

—  materjal speċjali (elettroniku, informatiku, elettriku) flimkien mas-servizzi esterni relatati.

Din l-approprjazzjoni tkopri wkoll l-ispejjeż għar-riklamar għall-bejgħ mill-ġdid u għall-iskrappjar ta' oġġetti li m'għadhomx jaħdmu kif ukoll l-ispejjeż marbutin mal-assistenza teknika (konsulenza) għal dossiers li jeħtieġu għarfien espert estern.

Din l-approprjazzjoni tkopri wkoll l-ispejjeż marbuta mas-servizzi ta' trasport tat-tagħmir meħtieġ għall-forniment ta' servizzi tekniċi ta' konferenzi fil-post fejn intalbu minn Membru, delegazzjoni, grupp politiku jew organu tal-Parlament Ewropew fid-dinja kollha. Dawn l-ispejjeż jinkludu l-ispejjeż ta' trasport kif ukoll il-kostijiet amministrattivi kollha marbuta.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 190 000.

Artikolu 2 1 6 — Trasport ta' Membri, persuni oħra u ta' oġġetti

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

4 101 000

3 728 000

3 222 495,68

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-akkwist, iż-żamma, l-użu u t-tiswija ta' vetturi (il-flotta tal-karozzi u tar-roti) u l-kiri ta' vetturi, taxis, kowċis u trakkijiet, b'xufier jew mingħajru, inkluża l-assigurazzjoni li tikkorrispondi ma' dawn u spejjeż oħra ta' ġestjoni. Fit-tiġdid tal-flotta tal-karozzi u fix-xiri, fil-lokazzjoni jew fil-kiri tal-vetturi, tingħata preferenza għall-vetturi li l-inqas iniġġsu, bħall-vetturi ibridi.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100 000.

Kapitolu 2 3 — Nefqa amministrattiva kurrenti

Kummenti

Fil-qasam tal-akkwist pubbliku, l-istituzzjoni se tikkonsulta mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali miksuba minn kull istituzzjoni individwali.

Artikolu 2 3 0 — Kanċellerija, fornituri għall-uffiċċji u oġġetti għall-konsum diversi

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

1 440 000

1 449 500

1 299 846,57

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri x-xiri ta' karti, envelops, fornituri għall-uffiċċji, prodotti għat-tipografija u għall-istudjos tar-riproduzzjoni, eċċ. kif ukoll l-ispejjeż ta' ġestjoni relatati.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 10 000.

Artikolu 2 3 1 — Tariffi finanzjarji

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

60 000

60 000

40 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż bankarji (kummissjonijiet, aġġji ta' skambju, spejjeż diversi) u l-ispejjeż finanzjarji l-oħra, fosthom l-ispejjeż anċillari marbuta mal-finanzjament tal-bini.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Artikolu 2 3 2 — Spejjeż legali u danni

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

1 545 000

1 010 000

531 406,12

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  l-ispejjeż li l-Parlament Ewropew jista' jiġi obbligat iħallas mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Qorti Ġenerali jew mill-qrati nazzjonali,

—  in-nefqiet għas-servizzi ta' avukati esterni li jirrappreżentaw lill-Parlament Ewropew fil-qrati tal-Unjoni u nazzjonali, kif ukoll in-nefqiet għas-servizzi ta' konsulenti legali jew esperti biex jgħinu lis-Servizz Legali,

—  ir-rifużjoni ta' spejjeż għas-servizzi ta' avukati fil-kuntest tal-proċeduri dixxiplinari u simili,

—  spejjeż ta' danni u interessi,

—  l-ammont tal-kumpensi approvati bi ftehim bonarju, skont l-applikazzjoni tal-Kapitolu 11 tat-Titolu III tar-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Artikolu 2 3 6 — Servizzi postali u ta' kunsinna

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

337 000

271 000

160 116,73

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri t-tariffi postali, l-ipproċessar u l-kunsinna ta' oġġetti permezz tas-servizzi postali nazzjonali jew permezz ta' kumpaniji ta' kurrieri.

Hija wkoll maħsuba biex tkopri servizzi pprovduti fil-qasam tal-posta.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 25 000.

Artikolu 2 3 7 — Rilokazzjonijiet

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

3 180 000

2 490 000

1 324 850,37

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xogħol tar-rilokazzjoni u tal-manutenzjoni magħmula permezz ta' kumpaniji ta' rilokazzjoni jew minn persunal temporanju pprovdut minn aġenziji esterni.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Artikolu 2 3 8 — Nefqiet amministrattivi oħra

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

1 591 000

1 560 000

1 128 227,88

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  l-assigurazzjonijiet li mhumiex previsti b'mod speċifiku f'xi partita oħra;

—  l-akkwist u l-manutenzjoni ta' uniformijiet għall-uxxiera, għax-xufiera, għar-receptionists, għall-ħaddiema tal-imħażen, għall-persuni li jaħdmu fil-ġarr u l-persunal impjegat fl-Unità taż-Żjarat u s-Seminars, fis-servizz tal-Parlamentarium, fis-servizzi mediċi, fis-servizzi ta' sigurtà, fis-servizzi ta' manutenzjoni tal-bini u fis-servizzi tekniċi differenti,

—  nefqa varja għall-operat u l-ġestjoni, inklużi l-ispejjeż ta' ġestjoni mħallsa lill-PMO fir-rigward tal-pensjonijiet statutorji tal-ex Membri, l-ispejjeż relatati mal-kontroll tas-sigurtà tal-persuni esterni li jaħdmu fil-bini jew fis-sistemi tal-Parlament Ewropew, l-akkwist ta' proprjetà mobbli jew ta' servizzi mhux speċifikament previsti f'partita oħra,

—  l-akkwist varju marbut mal-attivitajiet tal-Iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (kampanji promozzjonali, eċċ.).

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Artikolu 2 3 9 — L-attivitajiet tal-EMAS, inkluż il-promozzjoni, u l-iskema tal-Parlament Ewropew ta' kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

262 500

262 500

196 961,24

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa relatata mal-attivitajiet tal-EMAS li jimmiraw li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-Parlament Ewropew, inkluż il-promozzjoni ta' dawn l-attivitajiet, u għall-iskema tal-Parlament Ewropew ta' kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Titolu 3 — Nefqa li tirriżulta minn funzjonijiet ġenerali tal-istituzzjoni

Kapitolu 3 0 — Laqgħat u konferenzi

Artikolu 3 0 0 — Spejjeż għall-missjonijiet tal-persunal u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

27 010 000

29 673 000

26 449 999,95

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa marbuta mal-ivvjaġġar magħmul mill-persunal tal-istituzzjoni, mill-esperti nazzjonali sekondati, trainees u persunal ta' istituzzjonijiet Ewropej jew internazzjonali oħra mistiedna mill-istituzzjoni mill-post tal-impjieg lejn xi wieħed mit-tliet postijiet ta' xogħol tal-Parlament Ewropew (Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu) u għal missjonijiet lejn kull post ieħor barra mit-tliet postijiet ta' xogħol. In-nefqa koperta hija spejjeż tat-trasport, il-ħlas ta' allowances ta' kuljum, l-ispejjeż ta' akkomodazzjoni u l-allowances ta' kumpens għal xogħol li jsir barra l-ħinijiet normali. Spejjeż anċillari (fosthom il-kanċellazzjoni ta' biljetti tat-trasport u ta' riżervazzjonijiet ta' akkomodazzjoni, l-ispejjeż marbuta mas-sistema ta' fatturazzjoni elettronika, l-ispejjeż marbuta mal-assigurazzjoni għall-missjonijiet) huma koperti wkoll.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa marbuta mal-possibilità ta' kumpens għall-emissjoni tal-karbonju għall-missjonijiet u vjaġġar tal-persunal.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 200 000.

Bażi ġuridika

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu u l-Artikoli 11, 12 u 13 tal-Anness VII tiegħu.

Artikolu 3 0 2 — Spejjeż għal riċevimenti u rappreżentanza

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

1 000 000

1 045 000

698 664,49

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  in-nefqa marbuta mal-obbligi tal-istituzzjoni rigward riċevimenti, inklużi dawk marbuta mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-għażliet xjentifiċi u teknoloġiċi (STOA), ta' attivitajiet ta' prospettiva oħrajn, kif ukoll spejjeż ta' rappreżentanza għall-Membri tal-Parlament Ewropew,

—  l-ispejjeż ta' rappreżentanza tal-President fil-vjaġġi tiegħu barra mill-postijiet tax-xogħol,

—  l-ispejjeż ta' rappreżentanza u l-parteċipazzjoni fl-ispejjeż tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-President,

—  l-ispejjeż ta' riċeviment u ta' rappreżentanza tas-Segretarjat Ġenerali, fosthom ix-xiri ta' oġġetti u ta' midalji għall-uffiċjali li laħqu l-ħmistax-il sena jew il-ħamsa u għoxrin sena servizz,

—  l-ispejjeż diversi tal-protokoll, bħal bnadar, apparat tal-wiri, inviti, stampar ta' menus, eċċ.,

—  l-ispejjeż ta' vjaġġi u sussistenza li jkollhom il-viżitaturi VIP tal-istituzzjoni,

—  l-ispejjeż tal-viża tal-Membri Parlamentari u tal-membri tal-persunal tal-Parlament Ewropew relatati mal-vjaġġi uffiċjali,

—  l-ispejjeż għal riċevimenti u rappreżentanza u l-ispejjeż l-oħra speċifiċi għall-Membri Parlamentari li għandhom funzjoni uffiċjali fi ħdan il-Parlament Ewropew.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Artikolu 3 0 4 — Spejjeż varji għal laqgħat

Partita 3 0 4 0 — Spejjeż varji għal laqgħat interni

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

1 100 000

1 230 000

1 145 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta ma' xarbiet, u kultant ikliet ħfief, servuti fil-laqgħat tal-Parlament Ewropew jew waqt laqgħat interistituzzjonali organizzati fil-binjiet tiegħu, kif ukoll il-ġestjoni ta' dawn is-servizzi.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Partita 3 0 4 2 — Laqgħat, kungressi, konferenzi u delegazzjonijiet

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

2 010 000

2 515 000

1 762 468,81

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri partikolarment l-ispejjeż, barra minn dawk koperti mill-Kapitolu 1 0 u mill-Artikolu 3 0 0, marbuta:

—  mal-organizzazzjoni ta' laqgħat barra mill-postijiet tax-xogħol (kumitati jew id-delegazzjonijiet tagħhom, gruppi politiċi), inklużi, fejn xieraq, spejjeż ta' rappreżentanza,

—  mal-organizzazzjoni tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet ad hoc, tal-kumitati parlamentari konġunti, tal-kumitati parlamentari ta' kooperazzjoni u tad-delegazzjonijiet parlamentari għad-WTO, kif ukoll il-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO u tal-Kumitat ta' Tmexxija tagħha,

—  mal-organizzazzjoni tad-delegazzjonijiet għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, tal-Assemblea Parlamentari EuroLat, tal-Assemblea Parlamentari Euronest u tal-korpi tagħhom,

—  mal-organizzazzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (APUgħM), tal-kumitati tagħha u tal-Bureau tagħha; dawn in-nefqiet fihom il-kontribuzzjoni tal-Parlament Ewropew għall-baġit tas-segretarjat awtonomu tal-APUgħM jew ir-responsabilità diretta tal-ispejjeż li jirrappreżentaw is-sehem tal-Parlament Ewropew għall-baġit tal-APUgħM,

—  mal-ħlasijiet ta' affiljazzjoni tal-organizzazzjonijiet internazzjonali li tagħhom il-Parlament jew wieħed mill-korpi tiegħu huwa membru (l-Unjoni Interparlamentari, l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Ġenerali tal-Parlamenti, il-Grupp 12+ tal-Unjoni Interparlamentari),

—  mar-rimborż lill-Kummissjoni, abbażi ta' ftehim ta' servizz iffirmat bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, tas-sehem tal-Parlament Ewropew mill-ispejjeż tal-produzzjoni tal-laissez-passer tal-Unjoni Ewropea (tagħmir, persunal u provvisti), f'konformità mal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 6), għall-Artikolu 23 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 11 u 81 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1417/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-forma tal-laissez-passer maħruġin mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 353, 28.12.2013, p. 26).

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Partita 3 0 4 9 — Nefqa għall-aġenziji tal-ivvjaġġar

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

2 510 000

2 230 000

2 080 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-operat tal-aġenzija tal-ivvjaġġar li għandha kuntratt mal-Parlament Ewropew.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 6 000.

Kapitolu 3 2 — Għarfien espert u informazzjoni: akkwistar, arkivjar, produzzjoni u disseminazzjoni

Artikolu 3 2 0 — Akkwist tal-opinjoni tal-esperti

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

6 171 000

8 200 350

6 014 129,02

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  l-ispejjeż ta' kuntratti ma' esperti kwalifikati u istituti ta' riċerka għall-istudji u l-attivitajiet l-oħra ta' riċerka (sessjonijiet ta' ħidma, diskussjonijiet madwar mejda, gruppi ta' esperti u seduti ta' smigħ ma' esperti, konferenzi) magħmula mill-korpi tal-Parlament Ewropew għall-kumitati parlamentari, id-delegazzjonijiet parlamentari u l-amministrazzjoni,

—  l-akkwist jew il-kiri ta' sorsi ta' informazzjoni speċjalizzata, bħal bażijiet tad-data speċjalizzati, pubblikazzjonijiet relatati jew appoġġ tekniku, meta tkun meħtieġa bħala komplement għall-kuntratti għal għarfien espert imsemmija hawn fuq,

—  l-ispejjeż għall-ivvjaġġar, għas-soġġorn u nfiq ieħor tal-esperti u personalitajiet oħra, inklużi persuni li jressqu petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew, li jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fil-kumitati, fid-delegazzjonijiet u fil-gruppi ta' studju u fil-laqgħa ta' gruppi ta' ħidma, kif ukoll fis-sessjonijiet ta' ħidma,

—  l-ispejjeż tad-disseminazzjoni ta' prodotti tar-riċerka parlamentari interna jew esterna u ta' prodotti rilevanti oħra, għall-benefiċċju tal-istituzzjoni u tal-pubbliku (b'mod partikolari permezz tal-pubblikazzjonijiet fuq l-internet, ta' bażijiet ta' data interni, fuljetti u pubblikazzjonijiet),

—  in-nefqa sabiex jissejħu persuni esterni biex jieħdu sehem fix-xogħol ta' entitajiet bħall-Bord tad-Dixxiplina jew il-Bord Speċjalizzat dwar l-Irregolaritajiet Finanzjarji,

—  il-kost tal-kontroll, min-naħa ta' fornituri ta' servizz, tal-veradiċità tad-dokumenti mressqa mill-kandidati għar-reklutaġġ.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 50 000.

Artikolu 3 2 1 — Nefqa għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, inklużi l-bibljoteka, l-arkivji storiċi, il-valutazzjoni tal-għażliet xjentifiċi u teknoloġiċi (STOA) u ċ-Ċentru Ewropew tal-Midja Xjentifika

Partita 3 2 1 0 — Nefqa għas-servizzi ta' riċerka parlamentari, inklużi l-bibljoteka, l-arkivji storiċi, u l-valutazzjoni tal-għażliet xjentifiċi u teknoloġiċi (STOA)

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

7 460 000

7 603 800

7 437 151,03

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa għall-ħidma ta' DĠ EPRS, b'mod partikolari:

—  l-akkwist tal-għarfien speċjalizzat u ta' sostenn għal attivitajiet ta' riċerka tal-Parlament Ewropew (inkluż artikli, studji, sessjonijiet ta' ħidma, seminars, diskussjonijiet madwar mejda, gruppi ta' esperti u konferenzi), li jistgħu jsiru jekk meħtieġ flimkien ma' istituzzjonijiet oħra, organizzazzjonijiet internazzjonali, dipartimenti tar-riċerka u bibljoteki tal-parlamenti nazzjonali, gruppi ta' riflessjoni, korpi ta' riċerka u esperti kwalifikati oħra,

—  l-akkwist tal-għarfien speċjalizzat fl-oqsma tal-istudju tal-impatt/valutazzjoni ex ante u ex post, tal-valur miżjud Ewropew, u tal-valutazzjoni tal-għażliet xjentifiċi u teknoloġiċi (STOA),

—  l-akkwist jew il-kiri ta' kotba, rivisti, ġurnali, bażijiet ta' data, prodotti tal-aġenziji tal-istampa u kwalunkwe mezz ta' informazzjoni mmirat għall-bibljoteka f'formati differenti, inkluż l-ispejjeż tad-drittijiet tal-awtur, is-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità, il-materjali u x-xogħol tal-legatura u tal-konservazzjoni, u ta' servizzi rilevanti oħra,

—  il-kost tas-servizzi esterni tal-arkivjar (organizzazzjoni, għażla, deskrizzjoni, trasferiment fuq mezzi differenti u għal forma mingħajr karta, l-akkwist ta' sorsi tal-arkivji primarji),

—  l-akkwist, l-iżvilupp, l-installazzjoni, l-operat u l-manutenzjoni ta' dokumentazzjoni speċjali ta' bibljoteka u tal-arkivjar u ta' materjali speċjali ta' medjateka, inkluż materjali u/jew sistemi elettroniċi u informatiċi, kif ukoll materjali għal-legatura u l-konservazzjoni,

—  l-ispejjeż tad-disseminazzjoni ta' prodotti tar-riċerka parlamentari interna jew esterna u ta' prodotti rilevanti oħra, għall-benefiċċju tal-istituzzjoni u tal-pubbliku (b'mod partikolari permezz tal-pubblikazzjonijiet fuq l-internet, ta' bażijiet ta' data interni, fuljetti u pubblikazzjonijiet),

—  l-ispejjeż tal-vjaġġi, tas-soġġorn u aċċessorji tal-esperti u tal-awturi mistiedna biex jipparteċipaw għall-preżentazzjonijiet, is-seminars, is-sessjonijiet ta' ħidma jew attivitajiet oħra ta' dan it-tip organizzati minn DĠ EPRS,

—  il-parteċipazzjoni tal-grupp tal-valutazzjoni tal-għażliet xjentifiċi u teknoloġiċi (STOA) fl-attivitajiet ta' entitajiet xjentifiċi Ewropej u internazzjonali,

—  l-obbligi tal-Parlament Ewropew skont il-ftehimiet ta' kooperazzjoni internazzjonali u/jew interistituzzjonali, inkluża l-kontribuzzjoni tal-Parlament Ewropew għall-ispejjeż marbuta mal-ġestjoni tal-arkivji storiċi tal-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83 tal-1 ta' Frar 1983 dwar il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 43, 15.2.1983, p. 1).

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tat-28 ta' Novembru 2001 dwar regoli li jirregolaw l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, kif emendata l-aħħar fit-22 ta' Ġunju 2011 (ĠU C 216, 22.7.2011, p. 19).

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar regoli dwar l-arkivji tal-Parlament Ewropew, kif ikkonsolidata fit-3 ta' Mejju 2004.

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta' Marzu 2014 dwar proċeduri li jirregolaw l-akkwist mill-Parlament Ewropew ta' arkivji privati tal-Membri u l-ex Membri.

Atti ta' referenza

Partita 3 2 1 1 — Nefqa għaċ-Ċentru Ewropew tal-Midja Xjentifika

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

1 600 000

800 000

0,—

Kummenti

Partita ġdida (ex Artikolu 3 2 6)

Sabiex jitrawwem djalogu li jħalli l-frott bejn il-Membri tal-Parlament Ewropew, il-komunità xjentifika u l-ġurnalisti, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-iżviluppi li għaddejjin u mal-attwalitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi, il-Parlament Ewropew jista' jibbenefika minn struttura ddedikata u awtorevoli li tappoġġa d-diskussjoni, it-taħriġ u t-tixrid ta' informazzjoni tal-għarfien f'dan il-qasam. Iċ-Ċentru Ewropew tal-Midja Xjentifika twaqqaf għal dan l-għan, u l-operat tiegħu huwa taħt l-awtorità tal-Kumitat STOA tal-Parlament Ewropew.

L-approprjazzjonijiet allokati skont din il-partita, li huma maħsuba sabiex jiżviluppaw l-attivitajiet fl-interfaċċja bejn il-Parlament Ewropew, il-komunità xjentifika u l-midja, ser ikopru l-ispejjeż taċ-Ċentru Ewropew tal-Midja Xjentifika, bl-għan li jippromwovu networking, taħriġ u d-disseminazzjoni tal-għarfien, billi pereżempju:

—  joħolqu u jżommu netwerks fl-interfaċċja bejn il-Parlament Ewropew, il-komunità xjentifika u l-midja,

—  jorganizzaw seminars, konferenzi u korsijiet ta' taħriġ, dwar l-iżviluppi li għaddejjin u l-attwalitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi, u dwar in-natura u l-effikaċja tal-ġurnaliżmu xjentifiku,

—  jużaw l-informazzjoni u l-analiżi minn esperti, id-dinja akkademika, il-midja u sorsi oħra fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija għall-benefiċċju ta' dawk li jfasslu l-politika u taċ-ċittadini,

—  iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali r-riċerka u d-diversi dokumenti tal-Parlament Ewropew fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija permezz ta' mezzi bil-miktub, awdjoviżivi u oħra,

—  jiżviluppaw tekniki u metodi biex tiżdied il-kapaċità li wieħed jidentifika u jxerred sorsi affidabbli fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija,

—  jiffaċilitaw, għall-iskopijiet ta' dan id-djalogu, l-installazzjoni, it-titjib u l-użu ta' tagħmir tekniku modern u faċilitajiet għall-midja,

—  jiżviluppaw il-kooperazzjoni u r-rabtiet aktar mill-qrib b'mod aktar ġenerali bejn il-Parlament Ewropew, il-midja, l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka rilevanti f'dan il-qasam, inkluż permezz ta' promozzjoni fil-midja tar-rwol u l-ħidma taċ-Ċentru Ewropew tal-Midja Xjentifika, kif ukoll l-aċċessibilità tiegħu għaċ-ċittadini.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016 (ĠU C 346, 21.9.2016, p. 188), u b'mod partikolari l-paragrafu 30 tagħha.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' April 2016 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2017 (Testi adottati, P8_TA(2016) 0132), u b'mod partikolari l-paragrafu 54 tagħha.

Atti ta' referenza

Artikolu 3 2 2 — Nefqa għad-dokumentazzjoni

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

2 592 000

2 431 500

2 180 090,85

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  l-abbonamenti għall-ġurnali, perjodiċi u aġenziji tal-informazzjoni, għall-pubblikazzjonijiet u s-servizzi online tagħhom, inklużi l-ispejjeż tad-dritt tal-awtur għar-riproduzzjoni u d-disseminazzjoni bil-miktub u/jew b'mod elettoniku ta' dawn l-abbonamenti u l-kuntratti tas-servizz għall-analiżi tal-istampa u għas-siltiet mill-istampa,

—  l-abbonamenti jew il-kuntratti ta' servizz għall-forniment ta' sommarji u analiżi tal-kontenut tal-perjodiċi jew il-ħażna ta' artikoli meħuda minn sorsi ta' dan it-tip fuq midja viżiva,

—  l-ispejjeż marbuta mal-użu ta' bażijiet tad-data esterni tad-dokumentazzjoni u tal-istatistika (minbarra l-hardware, u l-infiq għat-telekomunikazzjoni),

—  l-akkwist jew is-sostituzzjoni ta' dizzjunarji u glossarji ġodda ta' kull tip, anke għat-taqsimiet tal-lingwi l-ġodda, u xogħlijiet oħra għas-servizzi lingwistiċi u għall-Unitajiet tal-Kwalità Leġiżlattiva.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Artikolu 3 2 3 — Appoġġ għad-demokrazija u l-bini tal-kapaċitajiet għall-parlamenti tal-pajjiżi terzi

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

1 120 000

1 230 000

949 050,13

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  in-nefqa fuq programmi għall-iskambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni, b'mod partikolari tal-Balkani tal-Punent u tat-Turkija,

—  in-nefqa li ssir għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u parlamenti nazzjonali eletti demokratikament tal-pajjiżi terzi (għajr dawk imsemmija fl-inċiż preċedenti) kif ukoll ma' organizzazzjonijiet parlamentari reġjonali korrispondenti. L-attivitajiet ikkonċernati huma partikolarment maħsuba għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet parlamentari fid-demokraziji l-ġodda u emerġenti, b'mod partikolari fil-Viċinat Ewropew (tan-Nofsinhar u tal-Lvant),

—  in-nefqa fuq il-promozzjoni ta' attivitajiet b'appoġġ għall-medjazzjoni, u programmi għal mexxejja politiċi żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi fil-Viċinat Ewropew estiż: il-Magreb, l-Ewropa tal-Lvant u r-Russja, id-Djalogu Iżraelo-Palestinjan u pajjiżi prijoritarji oħrajn deċiżi mill-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet,

—  in-nefqa għall-organizzazzjoni tal-premju Sakharov (b'mod partikolari l-ammont tal-premju, l-ispejjeż marbuta mal-ivvjaġġar tar-rebbieħ(a) u tal-kandidati finalisti l-oħrajn u tal-akkoljenza tagħhom, l-ispejjeż tal-operat tan-netwerk ta' Sakharov u l-missjonijiet tal-membri tan-netwerk) u għal attivitajiet li għandhom l-għan li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem.

Dawn l-attivitajiet jinkludu ż-żjarat ta' informazzjoni fil-Parlament Ewropew fi Brussell, fil-Lussemburgu jew fi Strasburgu, kif ukoll żjarat fl-Istati Membri u fl-Istati terzi. Din l-approprjazzjoni tkopri l-ispejjeż totali jew parti minnhom tal-parteċipanti, partikolarment il-vjaġġi u n-nefqiet marbuta magħhom, l-akkomodazzjoni u l-allowance għas-sussistenza għal kull jum.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta' Diċembru 2011 li tistabbilixxi d-Direttorat għas-Sostenn għad-Demokrazija fid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3 2 4 — Produzzjoni u tixrid

Partita 3 2 4 0 — Il-Ġurnal Uffiċjali

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

800 000

830 000

3 985 315,20

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri is-sehem tal-istituzzjoni min-nefqa ta' pubblikazzjoni, ta' tixrid u ta' spejjeż oħra anċillari tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet fir-rigward tat-testi li għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Partita 3 2 4 1 — Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

4 225 300

4 307 640

3 883 265,51

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  in-nefqiet kollha għall-pubblikazzjoni b'mod diġitali (siti tal-Intranet) u tradizzjonali (dokumenti u materjal stampat varji maħruġa b'sottokuntratt), inkluża d-distribuzzjoni,

—  l-aġġornament u l-manutenzjoni evoluttiva u korrettiva tas-sistemi editorjali.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 11 000.

Partita 3 2 4 2 — Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet pubbliċi

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

27 210 000

45 475 000

29 151 133,57

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  in-nefqiet ta' komunikazzjoni relatata mal-valuri tal-istituzzjoni permezz ta' pubblikazzjonijiet ta' tagħrif, inklużi l-pubblikazzjonijiet elettroniċi, l-attivitajiet marbuta mat-tagħrif, ir-relazzjonijiet pubbliċi u l-parteċipazzjoni fil-manifestazzjonijiet pubbliċi, f'wirjiet u f'fieri fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ta' adeżjoni kif ukoll fil-pajjiżi li fihom il-Parlament Ewropew għandu uffiċċju ta' kollegament, kif ukoll l-iżvilupp ta' għodod u istrumenti li jkollhom l-għan li jsaħħu u jiffaċilitaw l-aċċessibbiltà tiegħu għall-pubbliku permezz ta' tagħmir mobbli;

—  il-kost tal-inizjattivi kulturali ta' interess Ewropew, bħall-Premju LUX tal-Parlament Ewropew għaċ-ċinema Ewropew;

—  il-kost tal-organizzazzjoni u r-realizzazzjoni ta' avvenimenti mmirati għaż-żgħażagħ, it-tisħiħ tal-viżibilità tal-Parlament fuq il-midja soċjali, il-ħidma ta' osservazzjoni tat-tendenzi fost iż-żgħażagħ;

—  il-kost marbut mal-internet mobbli, mat-tekniki interattivi, mal-ispazji li jiffavorixxu s-soċjalizzazzjoni, mal-pjattaformi kollaborattivi u mat-tibdil fl-imġiba tal-utenti tal-internet bil-għan li l-Parlament Ewropew jitqarreb lejn iċ-ċittadin;

—  il-kost marbut mal-produzzjoni, mad-distribuzzjoni u mal-hosting min-naħa tal-Parlament Ewropew tal-filmati għall-internet u ta' materjal multimedjali ieħor lest għax-xandir, skont l-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 50 000.

Partita 3 2 4 3 — Ċentri għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

15 667 000

15 245 000

10 807 428,96

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-installazzjonijiet, il-materjali u l-wirjiet fiċ-Ċentri għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew, u speċifikament:

—  il-Parlamentarium — Ċentru għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew ta' Brussell;

—  l-ispazji ta' akkoljenza, iċ-ċentri "Europa Experience" u l-punti ta' informazzjoni esterni minn Brussell;

—  l-attivitajiet ta' Dar l-Istorja Ewropea, bħas-sistemazzjoni interna speċifika, l-akkwist tal-kollezzjonijiet, l-ispiża għall-kuntratti mal-esperti kwalifikati, l-organizzazzjoni tal-wirjiet u l-ispejjeż operattivi inklużi l-ispejjeż relatati max-xiri ta' kotba, rivisti u pubblikazzjonijiet oħra marbuta mal-attività ta' Dar l-Istorja Ewropea;

—  in-nefqiet għall-opri tal-arti tal-Parlament Ewropew, kemm l-ispejjeż għall-akkwist kif ukoll dawk għax-xiri ta' materjal speċifiku, kif ukoll l-ispejjeż kurrenti marbuta magħhom, bħall-ispejjeż għal konsulenza, konservazzjoni, gwarniċi, restawr, tindif u assigurazzjoni, kif ukoll spejjeż għat-trasport okkażjonali.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 4 000 000.

Partita 3 2 4 4 — L-organizzazzjoni u l-ospitalità ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

29 820 000

32 336 000

32 160 049,06

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-sussidji mogħtija lill-gruppi ta' viżitaturi u l-ispejjeż ta' sorveljanza u ta' infrastruttura marbuta magħhom, il-finanzjament ta' korsijiet għall-multiplikaturi tal-opinjoni ta' pajjiżi terzi (EUVP) u l-ispejjeż għall-funzjonament tal-programmi Euroscola, Euromed-Scola u Euronest-Scola. Il-programmi Euromed-Scola u Euronest-Scola jsiru kull sena, alternattivament, fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu jew fi Brussell, minbarra fis-snin elettorali.

Din l-approprjazzjoni għandha tiżdied kull sena fuq il-bażi ta' deflatur li jqis il-varjazzjonijiet tal-introjtu nazzjonali gross (ING) u tal-prezzijiet.

Kull Membru tal-Parlament Ewropew għandu d-dritt jistieden, kull sena ta' kalendarju, massimu ta' ħames gruppi, għal total ta' 110 viżitaturi. Il-gruppi ta' viżitaturi uffiċjalment sponsorizzati minn Membru, jistgħu, fuq stedina ta' dan l-aħħar, jipparteċipaw fil-programm Euroscola.

Ammont xieraq huwa inkluż għall-viżitaturi b'diżabilità.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 200 000.

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar regoli li jirregolaw l-akkoljenza ta' gruppi ta' viżitaturi u l-programmi Euroscola, Euromed-Scola u Euronest-Scola, kif ikkonsolidata fit-3 ta' Mejju 2004, emendata l-aħħar fl-24 ta' Ottubru 2016.

Partita 3 2 4 5 — L-organizzazzjoni ta' symposia, seminars u attivitajiet kulturali

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

2 608 000

3 249 100

4 357 473,60

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  in-nefqa jew is-sussidji marbuta mal-organizzazzjoni ta' symposia u seminars nazzjonali jew internazzjonali għall-multiplikaturi tal-opinjonijiet li ġejjin mill-Istati Membri, mill-pajjiżi fil-proċess ta' adeżjoni u mill-pajjiżi li fihom il-Parlament Ewropew għandu Uffiċċju ta' Kollegament, l-ispiża għall-organizzazzjoni ta' symposia u seminars parlamentari,

—  in-nefqiet marbuta ma' avvenimenti speċjali fl-emiċikli, fi Strasburgu u fi Brussell, skont il-programm annwali adottat mill-Bureau,

—  miżuri u għodod ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-konferenzi u għall-multilingwiżmu, bħal seminars u konferenzi, laqgħat b'dawk responsabbli mit-taħriġ ta' interpreti jew tradutturi, miżuri u azzjonijiet għas-sensibilizzazzjoni dwar il-multilingwiżmu u għall-promozzjoni tal-professjoni ta' interpretu jew ta' traduttur, inkluż programm ta' għotjiet għall-universitajiet, l-iskejjel u organizzazzjonijiet oħra li joffru korsijiet għall-interpretazzjoni jew it-traduzzjoni, soluzzjonijiet ta' komunikazzjoni virtwali, kif ukoll il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet u f'miżuri simili organizzati b'mod konġunt ma' servizzi oħra fil-kuntest ta' kooperazzjoni interistituzzjonali u internazzjonali,

—  in-nefqiet marbuta mal-organizzazzjoni ta' symposia u seminars relatati mat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni,

—  l-ispejjeż marbuta mal-istedina ta' ġurnalisti fis-seduti plenarji, fil-laqgħat tal-kumitati, fil-konferenzi stampa u f'attivitajiet parlamentari oħrajn.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 25 000.

Partita 3 2 4 8 — Nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

16 615 000

14 555 000

12 827 361,73

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  ix-xiri, il-kiri, il-manutenzjoni, it-tiswija u l-ġestjoni ta' apparat u ta' installazzjonijiet tekniċi tas-settur awdjoviżiv,

—  il-baġit operattiv tas-settur awdjoviżiv (servizzi taħt ir-reġija proprja u assistenza esterna bħal servizzi tekniċi lill-istazzjonijiet televiżivi u tar-radju, ir-realizzazzjoni, il-produzzjoni, il-koproduzzjoni u x-xandir ta' programmi awdjoviżivi, kiri ta' frekwenzi u trażmissjoni ta' programmi televiżivi u tar-radju, azzjonijiet oħra ta' żvilupp tar-relazzjonijiet tal-istituzzjoni mal-entitajiet tax-xandir awdjoviżiv),

—  in-nefqiet marbuta max-xandir dirett, fuq l-internet, tas-seduti plenarji u tal-laqgħat tal-kumitati parlamentari,

—  il-ħolqien ta' arkivji xierqa li jiżguraw l-aċċess permanenti tal-midja u taċ-ċittadini għal din l-informazzjoni,

—  in-nefqiet marbuta mas-sala stampa.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 50 000.

Bażi ġuridika

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2002 dwar il-linji ta' gwida dwar il-proċedura baġitarja 2003 (ĠU C 47 E, 27.2.2003, p. 72).

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2002 dwar l-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU C 180 E, 31.7.2003, p. 150).

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2003 dwar l-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2004 (ĠU C 67 E, 17.3.2004, p. 179).

Partita 3 2 4 9 — Skambji ta' informazzjoni mal-parlamenti nazzjonali

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

165 000

205 000

102 231,68

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

—  l-ispejjeż għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali. Dawn huma marbuta mar-relazzjonijiet parlamentari minbarra dawk koperti mill-Kapitoli 1 0 u 3 0, l-iskambji ta' informazzjoni u ta' dokumentazzjoni, l-assistenza għall-analiżi u għall-ġestjoni ta' din l-informazzjoni, inklużi l-iskambji maċ-Ċentru Ewropew tar-Riċerka u tad-Dokumentazzjoni Parlamentari (ĊERDP),

—  il-finanzjament tal-programmi ta' kooperazzjoni u tal-iskemi ta' formazzjoni għall-uffiċjali tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali u, b'mod ġenerali, tal-attivitajiet sabiex isaħħu l-kapaċitajiet parlamentari tagħhom.

Dawn l-iskemi ta' taħriġ jinkludu żjarat ta' informazzjoni fil-Parlament Ewropew fi Brussell, fil-Lussemburgu u fi Strasburgu; l-approprjazzjonijiet ikopru l-ispejjeż kollha tal-parteċipanti jew parti minnhom, b'mod partikolari l-vjaġġi u n-nefqiet marbuta magħhom, l-akkomodazzjoni u l-allowance għas-sussistenza għal kull jum,

—  l-azzjonijiet ta' kooperazzjoni, partikolarment dawk marbuta mal-ħidma leġiżlattiva kif ukoll l-azzjonijiet marbuta mal-attività ta' dokumentazzjoni, analiżi u informazzjoni, u dik tas-sigurtà tad-dominju www.ipex.eu, inklużi l-azzjonijiet imwettqa miċ-ĊERDP.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-kooperazjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fl-iskrutinju parlamentari tal-PESK/PSDK, skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

Konferenzi tal-Presidenti tal-Assemblej Parlamentari Ewropej (Ġunju 1977) u tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea (Settembru 2000, Marzu 2001).

Artikolu 3 2 5 — Nefqa relatata mal-Uffiċċji ta' Kollegament

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

7 770 000

7 800 000

741 880,94

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqiet tal-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri:

—  nefqiet għall-komunikazzjoni u għall-informazzjoni (informazzjoni u manifestazzjonijiet pubbliċi; internet — produzzjoni, promozzjoni, konsulenza; seminars; produzzjonijiet awdjoviżivi),

—  spejjeż ġenerali u spejjeż żgħar oħra (fornituri għall-uffiċċji, it-telekomunikazzjonijiet, spejjeż ta' spedizzjoni, manutenzjoni, trasport, ħżin, oġġetti promozzjonali ġeneriċi, bażijiet tad-data u abbonamenti mal-istampa, eċċ.).

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 10 000.

Titolu 4 — Nefqa li tirriżulta minn funzjonijiet speċjali li jsiru mill-istituzzjoni

Kapitolu 4 0 — Nefqa relatata ma' ċerti istituzzjonijiet u ma' ċerti korpi

Artikolu 4 0 0 — Nefqa amministrattiva kurrenti u nefqa marbuta mal-attivitajiet politiċi ta' informazzjoni tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

60 480 000

63 000 000

60 046 300,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri, għall-gruppi politiċi u għall-membri mhux affiljati:

—  in-nefqiet tas-segretarjat, amministrattivi u operattivi,

—  in-nefqiet marbuta mal-attivitajiet politiċi u informattivi tagħhom fil-qafas tal-attivitajiet politiċi tal-Unjoni.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 1 000 000.

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tat-30 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli li jirregolaw l-utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-linja baġitarja 4 0 0, kif emendata l-aħħar fis-27 ta' April 2015.

Artikolu 4 0 2 — Finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

50 000 000

32 447 000

30 873 074,90

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-partiti politiċi fil-livell Ewropew. Huwa imperattiv li jiġu żgurati governanza tajba u skrutinju rigoruż tal-użu tal-fondi.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu.

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu.

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU C 205, 29.6.2017, p. 2).

Artikolu 4 0 3 — Finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

19 700 000

19 323 000

18 895 547,23

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew. Huwa imperattiv li jiġu żgurati governanza tajba u skrutinju rigoruż tal-użu tal-fondi.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu.

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu.

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU C 205, 29.6.2017, p. 2).

Kapitolu 4 2 — Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari

Artikolu 4 2 2 — Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

209 160 000

208 171 000

200 971 143,35

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta mal-persunal u mal-fornituri tas-servizz responsabbli għall-assistenza parlamentari għall-Membri tal-Parlament, kif ukoll l-ispejjeż relatati mal-aġenti tal-ħlas.

Tkopri wkoll l-ispejjeż tal-missjonijiet u tat-taħriġ (korsijiet esterni) tal-assistenti parlamentari akkreditati kif ukoll in-nefqiet marbuta mal-possibbiltà ta' kumpens tal-emissjoni tal-karbonju għall-missjonijiet u għall-vjaġġi tagħhom.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba wkoll biex tkopri d-differenzi tal-kambju mill-baġit tal-Parlament Ewropew, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għar-rimborż tal-ispejjeż tal-assistenza parlamentari, kif ukoll l-ispejjeż marbutin mal-forniment ta' servizzi ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-assistenza parlamentari.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 775 000.

Bażi ġuridika

L-Istatut tal-Membri għall-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu.

Il-Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 33 sa 44 tagħhom.

Il-Kundizzjonijiet applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 5a u l-Artikoli 125 sa 139 tagħhom.

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' April 2014 dwar miżuri ta' implimentazzjoni għat-Titolu VII tal-Kondizzjonijiet tal-Impieg ta' Aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea.

Kapitolu 4 4 — Laqgħat u attivitajiet oħra tal-Membri parlamentari attwali u tal-ex Membri

Artikolu 4 4 0 — Spejjeż għal-laqgħat u għal attivitajiet oħra tal-ex Membri Parlamentari

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

230 000

220 000

210 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-ispejjeż tal-laqgħat tal-Assoċjazzjoni tal-ex Membri tal-Parlament Ewropew u, skont il-każ, spejjeż oħra magħmula fl-istess kuntest.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Artikolu 4 4 2 — Nefqa għal-laqgħat u attivitajiet oħra tal-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

230 000

220 000

210 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-ispejjeż tal-laqgħat tal-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea u, skont il-każ, spejjeż oħra magħmula fl-istess kuntest.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Titolu 5 — L-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej u l-Kumitat ta' Persuni Eminenti Indipendenti

Kapitolu 5 0 — Nefqa tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej u tal-Kumitat ta' Persuni Eminenti Indipendenti

Artikolu 5 0 0 — Nefqa operattiva tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u tiżgura l-funzjonament sħiħ u indipendenti tagħha.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) u (7) tiegħu.

Artikolu 5 0 1 — Nefqa relatata mal-Kumitat ta' Persuni Eminenti Indipendenti

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa tas-segretarjat u tal-finanzjament tal-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100.

Bażi ġuridika

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu.

Titolu 10 — Infiq ieħor

Kapitolu 10 0 — Approprjazzjonijiet provviżorji

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

 

 

0,—

Kapitolu 10 1 — Riżerva ta' kontinġenza

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

18 525 000

1 000 000

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa mhux prevedibbli li tirriżulta mid-deċiżjonijiet baġitarji meħuda matul is-sena finanzjarja.

Kapitolu 10 3 — Riżerva għat-tkabbir

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tat-tħejjija tal-istituzzjoni għat-tkabbir.

Kapitolu 10 4 — Riżerva għall-politika tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa relatata mal-politika tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

Kapitolu 10 5 — Approprjazzjoni provviżorja għall-bini

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa marbuta mal-investimenti immobiljari u max-xogħlijiet ta' sistemazzjoni tal-istituzzjoni. Il-Bureau tal-Parlament Ewropew talab, fil-qasam tal-beni immobiljari, l-adozzjoni ta' strateġija fuq medda twila ta' żmien li tkun koerenti u responsabbli li tqis il-problema partikolari taż-żieda fl-ispejjeż tal-manutenzjoni, il-bżonnijiet ta' rinnovament u l-ispejjeż marbuta mas-sigurtà u tiżgura s-sostenibbiltà tal-baġit tal-Parlament Ewropew.

Kapitolu 10 6 — Riżerva għall-proġetti prijoritarji l-ġodda

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqiet marbuta mal-proġetti prijoritarji tal-istituzzjoni li qed jiġu żviluppati.

Kapitolu 10 8 — Riżerva tal-EMAS

Ċifri

Baġit 2019

Approprjazzjonijiet 2018

Eżitu 2017

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Bħala segwitu għad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Bureau għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-EMAS, b'mod partikolari wara l-evalwazzjoni tal-"carbon footprint" tal-Parlament Ewropew, din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex jiġu ffinanzjati l-intestaturi operazzjonali.

PERSUNAL

Taqsima I – Il-Parlament Ewropew

Grupp ta' funzjoni u grad

 

2019

2018

Postijiet permanenti

Postijiet temporanji

Postijiet permanenti

Postijiet temporanji

Oħrajn

Gruppi politiċi

Oħrajn

Gruppi politiċi

Bla kategorija

1

 

 

 

1

 

 

 

AD 16

13

 

1

7

13

 

1

7

AD 15

54

 

1

5

54

 

1

5

AD 14

213

2

7

36

213

2

7

36

AD 13

430

8

2

38

430

8

2

38

AD 12

337

 

13

60

327

 

13

60

AD 11

168

 

8

28

158

 

8

28

AD 10

343

 

8

32

253

 

8

30

AD 9

464

 

6

35

349

 

6

28

AD 8

251

 

8

46

341

 

8

38

AD 7

210

 

6

66

250

 

3

68

AD 6

52

 

7

45

161

 

9

50

AD 5

80

 

3

60

105

 

4

70

Subtotal AD

2 615

10

70

458

2 654

10

70

458

AST 11

102

10

 

37

102

10

 

37

AST 10

80

 

19

35

80

 

19

35

AST 9

565

 

5

41

510

 

4

41

AST 8

306

 

9

42

316

 

10

37

AST 7

297

 

3

43

307

 

3

46

AST 6

318

 

11

59

323

 

4

61

AST 5

495

 

9

90

430

 

15

81

AST 4

273

 

3

87

313

 

4

85

AST 3

107

 

13

86

177

 

13

86

AST 2

16

 

 

55

21

 

 

56

AST 1

 

 

 

70

 

 

 

80

Subtotal AST

2 559

10

72

645

2 579

10

72

645

AST/SC 6

 

 

 

 

 

 

 

 

AST/SC 5

 

 

 

 

 

 

 

 

AST/SC 4

 

 

 

 

 

 

 

 

AST/SC 3

10

 

 

 

 

 

 

 

AST/SC 2

85

 

 

 

70

 

 

 

AST/SC 1

109

 

 

 

134

 

 

 

Subtotal AST/SC

204

 

 

 

204

 

 

 

Total

5 379[14]

20[15]

142[16]

1 103

5 438[17]

20[18]

142[19]

1 103

Total kumplessiv

6 624

6 683

Anness

DĦUL ASSENJAT

Linja baġitarja

Intestatura

Dħul li sar

Estimi*

2017

2019

5 000

Rikavat mill-bejgħ ta' materjal tat-trasport

-

p.m.

5 001

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetajiet mobbli oħra

-

5 000

5 002

Rikavat mill-forniment ta' oġġetti mogħtija lill-istituzzjonijiet jew lill-korpi l-oħra

162

10 000

502

Rikavat mill-bejgħ ta' pubblikazzjonijiet, materjal stampat u films

-

1 000

5 110

Rikavat minn kiri u sullokazzjonijiet ta' proprjetà immobbli

3 016 718

3 547 000

5 111

Rimborż tal-ispejjeż tal-kiri

52 903

639 000

550

Dħul mir-rikavat mill-forniment ta' servizzi u minn xogħlijiet magħmula għall-istituzzjonijiet jew għall-korpi l-oħra, inkluż ir-rifużjoni ta' allowances għal missjonijiet imħallsa mill-kontijiet ta' istituzzjonijiet jew korpi oħra u mħallsa f'isimhom

5 546 788

1 285 000

551

Dħul minn terzi għall-forniment ta' servizzi jew għal xogħlijiet magħmula fuq talba tagħhom

755 042

p.m.

570

Dħul mill-ħlas lura ta' somom li ma kinux imħallsa kif suppost

4 122 802

717 500

571

Dħul allokat għal destinazzjoni speċifika bħall-introjtu tal-fondazzjonijiet, is-sussidji, id-donazzjonijiet u l-legati oħra, inkluż id-dħul allokat speċifiku għal kull istituzzjoni

-

p.m.

573

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra marbuta mal-operat amministrattiv tal-istituzzjoni

3 669 132

3 000

581

Dħul mill-pagamenti tal-assigurazzjonijiet riċevuti

20 162 097

p.m.

6 600

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet assenjati oħra

12 731 797

100 000

 

 TOTAL

50 057 440

6 307 500

 

 

 

 

* It-tabella ma tqisx il-bidliet possibbli tar-Regolament Finanzjarju fir-rigward tad-dħul assenjat.

  • [1]  ĠU L 298, 26.10.2002, p. 1.
  • [2]  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
  • [3]  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
  • [4]  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15.
  • [5]  Testi adottati, P8_TA(2017)0114.
  • [6]  Testi adottati, P8_TA(2017)0408.
  • [7]  Testi adottati, P8_TA(2017)0458.
  • [8]  Testi adottati, P8_TA(2015)0172.
  • [9]  Testi adottati mill-Bureau, PE 113.116/BUR./rev. XXVI/01-04-2009
  • [10]  Testi adottati, P7_TA(2013)0498.
  • [11]  Testi adottati, P8_TA(2017)0114.
  • [12]  Testi adottati, P8_TA(2017)0408.
  • [13]  Test adottat: P8_TA(2017)0417.
  • [14]  Li minnhom tliet promozzjonijiet ad personam (tliet AD 14 għal AD 15) ingħataw f'każijiet eċċezzjonali bil-mertu tal-uffiċjali.
  • [15]  Riżerva virtwali għall-uffiċjali sekondati fl-interessi tas-servizz mhux inklużi fit-total.
  • [16]  Inkluż post temporanju wieħed ta' AD 12 għad-Direttur tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej.
  • [17] Li minnhom tliet promozzjonijiet ad personam (tliet AD 14 għal AD 15) ingħataw f'każijiet eċċezzjonali bil-mertu tal-uffiċjali.
  • [18] Riżerva virtwali għall-uffiċjali sekondati fl-interessi tas-servizz mhux inklużi fit-total.
  • [19] Inkluż post temporanju wieħed ta' AD 12 għad-Direttur tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

16.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Raymond Finch, Eider Gardiazabal Rubial, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Urmas Paet, Răzvan Popa, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Valli, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Verónica Lope Fontagné, Maria Noichl, Dennis Radtke, Fernando Ruas, Lieve Wierinck

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez, Urmas Paet, Lieve Wierinck

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

ENF

Stanisław Żółtek

PPE

Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Verónica Lope Fontagné, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Dennis Radtke, Fernando Ruas, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eider Gardiazabal Rubial, Iris Hoffmann, John Howarth, Vladimír Maňka, Maria Noichl, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

5

-

ECR

Bernd Kölmel

EFDD

Raymond Finch, Marco Valli

ENF

Marco Zanni

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' April 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza