RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
27.4.2018 - (COM(2016)0818 – C8-0531/2016 – 2016/0411(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Claudia Țapardel
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
(COM(2016)0818 – C8-0531/2016 – 2016/0411(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0818),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0531/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017[1],
– wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0150/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(7a) Meta jitqies il-fatt li l-Kummissjoni bħalissa qed tevalwa r-Regolament (KE) Nru 1008/2008, inklużi d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-kiri bl-ekwipaġġ, u l-impatt possibbli tagħhom fuq il-ħaddiema u l-konsumaturi, proċess li jista' jwassal fil-futur għal reviżjoni ġenerali tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-emenda preżenti jenħtieġ li tkun limitata fl-ambitu għal allinjament tar-Regolament mal-obbligi internazzjonali deskritti hawn fuq. | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 Regolament (KE) Nru 1008/2008 Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b – parti introduttorja | |||||||||||||
|
- [1] ĠU C 345, 13.10.2017, p. 126.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-kiri bl-ekwipaġġ: għodda importanti għat-tkabbir tas-settur tal-avjazzjoni Ewropew
Il-ħolqien tas-Suq Uniku tal-Avjazzjoni tal-UE 25 sena ilu wassal għal żieda sostanzjali fl-ivvjaġġar bl-ajru u ttrasforma s-settur f'element ewlieni tat-tkabbir ekonomiku billi ħoloq l-impjiegi, iffaċilita l-kummerċ u ppermetta lin-nies jiċċaqilqu liberament bejn għadd dejjem jiżdied ta' destinazzjonijiet, u bi spiża iċken. Għaldaqstant, il-kiri ta' inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ jista' jkun għodda għall-ħolqien u ż-żamma tat-tkabbir fis-settur tal-avjazzjoni tal-UE, u huwa assolutament essenzjali fl-operazzjonijiet ta' daż-żmien sabiex jippermetti li tinġieb kapaċità flessibbli fl-attività ta' linja tal-ajru għall-ħtiġijiet operazzjonali jew staġjonali speċifiċi ta' tul ta' żmien limitat.
Il-kiri bl-ekwipaġġ jintuża mil-linji tal-ajru għal diversi raġunijiet, fosthom in-nuqqas ta' ekwipaġġ u kwistjonijiet ta' taħriġ, inġenji tal-ajru li jkollhom jibqgħu l-art minħabba kwistjonijiet tekniċi.
Il-fehma tar-rapporteur
Il-Kummissjoni tipproponi li jiġi emendat l-Artikolu 13(3)(b) tar-Regolament Nru 1008/2008 u li tinfetaħ il-possibbiltà li jitneħħew il-kundizzjonijiet restrittivi li japplikaw għall-ftehimiet tal-kiri bl-ekwipaġġ għall-inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiż terz meta reġim speċifiku ta' kiri bl-ekwipaġġ jkun ġie inkluż fi ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni. Il-proposta tal-Kummissjoni hija estremament qasira u ġiet ippreżentata bħala kwistjoni purament "teknika", bl-argument li hija sempliċement tiżgura konsistenza ġuridika bejn il-leġiżlazzjoni tal-UE u ftehimiet internazzjonali eżistenti.
Filwaqt li dan huwa teoretikament veru, il-bidla xorta waħda jaf ikollha riperkussjonijiet ta' firxa wiesgħa għas-suq tal-avjazzjoni Ewropew, b'mod partikolari rigward l-istandards soċjali u d-drittijiet tal-passiġġieri. Din il-bidla tista' twassal għall-ftuħ tas-suq tal-UE għal kiri bl-ekwipaġġ bla restrizzjonijiet ta' inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiżi terzi, skont dak li jkun ġie nnegozjat. Fuq medda twila ta' żmien, il-limitazzjonijiet taż-żmien u l-istaġjonalità jaf jitneħħew, b'mod li l-kiri bl-ekwipaġġ isir karatteristika permanenti tal-mudelli kummerċjali tal-linji tal-ajru. Fil-prattika, dan jista' jfisser li t-tkabbir ikun jista' jiġi ssodisfat biss permezz ta' inġenji tal-ajru u ekwipaġġ minn pajjiżi terzi, għad-detriment tal-Istati Membri tagħna, iżda wkoll b'impatt negattiv potenzjali fuq il-kwalità tas-servizzi għall-passiġġieri u tnaqqis fl-istandards soċjali għall-impjegati. Fl-istess ħin, il-ftehimiet mingħajr limiti ta' kiri bl-ekwipaġġ jistgħu jwasslu għall-ħolqien ta' "linji tal-ajru virtwali tal-UE" li joperaw skont iċ-ċertifikat ta' operatur tal-ajru ta' pajjiżi terzi billi jesternalizzaw l-operat tagħhom b'mod permanenti.
Għal dawn ir-raġunijiet, ir-rapporteur hija tal-opinjoni li fil-prinċipju, il-kiri bl-ekwipaġġ għandu jkompli jkun ta' natura temporanja u eċċezzjonali. Il-kiri bl-ekwipaġġ m'għandux ikollu impatt negattiv fuq il-funzjonament normali tas-suq tal-avjazzjoni tal-UE, u lanqas m'għandu jipprovdi mezzi sabiex jiġu evitati l-obbligi tad-detenturi ta' ċertifikat ta' operatur tal-ajru tal-UE.
Konsegwentement, l-abbozz ta' rapport għandu l-ħsieb li jsib il-bilanċ xieraq bejn din il-ħtieġa li l-UE tingħata biżżejjed flessibbiltà meta tinnegozja ftehimiet internazzjonali u, fl-istess ħin, li nibqgħu nħaddnu d-drittijiet u l-prinċipji essenzjali tagħna bħala ċittadini tal-UE, fi kwalunkwe każ.
Mhuwiex faċli li tinstab din it-triq dejqa, madankollu, ir-rapporteur temmen li dan huwa dak li jeħtieġ li jsir sabiex naġixxu f'konformità mal-ispirtu tal-UE u mal-politika li ilha tiġi mħaddna minnha fir-rigward tal-kiri bl-ekwipaġġ ta' inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiżi terzi, kif deskritt tant tajjeb fil-Premessa 8 tar-Regolament tal-UE 1008/2008:
"Sabiex jiġi evitat rikors eċċessiv għall-arranġamenti ta' kiri ta' inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiżi terzi, speċjalment il-kiri bl-ekwipaġġ, dawn il-possibbiltajiet għandhom ikunu permessi biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal fil-każ ta' nuqqas ta' inġenji tal-ajru adegwati fuq is-suq Komunitarju, u għandhom ikunu strettament limitati fiż-żmien u jissodisfaw standards ta' sikurezza ekwivalenti għar-regoli ta' sikurezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u nazzjonali".
***
Illum il-ġurnata japplika perjodu ta' 7+7 xhur għall-kiri bl-ekwipaġġ ta' inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiżi terzi u r-rapporteur qiegħda tipproponi li tkun permessa deroga minn din ir-regola ġenerali ta' 7+7 xhur, dment li l-operat b'kiri bl-ekwipaġġ ikompli jkun eċċezzjonali anki wara li jiġi fi tmiemu l-perjodu ta' 7+7 xhur. Din in-natura eċċezzjonali kontinwa għandha tkompli tiġi vverifikata mill-awtorità tal-Istat Membru kompetenti. Fil-prattika, dan ifisser li l-awtorità tista' tiddeċiedi li tawtorizza lit-trasportatur jikri inġenju tal-ajru b'ekwipaġġ minn pajjiżi terzi għal aktar minn 14-il xahar konsekuttivi, jekk jiġu ssodisfati t-tliet rekwiżiti li ġejjin:
- L-ewwel nett, irid ikun hemm Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru (FTA) fis-seħħ bejn l-UE u l-pajjiż terz inkwistjoni u l-ftehim tal-kiri bl-ekwipaġġ fih jipprevedi espliċitament it-tneħħija reċiproka tar-restrizzjonijiet stabbiliti bħalissa mil-liġi applikabbli għall-operazzjonijiet ta' kiri. Kemm l-UE kif ukoll il-pajjiż terz se jkollhom jadattaw il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom sabiex jagħtu effett lill-ftehim tal-kiri bl-ekwipaġġ, b'attenzjoni xierqa għall-kundizzjonijiet tax-xogħol u soċjali, kif ukoll għad-drittijiet tal-passiġġieri.
- It-tieni nett, it-tiġdid/l-estensjoni ta' awtorizzazzjoni ta' kiri għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti jekk ikun intwera li, matul il-perjodu inizjali ta' 14-il xahar, l-operazzjonijiet ta' kiri bl-ekwipaġġ bejn it-trasportaturi tal-UE u tal-pajjiż terz twettqu abbażi ta' reċiproċità effettiva f'termini ta' opportunitajiet ugwali ta' aċċess għas-suq u ma kien hemm ebda tnaqqis ipprovat tal-istandards tas-sigurtà, tas-sikurezza u soċjali, kif ukoll li d-drittijiet tal-passiġġieri huma komparabbli ma' dawk li japplikaw fl-UE.
- It-tielet nett, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-UE u l-pajjiż terz inkwistjoni jgawdu minn kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi komparabbli u li diġà kisbu livell għoli ħafna ta' kooperazzjoni fi kwistjonijiet regolatorji bħas-sigurtà u s-sikurezza fl-avjazzjoni, il-kompetizzjoni, il-ħarsien soċjali, ambjentali u tal-konsumaturi. Dan huwa rekwiżit fundamentali sabiex jiġi żgurat li l-linji tal-ajru tal-UE li joperaw ftehimiet tal-kiri bl-ekwipaġġ skont l-AOC ta' pajjiżi terzi dejjem jimplimentaw standards li jkunu komparabbli ma' dawk fis-seħħ fl-UE. Dan se jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġu evitati l-effetti sekondarji possibbli tal-ftehim, b'mod partikolari d-distorsjonijiet tas-suq, il-kompetizzjoni inġusta u d-dumping soċjali.
Ir-rapporteur tixtieq tfakkar li, b'dan it-test, jekk hija tifhem il-ħtieġa li l-possibbiltà tal-kiri bl-ekwipaġġ tiġi estiża lil hinn minn dak li huwa permess bħalissa mil-leġiżlazzjoni tal-UE, dan m'għandu bl-ebda mod jaffettwa l-istandards ambjentali u soċjali Ewropej jew id-drittijiet tal-passiġġieri u l-obbligi ta' sikurezza.
Il-passi li jmiss
Kif muri wkoll fil-Komunikazzjoni "Ewropa Miftuħa u Konnessa", li ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni f'Ġunju 2017, is-settur tal-avjazzjoni Ewropew jinsab għaddej minn bidliet sinifikanti u, sabiex jibqa' kompetittiv fuq livell globali u jinħatfu l-opportunitajiet offruti mill-ftuħ tas-swieq, huma meħtieġa azzjonijiet ta' politika immedjatament.
Il-Komunikazzjoni tindika, b'mod ġenerali, li jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea tiffaċilita t-tkabbir, kif ukoll iżżomm l-ogħla standards f'termini tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u soċjali u d-drittijiet tal-passiġġieri. L-Obbligi ta' Servizz Pubbliku u r-regoli tas-sjieda u l-kontroll tal-linji tal-ajru huma biss uħud mis-suġġetti li mistennija jiġu indirizzati fil-futur qrib.
Fid-dawl ta' dan kollu, ir-rapporteur hija tal-fehma li l-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta, f'perjodu ta' żmien xieraq, reviżjoni sħiħa tar-Regolament Nru 1008/2008, abbażi ta' studju tal-impatt li jista' jidentifika l-istrumenti ta' politika li huma meħtieġa għas-suċċess tas-settur tal-avjazzjoni Ewropew.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità |
||||
Referenzi |
COM(2016)0818 – C8-0531/2016 – 2016/0411(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
21.12.2016 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 19.1.2017 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Claudia Țapardel 27.3.2017 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
27.2.2018 |
12.4.2018 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
25.4.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 22 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Renaud Muselier, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, István Ujhelyi, Peter van Dalen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Matt Carthy, Jakop Dalunde, Michael Detjen, Markus Ferber, Michael Gahler, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Kateřina Konečná, Peter Kouroumbashev, Werner Kuhn, Ramona Nicole Mănescu, Jozo Radoš, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Anna Hedh, Jeroen Lenaers, Mylène Troszczynski |
||||
Data tat-tressiq |
27.4.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
25 |
+ |
|
ALDE |
Izaskun Bilbao Barandica, Jozo Radoš, Dominique Riquet, Matthijs van Miltenburg |
|
ECR |
Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Peter van Dalen |
|
EFDD |
Peter Lundgren |
|
PPE |
Georges Bach, Markus Ferber, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Jeroen Lenaers, Renaud Muselier, Ramona Nicole Mănescu, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
|
22 |
- |
|
EFDD |
Jill Seymour |
|
ENF |
Marie-Christine Arnautu, Mylène Troszczynski |
|
GUE/NGL |
Matt Carthy, Kateřina Konečná, Merja Kyllönen |
|
S&D |
Lucy Anderson, Isabella De Monte, Michael Detjen, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Anna Hedh, Peter Kouroumbashev, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, István Ujhelyi, Claudia Țapardel |
|
Verts/ALE |
Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor |
|
1 |
0 |
|
EFDD |
Daniela Aiuto |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni