Proċedura : 2017/0326(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0153/2018

Testi mressqa :

A8-0153/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2018 - 13.10

Testi adottati :

P8_TA(2018)0426

RAPPORT     ***I
PDF 823kWORD 72k
27.4.2018
PE 616.660v01-00 A8-0153/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward tal-post tas-sede tal-Awtorità Bankarja Ewropea

(COM(2017)0734 – C8-0420/2017 – 2017/0326(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteurs: Burkhard Balz, Pervenche Berès

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward tal-post tas-sede tal-Awtorità Bankarja Ewropea

(COM(2017)0734 – C8-0420/2017 – 2017/0326(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0734),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0420/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, li jissottolinjaw l-impenn favur kooperazzjoni leali u trasparenti tul iċ-ċiklu leġiżlattiv kollu u l-ugwaljanza taż-żewġ koleġiżlaturi;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati, tad-19 ta' Lulju 2012,

–  wara li kkunsidra l-proċedura li wasslet għal deċiżjoni dwar ir-rilokazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, approvata fil-marġini tal-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50 TUE) fit-22 ta' Ġunju 2017;

–  wara li kkonsulta mal-Bank Ċentrali Ewropew;

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Jannar 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0153/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.   Jitlob rieżami immedjat tal-Approċċ Komuni anness mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati, tad-19 ta' Lulju 2012, sabiex jitqies ir-rwol tal-Parlament fil-proċess deċiżjonali dwar is-sede tal-aġenziji fid-dawl tal-prerogattivi tiegħu bħala koleġiżlatur fl-ambitu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u jitlob, għalhekk, li l-Parlament ikun involut mill-qrib f'dak il-proċess deċiżjonali;

3.  Ifakkar fil-kriterji definiti mill-Kummissjoni u approvati mill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-UE27 fil-Kunsill Ewropew (fil-format tal-Artikolu 50 tat-TUE) fit-22 ta' Ġunju 2017 għar-rilokazzjoni tal-aġenziji tal-Unjoni minn Londra fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, jiġifieri: i. l-assikurazzjoni li l-aġenzija tista' tiġi stabbilita fuq il-post u tibda b'ħidmietha fid-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni; ii. l-aċċessibbiltà tas-sit; iii. l-eżistenza ta' faċilitajiet ta' edukazzjoni adegwati għat-tfal tal-persunal tal-aġenzija; iv. aċċess adatt għas-suq tax-xogħol, is-sigurtà soċjali u l-kura medika kemm għat-tfal kif ukoll għall-konjuġi; v. il-kontinwità tal-operat; vi. il-firxa ġeografika;

4.  Jiddispjaċih li l-Parlament ma kienx involut fid-definizzjoni u l-ponderazzjoni tal-kriterji biex jintgħażel il-post tas-sede tal-EBA minkejja l-prerogattivi tal-Parlament, li jipprevedu li l-Parlament u l-Kunsill ikunu koleġiżlaturi fuq bażi ugwali fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010(2) li jistabbilixxi l-EBA u jiddefinixxi s-sede tagħha;

5.  Ifakkar li d-deċiżjoni tal-2010 dwar is-sede tal-EBA, flimkien mad-deċiżjoni dwar is-sede tal-EIOPA u l-ESMA, ġiet konkluża skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja wara proċedura ta' trilogu kompluta; josserva li s-sede tal-aġenzija l-oħra li trid tiġi ttrasferita minn Londra ġiet deċiża permezz ta' ftehim komuni bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern; jirrimarka l-fatt li l-Kunsill (fil-format tal-Artikolu 50 tat-TUE) għażel is-sede l-ġdida tal-EBA abbażi tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012, li hija ta' livell ġuridiku aktar baxx meta mqabbla mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;

6.  Jiddeplora n-nuqqas ta' trasparenza u responsabbiltà li kkaratterizza l-proċedura tal-votazzjoni fil-Kunsill fl-20 ta' Novembru 2017, meta d-deċiżjonijiet finali spiċċaw ittieħdu bil-polza; jirrimarka l-fatt li bħalissa l-aġenziji huma parzjalment iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni u li anke l-ispejjeż tar-rilokazzjoni, li qegħdin jiġu nnegozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, jistgħu parzjalment ikollhom jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni; jenfasizza, għaldaqstant, il-ħtieġa ta' responsabbiltà demokratika u proċess deċiżjonali trasparenti u komprensibbli fl-interess taċ-ċittadini Ewropej; jitlob aktar dettalji dwar il-ponderazzjoni tal-kriterji applikati mill-Kunsill fil-proċedura tal-għażla tas-sede tal-EBA;

7.  Jemmen li l-Parlament għandu jkun involut sistematikament u fuq l-istess livell mal-Kummissjoni u l-Kunsill fid-definizzjoni u l-ponderazzjoni tal-kriterji fl-għażla tas-sede tal-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iniedu reviżjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati, bil-ħsieb li jkun żgurat l-involviment qawwi tal-Parlament filwaqt li jiġu rispettati b'mod partikolari s-setgħat ta' kodeċiżjoni tiegħu;

8.  Jenfasizza d-diversi kompiti u oqsma ta' kompetenza tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, jiġifieri l-EBA, l-EIOPA u l-ESMA; ifakkar id-deċiżjoni intenzjonali tal-koleġiżlaturi li joħolqu tliet awtoritajiet b'kompiti u oqsma ta' kompetenza separati, waħda għas-settur bankarju, waħda għas-settur tat-titoli u waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet; jesiġi li din is-separazzjoni tibqa' tiġi riflessa fil-kompetenzi regolatorji u superviżorji u fil-governanza, l-organizzazzjoni u l-finanzjament prinċipali tal-attivitajiet tal-aġenziji, irrispettivament minn fejn tkun is-sede tagħhom, filwaqt li jitħalla lok għall-kondiviżjoni, jekk ikun il-każ, ta' servizzi ta' appoġġ amministrattiv u ta' ġestjoni tal-faċilitajiet li mhumiex relatati mal-attivitajiet ewlenin, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iħarsu l-istruttura attwali tat-tliet awtoritajiet matul u wara r-rilokazzjoni tal-EBA; jitlob aġġornament regolari min-naħa tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward, b'mod partikolari waqt il-proċedura leġiżlattiva li għaddejja dwar ir-rieżami tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (COM(2017)536); ifakkar li l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa parti mill-proċedura leġiżlattiva ta' rieżami tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (COM(2017)536);

9.   Jissottolinja li r-rilokazzjoni u l-bini l-ġdid jeħtieġ ikunu lesti fid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea;

10.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(3)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward tal-post tas-sede tal-Awtorità Bankarja Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(5),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Fil-kuntest tan-notifika tar-Renju Unit fid-29 ta' Marzu 2017 bl-intenzjoni tiegħu li jitlaq mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), is-27 Stat Membru l-ieħor, li ltaqgħu fil-marġini tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali ("l-Artikolu 50"), għażlu lil Pariġi, fi Franza, bħala s-sede l-ġdida tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA).

(1a)  L-ispejjeż tar-rilokazzjoni tas-sede tal-EBA jirriżultaw mid-deċiżjoni unilaterali tar-Renju Unit li jitlaq mill-Unjoni. Minkejja dan, abbażi tar-rapport konġunt tan-negozjaturi tal-Unjoni Ewropea u tal-Gvern tar-Renju Unit approvat fit-8 ta' Diċembru 2017 u l-impenn tar-Renju Unit li jikkontribwixxi għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-snin finanzjarji 2019 u 2020 daqslikieku jkun għadu fl-Unjoni u li jħallas is-sehem tiegħu mill-finanzjament tal-impenji pendenti fil-31 ta' Diċembru 2020, dawn l-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-kontribwenti kollha tal-Unjoni permezz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-Renju Unit offra li jiddiskuti mal-aġenziji tal-Unjoni f'Londra dwar kif jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tat-tluq tagħhom.

(2)  Wara li kkunsidraw l-Artikolu 50(3) tat-TUE, l-EBA jenħtieġ li tidħol fis-sede l-ġdida tagħha minn meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, jew mit-30 ta' Marzu 2019, skont liema minnhom tkun l-aktar kmieni.

(3)  Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-EBA fil-post il-ġdid tagħha, jenħtieġ li jiġi konkluż ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u jiġi approvat proġett ta' bini skont l-Artikolu 88 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013(6) qabel ma l-Awtorità Bankarja Ewropea tidħol fis-sede l-ġdida tagħha. Jenħtieġ li l-bini l-ġdid ikun lest għall-finijiet ta' rilokazzjoni permanenti fid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali jirrifletti r-responsabbiltà tal-awtoritajiet Franċiżi li jipprovdu l-aktar kundizzjonijiet xierqa u l-aktar soluzzjoni effiċjenti għas-sede tal-EBA.

(3a)  It-trasferiment tas-sede tal-EBA la jaffettwa t-tabella tal-persunal kif adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u lanqas l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali jew għall-aġenti l-oħra li jaħdmu mal-EBA.

(4)  Sabiex l-EBA tingħata biżżejjed żmien biex tirriloka ruħha, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b'urġenza filwaqt li jitqiesu s-setgħat ta' kodeċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4a)  Sabiex jirrikonoxxu li s-sede ta' aġenzija deċentralizzata tista' tiġi stabbilita f'att leġiżlattiv tal-Unjoni soġġett għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jimpenjaw ruħhom li sal-31 ta' Diċembru 2018 jikkonkludu reviżjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-aġenziji deċentralizzati. Jenħtieġ li s-sede ta' aġenzija tal-Unjoni tintgħażel permezz ta' proċedura trasparenti li ssaħħaħ ir-responsabbiltà demokratika u permezz tad-definizzjoni u l-ponderazzjoni konġunti tal-kriterji tal-għażla.

(4b)  Jenħtieġ li r-rilokazzjoni tal-EBA ma jkollhiex konsegwenzi f'dak li għandu x'jaqsam mat-twettiq tal-mandat distint jew iż-żamma tal-istatus legali separat tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Ir-rilokazzjoni tista' tippermetti lill-aġenziji tal-Unjoni, jekk ikun il-każ, jikkondividu servizzi ta' appoġġ amministrattiv u ta' ġestjoni tal-faċilitajiet li mhumiex relatati mal-attivitajiet ewlenin. Fir-reviżjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-aġenziji deċentralizzati – biex tiġi indirizzata l-effiċjenza ta' dawn l-aġenziji – jenħtieġ li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jibnu wkoll fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar ir-riżorsi tal-aġenziji deċentralizzati.

(5)  Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5a)   L-Artikolu 13(2) tat-TUE jesiġi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jipprattikaw kooperazzjoni leali bejniethom, filwaqt li kull waħda minnhom taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati u f'konformità mal-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-objettivi stabbiliti fihom. Il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat u involut b'mod sħiħ tul l-istadji kollha tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 7

Sede

L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha f'Pariġi, Franza.

L-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandhom iwettqu s-setgħat u l-kompiti tagħhom, jorganizzaw l-istruttura tal-governanza tagħhom, joperaw l-organizzazzjoni prinċipali tagħhom u jiżguraw il-finanzjament prinċipali tal-attivitajiet tagħhom – ilkoll differenti fil-qasam ta' kompetenza rispettiv – b'mod separat u irrispettivament minn fejn tkun is-sede tagħhom, filwaqt li, jekk ikun il-każ, jitħallew jikkondividu – bħala aġenziji tal-Unjoni – servizzi ta' appoġġ amministrattiv u ta' ġestjoni tal-faċilitajiet li mhumiex relatati mal-attivitajiet ewlenin. Sa ... [id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], u kull 12-il xahar minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità ta' dawn l-Awtoritajiet ma' dan l-obbligu."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit jew mit-30 ta' Marzu 2019, skont liema data tiġi l-ewwel.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President          Il-President

"ANNESS GĦAR-REGOLAMENT 2018/...

DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li r-rwol tiegħu ta' koleġiżlatur ma tqiesx kif xieraq peress li ma ġiex involut fil-proċedura tal-għażla tas-sede l-ġdida tal-Aġenzija Bankarja Ewropea (EBA).

Il-Parlament Ewropew jixtieq ifakkar il-prerogattivi tiegħu bħala koleġiżlatur u jinsisti fuq ir-rispett sħiħ tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja f'dak li għandu x'jaqsam mal-għażla tas-sede tal-korpi u l-aġenziji.

Bħala l-unika istituzzjoni tal-Unjoni li tiġi eletta direttament u tirrappreżenta ċ-ċittadini tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew huwa l-ewwel garanti tar-rispett tal-prinċipju demokratiku fl-Unjoni.

Il-Parlament Ewropew jikkundanna l-proċedura segwita għall-għażla tal-post il-ġdid tas-sede, li de facto ċaħħdet lill-Parlament Ewropew mill-prerogattivi tiegħu peress li ma ġiex effettivament involut fil-proċess, iżda issa qed jiġi mistenni sempliċement jikkonferma l-għażla magħmula għall-post il-ġdid tas-sede permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Il-Parlament Ewropew ifakkar li l-Approċċ Komuni mehmuż mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati, iffirmata fl-2012, mhuwiex vinkolanti – kif rikonoxxut fid-Dikjarazzjoni nfisha – u li l-qbil intlaħaq mingħajr preġudizzju għas-setgħat leġiżlattivi tal-istituzzjonijiet.

Għalhekk, il-Parlament Ewropew jinsisti li l-proċedura segwita għall-għażla tas-sede l-ġdida tal-aġenziji tiġi riveduta u ma tibqax tintuża f'din il-forma fil-futur.

Fl-aħħar nett, il-Parlament Ewropew jixtieq ifakkar ukoll li fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(8), it-tliet istituzzjonijiet impenjaw ruħhom favur kooperazzjoni leali u trasparenti filwaqt li fakkru fl-ugwaljanza taż-żewġ koleġiżlaturi kif minquxa fit-Trattati.

(1)

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(3)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(4)

  […]

(5)

  […]

(6)

  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(7)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(8)

  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (21.3.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward tal-post tas-sede tal-Awtorità Bankarja Ewropea

(COM2017/0734 – C8-420/2017 – 2017/0326(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jens Geier

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  L-ispejjeż tar-rilokazzjoni tas-sede tal-Awtorità Bankarja Ewropea feġġew wara d-deċiżjoni unilaterali tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni. Minkejja dan, abbażi tar-rapport konġunt min-negozjaturi tal-Unjoni Ewropea u tal-Gvern tar-Renju Unit maqbul fit-8 ta' Diċembru 2017 u l-impenn tar-Renju Unit li jikkontribwixxi għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-snin finanzjarji 2019 u 2020 daqslikieku baqa' fl-Unjoni u li jikkontribwixxi s-sehem tiegħu tal-finanzjament tal-impenji pendenti fil-31 ta' Diċembru 2020, tali spejjeż għandhom jitħallsu mill-kontribwenti tal-Unjoni permezz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-Renju Unit offra li jiddiskuti ma' dawk l-aġenziji tal-Unjoni li jinsabu f'Londra dwar kif dawn jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tat-tluq tagħhom.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)   Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb ta' l-Awtorità Bankarja Ewropea fil-post il-ġdid tagħha, jinħtieġ li jiġi konkluż ftehim dwar il-kwartieri ġenerali qabel ma l-Awtorità Bankarja Ewropea tidħol fis-sede l-ġdida tagħha.

(3)  Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Awtorità Bankarja Ewropea fil-post il-ġdid tagħha, jenħtieġ li jiġi konkluż ftehim dwar il-kwartieri ġenerali, u li jiġi approvat proġett ta' bini skont l-Artikolu 88 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/20131a, qabel ma l-Awtorità Bankarja Ewropea tidħol fis-sede l-ġdida tagħha. Jenħtieġ li l-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali jirrifletti r-responsabbiltà speċjali tal-awtoritajiet Franċiżi li jipprovdu l-aktar kundizzjonijiet xierqa u l-aktar soluzzjoni effiċjenti għall-post tal-Awtorità Bankarja Ewropea.

 

________________

 

1a Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Ir-rilokazzjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea f'Pariġi, Franza, tirrappreżenta opportunità biex jinħolqu sinerġiji f'oqsma bħall-amministrazzjoni, l-IT u s-sigurtà bejn l-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, wara li jitqiesu l-mandat u l-istatus ġuridiku speċifiku tagħhom.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda ta' Kompromess

(3b) Il-Kummissjoni għamlet proposti leġiżlattivi separati għal reviżjoni tal-qafas ġenerali tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, sabiex taġġornahom u tipprovdi sorveljanza regolatorja aktar reżiljenti.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)  It-trasferiment tas-sede tal-Awtorità Bankarja Ewropea ma jqiegħedx f'dubju t-tabella tal-persunal kif adottata mill-awtorità baġitarja, u lanqas l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali jew għall-aġenti l-oħra li jaħdmu fl-Awtorità Bankarja Ewropea.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3d)  L-istituzzjonijiet tal-Unjoni qablu li jiffaċilitaw aktar il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-Unjoni u li jesploraw aktar titjib possibbli fl-effiċjenza fi ħdan il-qafas tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar ir-riżorsi tal-aġenziji deċentralizzati.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Regolament 2010/1093/UE

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha f'Pariġi, fi Franza.

L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha f'Pariġi, fi Franza. L-Awtorità għandha tfittex kooperazzjoni mill-qrib ma' aġenziji oħra tal-Unjoni, speċjalment dawk li jinsabu qrib ħafna tagħha, sabiex ikun hemm titjib fl-effiċjenza.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-post tas-sede tal-Awtorità Bankarja Ewropea

Referenzi

COM(2017)0734 – C8-0420/2017 – 2017/0326(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

11.12.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.12.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jens Geier

11.12.2017

Data tal-adozzjoni

21.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Răzvan Popa, Paul Rübig, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Denanot, Georgios Kyrtsos, Ivana Maletić, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT MITLUB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

GUE/NGL

Liadh Ní Riada, Younous Omarjee

PPE

Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Georgios Kyrtsos, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský, Patricija Šulin

S&D

Jean-Paul Denanot, Eider Gardiazabal Rubial, Iris Hoffmann, John Howarth, Vladimír Maňka, Pina Picierno, Răzvan Popa, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Manuel dos Santos

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand

4

-

ECR

Bernd Kölmel

ENF

André Elissen, Marco Zanni

NI

Eleftherios Synadinos

1

0

PPE

Richard Ashworth

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (27.2.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward tal-post tas-sede tal-Awtorità Bankarja Ewropea

(COM(2017)0734 – C8-0420/2017 – 2017/0326(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Fabio Massimo Castaldo

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a.   Jitlob reviżjoni immedjata tal-Approċċ Komuni anness mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012 sabiex jitqies ir-rwol tal-Parlament Ewropew fil-proċess deċiżjonali dwar il-post tal-aġenziji fid-dawl tal-prerogattivi tiegħu bħala koleġiżlatur fl-ambitu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u jitlob għalhekk li l-Parlament Ewropew jiġi involut mill-qrib f'dak il-proċess deċiżjonali;

Emenda    2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b.   Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

Għal skopijiet ta' informazzjoni, it-test tad-dikjarazzjoni huwa kif ġej:

"Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li r-rwol tiegħu ta' koleġiżlatur ma tqisx kif xieraq fil-proċedura tal-għażla tas-sede l-ġdida tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA).

Il-Parlament Ewropew jixtieq ifakkar il-prerogattivi tiegħu bħala koleġiżlatur u jinsisti fuq ir-rispett sħiħ tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja f'dak li għandu x'jaqsam mal-għażla tas-sede tal-korpi u l-aġenziji.

Bħala l-unika istituzzjoni tal-Unjoni li tiġi eletta direttament, il-Parlament Ewropew huwa l-ewwel garanti tar-rispett tal-prinċipju demokratiku fl-Unjoni.

Il-Parlament Ewropew jikkundanna l-proċedura segwita għall-għażla tal-post il-ġdid tas-sede, li de facto ċaħħdet lill-Parlament Ewropew mill-prerogattivi tiegħu peress li ma ġiex involut effettivament fil-proċess, iżda issa qed jiġi mistenni li sempliċement jikkonferma l-għażla magħmula għall-post il-ġdid tas-sede permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Il-Parlament Ewropew ifakkar li l-Approċċ Komuni mehmuż mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati, iffirmata fl-2012, mhuwiex vinkolanti – kif rikonoxxut fid-Dikjarazzjoni nnifisha – u li l-qbil intlaħaq mingħajr preġudizzju għas-setgħat leġiżlattivi tal-istituzzjonijiet.

Il-Parlament Ewropew jilqa' l-fatt li l-proċedura ta' għażla tas-sede l-ġdida tal-aġenzija kienet ibbażata fuq il-kriterji ta' għażla msemmija fl-Approċċ Komuni, iżda jiddeplora l-fatt li eventwalment id-deċiżjoni ntlaħqet bix-xorti. Il-Parlament għalhekk jinsisti li l-proċedura segwita għall-għażla tal-post il-ġdid tas-sede tiġi riformata fil-futur.

Il-Parlament Ewropew jissottolinja li l-proċedura segwita għall-għażla tal-post il-ġdid tas-sede, li għandha l-bażi tagħha fl-Approċċ Komuni, hija ta' natura purament intergovernattiva u li t-talba ta' konferma tal-għażla magħmula permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja tirrifletti t-tensjoni bejn il-proċess intergovernattiv u l-metodu komunitarju, u dan iġorr ir-riskju li jimmina l-metodu komunitarju.

Fl-aħħar nett, il-Parlament Ewropew jixtieq ifakkar ukoll li fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 20161, it-tliet istituzzjonijiet impenjaw ruħhom favur kooperazzjoni leali u trasparenti filwaqt li fakkru fl-ugwaljanza taż-żewġ koleġiżlaturi kif minquxa fit-Trattati."

______________________

ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

wara li kunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Riferiment għall-obbligu ta' kooperazzjoni sinċiera reċiproka fost l-istituzzjonijiet tal-UE

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)   L-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jirrikjedi li r-relazzjonijiet fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jitwettqu f'kooperazzjoni reċiproka sinċiera, filwaqt li kull waħda minnhom taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati u f'konformità mal-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-objettivi stabbiliti fihom. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat u involut b'mod sħiħ matul l-istadji kollha tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-post tas-sede tal-Awtorità Bankarja Ewropea

Referenzi

COM(2017)0734 – C8-0420/2017 – 2017/0326(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

11.12.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

11.12.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Fabio Massimo Castaldo

26.2.2018

Eżami fil-kumitat

26.2.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Pascal Durand, Danuta Maria Hübner, Diane James, Ramón Jáuregui Atondo, Morten Messerschmidt, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Enrique Guerrero Salom, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jérôme Lavrilleux, Mairead McGuinness, Cristian Dan Preda, Jasenko Selimovic

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Seán Kelly, Jeroen Lenaers, Ramón Luis Valcárcel Siso

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

18

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jasenko Selimovic

EFDD

Eleonora Evi

GUE/NGL

Barbara Spinelli

PPE

Danuta Maria Hübner, Seán Kelly, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Mairead McGuinness, Cristian Dan Preda, Ramón Luis Valcárcel Siso

S&D

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Enrique Guerrero Salom, Ramón Jáuregui Atondo, Sylvia-Yvonne Kaufmann

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand

3

-

ECR

Morten Messerschmidt, Kazimierz Michał Ujazdowski

NI

Diane James

1

0

S&D

Pedro Silva Pereira

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-post tas-sede tal-Awtorità Bankarja Ewropea

Referenzi

COM(2017)0734 – C8-0420/2017 – 2017/0326(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.11.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

11.12.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.12.2017

JURI

11.12.2017

AFCO

11.12.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

24.1.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Burkhard Balz

18.1.2018

Pervenche Berès

18.1.2018

 

 

Eżami fil-kumitat

24.1.2018

27.2.2018

9.4.2018

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Thierry Cornillet, Markus Ferber, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Alex Mayer, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mady Delvaux, Manuel dos Santos, Ashley Fox, Krišjānis Kariņš, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Eva Maydell, Michel Reimon, Romana Tomc

Data tat-tressiq

27.4.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

53

+

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Wolf Klinz, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

Ashley Fox, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner

EFDD

Marco Valli

ENF

Barbara Kappel, Bernard Monot

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Dimitrios Papadimoulis, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

PPE

Burkhard Balz, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Krišjānis Kariņš, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Eva Maydell, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Theodor Dumitru Stolojan, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Mady Delvaux, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alex Mayer, Alfred Sant, Manuel dos Santos, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Michel Reimon, Molly Scott Cato

1

-

ENF

Marco Zanni

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Mejju 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza