RAPPORT dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn (2009/125/KE)

7.5.2018 - (2017/2087(INI))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Frédérique Ries


Proċedura : 2017/2087(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0165/2018

NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET

Introduzzjoni

L-Unjoni Ewropea tat bidu għal tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi, u aktar sostenibbli. Għadd ta' politiki u miżuri jaffermaw din id-dikjarazzjoni: l-UE kellha rwol ewlieni fil-konklużjoni tal-ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima; aktar minn EUR 220 miljun mill-baġit tal-UE ġew investiti fi proġetti ekoloġiċi u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju; u ġie stabbilit qafas aktar ċar għat-tikkettar tal-enerġija bl-għan li titjieb l-informazzjoni għall-konsumatur[1].

Jistgħu jinħolqu ekonomiji ta' skala ikbar, u titjieb il-ġestjoni tal-enerġija u tal-materja prima jekk l-UE tisfrutta l-potenzjal sħiħ tal-ekodisinn, definit fl-Artikolu 2(23) tad-Direttiva 2009/125/KE, is-suġġett ta' dan ir-rapport ta' implimentazzjoni, bħala "l-integrazzjoni tal-aspetti ambjentali fid-disinn tal-prodott bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-prodott matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tiegħu".

Huwa fil-fatt fil-fażi tal-manifattura tal-prodott, fejn il-possibilitajiet tekniċi huma l-akbar, li jeħtieġ li jittieħdu l-miżuri; 80 % tat-tniġġis ambjentali u 90 % tal-ispejjeż tal-manifattura huma r-riżultat tad-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-fażi tad-disinn tal-prodott.

Qafas Ewropew stabbiliti fl-2007 u estiż fl-2009

Fl-2005, ir-Rapporteur kienet involuta, f'isem il-Parlament Ewropew, fit-tfassil tal-ewwel qafas legali li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti li jużaw l-enerġija (EuP)[2]. Id-direttiva qafas ma stabbilietx rekwiżiti vinkolanti; dawn ġew stabbiliti fil-miżuri ta' implimentazzjoni adottati fil-proċedura ta' komitoloġija għal ċerti prodotti li jużaw l-enerġija, bħal bojlers, ħiters tal-ilma, kompjuters, lampi, televixins, eċċ.

Fl-2009, reviżjoni tad-direttiva oriġinali estendiet il-kamp ta' applikazzjoni għall-prodotti relatati mal-enerġija (ErP) sabiex titwessa' l-firxa ta' prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent disponibbli fis-suq[3]. Dawn il-prodotti jeħtieġ li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

– il-volum ta' bejgħ tagħhom irid jaqbeż il-200 000 unità fis-sena fl-UE;

– il-prodotti jrid ikollhom impatt ambjentali konsiderevoli;

– il-prodotti jridu joffru potenzjal sinifikanti għall-iżvilupp.

Effiċjenza ġenerali tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn fuq il-prodotti relatati mal-enerġija

L-ekodisinn iġġenera valur miżjud reali, kif rikonoxxut kemm mis-setturi industrijali kkonċernati kif ukoll mill-NGOs u l-esperti tal-Istati Membri.

Skont l-estimi tal-Kummissjoni[4], din il-politika tal-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija hija effiċjenti u promettenti: l-iffrankar tal-enerġija primarja fis-sena jammonta għal madwar 175 Mtoe, ċifra li hija ogħla mill-konsum annwali ta' enerġija primarja tal-Italja u tikkorrispondi għal tnaqqis ta' 320 miljun tunnellata ta' emissjonijiet ta' CO2 fis-sena. Għall-konsumaturi, dan huwa ekwivalenti għal iffrankar ta' madwar EUR 490 għal kull unità domestika fuq il-kontijiet tal-enerġija fis-sena.

Dawn iċ-ċifri jirriżultaw mid-data pprovduta mill-grupp BSH Hausgeräte GmbH, l-akbar manifattur ta' apparat domestiku fl-Ewropa (data BSH, 2017).

Is-sejbiet tal-BSH juru li, pereżempju, il-konsum tal-enerġija tal-magni li jnixxfu l-ħwejjeġ immanifatturati mill-grupp tnaqqas b'medja ta' 75 % bejn l-2001 u l-2016, dak tal-fran tal-elettriku tnaqqas bi 43 %, dak tal-friġġis tnaqqas b'55 %, dak tal-friżers b'69 % u dak tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ tnaqqas bi 68 %.

Madankollu d-Direttiva dwar l-Ekodisinn hija nieqsa mill-appoġġ politiku, xi drabi fl-ogħla livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Ir-rapporteur jiddispjaċiha li waqt il-kampanja elettorali Ewropea ta' Mejju 2014, kif ukoll wkoll waqt ir-referendum tar-Renju Unit ta' Ġunju 2016 il-kunċett tal-ekodisinn spiss intuża bħala logħba politika.

L-approċċ ta' "stenna u ara" kellu riperkussjonijiet diretti: mill-estensjoni fl-2009 tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn biex jiġu inklużi prodotti relatati mal-enerġija (ErP), l-ebda wieħed minn dawn il-prodotti fir-realtà ma kien kopert minn miżuri ta' implimentazzjoni.

Il-monitoraġġ regolatorju ġie meqjus mhux meħtieġ għall-materjal tal-bini. It-twieqi, il-viti u d-doċoċ għadhom qed jiġu studjati biex jiġi vvalutat jekk dawn għandhomx ikunu koperti biss mil-leġiżlazzjoni dwar it-tikkettar tal-enerġija. Issa prodotti ErP ġodda, bħall-pannelli solari u s-sistemi ta' awtomatizzazzjoni u ta' kontroll tal-bini, qed jiġu esplorati bħala parti mill-pjan ta' ħidma 2016-2019.

F'dan ir-rigward, ir-rapporteur tqis li d-29 regolament ta' implimentazzjoni dwar l-ekodisinn, li magħhom wieħed irid iżid is-16-il regolament delegat dwar it-tikkettar tal-enerġija u t-tliet ftehimiet volontarji (dekodifikaturi kumplessi, konsowls tal-logħob u tagħmir tal-immaġni) urew il-valur tagħhom u l-Parlament Ewropew jeħtieġlu jibqa' jippromwovi l-approċċ tal-ekodisinn, jiġifieri l-innovazzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent.

Barra minn hekk, studju ppubblikat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit fl-2015 ikkonkluda wkoll li kull lira Ingliża investita fl-ekodisinn daħħlet 3,8 darbiet aktar fl-ekonomija tar-Renju Unit, u li għalhekk kienet politika ekonomikament vijabbli[5].

Min-naħa l-oħra, hemm ħafna x'wieħed jgħid fuq il-proċedura, peress li l-parti l-kbira tal-partijiet interessati, tal-produtturi u tal-Istati Membri ikkummentaw dwar id-dewmien kontinwu fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni hija għalhekk mitluba tirrimedja din is-sitwazzjoni billi tistabbilixxi proċedura għall-konklużjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni maqsuma f'fażijiet definiti b'mod ċar u tistabbilixxi skadenzi aktar stretti. Dan l-aħħar, il-Parlament u l-Kunsill stabbilew tali rekwiżit fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2017/1369 dwar it-tikkettar tal-enerġija.

Minn iffrankar tal-enerġija għal effiċjenza fir-riżorsi

Ir-rapporteur tqis għandu li jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tad-Direttiva attwali u li titqies id-dimensjoni ambjentali kollha tal-prodott biex tintlaqa' l-isfida l-ġdida tal-ekonomija ċirkolari: kompożizzjoni, durabbiltà, il-possibbilità ta' żarmar, ta' tiswija u ta' riċiklaġġ.

Il-Parlament ripetutament enfasizza dan l-objettiv politiku li titqies il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-prodott:

- ir-rapport ta' Sirpa Pietikäinen dwar "L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari"[6] li ġie adottat fl-2015;

- ir-rapport ta' Pascal Durand dwar "ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji"[7] adottat f'Lulju 2017.

Huwa interessanti li wieħed jinnota li qed jitfaċċaw professjonijiet ġodda madwar il-kunċett tal-ekodisinn: inġiniera tal-materjali, inġiniera fil-qasam tal-ġestjoni ambjentali u tal-iżvilupp sostenibbli, u konsulenti speċjalizzati qegħdin jiġu reklutati, fi kliem ieħor professjonijiet li juru li l-ekodisinn qed iżid fl-importanza fost il-kumpaniji. Dan l-impenn huwa wkoll dak ta' għadd ta' awtoritajiet lokali u reġjonali, bħal dawk li huma inkarigati mit-trattament tal-iskart domestiku. Din hija waħda mir-raġunijiet li għaliha l-leġiżlatur Ewropew jeħtieġ li joħloq qafas ottimali għall-iżvilupp tal-ekodisinn fl-ekonomija Ewropea.

Xi ngħidu dwar il-mowbajls jew l-ismartphones?

Minkejja li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-potenzjal li jkun hemm titjib ta' dawn il-prodotti fl-ekonomija ċirkolari, madankollu hija pproponiet li ma tintegrahomx fil-pjan ta' ħidma dwar l-ekodisinn, minħabba n-natura speċifika tagħhom. Fuq medja, il-konsumatur Ewropew jixtri telefown ċellulari ġdid kull sentejn, fl-istess waqt, il-proċedura Ewropea tal-ekodisinn tieħu erba' snin. Għalhekk iż-żmien ekonomiku ma jaqbilx maż-żmien regolatorju.

Ir-rapporteur tqis li jeħtieġ li b'mod urġenti l-mowbajls u l-ismartphones jiġu inklużi fil-pjan ta' ħidma dwar l-Ekodisinn, bl-għan li mhux biss titjieb l-effiċjenza fl-enerġija, iżda wkoll biex jiġi żgurat li jiġu disinnjati b'mod aħjar, li l-metalli rari li jintużaw fihom jiġu riċiklati, u li l-batterija tkun tista' titneħħa u tiġi mibdula.

Huwa stmat li attwalment, bejn 1 u 5 % biss tal-metalli rari użati fil-manifattura tal-mowbajls, bħat-tungstenu, il-kobalt, il-grafit u l-indju, huma rriċiklati.

Titjib fis-sorveljanza tas-suq

Din hija l-isfida ewlenija l-oħra tal-politika Ewropea dwar l-ekodisinn, jekk wieħed irid li l-prodotti manifatturati skont il-prinċipji tal-ekodisinn isiru n-norma u li ma jiġux ippenalizzati l-manifatturi li jirrispettaw ir-regoli. Dan il-punt ġie enfasizzat diversi drabi fl-istudju EPRS, li serva bħala bażi għall-ħidma tat-tfassil ta' dan ir-rapport ta' implimentazzjoni u li rrimarka li l-monitoraġġ tas-suq huwa kompetenza tal-Istati Membri[8].

Il-Kummissjoni tistma li bejn 10 u 25 % tal-prodotti rregolati mid-Direttiva mhumiex konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija. Dan huwa inaċċettabbli.

Ir-rapporteur tippreżenta diversi proposti sabiex tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq:

– "l-aħjar prattiki" stabbiliti mill-Istati Membri li diġà jaqsmu data dwar l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti permezz tal-ICSMS (Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq) għandhom jipprovdu l-bażi għal miżuri ulterjuri u l-ambitu tal-ICSMS għandu jiġi estiż biex ikopri prodotti li għalihom japplikaw miżuri tal-ekodisinn,

– metodi ta' skrinjar rapidu għandhom jiġu adottati biex jiġu identifikati l-prodotti li aktarx ma mhumiex konformi, f'kooperazzjoni mal-esperti tas-settur,

– miżuri dissważivi għandhom jittieħdu biex titjieb il-konformità mar-regoli tal-ekodisinn. Pereżempju, meta jiġu imposti sanzjonijiet fuq manifatturi mhux konformi għandu jiġi żgurat li dawn ikunu proporzjonali għall-impatt tan-nuqqas ta' konformità fuq is-suq Ewropew kollu u għandu jingħata kumpens għall-konsumaturi li jkunu xtraw il-prodotti mhux konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, anke wara l-iskadenza tal-garanzija legali ta' sentejn.

Rakkomandazzjonijiet oħra

Jeħtieġ li l-kwistjoni dwar l-obsolexxenza prematura tal-prodotti tant komuni bħal tablets, magni tal-kafè u stampaturi tiġi indirizzata f'dan ir-rapport ta' evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn.

Fl-4 ta' Lulju 2017, f'riżoluzzjoni mhux vinkolanti l-Parlament irrimarka li għandhom jiġu stabbiliti "kriterji minimi ta' reżistenza" għal kull kategorija ta' prodott mill-fażi tad-disinn 'il quddiem. Dawn jistgħu jkunu bbażati fuq l-istandards imfassla mit-tliet organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni (CEN, CENELEC u ETSI)[9].

Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru li sar fl-2014, 77 % tal-Ewropej jippreferu jsewwu l-oġġetti tagħhom minflok jixtru prodotti ġodda, iżda jaqtgħu qalbhom minħabba l-ispejjeż tat-tiswija. Għaldaqstant il-Kummissjoni u l-Istati Membri qed jiġu mitluba jappoġġaw lill-manifatturi ta' prodotti modulari li faċilment jiżżarmaw u jiġu mibdula. Dan huwa dak li jissimbolizza l-ekodisinn u huwa fattur ewlieni fil-prestazzjoni ekoloġika tal-prodotti.

  • [1]  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE
  • [2]  Id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta' qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija.
  • [3]  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija.
  • [4]  Pjan ta' Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019. COM(2016)773 final, paġna 2.
  • [5]  Ir-rapport tad-DEFRA (Department for Environment, Food and Rural Affairs): https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/406225/defra-regulation-assessment-2015.pdf
  • [6]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar ''L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari'' (2014/2208(INI)).
  • [7]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji (2016/2272(INI)).
  • [8]  Anna Zygierewicz (coord.), The Ecodesign Directive (Id-Direttiva dwar l-Ekodisinn (2009/125/KE) Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea, EPRS. PE 611.015, Novembru 2017, paġni 43-44, paġna 50, paġna 80, eċċ.
  • [9]  Riżoluzzjoni tal-Parlament dwar ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji (2016/2272(INI)).

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn (2009/125/KE)

(2017/2087(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva dwar l-Ekodisinn") u r-regolamenti ta' implimentazzjoni u l-ftehimiet volontarji adottati skont din id-Direttiva[1],

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Ħidma tal-Kummissjoni dwar l-Ekodisinn 2016-2019 (COM(2016)0773) adottat f'konformità mad-Direttiva 2009/125/KE,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE[2],

–  wara li kkunsidra l-objettivi tal-Unjoni dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-effiċjenza fl-enerġija,

  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima u l-21 Konferenza tal-Partijiet (COP 21) għall-UNFCCC,

–  wara li kkunsidra r-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi mill-UE u mill-Istati Membri,

  wara li kkunsidra l-objettiv fit-tul stabbilit f'dan il-Ftehim, jiġifieri li ż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm sew taħt 2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u li jissoktaw l-isforzi biex tiġi llimitata għal 1,5°C,

–  wara li kkunsidra l-Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 (Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013[3]),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Pjan ta' azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari" (COM(2015)0614),

  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2018 dwar Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari (COM(2018)0028),

  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni kif ukoll id-dokument ta' ħidma tal-persunal tas-16 ta' Jannar 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari; alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart (COM(2018)0032);

  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-lista tal-2017 tal-materja prima kritika għall-UE (COM(2017)0490),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-ekoinnovazzjoni: biex tkun tista' ssir it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, adottati fit-18 ta' Diċembru 2017[4],

  wara li kkunsidra l-Emissions Gap Report (ir-Rapport dwar id-Diskrepanza fl-Emissjonijiet) maħruġ mill-Programm Ambjentali tan-NU f'Novembru 2017,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari[5],

  wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji[6],

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni Ewropea (EIA) imfassla mid-Direttorat Ġenerali tal-Parlament għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari biex takkumpanja l-iskrutinju tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0165/2018),

A.  billi l-objettiv tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn huwa li jiżdiedu l-effiċjenza fl-enerġija u l-livell ta' protezzjoni tal-ambjent permezz ta' rekwiżiti armonizzati li jiżguraw il-funzjonament tas-suq intern u jippromwovu t-tnaqqis kontinwu tal-impatt ambjentali ġenerali ta' prodotti relatati mal-enerġija; billi dawn il-miżuri għandhom ukoll impatt pożittiv fuq is-sigurtà tal-enerġija billi jnaqqsu l-konsum tal-enerġija;

B.  billi d-Direttiva dwar l-Ekodisinn tipprovdi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali fuq iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti relatati mal-enerġija; billi, s'issa, id-deċiżjonijiet fl-ambitu tad-Direttiva fil-parti l-kbira kkonċentraw fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija matul il-fażi tal-użu;

C.  billi l-implimentazzjoni tad-Direttiva tista' tikkontribwixxi aktar għall-isforzi tal-UE biex titjieb l-effiċjenza fl-enerġija u għat-twettiq tal-għanijiet tal-azzjoni klimatika;

D.  billi t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-prodotti tal-enerġija fil-fażi tal-ekodisinn, permezz tal-provvediment ta' kriterji minimi dwar it-tul ta' ħajja tagħhom u dwar il-potenzjal ta' titjib fil-kwalità, tiswija, riċiklaġġ u użu mill-ġdid tagħhom, jista' jiġġenera opportunitajiet konsiderevoli f'termini ta' ħolqien ta' postijiet tax-xogħol;

E.  billi, sal-bidu tal-2018, kien hemm fis-seħħ 29 regolament speċifiku dwar l-Ekodisinn li jkopru gruppi ta' prodotti differenti u, flimkien ma' dawn, kienu ġew adottati tliet ftehimiet volontarji rikonoxxuti skont id-Direttiva;

F.  billi d-Direttiva dwar l-Ekodisinn tirrikonoxxi ftehimiet volontarji jew miżuri ta' awtoregolamentazzjoni oħra bħala alternattivi għall-miżuri ta' implimentazzjoni ġaladarba jiġu ssodisfati ċerti kriterji; billi mhux il-ftehimiet volontarji kollha li hemm fis-seħħ bħalissa wrew li kienu aktar effiċjenti minn miżuri regolatorji;

G.  billi l-ekodisinn iġib benefiċċji ekonomiċi għall-industrija u għall-konsumaturi u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-politiki tal-Unjoni dwar il-klima, l-enerġija u l-ekonomija ċirkolari;

H.  billi l-leġiżlazzjoni dwar l-Ekodisinn hija marbuta mill-qrib mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tikkettar tal-enerġija u l-miżuri li ttieħdu fl-ambitu ta' dawn iż-żewġ direttivi huma mistennija li sal-2020 jiġġeneraw EUR 55 biljun fi dħul addizzjonali fis-sena għas-setturi industrijali, tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, u huwa stmat li sal-2020 iġibu 175 Mtoe f'iffrankar tal-enerġija primarja fis-sena, li b'hekk jikkontribwixxu għal daqs nofs l-objettiv tal-Unjoni għall-iffrankar tal-enerġija u għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija għall-2020; billi l-leġiżlazzjoni tikkontribwixxi b'mod sinifikanti wkoll għall-objettivi klimatiċi tal-UE bit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ekwivalenti għal madwar 320 miljun tunnellata ta' emissjonijiet ta' CO2 fis-sena; billi l-potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija huwa akbar fit-tul;

I.  billi, skont ir-rapport dwar il-Kontabbiltà tal-Impatt tal-Ekodisinn (Kummissjoni Ewropea, 2016), huwa stmat li sal-2020, il-konsumaturi tal-UE se jiffrankaw sa total ta' EUR 112-il biljun, jew madwar EUR 490 fis-sena għal kull unità domestika;

J. billi aktar minn 80 % tal-impatt ambjentali tal-prodotti relatati mal-enerġija huwa identifikat fil-fażi tad-disinn;

K.  billi għal maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati, jistgħu jiġu identifikati tliet ostakli ewlenin għall-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni: in-nuqqas ta' appoġġ u direzzjoni politiċi ċari, il-pass kajman tal-proċessi regolatorji u l-inadegwatezza tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri;

L.  billi huwa stmat li 10-25 % tal-prodotti fis-suq mhumiex konformi mad-Direttivi dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija, li jwassal għal telf ta' madwar 10 % tal-iffrankar tal-enerġija previst u għal kompetizzjoni inġusta;

M.  billi, filwaqt li fl-2009 il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn twessa' biex ikopri l-prodotti kollha relatati mal-enerġija (esklużi l-mezzi tat-trasport), l-ebda prodott li ma jużax l-enerġija s'issa ma ġie kopert mir-rekwiżiti għall-ekodisinn;

N.   billi l-prodotti kollha fl-UE għandhom ikunu ddisinjati, immanifatturati, u mibjugħa bl-inqas użu possibbli ta' sustanzi perikolużi, filwaqt li tiġi żgurata s-sikurezza tal-prodott sabiex jiġi ffaċilitat ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tiegħu u fl-istess ħin jinżammu livelli għolja ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent;

O.  billi d-Direttiva dwar l-Ekodisinn tiddikjara li l-komplementarjetà tagħha mar-Regolament REACH dwar sustanzi kimiċi għandha tikkontribwixxi għal żieda fl-impatti rispettivi tagħhom u għall-bini ta' rekwiżiti koerenti li għandhom japplikaw il-manifatturi; billi r-rekwiżiti li huma relatati mal-użu ta' sustanzi kimiċi perikolużi u r-riċiklaġġ tagħhom s'issa kien limitat;

P.  billi qiegħda tiġi żviluppata bażi ta' data ġdida skont ir-Regolament il-ġdid dwar it-Tikkettar tal-Enerġija u l-bażi ta' data għas-sorveljanza tas-suq ICSMS qiegħda tintuża f'xi Stati Membri, iżda mhux fl-Istati Membri kollha;

Q.  billi wieħed mill-objettivi prijoritarji tal-Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 (is-seba' EAP) huwa li l-Unjoni tinbidel f'ekonomija effiċjenti fir-riżorsi, ekoloġika u kompetittiva b'livell baxx ta' karbonju; billi l-EAP jiddikjara li l-qafas tal-politika tal-Unjoni għandu jiżgura li prodotti prijoritarji mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jkunu "imfassla b'mod ekoloġiku" bl-għan li tiġi ottimizzata l-effiċjenza fir-riżorsi u l-effiċjenza tal-materjali;

R.  billi l-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari jinkludi l-impenn li jiġu enfasizzati l-aspetti tal-ekonomija ċirkolari fir-rekwiżiti futuri tad-disinn tal-prodott skont id-Direttiva dwar l-Ekodisinn billi jiġu analizzati sistematikament kwistjonijiet bħalma huma t-tiswija, id-durabbiltà, it-titjib fil-kwalità, ir-riċiklabbiltà, jew l-identifikazzjoni ta' ċerti materjali jew sustanzi;

S.  billi l-Ftehim ta' Pariġi jistabbilixxi għan fit-tul f'konformità mal-objettiv li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt 2°C ogħla mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5°C ogħla mil-livelli preindustrijali; billi l-UE hija impenjata li tikkontribwixxi s-sehem ġust tagħha lejn dawn l-għanijiet permezz ta' tnaqqis fl-emissjonijiet fis-setturi kollha;

T.  billi l-miżuri tal-ekodisinn għandhom ikopru ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti sabiex itejbu l-effiċjenza fir-riżorsi fl-Unjoni, billi jqisu l-fatt li aktar minn 80 % tal-impatt ambjentali tal-prodott huwa ddeterminat fil-fażi tad-disinn, li għalhekk għandu rwol importanti ħafna fil-promozzjoni tal-aspetti tal-ekonomija ċirkolari, id-durabbiltà, it-titjib fil-kwalità, il-possibbiltà ta' tiswija, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' prodott;

U.  billi, minbarra li jagħmlu prodotti aktar sostenibbli u effiċjenti fir-riżorsi, il-prinċipji tal-ekonomija kollaborattiva u l-ekonomija tas-servizzi jeħtieġ li jissaħħu, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-unitajiet domestiċi bi dħul baxx, inklużi dawk f'riskju ta' faqar enerġetiku, meta jippreżentaw programmi li jinkoraġġixxu l-adozzjoni tal-aktar prodotti u servizzi effiċjenti fir-riżorsi;

V.  billi l-Unjoni hija parti mill-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (POPs), u għalhekk hija meħtieġa tieħu azzjoni fir-rigward tal-eliminazzjoni gradwali ta' dawk is-sustanzi perikolużi, inkluż billi tillimita l-użu tagħhom fl-istadju tad-disinn tal-prodott;

Għodda effettiva għal iffrankar tal-enerġija kosteffiċjenti.

1.  Jikkunsidra li d-Direttiva dwar l-Ekodisinn kienet għodda ta' suċċess għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, irriżultat fi tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra u f'benefiċċji ekonomiċi għall-konsumaturi;

2.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli tinkludi aktar gruppi ta' prodotti magħżula abbażi tal-potenzjal tal-ekodisinn tagħhom, inkluż kemm il-potenzjal tal-effiċjenza tal-enerġija u tal-effiċjenza materjali kif ukoll aspetti ambjentali oħra, billi tuża l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 15 tad-Direttiva, u żżomm l-istandards eżistenti aġġornati, sabiex tisfrutta l-potenzjal sħiħ tal-kamp ta' applikazzjoni u tal-objettivi tad-Direttiva;

3.  Jissottolinja li d-Direttiva dwar l-Ekodisinn ittejjeb il-funzjonament tas-suq intern tal-UE permezz tad-definizzjoni ta' standards tal-prodotti komuni; jenfasizza li l-adozzjoni kontinwa ta' rekwiżiti tal-prodott armonizzati fil-livell tal-UE tappoġġa l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-kompetittività tal-manifatturi tal-UE u tiżgura l-kompetizzjoni ġusta, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn;

4.  Ifakkar li d-Direttiva tirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta miżuri ta' implimentazzjoni fejn prodott jissodisfa l-kriterji, jiġifieri volumi sinifikanti ta' prodotti mibjugħa, impatt ambjentali sinifikanti u potenzjal ta' titjib; jenfasizza r-responsabbiltà imposta fuq il-Kummissjoni biex tirrispetta dan il-mandat u tiżgura li l-benefiċċji għall-konsumaturi, għall-ekonomija ċirkolari u għall-ambjent jinkisbu b'mod effikaċi, filwaqt li tirrikonoxxi li tali standards tal-prodott jistgħu jiġu applikati biss fil-livell tal-UE u li l-Istati Membri għalhekk jiddependu fuq il-Kummissjoni biex tieħu l-azzjoni meħtieġa;

5.  Jemmen li l-koordinazzjoni ma' inizjattivi marbuta mal-ekonomija ċirkolari tkompli ttejjeb l-effettività tad-Direttiva; jitlob, għaldaqstant, għal pjan ambizzjuż dwar l-ekodisinn u l-ekonomija ċirkolari, li jipprovdi kemm benefiċċji ambjentali u opportunitajiet għat-tkabbir sostenibbli u għall-impjiegi, anke fis-settur tal-SMEs, kif ukoll għal vantaġġi għall-konsumaturi; jinnota li effiċjenza ogħla tar-riżorsi u l-użu tal-materja prima sekondarja fil-manifattura tal-prodotti joffru potenzjal konsiderevoli, f'termini ta' tnaqqis tal-iskart u ta' ekonomija fir-riżorsi;

6.  Jissottolinja li d-Direttiva dwar l-Ekodisinn hija parti minn sett akbar ta' għodod u li l-effikaċja tagħha tiddependi fuq sinerġiji ma' strumenti oħrajn, b'mod partikolari dwar it-tikkettar tal-enerġija; jikkunsidra li għandhom jiġu evitati regolamenti sovrapposti;

Tisħiħ tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet

7.  Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-Forum Konsultattiv sabiex ilaqqa' flimkien l-industrija, is-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u jikkunsidra li din l-entità qiegħda taħdem sew;

8.  Huwa mħasseb bid-dewmien xi drabi sinifikanti fl-iżvilupp u fl-adozzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni, li joħloq inċertezza għall-operaturi ekonomiċi, irriżulta f'opportunitajiet mitlufa sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija għall-konsumaturi u t-tnaqqis assoċjat tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u jista' jwassal biex miżuri adottati jibqgħu lura mill-iżviluppi teknoloġiċi;

9.  Jinnota li d-dewmien fl-implimentazzjoni huwa attribbwibbli għar-riżorsi limitati disponibbli fi ħdan il-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tuża biżżejjed riżorsi għall-proċess tal-ekodisinn minħabba l-valur miżjud tal-UE sinifikanti tal-leġiżlazzjoni;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tevita dewmien fl-adozzjoni u fil-pubblikazzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni u jirrakkomanda d-definizzjoni ta' skadenzi u stadji importanti ċari għall-finalizzazzjoni tagħhom u għar-reviżjoni tar-regolamenti eżistenti; jikkunsidra li l-miżuri tal-ekodisinn għandhom jiġu adottati b'mod individwali u ppubblikati eżatt kif jitlestew;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi osservat il-perjodu ta' żmien previst fil-Programm ta' Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019;

12.  Jenfasizza l-ħtieġa li r-rekwiżiti tal-ekodisinn ikunu bbażati fuq analiżi teknika solida u valutazzjonijiet tal-impatt, li jqisu l-prodotti jew it-teknoloġiji li jagħtu l-aħjar prestazzjoni fis-suq u l-iżvilupp teknoloġiku f'kull settur bħala referenza; jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-implimentazzjoni u r-rieżami tal-miżuri għall-prodotti li għandhom l-akbar potenzjal f'termini ta' ffrankar tal-enerġija primarja u tal-ekonomija ċirkolari;

13.  Jirrikonoxxi li d-Direttiva dwar l-Ekodisinn tippermetti l-użu ta' ftehimiet volontarji; jissottolinja li l-ftehimiet volontarji jistgħu jintużaw minflok il-miżuri ta' implimentazzjoni fejn dawn ikopru l-maġġoranza kbira tas-suq u huma kkunsidrati bħala kapaċi li jiggarantixxu minn tal-inqas l-istess livell ta' prestazzjoni ambjentali, u li dawn għandhom jiggarantixxu proċess iktar mgħaġġel ta' teħid ta' deċiżjonijiet; jikkunsidra li għandha tissaħħaħ l-effikaċja tas-sorveljanza ta' ftehimiet volontarji u jiġi żgurat l-involviment xieraq tas-soċjetà ċivili; jilqa', f'dan ir-rigward, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2125 dwar il-linji gwida għall-miżuri ta' awtoregolamentazzjoni konklużi mill-industrija, u jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja b'mod strett kwalunkwe ftehim volontarju rikonoxxut skont id-Direttiva dwar l-Ekodisinn;

14.  Iħeġġeġ l-integrazzjoni tal-kurvi tat-tagħlim tat-teknoloġija fil-Metodoloġija għall-Ekodisinn tal-Prodotti relatati mal-Enerġija (MEERP) sabiex it-titjib fit-teknoloġija jiġi antiċipat sa meta r-regolamenti jidħlu fis-seħħ u jiġi żgurat li r-regolamenti jibqgħu aġġornati;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi valutazzjonijiet dwar ir-rilaxx ta' mikroplastiċi fl-ambjent akkwatiku fil-miżuri tal-ekodisinn fejn xieraq; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi rekwiżiti obbligatorji għall-filtri tal-mikroplastik fir-rieżami tal-miżuri tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u l-magni li jaħslu u jnixxfu l-ħwejjeġ tal-unitajiet domestiċi;

Minn iffrankar tal-enerġija għal effiċjenza fir-riżorsi

16.  Itenni s-sejħa tiegħu għal impetu ġdid fuq l-aspetti tal-ekonomija ċirkolari tal-prodotti u jikkunsidra li d-Direttiva dwar l-Ekosidinn tipprovdi potenzjal sinifikanti biex tittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi li s'issa għadu ma ġiex sfruttat;

17.  Jemmen, għalhekk, li l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn – flimkien mal-isforzi kontinwi sabiex tittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija – issa trid tindirizza b'mod sistematiku ċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta' kull grupp ta' prodotti fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tagħha, bl-istabbiliment ta' kriterji minimi tal-effiċenzja tar-riżorsi li jkopru, fost oħrajn, id-durabbiltà, ir-robustezza, il-possibbiltà li jissewwew u li jiġu aġġornati, iżda anke l-potenzjal ta' kondiviżjoni, użu mill-ġdid, skalabbiltà, possibbiltà ta' riċiklaġġ, il-possibbiltà ta' manifattura mill-ġdid, il-kontenut ta' materjal riċiklat jew materja prima sekondarja, u l-użu ta' materja prima kritika;

18.  Iqis li l-għażla tal-kriterji tal-ekonomija ċirkolari għal kull grupp ta' prodotti trid tiġi speċifikata sew u definita b'mod ċar u oġġettiv, filwaqt li fl-istess ħin il-kriterji jkunu jistgħu jitkejlu faċilment u jiġu implimentati bi spejjeż proporzjonati, sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva tibqa' implimentabbli;

19.  Jitlob li jsiru analiżijiet fil-fond b'mod sistematiku tal-potenzjal tal-aspetti relatati mal-ekonomija ċirkolari fil-fażi tal-istudji preparatorji tal-miżuri speċifiċi tal-ekodisinn għal kull kategorija ta' prodotti;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi wkoll kriterji etiċi bħall-oriġini u l-metodi ta' estrazzjoni tal-materjali użati, kif ukoll il-kundizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema u tal-popolazzjonijiet lokali;

21.  Jinsisti fuq l-importanza li l-manifatturi għandhom jipprovdu struzzjonijiet ċari u oġġettivi li jippermettu lill-utenti u lill-persuni li jsewwu li jaħdmu għal rashom biex isewwu l-prodotti b'mod aktar faċli, mingħajr materjal speċifiku; jenfasizza wkoll l-importanza li tiġi pprovduta informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' parts tal-bdil u dwar it-tul tal-ħajja tal-prodotti, meta dan ikun possibbli;

22.  Jenfasizza l-benefiċċji potenzjali li wieħed jikkonċentra fuq aspetti ambjentali oħra lil hinn mill-użu tal-enerġija, bħall-użu ta' sustanzi kimiċi perikolużi, ir-rilaxx ta' mikroplastiċi, il-ġenerazzjoni ta' skart u l-input ta' materjal, u jappella biex jintużaw l-għodod skont id-Direttiva sabiex tissaħħaħ it-trasparenza għall-konsumaturi;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal rekwiżiti obbligatorji għad-disponibbiltà tal-aġġornamenti għal softwer użat minn apparat elettroniku li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva;

24.  Jenfasizza l-ħtieġa li r-riċiklabbiltà tissaħħaħ bl-użu ta' polimeri tal-plastik uniċi jew kompatibbli, filwaqt li jiġi promoss l-użu attwali ta' materjali rriċiklati;

25.  Iqis li peress li aktar minn 80 % tal-impatt ambjentali ta' prodott huwa ddeterminat fil-fażi tad-disinn, huwa f'dik il-fażi li, fil-biċċa l-kbira, sustanzi ta' tħassib jistgħu jiġu evitati, sostitwiti jew limitati; jenfasizza li l-użu ta' materjali u sustanzi ta' importanza kritika, bħall-elementi terrestri rari (REE), jew sustanzi ta' natura tossika jew sustanzi ta' tħassib, bħal sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu (POPs) u interferenti endokrinali, irid jitqies speċifikament skont il-kriterji tal-ekodisinn imwessgħin sabiex jirrestrinġu l-użu tagħhom jew jiġu sostitwiti, fejn xieraq, jew tal-inqas tiġi żgurata l-possibbiltà li jiġu estratti/separati fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti legali armonizzati oħra dwar dawn is-sustanzi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni;

26.  Jitlob li r-rekwiżiti tal-ekodisinn, fil-każ ta' prodotti relatati mal-enerġija, ma joħolqux objettivi li diffiċli jintlaħqu mill-produtturi tal-UE, b'mod partikolari mill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, li l-kapaċità tagħhom b'rabta mat-teknoloġiji protetti bi privattivi hija konsiderevolment iżgħar minn dik ta' kumpaniji ewlenin tas-suq;

27.  Jilqa', f'dan ir-rigward, il-programm ta' ħidma tal-Ekodisinn 2016-2019, li jinkludi impenji għall-iżvilupp ta' rekwiżiti u standards għall-effiċjenza tal-materjali, filwaqt li jiġi appoġġat l-użu tal-materja prima sekondarja, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tlesti din il-ħidma bħala kwistjoni ta' prijorità; jikkunsidra li dawn il-kriterji għandhom ikunu speċifiċi għall-prodott, ibbażati fuq analiżijiet robusti, li jiffukaw fuq oqsma li għandhom potenzjal ċar għal titjib u jkunu jistgħu jiġu infurzati u verifikati minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq; iqis li, meta jiġu ddefiniti l-aħjar prattiki, għandu jiġi promoss l-użu tar-riżultati ta' attivitajiet ta' riċerka tal-imgħoddi u li għaddejjin bħalissa, ta' innovazzjonijiet l-aktar avvanzati fir-riċiklaġġ tal-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku;

28.  Jemmen li l-iżvilupp ta' "approċċ ta' sistema" sabiex ma jitqiesx biss il-prodott iżda s-sistema kollha meħtieġa għall-funzjonament tiegħu fil-proċess tal-Ekodisinn qiegħed isir dejjem aktar fattur kritiku għas-suċċess lejn l-effiċjenza fir-riżorsi, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi aktar minn dawn l-opportunitajiet fil-livell ta' sistema fil-Programm ta' Ħidma tal-Ekodisinn li jmiss; 

29.  Jemmen li trid tingħata attenzjoni partikolari għall-prodotti li jużaw l-ilma fejn jistgħu jintlaħqu benefiċċji ambjentali sinifikanti u ffrankar importanti għall-konsumaturi;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ l-irkupru ta' materja prima kritika anke mill-iskart tal-minjieri;

31.  Jinnota li l-Kummissjoni pposponiet azzjoni fuq teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), bħal mowbajls u smartphones, peress li qiegħda tistenna valutazzjonijiet ulterjuri u minħabba l-bidliet teknoloġiċi rapidi f'dan il-grupp ta' prodotti; jikkunsidra, madankollu, li dawn il-prodotti, li jinbiegħu f'ammonti kbar u jinbidlu ta' spiss, għandhom potenzjal ċar għal titjib, b'mod partikolari f'termini ta' effiċjenza fir-riżorsi, u għandhom għalhekk jiġu applikati kriterji tal-ekodisinn għalihom u jsiru sforzi biex il-proċess regolatorju jiġi ssimplifikat; jenfasizza l-ħtieġa li ssir valutazzjoni bir-reqqa dwar kif jista' jitjieb l-ekodisinn għall-gruppi ta' prodotti li għalihom il-possibbiltà ta' tiswija u s-sostituzzjoni ta' parts tal-bdil huma parametri ewlenin tal-ekodisinn;

32.  Jenfasizza l-ħtieġa li:

(a)  it-titjib fil-kwalità jkun promoss permezz tad-disponibilità ta' aġġornamenti tas-softwer għall-apparat elettroniku,

(b)  il-possibbiltà ta' tiswija tkun iffaċilitata bid-disponibbiltà ta' parts tal-bdil bi prezz diċenti meta mqabbel mal-prezz totali tal-prodott tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-oġġett,

(c)  il-possibbiltà ta' riċiklaġġ tkun imsaħħa bl-użu ta' polimeri tal-plastik uniċi jew kompatibbli;

33.  Ifakkar fl-appell tiegħu għal rieżami wiesa' tal-qafas tal-politika tal-Unjoni dwar il-prodotti sabiex jiġu indirizzati aspetti fir-rigward tal-effiċjenza fir-riżorsi; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tivvaluta jekk il-metodoloġija tal-ekodisinn attwali tistax tintuża għal kategoriji ta' prodotti oħrajn minbarra prodotti relatati mal-enerġija, u tippreżenta proposti għal leġiżlazzjoni ġdida fejn meħtieġ;

34.  Jenfasizza li, sabiex jiġi żgurat l-użu ta' materjali riċiklati/sekondarji, id-disponibbiltà ta' materjali sekondarji ta' kwalità għolja hija importanti ħafna, u għandu jiġi stabbilit suq organizzat tajjeb għal dawk il-materjali sekondarji;

35.  Jenfasizza l-importanza li tiġi attribwita r-responsabbiltà fuq il-produtturi u li jiġu estiżi l-perjodi u l-kundizzjonijiet tal-garanzija, li l-manifatturi/bejjiegħa jiġu obbligati jerfgħu r-responsabbiltà għaċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta' prodott, li tingħata spinta lill-possibbiltà ta' tiswija, lit-titjib fil-kwalità, lill-modularità u l-possibbiltà ta' riċiklaġġ, u li jiġi żgurat li l-immaniġġjar tal-materja prima u tal-iskart jibqa' fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

36.  Jappella biex jiġu estiżi l-garanziji minimi għall-oġġetti tal-konsum durabbli;

Titjib fis-sorveljanza tas-suq

37.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sorveljanza tal-prodotti li jitqiegħdu fis-suq intern permezz ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali, u billi jiġu pprovduti riżorsi finanzjarji xierqa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-potenzjal li tiġi stabbilita skeda informattiva diġitali dwar il-prodott ("passaport tal-prodott"), kif issuġġerit fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2017 dwar l-ekoinnovazzjoni, bħala għodda biex jiġu divulgati l-materjali u s-sustanzi li jkunu jinsabu fil-prodott, li tiffaċilita wkoll is-sorveljanza tas-suq;

39.  Jappella għal sistema ta' sorveljanza tas-suq aktar koerenti u kosteffiċjenti fl-Unjoni sabiex tiġi żgurata konformità mad-Direttiva dwar l-Ekodisinn, u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

–  li l-awtoritajiet nazzjonali jintalbu jużaw il-bażi ta' data tal-ICSMS biex jikkondividu r-riżultati kollha tal-kontrolli tal-konformità u tal-ittestjar tal-prodotti mwettqa għall-prodotti kollha koperti mir-regolamenti dwar l-Ekodisinn; din il-bażi ta' data għandha tinkludi l-informazzjoni kollha relevanti għal prodotti konformi u mhux konformi sabiex jiġi evitat l-ittestjar mhux meħtieġ fi Stat Membru ieħor u għandha tkun faċli għall-utent u faċilment aċċessibbli;

–  li l-bażi ta' data ġenerali għar-reġistrazzjoni tal-prodotti għal prodotti b'tikketta tal-enerġija tiġi estiża għall-prodotti kollha koperti mir-regolamenti dwar l-Ekodisinn;

–  li l-awtoritajiet nazzjonali jintalbu jfasslu pjanijiet speċifiċi għall-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq tagħhom fil-qasam tal-ekodisinn, li għandhom jiġu nnotifikati lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni kif previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008[7]; L-Istati Membri għandhom jinkludu spezzjonijiet għal għarrieda f'dawn il-pjanijiet;

–  li jiġu applikati metodi ta' skrinjar rapidi sabiex jiġu identifikati prodotti li ma jikkonformawx mar-regolamenti, u li dawn jiġu elaborati f'kooperazzjoni ma' esperti tal-industrija u kondiviżi mal-korpi pubbliċi;

–  li l-Kummissjoni tikkunsidra li tiddefinixxi perċentwal minimu ta' prodotti fis-suq biex jiġu ttestjati, kif ukoll, tiżviluppa mandat għat-twettiq tas-suq indipendenti tagħha stess u tagħmel proposti, kif meħtieġ;

–  li jiġu adottati miżuri repressivi, inklużi: sanzjonijiet għal manifatturi mhux konformi proporzjonati mal-impatt tan-nuqqas ta' konformità fuq is-suq Ewropew kollu u kumpens għall-konsumaturi li jkunu xtraw prodotti mhux konformi, anki lil hinn mill-perjodu tal-garanzija legali, inkluż permezz tar-rimedju kollettiv;

–  li tingħata attenzjoni partikolari lill-importazzjonijiet minn barra l-UE u lill-prodotti mibjugħa online;

–  li tiġi żgurata konformità mal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha (COM(2017)0795), il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jinkludi prodotti regolati mid-Direttiva dwar l-Ekodisinn; jappoġġa, f'dan il-kuntest, l-iffaċilitar fil-livell tal-UE ta' ttestjar konġunt;

40.  Jenfasizza l-importanza ta' standards ta' ttestjar armonizzati, xierqa u ddefiniti b'mod ċar, u jenfasizza li għandhom jiġu żviluppati protokolli ta' ttestjar li jkunu qrib kemm jista' jkun tal-kundizzjonijiet reali; jissottolinja li l-metodi ta' ttestjar għandhom ikunu robusti u ddisinnjati u mwettqa b'tali mod li jeskludu l-manipulazzjoni u t-titjib intenzjonat jew mhux intenzjonat tar-riżultati; iqis li t-testijiet ma għandhomx jagħtu lok għal piż oneruż fuq in-negozji, b'mod partikolari għall-SMEs, li ma għandhomx l-istess kapaċità bħal kompetituri kbar tagħhom; jilqa' r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2282 dwar l-użu tat-tolleranzi fil-proċeduri ta' verifika;

41.  Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri fil-ħidma ta' infurzar tagħhom u għal kooperazzjoni msaħħa meta prodott jinstab li ma jkunx konformi; jenfasizza l-ħtieġa għal gwida għall-manifatturi u l-importaturi dwar ir-rekwiżiti ddettaljati tad-dokumenti meħtieġa għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

Rakkomandazzjonijiet oħra

42.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata konsistenza u konverġenza bejn regolamenti dwar l-ekodisinn u regolamenti orizzontali bħal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi u l-iskart, inklużi d-Direttivi dwar REACH, WEEE u RoHS, u jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu s-sinerġiji mal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku u mal-Ekotikketta tal-UE;

43.  Jissottolinja r-rabta bejn id-Direttiva dwar l-Ekodisinn u d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija; jistieden lill-Istati Membri jinċentivaw l-adozzjoni ta' prodotti u servizzi effiċjenti fis-suq u jintensifikaw l-attivitajiet ta' spezzjoni u ta' konsulenza tagħhom; jemmen li t-titjib tal-ekodisinn tal-prodotti relatati mal-enerġija jista' mbagħad jaffettwa b'mod pożittiv ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija;

44.  Jissottolinja l-ħtieġa li l-pubbliku ġenerali u b'mod partikolari l-midja jingħataw informazzjoni ċara dwar il-benefiċċji tal-ekodisinn qabel it-tnedija ta' miżura, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkomunikaw b'mod proattiv dwar il-benefiċċji tal-miżuri tal-ekodisinn bħala parti integrali tal-proċess ta' adozzjoni ta' dawn il-miżuri tal-ekodisinn u jikkomunikaw aktar mal-partijiet ikkonċernati sabiex in-nies jifhmu aħjar il-leġiżlazzjoni;

45.  Jenfasizza li t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u ċirkolari se tippreżenta mhux biss bosta opportunitajiet iżda wkoll sfidi soċjali; iqis, peress li ħadd ma għandu jitħalla barra, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-familji b'introjtu baxx li jinsabu f'riskju ta' faqar enerġetiku meta jippreżentaw programmi li jħeġġu l-użu tal-aktar prodotti effiċjenti fir-riżorsi; jemmen li tali programmi ma għandhomx jostakolaw l-innovazzjoni iżda għandhom ikomplu jippermettu lill-manifatturi joffru lill-konsumaturi firxa wiesgħa ta' prodotti ta' kwalità għolja, u li huma għandhom jiffavorixxu wkoll id-dħul fis-suq ta' prodotti relatati mal-enerġija u li jużaw l-ilma li jkunu kapaċi jiksbu effiċjenza ikbar fir-riżorsi u aktar iffrankar għall-konsumaturi;

46.  Jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri tal-UE jagħtu eżempju tajjeb billi jistabbilixxu u jagħmlu użu sħiħ mill-ekonomija ċirkolari u mill-istrateġiji tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku sabiex jipprijoritizzaw prodotti li wrew li huma sostenibbli, bħall-prodotti bl-Ekotikketta, u l-ogħla standards dwar l-effiċjenza fir-riżorsi fl-investimenti kollha, u jippromwovu użu mifrux ta' akkwist ekoloġiku, inkluż fis-settur privat;

º

º  º

47.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

  • [1]  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
  • [2]  ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.
  • [3]  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171.
  • [4]  http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-15811-2017-INIT/mt/pdf
  • [5]  ĠU C 265, 11.8.2017, p. 65.
  • [6]  Testi adottati, P8_TA(2017)0287.
  • [7]  Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (22.3.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn (2009/125/KE)
(2017/2087(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Michèle Rivasi

PA_NonLeg

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-ekodisinn iġib benefiċċji ekonomiċi għall-industrija u għall-konsumaturi u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-politiki tal-Unjoni dwar il-klima, l-enerġija u l-ekonomija ċirkolari;

B.  billi l-Kummissjoni tistma li d-Direttiva dwar l-Ekodisinn, flimkien mar-Regolament dwar it-Tikkettar tal-Enerġija, tikkontribwixxi għal madwar nofs il-mira tal-iffrankar tal-enerġija għall-2020, u għandha saħansitra potenzjal akbar fit-tul, u ż-żewġ atti legali għandhom inaqqsu d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-karburanti fossili bi 23 % għall-gass naturali u b'37 % għall-faħam u għandhom jgħinu wkoll biex jintlaħqu l-miri klimatiċi billi jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 bi 320 miljun tunnellata kull sena;

C.  billi l-iffrankar stmat tal-enerġija miksub permezz tal-qafas dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija jista' jissarraf ukoll fi tnaqqis annwali ta' EUR 490 fil-kontijiet tal-enerġija għal kull unità domestika, filwaqt li jiġġenera dħul addizzjoni ta' EUR 55 biljun kull sena għall-industrija u s-setturi tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, kif ukoll il-ħolqien potenzjali ta' 800 000 impjieg dirett ġdid f'dawk is-setturi;

D.  billi l-miżuri tal-ekodisinn għandhom ikopru ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti sabiex itejbu l-effiċjenza fir-riżorsi fl-Unjoni, billi jqisu l-fatt li aktar minn 80 % tal-impatt ambjentali tal-prodott huwa ddeterminat fl-istadju tad-disinn, li għalhekk għandu rwol importanti ħafna fil-promozzjoni tal-aspetti tal-ekonomija ċirkolari, id-durabilità, it-titjib fil-kwalità, il-possibilità ta' tiswija, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' prodott;

E.  billi, apparti li jagħmlu prodotti aktar sostenibbli u effiċjenti fir-riżorsi, il-prinċipji tal-ekonomija kollaborattiva u l-ekonomija tas-servizzi jeħtieġ li jiġu msaħħa, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lil unitajiet domestiċi bi dħul baxx, inklużi dawk f'riskju ta' faqar enerġetiku, meta jippreżentaw programmi li jinkoraġġixxu l-adozzjoni tal-aktar prodotti u servizzi effiċjenti fir-riżorsi;

F.  billi l-Unjoni hija parti mill-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (POPs), u għalhekk hija meħtieġa tieħu azzjoni fir-rigward tal-eliminazzjoni gradwali ta' dawk is-sustanzi perikolużi, inkluż billi tillimita l-użu tagħhom fl-istadju tad-disinn tal-prodott;

G.  billi l-Parlament u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, flimkien mal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur, il-komunità xjentifika u firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, f'bosta okkażjonijiet talbu biex jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn;

1.  Jirrakkomanda li jiġu inklużi aktar prodotti għall-konsumatur fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn (2009/125/KE); jenfasizza li l-prijorità għandha tingħata lill-prodotti tal-ICT, li huma mibjugħa fi kwantitajiet kbar u jiġu sostitwiti ta' spiss; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tivvaluta u tevalwa bir-reqqa kif jistgħu jittejbu u jkunu vverifikati s-sostenibilità ta' dawn il-gruppi ta' prodotti, partikolarment il-mowbajls u l-ismartphones, li l-ispare parts, il-batteriji u l-aċċessorji tagħhom għandhom ikunu universali u b'tali mod li jistgħu jinbidlu faċilment;

2.  Jirrikonoxxi li t-teknoloġija tal-prodotti tal-ICT qiegħda tevolvi malajr, u dan jista' jirriżulta f'leġiżlazzjoni dwar dawn il-prodotti li tkun diġà antikwata sa meta tidħol fis-seħħ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, tħaffef il-proċessi regolatorji tal-ekodisinn għall-prodotti tal-ICT u tqis alternattivi, li jistgħu jkun komplementari għall-miżuri tal-ekodisinn, sabiex timmonitorja l-effiċjenza fir-riżorsi meta jkunu qed jintużaw il-prodotti, pereżempju billi tuża tekniki tal-big data;

3.  Iqis li d-Direttiva dwar l-Ekodisinn kienet għodda importanti għall-effiċjenza enerġetika tal-prodotti u jemmen li koordinazzjoni futura b'inizjattivi konnessi mal-ekonomija ċirkolari tista' ssaħħaħ ulterjorment l-effiċjenza enerġetika; jitlob għalhekk li jiġi stabbilit pjan ambizzjuż dwar l-ekodisinn u l-ekonomija ċirkolari, li jkun jipprovdi kemm benefiċċji ambjentali kif ukoll opportunità unika għall-iżvilupp tal-impjiegi;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu adottati b'mod gradwali rekwiżiti tal-prodott li jistgħu jitkejlu u infurzabbli li jkunu kompletament armonizzati fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġi ppreservat il-funzjonament tas-suq intern, jiġu appoġġjati l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-kompetittività tal-manifatturi Ewropej, u tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta, mingħajr ma jinħoloq piż amministrattiv bla bżonn;

5.  Jitlob li l-kriterji għall-ekodisinn jitwessgħu sabiex jinkludu l-effiċjenza fir-riżorsi, l-aspetti tal-ekonomija ċirkolari u tas-saħħa tal-prodotti; iqis li huwa meħtieġ li jiġu kkombinati l-effiċjenza fir-riżorsi u ċ-ċirkolarità ta' materjali b'iffrankar tal-enerġija kontinwu, filwaqt li titqies ir-rata ta' titjib storiku għall-iffissar ta' rekwiżiti ġodda; jenfasizza li l-enerġija, b'mod partikolari l-enerġija rinnovabbli, għandha titqies bħala riżorsa ewlenija u li l-prodotti għandhom ikunu ottimizzati kemm għall-konsum tal-enerġija u tal-ilma kif ukoll għall-użu materjali minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja; jemmen li d-durabilità, it-titjib fil-kwalità, il-possibilità ta' tiswija u r-riċiklabilità jistgħu jappoġġjaw ukoll l-iżvilupp tal-impjiegi;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa tal-introduzzjoni ta' kriterji etiċi marbuta b'mod partikolari mal-oriġini u l-estrazzjoni tal-materjal użat, iżda wkoll mal-kundizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema u tal-popolazzjonijiet lokali;

7.  Jiddispjaċih li ftit sar progress fl-inklużjoni tal-aspetti tal-ekonomija ċirkolari fir-rieżami tal-miżuri eżistenti speċifiċi għall-prodott u gruppi ġodda ta' prodotti; jinnota li, minkejja l-attenzjoni speċifika promettenti mogħtija lill-aspetti tal-ekonomija ċirkolari fil-Pjan ta' Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019, il-pakkett tal-ekonomija ċirkolari tal-Kummissjoni u l-importanza ta' dan is-suġġett, il-ħidma b'rabta ma' din il-kwistjoni kienet diżappuntanti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, tħaffef l-azzjonijiet sabiex tiżgura li d-Direttiva dwar l-Ekodisinn tagħti kontribut sinifikanti lill-ekonomija ċirkolari;

8.  Jenfasizza fuq il-ħtieġa li:

(a)  it-titjib fil-kwalità jkun promoss permezz tad-disponibilità ta' aġġornamenti tas-softwer għall-apparat elettroniku,

(b)  il-possibilità ta' tiswija tkun iffaċilitata bid-disponibilità ta' partijiet ta' rikambju bi prezz diċenti meta mqabbel mal-prezz totali tal-prodott tul iż-żmien kollu ta' kemm idum tajjeb l-oġġett,

(c)  ir-riċiklabilità tkun imsaħħa bl-użu ta' polimeri tal-plastik uniċi jew kompatibbli;

9.  Jenfasizza li, minbarra li jiżgura r-riċiklabilità, l-użu reali tal-materjali rriċiklati għandu jiġi promoss ukoll; iqis li, minn naħa, ir-riċiklabilità u ż-żarmar faċli tal-prodotti jeħtieġ li jkunu inkorporati fil-fażi tad-disinn sabiex il-prodotti li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkonvertiti f'materja prima sekondarja ta' kwalità għolja, u, min-naħa l-oħra, l-użu mill-ġdid reali ta' din il-materja prima sekondarja fi prodotti ġodda jeħtieġ li jiġi promoss u approvat, pereżempju billi jiġi stabbilit użu minimu obbligatorju ta' materjali rriċiklati għal prodotti ġodda;

10.  Jenfasizza li, sabiex jiġi żgurat l-użu ta' materjali rriċiklati/sekondarji, id-disponibilità ta' materjali sekondarji ta' kwalità għolja hija importanti ħafna, u għandu jidħol fis-seħħ suq organizzat tajjeb għal dawk il-materjali sekondarji;

11.  Jenfasizza l-importanza li tingħata responsabilità lill-produtturi u li l-perjodi u l-kundizzjonijiet tal-garanzija jiġu estiżi, li l-manifatturi/bejjiegħa jiġu obbligati jerfgħu r-responsabilità għaċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta' prodott, li tingħata spinta lill-possibilità ta' tiswija, it-titjib fil-kwalità, il-modularità u r-riċiklabilità u li jiġi żgurat li l-immaniġġjar tal-materja prima u tal-iskart jibqa' fl-Unjoni Ewropea;

12.  Jenfasizza li l-użu ta' materjali u sustanzi ta' importanza kritika, bħall-elementi terrestri rari (REE), jew sustanzi ta' natura tossika jew ta' tħassib, bħal sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu (POPs) u interferenti endokrinali, irid jitqies speċifikament skont il-kriterji tal-ekodisinn imwessgħin sabiex jirrestrinġu l-użu tagħhom jew tal-inqas jiżguraw il-possibilità li jiġu estratti/separati fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

13.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ottimizzat u salvagwardjat il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet; jenfasizza li miżuri tal-ekodisinn għandhom jiġu adottati b'mod individwali fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti u kkomunikati, u għandhom jiġu implimentati minnufih; jistieden lill-Kummissjoni twarrab ir-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni;

14.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi ottimizzata s-sorveljanza tas-suq tal-prodotti mqiegħda fis-suq permezz ta' kooperazzjoni aħjar bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u fost l-Istati Membri nfushom; jirrakkomanda l-organizzazzjoni ta' koordinazzjoni madwar l-UE kollha, immexxija mill-Kummissjoni, bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq;

15.  Jenfasizza li l-protokolli tal-ittestjar għandhom ikunu eqreb lejn il-kundizzjonijiet tal-użu fir-realtà, jiġifieri l-prodotti għandhom jiġu ttestjati f'kundizzjonijiet u f'ambjenti li kemm jista' jkun jixbhu lil dawk tal-konsumatur medju; jappella biex il-metodi tal-ittestjar kemm tal-fornituri kif ukoll tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiġu stabbiliti u mwettqa b'tali mod li kwalunkwe manipulazzjoni intenzjonata u mhux intenzjonata jew titjib tar-riżultati tat-test jiġu identifikati u eliminati, u biex id-devjazzjonijiet permessi bejn ir-riżultati ttestjati u ddikjarati jkunu limitati għall-marġni ta' żball statistiku tat-tagħmir tal-kejl;

16.  Jenfasizza l-istimi tal-Kummissjoni li 10-25 % tal-prodotti fis-suq ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija, li jammonta għal telf ta' madwar 10 % tal-iffrankar previst; iħeġġeġ titjib fil-monitoraġġ tal-konformità; jenfasizza l-potenzjal kbir ta' metodi ta' skrinjar rapidu fl-identifikazzjoni ta' prodotti u tipi ta' prodotti li x'aktarx ma jikkonformawx mad-Direttiva dwar l-Ekodisinn;

17.  Jitlob li jiġu żgurati aktar koerenza u sinerġija mal-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur u għodod Ewropej oħra, inklużi l-kriterji tal-akkwist pubbliku responsabbli, l-Ekotikketta u l-użu konġunt tal-bażi tad-data ta' reġistrazzjoni tal-prodotti maħluqa mir-Regolament (UE) 2017/1369 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija;

18.  Jitlob li jkun hemm finanzjament adatt sabiex l-Unjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw monitoraġġ adegwat tal-iżvilupp tal-politika, iwettqu sorveljanza tas-suq, joħolqu opportunitajiet ġodda ta' negozju, jikkonsultaw fil-livell nazzjonali qabel il-votazzjoni tal-Istati Membri dwar il-miżuri implimentattivi u jfasslu strateġiji ta' komunikazzjoni proattivi; jistieden lill-Kummissjoni tikkomunika b'mod proattiv liċ-ċittadini Ewropej il-benefiċċji ta' miżuri tal-ekodisinn bħala parti integrali mill-proċess ta' adozzjoni ta' dawn il-miżuri;

19.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jagħtu eżempju tajjeb billi jistabbilixxu u jagħmlu użu sħiħ mill-ekonomija ċirkolari u mill-istrateġiji tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (APE) sabiex jipprijoritizzaw prodotti sostenibbli pprovati, bħall-prodotti bl-Ekotikketta, u l-ogħla standards dwar l-effiċjenza fir-riżorsi fl-investimenti kollha, u jippromwovu użu mifrux ta' akkwist ekoloġiku, inkluż fis-settur privat.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Julia Reda, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Luděk Niedermayer, Dennis Radtke, Dominique Riquet, Pavel Telička

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Rosa D’Amato, Emilian Pavel

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

58

+

ALDE

Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

EFDD

Rosa D'Amato, Dario Tamburrano

ENF

Christelle Lechevalier

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Jaromír Kohlíček, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

PPE

Bendt Bendtsen, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Gunnar Hökmark, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Luděk Niedermayer, Dennis Radtke, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Dan Nica, Emilian Pavel, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Julia Reda, Claude Turmes

3

-

EFDD

Jonathan Bullock

ENF

Angelo Ciocca

PPE

Hermann Winkler

1

0

ENF

Gerolf Annemans

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

25.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

59

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Joëlle Mélin, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Davor Škrlec, Renate Sommer, Estefanía Torres Martínez, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Cristian-Silviu Buşoi, Caterina Chinnici, Fredrick Federley, Anja Hazekamp, Norbert Lins, Rupert Matthews, Alojz Peterle, Stanislav Polčák, Carolina Punset, Christel Schaldemose

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jude Kirton-Darling, Jeroen Lenaers, Mylène Troszczynski

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

59

+

ALDE

Fredrick Federley, Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Carolina Punset, Frédérique Ries

ECR

Urszula Krupa, Rupert Matthews, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Piernicola Pedicini

ENF

Sylvie Goddyn, Joëlle Mélin, Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Lynn Boylan, Stefan Eck, Anja Hazekamp, Kateřina Konečná, Estefanía Torres Martínez

NI

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Cristian-Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Giovanni La Via, Jeroen Lenaers, Peter Liese, Norbert Lins, Miroslav Mikolášik, Alojz Peterle, Stanislav Polčák, Adina-Ioana Vălean

S&D

Nikos Androulakis, Biljana Borzan, Nessa Childers, Caterina Chinnici, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jude Kirton-Darling, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Damiano Zoffoli

Verts/ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Michèle Rivasi, Davor Škrlec

1

-

EFDD

Julia Reid

1

0

PPE

Renate Sommer

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza