RAPPORT     ***I
PDF 1645kWORD 221k
22.5.2018
PE 597.506v03-00 A8-0171/2018

dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE

(COM(2016)0467 – C8-0321/2016 – 2016/0224(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Laura Ferrara

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-MINORANZA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE

(COM(2016)0467 – C8-0321/2016 – 2016/0224(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0467),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 78(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0321/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Ċek, is-Senat Taljan u l-Kamra tad-Deputati Rumena, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0171/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, ir-rikonoxximent u l-protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet ta' akkonljenza u sistema li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għal dawk li qed ifittxu l-asil. Minkejja l-progress li sar s'issa fl-iżvilupp progressiv tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, jeżistu disparitajiet sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta' proċeduri li jintużaw, ir-rati ta' rikonoxximent, it-tip ta' protezzjoni li tingħata, il-livell tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u l-benefiċċji li jingħataw lill-applikanti u lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diverġenzi huma motivaturi importanti ta' movimenti sekondarji u jimminaw l-għan tal-iżgurar li f'Sistema Ewropea Komuni tal-Asil l-applikanti kollha jiġu trattati b'mod ugwali kull fejn japplikaw fl-Unjoni.

(3)  Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, ir-rikonoxximent u l-protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u sistema li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għal dawk li qed ifittxu l-asil. Minkejja l-progress li sar s'issa fl-iżvilupp progressiv tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, jeżistu disparitajiet sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta' proċeduri li jintużaw, ir-rati ta' rikonoxximent, it-tip ta' protezzjoni li tingħata, il-livell tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u l-benefiċċji li jingħataw lill-applikanti u lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diverġenzi jimminaw l-għan tal-iżgurar li f'Sistema Ewropea Komuni tal-Asil japplikaw l-ogħla standards, b'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali u l-Konvenzjoni ta' Ġinevra, għall-applikanti kollha, kull fejn japplikaw fl-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Proċedura komuni għall-għoti u l-irtirar ta' protezzjoni internazzjonali għandha tillimita l-movimenti sekondarji ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri, fejn tali movimenti jistgħu jkunu kkawżati minn differenzi fl-oqfsa legali, billi tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet diskrezzjonali kurrenti b'regoli armonizzati u billi tiċċara d-drittijiet u l-obbligi ta' applikanti u l-konsegwenzi ta' nonkonformità ma' dwak l-obbligi, u toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) fi Stati Membri.

(6)  Jenħtieġ li proċedura komuni għall-għoti u l-irtirar ta' protezzjoni internazzjonali toħloq inċentivi biex l-applikanti jibqgħu u jintegraw ruħhom fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjonijiet tagħhom għal asil, billi tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet diskrezzjonali kurrenti b'regoli armonizzati u billi tiċċara d-drittijiet u l-obbligi ta' applikanti u l-konsegwenzi ta' nonkonformità ma' dawk l-obbligi, u toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) fl-Istati Membri.

 

 

 

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni internazzjonali magħmula fit-territorju tal-Istati Membri, inklużi dawk magħmula fil-fruntiera esterna, fl-ilmijiet territorjali jew fiż-żoni ta' tranżitu tal-Istati Membri, u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali. Persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali li jkunu preżenti fl-ilmijiet territorjali ta' Stat Membru għandhom jitniżżlu fuq l-art u jkollhom l-applikazzjonijiet tagħhom eżaminati skont dan ir-Regolament.

(7)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għall-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali magħmula fit-territorju tal-Istati Membri, inklużi dawk magħmula fil-fruntiera esterna, fl-ilmijiet territorjali jew fiż-żoni ta' tranżitu tal-Istati Membri, u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali. Jenħtieġ li persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali li jkunu preżenti fl-ilmijiet territorjali ta' Stat Membru jitniżżlu fuq l-art u l-applikazzjonijiet tagħhom jiġu eżaminati skont dan ir-Regolament.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għandhom ikunu mobilizzati biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi tal-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk l-Istati Membri li huma ffaċċati bi pressjonijiet speċifiċi jew sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tagħhom.

(10)  Jenħtieġ li r-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni jkunu mobilizzati biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi tal-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk l-Istati Membri li huma ffaċċati bi pressjonijiet speċifiċi jew sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tagħhom. Jenħtieġ li jsir disponibbli finanzjament adegwat għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali u tas-soċjetà ċivili, inkluż billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw l-opportunità li jaċċedu direttament għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-applikant għandu jingħata opportunità effettiva li jippreżenta l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tiegħu lill-awtorità determinanti. Għal din ir-raġuni, l-applikant għandu, soġġett għal eċċezzjonijiet limitati, igawdi mid-dritt li jinstema' permezz ta' intervista personali dwar l-ammissibilità jew fuq il-merti tal-applikazzjoni tiegħu, kif xieraq. Sabiex id-dritt għal intervista personali jkun effettiv, l-applikant għandu jkun assistit minn interpretu u għandu jingħata l-opportunità li jipprovdi l-ispjegazzjonijiet tiegħu rigward ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tiegħu b'mod komprensiv. L-applikant għandu jingħata żmien biżżejjed biex jipprepara u jikkonsulta mal-konsulent legali tiegħu, u jista' jiġi assistit mill-konsulent legali tiegħu matul l-intervista. L-intervista personali għandha titwettaq taħt kundizzjonijiet li jiżguraw kunfidenzjalità xierqa u minn persunal imħarreġ kif xieraq u kompetenti, inkluż fejn ikun meħtieġ, persunal minn awtoritajiet minn Stati Membri oħra jew esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. L-intervista personali tista' ma ssirx biss fejn l-awtorità determinanti tkun se tieħu deċiżjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni jew tkun tal-fehma li l-applikant mhuwiex f'sikktu jew kapaċi sabiex jiġi intervistat minħabba ċirkostanzi persistenti li fuqhom huwa ma jkollux kontroll. Minħabba li l-intervista personali hija parti essenzjali mill-eżami tal-applikazzjoni, l-intervista għandha tkun irreġistrata u l-applikanti u l-konsulenti legali tagħhom għandhom jingħataw aċċess għar-reġistrazzjoni, kif ukoll għar-rapport jew it-traskrizzjoni tal-intervista qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti, jew fil-każ ta' proċedura aċċellerata ta' eżami, fl-istess żmien li tittieħed id-deċiżjoni.

(13)  Qabel ma l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni, jenħtieġ li l-applikant ikollu l-opportunità effettiva li jippreżentaha flimkien mal-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tiegħu. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-applikant, soġġett għal eċċezzjonijiet limitati, igawdi mid-dritt li jinstema' permezz ta' intervista personali dwar l-ammissibilità jew fuq il-merti tal-applikazzjoni tiegħu, kif xieraq. Sabiex id-dritt għal intervista personali jkun effettiv, jenħtieġ li l-applikant ikun assistit minn interpretu, minn rappreżentant legali u minn medjatur kulturali, fejn ikun neċessarju u xieraq, u jenħtieġ li jingħata l-opportunità li jipprovdi l-ispjegazzjonijiet tiegħu rigward ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tiegħu b'mod komprensiv. Jenħtieġ li l-applikant jingħata żmien biżżejjed u xieraq biex jipprepara u jikkonsulta mal-konsulent legali tiegħu b'rabta mal-intervisti sostantivi u tal-ammissibilità, u jista' jiġi assistit mill-konsulent legali tiegħu matul l-intervista. Jenħtieġ li l-intervista personali titwettaq taħt kundizzjonijiet li jiżguraw kunfidenzjalità xierqa u minn persunal imħarreġ kif xieraq u kompetenti, inkluż fejn ikun meħtieġ, esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jew, meta applikabbli, persunal mill-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra. L-intervista personali tista' ma ssirx biss fejn l-awtorità determinanti tkun se tieħu deċiżjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni jew tkun tal-fehma li l-applikant mhuwiex f'sikktu jew kapaċi sabiex jiġi intervistat minħabba ċirkostanzi persistenti li fuqhom huwa ma jkollux kontroll. Minħabba li l-intervista personali hija parti essenzjali mill-eżami tal-applikazzjoni, jenħtieġ li l-intervista tkun irreġistrata u jenħtieġ li l-applikanti u l-konsulenti legali tagħhom jingħataw aċċess għar-reġistrazzjoni, kif ukoll għar-rapport tal-intervista qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti. F'każ li l-applikant ikun applikant li jkollu bżonn ta' garanziji proċedurali speċifiċi skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-applikant ikollu l-opportunità li jipprovdi dawn l-ispeċifikazzjonijiet fi żmien raġonevoli wara l-intervista personali.

 

(L-emenda rigward "garanziji proċedurali speċifiċi" tapplika għat-test kollu.)

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Huwa fl-interess kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti li jkun żgurat rikonoxximent korrett ta' bżonnijiet ta' protezzjoni internazzjonali diġà f'dan l-istadju tal-proċedura amministrattiva billi jipprovdu informazzjoni ta' kwalità tajba u appoġġ legali li jwassal għal teħid ta' deċiżjonijiet aktar effiċjenti u ta' kwalità aħjar. Għal dan l-għan, aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali għandhom ikunu parti integrali mill-proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali. Sabiex tkun żgurata protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-applikant, b'mod partikolari d-dritt għal difiża u l-prinċipju ta' ġustizzja, u biex tkun żgurata l-ekonomija tal-proċedura, l-applikanti għandhom, fuq talba tagħhom u soġġett għal kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, jingħataw assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas matul il-proċedura amministrattiva u fil-proċedura tal-appell. L-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandhom jingħataw minn persuni li huma kompetenti biex jipprovduhom skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

(14)  Huwa fl-interess kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti li jkun żgurat rikonoxximent korrett tal-bżonnijiet ta' protezzjoni internazzjonali diġà f'dan l-istadju tal-proċedura amministrattiva billi jipprovdu informazzjoni ta' kwalità tajba u appoġġ legali li jwassal għal teħid ta' deċiżjonijiet aktar effiċjenti u ta' kwalità aħjar. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali jkunu parti integrali mill-proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali tul l-istadji kollha tal-proċedura. Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-applikant, b'mod partikolari d-dritt għal difiża u l-prinċipju ta' ġustizzja, u biex tkun żgurata l-ekonomija tal-proċedura, jenħtieġ li l-applikanti, fuq talba tagħhom u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, jingħataw assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas matul il-proċedura amministrattiva, inkluż waqt l-intervisti personali, u fil-proċedura tal-appell. Jenħtieġ li l-applikanti jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra deċiżjoni li ċċaħħadhom mill-assistenza legali mingħajr ħlas, u jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali ma jkunux ristretti b'mod arbitrarju u li l-aċċess effettiv tal-applikant għall-ġustizzja ma jiġix imfixkel. Jenħtieġ li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ikunu pprovduti malli l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tiġi reġistrata mill-persuni li huma kompetenti biex jipprovduhom skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Xi applikanti jistgħu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali minħabba, fost l-oħrajn, l-età, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tas-sess, diżabbiltà, mard serju, mard mentali jew b'konsegwenza ta' tortura, stupru jew forom oħra serji ta' vjolenza psikoloġika, fiżika, sesswali jew ibbażata fuq il-ġeneru. Huwa meħtieġ li ssir, b'mod sistematiku, valutazzjoni ta' jekk applikant individwali għandux bżonn ta' garanziji proċedurali speċjali u li dawk l-applikanti jiġu identifikati malajr kemm jista' jkun mill-mument li ssir applikazzjoni u qabel ma tittieħed deċiżjoni.

(15)  Xi applikanti jaf ikunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċifiċi minħabba, fost l-oħrajn, l-età, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, diżabbiltà, mard serju, mard mentali jew b'konsegwenza ta' tortura, stupru, traffikar, nawfraġju jew forom oħra serji ta' vjolenza psikoloġika, fiżika, sesswali jew ibbażata fuq il-ġeneru. Huwa meħtieġ li ssir, b'mod sistematiku, valutazzjoni ta' jekk applikant individwali ikollux bżonn ta' garanziji proċedurali speċifiċi u li dawk l-applikanti jiġu identifikati malajr kemm jista' jkun mill-mument li ssir applikazzjoni u qabel ma tittieħed deċiżjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex ikun żgurat li l-identifikazzjoni ta' applikanti li jinħtieġu garanziji proċedurali speċjali ssir malajr kemm jista' jkun, il-persunal tal-awtoritajiet responsabbli biex jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet għandhom ikunu mħarrġa b'mod adegwat biex jidentifikaw sinjali ta' vulnerabbiltà u għandhom jirċievu struzzjonijiet xierqa għal dan l-għan Aktar miżuri li jittrattaw l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tas-sintomi u s-sinjali ta' tortura jew atti serji oħra ta' vjolenza fiżika jew psikoloġika, inklużi atti ta' vjolenza sesswali, fil-proċeduri koperti minn dan ir-Regolament għandhom, fost l-oħrajn, ikunu bbażati fuq il-Manwal dwar Investigazzjoni Effettiva u Dokumentazzjoni ta' Tortura u ta' Trattament jew Kastig Kiefer, Inuman jew Degradanti Ieħor (Protokoll ta' Istanbul).

(16)  Biex ikun żgurat li l-identifikazzjoni ta' applikanti li jeħtieġu garanziji proċedurali speċifiċi ssir malajr kemm jista' jkun, jenħtieġ li l-persunal tal-awtoritajiet responsabbli biex jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet ikun imħarreġ b'mod adegwat biex jidentifika sinjali ta' vulnerabbiltà u jenħtieġ li jirċievi istruzzjonijiet xierqa għal dan l-għan. Aktar miżuri li jittrattaw l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tas-sintomi u s-sinjali ta' tortura jew atti serji oħra ta' vjolenza fiżika jew psikoloġika, inklużi atti ta' vjolenza sesswali, fil-proċeduri koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li, fost l-oħrajn, ikunu bbażati fuq il-Manwal dwar Investigazzjoni u Dokumentazzjoni Effikaċi tat-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra (il-Protokoll ta' Istanbul). Jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà titlesta fi żmien 30 jum.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Applikanti li jiġu identifikati bħala li jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali għandhom ikunu pprovduti b'appoġġ xieraq, inkluż ħin biżżejjed, sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji kollha għall-aċċess effettiv tagħhom għall-proċeduri u għall-preżentazzjoni tal-elementi meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali. Fejn ma jkunx possibbli li jingħata appoġġ xieraq fil-qafas ta' proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, applikat li jinħtieġ garanziji proċedurali speċjali għandu jkun eżentat minn dawk il-proċeduri. Il-bżonn ta' garanziji proċedurali speċjali ta' tip li jkun jista' jimpedixxi l-applikazzjoni ta' proċeduri aċċellerati jew fuq il-fruntieri għandu jfisser ukoll li l-applikant jingħata garanziji addizzjonali f'każijiet fejn l-appell tiegħu ma jkollux effett sospensiv awtomatiku, bil-għan li r-rimedju jkun effettiv fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

(17)  Jenħtieġ li għall-applikanti li jiġu identifikati bħala li jeħtieġu garanziji proċedurali speċifiċi jiġi pprovdut appoġġ xieraq, inkluż ħin biżżejjed, sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji kollha għall-aċċess effettiv tagħhom għall-proċeduri u għall-preżentazzjoni tal-elementi meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali. Fejn ma jkunx possibbli li jingħata appoġġ xieraq fil-qafas ta' proċedura aċċelerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jenħtieġ li applikant li jeħtieġ garanziji proċedurali speċifiċi jkun eżentat minn dawk il-proċeduri. Jenħtieġ li l-awtoritajiet responsabbli jagħmlu l-arranġamenti neċessarji sabiex jipprovdu alternattivi għad-detenzjoni għall-minorenni fil-proċeduri fil-fruntieri. Jenħtieġ li l-minorenni mhux akkumpanjati dejjem jiġu eżentati minn proċeduri fil-fruntieri.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Bl-għan li tiġi żgurata l-ugwaljanza sostantiva bejn l-applikanti nisa u rġiel, il-proċeduri ta' eżami għandhom ikunu relatati mas-sessi. B'mod partikolari, l-intervisti personali għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jagħmluha possibbli kemm għall-applikanti nisa kif ukoll għall-irġiel biex jitkellmu dwar l-esperjenzi tal-passat tagħhom f'każijiet li jinvolvu persekuzzjoni bbażata fuq il-ġeneru. Għal dan il-għan, in-nisa għandhom jingħataw opportunità effettiva li jiġu intervistati separatament mill-konjuġi jew is-sieħeb tagħhom, jew minn membri oħra tal-familja. Fejn hu possibbli, in-nisa u l-bniet għandhom jiġu pprovduti b'interpreti u intervistaturi nisa. Eżaminazzjonijiet mediċi fuq nisa u bniet għandhom isiru minn prattikanti mediċi femminili, b'mod partikolari b'kunsiderazzjoni għall-fatt li l-persuna li qed tapplika setgħet kienet vittma ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru. Il-kumplessità tat-talbiet relatati mal-ġeneru għandhom ikunu kkunsidrati sew fi proċeduri bbażati fuq il-kunċett tal-ewwel pajjiż tal-asil, il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu, il-kunċett tal-pajjiż ta' oriġini bla periklu u l-kunċett tal-applikazzjonijiet sussegwenti.

(18)  Bl-għan li tiġi żgurata l-ugwaljanza sostantiva bejn l-applikanti nisa u rġiel, jenħtieġ li l-proċeduri ta' eżami jkunu sensittivi għall-ġeneru. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-intervisti personali jkunu organizzati b'tali mod li jagħmluha possibbli kemm għall-applikanti nisa kif ukoll għall-applikanti rġiel li jitkellmu dwar l-esperjenzi tal-passat tagħhom f'każijiet li jinvolvu persekuzzjoni bbażata fuq il-ġeneru jew fuq l-orjentazzjoni sesswali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li n-nisa jingħataw opportunità effettiva li jiġu intervistati separatament mill-konjuġi, mis-sieħeb, jew minn membri oħra tal-familja tagħhom. Fejn hu possibbli, jenħtieġ li jiġu pprovduti interpreti u intervistaturi nisa għan-nisa u l-bniet. Jenħtieġ li eżamijiet mediċi fuq nisa u bniet isiru minn prattikanti mediċi nisa, b'mod partikolari b'kunsiderazzjoni għall-fatt li l-applikanta setgħet kienet vittma ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru. Jenħtieġ li l-kumplessità tat-talbiet relatati mal-ġeneru, inklużi t-talbiet relatati mal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi sesswali, ikunu kkunsidrati sew fi proċeduri bbażati fuq il-kunċett tal-ewwel pajjiż tal-asil, il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu, il-kunċett tal-pajjiż ta' oriġini bla periklu u l-kunċett tal-applikazzjonijiet sussegwenti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Il-vjolenza li tkun diretta kontra persuna minħabba l-ġeneru, l-identità tal-ġeneru jew l-espressjoni tal-ġeneru ta'dik il-persuna jew li taffettwa lil persuni ta' ġeneru partikolari b'mod sproporzjonat, jenħtieġ li titqies bħala vjolenza abbażi tal-ġeneru. Tali vjolenza tista' tirriżulta fi ħsara fiżika, sesswali, emozzjonali jew psikoloġika jew telf ekonomiku għall-vittma. Jenħtieġ li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru titqies bħala forma ta' diskriminazzjoni u ksur tal-libertajiet fundamentali tal-vittma u tinkludi vjolenza f'relazzjonijiet mill-qrib, vjolenza sesswali, inkluż l-istupru, l-attakk sesswali u l-fastidju sesswali, it-traffikar tal-bnedmin, l-iskjavitù u forom differenti ta' prattiki li jagħmlu l-ħsara, bħaż-żwiġijiet furzati, il-mutilazzjoni ġenitali femminili u l-hekk imsejħa "reati tal-unur". Il-vittmi nisa ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru u t-tfal tagħhom ta' spiss ikunu jeħtieġu appoġġ u protezzjoni speċifiċi minħabba r-riskju għoli ta' vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta, ta' intimidazzjoni u ta' ritaljazzjoni marbuta ma' tali vjolenza.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  L-aħjar interessi tat-tfal għandu jkun kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri meta japplikaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fl-ivvalutar tal-aħjar interessi tat-tfal, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jieħdu kont dovut tal-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, inkluż l-ambjent fejn jgħixu/jitrabbew. Fid-dawl tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal rigward id-dritt li t-tfal jinstemgħu, l-awtorità determinanti gandha tipprovdi lill-minorenni bl-opportunità ta' intervista personali sakemm ma jidhirx b'mod ċar li dan ma jkunx fl-aħjar interessi tal-minorenni.

(20)  Jenħtieġ li l-aħjar interessi tat-tfal ikunu kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri meta japplikaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fl-ivvalutar tal-aħjar interessi tat-tfal, jenħtieġ li l-Istati Membri b'mod partikolari jieħdu kont dovut tal-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, inkluż l-isfond tal-oriġini tagħhom. Fid-dawl tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal rigward id-dritt li t-tfal jinstemgħu, jenħtieġ li l-awtorità determinanti tiżgura d-dritt tal-minorenni li jinstema' permezz ta' intervista personali dment li ma jidhirx b'mod ċar li dan ma jkunx fl-aħjar interessi tal-minorenni. Jenħtieġ li l-proċeduri fil-fruntiera qatt ma jiġu applikati għal minorenni mhux akkumpanjati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li jkunu disponibbli alternattivi għad-detenzjoni. Jenħtieġ li l-minorenni ma jiġu qatt detenuti fil-qafas tal-proċedura fil-fruntiera, fiż-żoni ta' tranżitu, fil-fruntieri esterni jew fi kwalunkwe stadju tul id-determinazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom għal asil.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-proċedura komuni tistandardizza l-limiti ta' żmien għal individwu biex jaċċedi għall-proċedura, għall-eżami tal-applikazzjoni mill-awtorità determinanti kif ukoll għall-eżami tal-appelli tal-ewwel livell mill-awtoritajiet ġudizzjarji. Filwaqt li numru sproporzjonat ta' applikazzjonijiet simultanji jista' jirriskja l-ittardjar tal-aċċess għall-proċedura u l-eżami tal-applikazzjonijiet, jista' jkun meħtieġ grad ta' flessibilità biex dawk il-limiti ta' żmien jiġu estiżi b'mod eċċezzjonali. Madankollu, biex ikun żgurat proċess effettiv, l-estensjoni ta' dawk il-limiti ta' żmien għandha ssir bħala l-aħħar soluzzjoni meta jitqies li l-Istati Membri għandhom jirrevedu b'mod regolari l-ħtiġijiet tagħhom biex tinżamm sistema tal-asil effiċjenti, inkluż bit-tħejjija ta' pjanijiet ta' kontinġenza fejn ikun meħtieġ, u filwaqt li jitqies li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tipprovdi lill-Istati Membri bl-assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa. Fejn l-Istati Membri jipprevedu li mhux se jkunu jistgħu jissodisfaw il-limiti ta' żmien, huma għandhom jitolbu l-assistenza mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Fejn ma ssirx din it-talba, u minħabba l-pressjoni sproporzjonata s-sistema tal-asil fi Stat Membru ssir ineffettiva sal-punt li tipperikola l-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, l-Aġenzija tista', abbażi ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tieħu miżuri biex tappoġġja lil dak l-Istat Membru.

(21)  Il-proċedura komuni tistandardizza l-limiti ta' żmien biex individwu jaċċedi għall-proċedura, għall-eżami tal-applikazzjoni mill-awtorità determinanti kif ukoll għall-eżami tal-appelli tal-ewwel livell mill-awtoritajiet ġudizzjarji. Filwaqt li numru sproporzjonat ta' applikazzjonijiet simultanji jista' jirriskja l-ittardjar tal-aċċess għall-proċedura u l-eżami tal-applikazzjonijiet, jista' jkun meħtieġ grad ta' flessibilità biex dawk il-limiti ta' żmien jiġu estiżi b'mod eċċezzjonali. Madankollu, biex ikun żgurat proċess effettiv, jenħtieġ li l-estensjoni ta' dawk il-limiti ta' żmien tkun strettament limitata u ssir miżura tal-aħħar għażla meta jitqies li jenħtieġ li l-Istati Membri jirrieżaminaw b'mod regolari l-ħtiġijiet tagħhom biex tinżamm sistema tal-asil effiċjenti, inkluż bit-tħejjija ta' pjanijiet ta' kontinġenza fejn ikun meħtieġ, u filwaqt li jitqies li jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil tipprovdi lill-Istati Membri bl-assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa. Fejn l-Istati Membri jipprevedu li mhux se jkunu jistgħu jissodisfaw il-limiti ta' żmien, jenħtieġ li huma jitolbu l-assistenza mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Fejn ma ssirx din it-talba, u minħabba l-pressjoni sproporzjonata, is-sistema tal-asil fi Stat Membru ssir ineffettiva sal-punt li tipperikola l-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, l-Aġenzija tista', abbażi ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tieħu miżuri biex tappoġġja lil dak l-Istat Membru.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Sabiex l-applikanti jifhmu aħjar il-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, huwa neċessarju li l-għoti ta' informazzjoni jitjieb b'mod sinifikanti. L-investiment fl-għoti bikri ta' informazzjoni aċċessibbli lill-applikanti se jżid b'mod sostanzjali l-probabilità li dawn jifhmu, jaċċettaw u jsegwu l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament iktar milli għamlu s'issa. Sabiex jitnaqqsu r-rekwiżiti amministrattivi u jsir użu effettiv mir-riżorsi komuni, jenħtieġ li l-Aġenżija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil tiżviluppa materjal ta' informazzjoni adegwat, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. Jenħtieġ li tagħmel użu sħiħ minn teknoloġiji tal-informazzjoni moderni meta tiżviluppa dak il-materjal. Sabiex tgħin lil persuni li jfittxu asil b'mod adegwat, jenħtieġ li tiżviluppa wkoll materjal ta' informazzjoni awdjoviżiv li jista' jintuża sabiex jikkomplementa materjal ta' informazzjoni bil-miktub. Jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil tkun responsabbli għaż-żamma ta' sit web speċifiku b'informazzjoni dwar il-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil għall-applikanti u applikanti potenzjali mfassal biex tiġi miġġielda l-informazzjoni li ta' spiss tkun żbaljata, li tiġi pprovduta lilhom mill-kuntrabandisti. Jenħtieġ li l-materjal ta' informazzjoni żviluppat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jiġi tradott u jsir disponibbli bil-lingwi kollha ewlenin mitkellma mill-persuni li jfittxu l-asil li jaslu fl-Ewropa.

Ġustifikazzjoni

Informazzjoni mogħtija aħjar; tirrifletti s-suġġerimenti tar-Regolament ta' Dublin.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Applikazzjoni għandha tiġi rreġistrata hekk kif tiġi ppreżentata. F'dan l-istadju, l-awtoritajiet responsabbli biex jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet, inkluż il-gwardji tal-fruntiera, il-pulizija, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u l-awtoritajiet responsabbli għall-faċilitajiet ta' detenzjoni għandhom jirreġistraw l-applikazzjoni flimkien mad-dettalji personali tal-applikant individwali. Dawk l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lill-applikant dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħu, kif ukoll il-konsegwenzi għall-applikant fil-każ ta' nonkonformità ma' dawk l-obbligi. L-applikant għandu jingħata dokument li jiċċertifika li tkun saret l-applikazzjoni. Il-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni jibda jgħodd mill-mument li fih tiġi rreġistrata l-applikazzjoni.

(23)  Jenħtieġ li applikazzjoni tiġi rreġistrata malajr kemm jista' jkun u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol minn meta ssir. F'dan l-istadju, jenħtieġ li l-awtoritajiet responsabbli biex jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet, inkluż il-gwardji tal-fruntiera, il-pulizija, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni, awtoritajiet oħra fdati b'dawn il-kompiti mill-Istati Membri u l-awtoritajiet responsabbli għall-faċilitajiet ta' detenzjoni jirreġistraw l-applikazzjoni flimkien mad-dettalji personali tal-applikant individwali. Jekk l-applikant ikollu dokumentazzjoni nieqsa, jenħtieġ li dan ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jwettqu l-proċeduri ta' reġistrazzjoni. Jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet jinfurmaw lill-applikant dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħu, kif ukoll dwar il-konsegwenzi għall-applikant fil-każ ta' nonkonformità ma' dawk l-obbligi. Jenħtieġ li l-applikant jingħata dokument li jiċċertifika li l-applikazzjoni tkun saret skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan id-dokument ikun validu għal perjodu ta' sitt xhur u jiġġedded b'mod awtomatiku meta ma tkun għadha ttieħdet l-ebda deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, sabiex ikun żgurat li l-validità ta' dak id-dokument tkopri l-perjodu li matulu l-applikant ikollu d-dritt li jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli. Il-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni jibda jgħodd mill-mument li fih tiġi rreġistrata l-applikazzjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni huwa l-att li jifformalizza l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. L-applikant għandu jingħata l-informazzjoni meħtieġa dwar kif u fejn għandu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu, u għandu jingħata opportunità effettiva biex jagħmel dan. F'dan l-istadju huwa wkoll meħtieġ li jippreżenta l-elementi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu meħtieġa biex jissostanzja u jikkompleta l-applikazzjoni. Il-limitu ta' żmien għall-proċedura amministrattiva jibda jgħodd mill-mument li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni. F'dak il-mument, l-applikant għandu jingħata dokument li jiċċertifika l-istatus tiegħu bħala applikant, u li għandu jkun validu għat-tul ta' żmien tad-dritt tiegħu li jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni.

(24)  Il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tikkonsisti fl-att li bih jiġu sottomessi l-elementi rilevanti kollha li l-applikant ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, b'konformità mar-[Regolament dwar il-Kwalifika]. Hija tifformalizza l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali; Jenħtieġ li l-applikant jingħata l-informazzjoni meħtieġa dwar kif u fejn għandu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu, u jenħtieġ li jingħata opportunità effettiva biex jagħmel dan. F'dan l-istadju huwa wkoll meħtieġ li jippreżenta l-elementi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu meħtieġa biex jissostanzja u jikkompleta l-applikazzjoni. Il-limitu ta' żmien għall-proċedura amministrattiva jibda jgħodd mill-mument li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a)  Il-kategoriji differenti ta' applikanti għandhom ħtiġijiet ta' informazzjoni differenti u, għalhekk, l-informazzjoni se jkollha tiġi pprovduta b'modi differenti u tiġi adattata għal dawn il-ħtiġijiet. Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li l-minorenni jkollhom aċċess għal informazzjoni adattata għat-tfal li hija speċifika għall-ħtiġijiet u għas-sitwazzjoni tagħhom. L-għoti ta' informazzjoni preċiża u ta' kwalità għolja lill-minorenni akkumpanjati kif ukoll lil dawk mhux akkumpanjati f'ambjent favorevoli għat-tfal, jista' jiżvolġi rwol essenzjali kemm biex jiġi pprovdut ambjent tajjeb għall-minorenni kif ukoll biex jiġu identifikati każijiet ta' traffikar tal-bnedmin issuspettat.

Ġustifikazzjoni

Titjib fl-għoti ta' informazzjoni; id-dispożizzjoni tirrifletti suġġeriment tar-Regolament ta' Dublin.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-applikant għandu jkun infurmat sew dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħu fil-ħin u b'ilsien li jifhem, jew li huwa mistenni li jifhem b'mod raġonevoli. B'kunsiderazzjoni għall-fatt li fejn, pereżempju, l-applikant jirrifjuta li jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali billi ma jipprovdix l-elementi meħtieġa għall-eżami tal-applikazzjoni u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba' tiegħu jew l-immaġni ta' wiċċu, jew jonqos milli jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu fil-limitu ta' żmien stabbilit, l-applikazzjoni tista' tiġi rrifjutata bħala abbandunata, huwa neċessarju li l-applikant ikun infurmat dwar il-konsegwenzi jekk ma jikkonformax ma' dawn l-obbligi.

(25)  Jenħtieġ li l-applikant jiġi infurmat sew dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħu mhux aktar tard minn meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiġi rreġistrata, kemm fil-forma miktuba kif ukoll dik orali, meta jkun xieraq bl-appoġġ ta' tagħmir multimedjali u b'ilsien li jifhem f'forma konċiża u faċilment aċċessibbli, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi. Huwa neċessarju li l-applikant ikun infurmat dwar il-konsegwenzi jekk ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-minorenni tingħatalhom informazzjoni b'mod adattat għat-tfal u b'lingwa li jifhmu minn persunal imħarreġ b'mod xieraq u bl-involviment tal-kustodju tagħhom.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-persunal tal-awtoritajiet responsabbli biex jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet għandu jkollhom għarfien xieraq u għandhom jirċievu t-taħriġ neċessarju fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali, inkluż bl-appoġġ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Huma għandhom jingħataw ukoll il-mezzi xierqa u l-istruzzjonijiet biex iwettqu il-kompiti tagħhom b'mod effettiv.

(26)  Biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-persunal tal-awtoritajiet responsabbli biex jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet jiġi reklutat abbażi tal-kwalifiki u l-esperjenza permezz ta' proċeduri miftuħa, jkollu għarfien adegwat, u jenħtieġ li jkun irċieva t-taħriġ neċessarju fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali, inkluż, fejn meħtieġ, bl-appoġġ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Jenħtieġ ukoll li jingħataw il-mezzi xierqa u l-istruzzjonijiet biex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv u b'mod li jirrispetta d-drittijiet fundamentali.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Sabiex ikun faċilitat l-aċċess għall-proċedura fil-punti tal-qsim tal-fruntiera u fil-faċilitajiet ta' detenzjoni, l-informazzjoni dwar il-possibilità li ssir applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun disponibbli. Komunikazzjoni bażika neċessarja biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jifhmu jekk il-persuni jiddikjaraw ix-xewqa tagħhom li jirċievu l-protezzjoni internazzjonali għandha tkun żgurata permezz ta' arranġamenti għall-interpretazzjoni.

(27)  Sabiex ikun faċilitat l-aċċess għall-proċedura fil-punti tal-qsim tal-fruntiera u fil-faċilitajiet ta' detenzjoni, jenħtieġ li tkun disponibbli l-informazzjoni dwar il-possibilità li ssir applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Jenħtieġ li tiġi żgurata komunikazzjoni bażika neċessarja biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jifhmu jekk il-persuni jiddikjaraw ix-xewqa tagħhom li jirċievu l-protezzjoni internazzjonali permezz ta' arranġamenti għall-interpretazzjoni. Ir-rappreżentanti legali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jipprovdu servizzi legali jew konsulenza legali jew psikoloġika jenħtieġ li dejjem jingħataw aċċess għall-faċilitajiet ta' detenzjoni, il-punti tal-qsim tal-fruntiera u ż-żoni ta' tranżitu. Jenħtieġ li l-persunal li jipprovdi servizzi ta' interpretazzjoni jkollu għarfien xieraq u jkun irċieva t-taħriġ neċessarju fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibilità li l-applikanti jippreżentaw applikazzjoni f'isem il-konjuġi tagħhom, is-sieħeb tagħhom f'relazzjoni stabbli u fit-tul, adulti dipendenti u minorenni. Din l-għażla tippermetti l-eżami konġunt ta' dawk l-applikazzjonijiet. Id-dritt ta' kull individwu li jfittex protezzjoni internazzjonali huwa garantit mill-fatt li jekk l-applikant ma japplikax f'isem il-konjuġi, is-sieħeb, adulti dipendenti u minorenni fil-limitu ta' żmien stabbilit għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni, il-konjuġi jew is-sieħeb xorta waħda jista' jagħmel dan f'ismu, u l-adult dipendenti jew il-minorenni għandhom ikunu assistiti mill-awtorità determinanti. Madankollu, jekk applikazzjoni separata mhix ġustifikata, din għandha titqies bħala inammissibbli.

(28)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi l-possibilità li l-applikanti jippreżentaw applikazzjoni f'isem il-minorenni u l-adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali. Din l-għażla tippermetti l-eżami konġunt ta' dawk l-applikazzjonijiet. Id-dritt ta' kull individwu li jfittex protezzjoni internazzjonali huwa garantit mill-fatt li jekk l-applikant ma japplikax f'isem l-adult dipendenti jew il-minorenni fil-limitu ta' żmien stabbilit għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni, jenħtieġ li l-adult dipendenti jew il-minorenni jkun assistit mill-awtorità determinanti.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Biex ikun żgurat li minorenni mhux akkompanjati jkollhom aċċess effettiv għall-proċedura, dejjem għandu jinħatar kustodju għalihom. Il-kustodju għandu jkun persuna jew rappreżentant ta' organizzazzjoni maħtur biex jassisti u jmexxi lill-minorenni matul il-proċedura bil-għan li jissalvagwardja l-aħjar interessi tat-tfal kif ukoll il-benesseri ġenerali tagħhom. Fejn ikun meħtieġ, il-kustodju għandu jeżerċita l-kapaċità legali għall-minorenni. Sabiex jipprovdu appoġġ effettiv għall-minorenni mhux akkompanjati, il-kustodji ma għandhomx ikunu responsabbli għal numru sproporzjonat ta' minorenni mhux akkompanjati fl-istess ħin. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persun responsabbli għall-appoġġ, is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-kustodji fit-twettieq tal-kompiti tagħhom. Minorenni mhux akkompanjat għandu jippreżenta applikazzjoni f'ismu stess jew permezz tal-kustodju tiegħu. Sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-garanziji proċedurali ta' minorenni mhux akkompanjat, il-limitu ta' żmien sabiex dan jippreżenta applikazzjoni għandu jibda minn meta jinħatar il-kustodju tiegħu u dawn jiltaqgħu. Fejn il-kustodju ma jippreżentax l-applikazzjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit, il-minorenni mhux akkompanjat għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-applikazzjoni f'ismu bl-assistenza tal-awtorità determinanti. Il-fatt li minorenni mhux akkompanjat jagħżel li jippreżenta applikazzjoni f'ismu stess ma għandux jipprekludih milli jiġi assenjat kustodju.

(29)  Biex ikun żgurat li minorenni mhux akkumpanjati jkollhom aċċess effettiv għall-proċedura, jenħtieġ li dejjem jinħatar kustodju għalihom. Jenħtieġ li l-kustodju jinħatar malajr kemm jista' jkun qabel il-ġbir ta' data bijometrika u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li tkun saret l-applikazzjoni. Jenħtieġ li l-kustodju jkun persuna jew rappreżentant ta' organizzazzjoni maħtur biex jassisti u jmexxi lill-minorenni matul il-proċedura bil-għan li jissalvagwardja l-aħjar interessi tat-tfal kif ukoll il-benesseri ġenerali tagħhom. Fejn ikun meħtieġ, jenħtieġ li l-kustodju jeżerċita l-kapaċità legali għall-minorenni. Sabiex jipprovdu appoġġ effettiv għall-minorenni mhux akkompanjati, jenħtieġ li l-kustodji ma jkunux responsabbli għal numru sproporzjonat ta' minorenni mhux akkompanjati fl-istess ħin. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-kustodji ma jkunux responsabbli għal aktar minn 20 minorenni mhux akkumpanjati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli għall-appoġġ, is-superviżjoni u l-monitoraġġ minn żmien għal żmien tal-kustodji sabiex jiżguraw li jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Jenħtieġ li minorenni mhux akkumpanjat jippreżenta applikazzjoni f'ismu stess jew permezz tal-kustodju tiegħu. Sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-garanziji proċedurali ta' minorenni mhux akkumpanjat, jenħtieġ li l-limitu ta' żmien sabiex dan jippreżenta applikazzjoni jibda minn meta jinħatar il-kustodju tiegħu u dawn jiltaqgħu. Fejn il-kustodju ma jippreżentax l-applikazzjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit, jenħtieġ li l-minorenni mhux akkumpanjat jingħata l-opportunità li jippreżenta l-applikazzjoni f'ismu bl-assistenza tal-awtorità determinanti. Jenħtieġ li l-fatt li minorenni mhux akkompanjat jagħżel li jippreżenta applikazzjoni f'ismu stess ma jipprekludihx milli jiġi assenjat kustodju lilu.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Sabiex ikunu garantiti d-drittijiet tal-applikanti, deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jittieħdu abbażi tal-fatti, oġġettivament, b'mod imparzjali u fuq bażi individwali wara eżami fil-fond li jikkunsidra l-elementi kollha pprovduti mill-applikant u ċ-ċirkostanzi individwali tal-applikant. Biex ikun żgurat eżami rigoruż ta' applikazzjoni, l-awtorità determinanti għandha tikkunsidra informazzjoni rilevanti, preċiża u aġġornata relatata mas-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tal-applikant li tinkiseb mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u sorsi oħra bħall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati. L-awtorità determinanti għandha tikkunsidra wkoll kull analiżi komuni rilevanti ta' informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Kull posponiment tal-konklużjoni tal-proċedura għandu jkun kompletament konformi mal-obbligi tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) u mad-dritt għal amministrazzjoni tajba, mingħajr preġudizzju għall-effiċjenza u l-ġustizzja tal-proċedura skont dan ir-Regolament.

(30)  Sabiex ikunu garantiti d-drittijiet tal-applikanti, jenħtieġ li deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni internazzjonali jittieħdu abbażi tal-fatti, oġġettivament, b'mod imparzjali u fuq bażi individwali wara eżami fil-fond li jikkunsidra l-elementi kollha pprovduti mill-applikant u ċ-ċirkostanzi individwali tal-applikant. Biex ikun żgurat eżami rigoruż ta' applikazzjoni, jenħtieġ li l-awtorità determinanti tikkunsidra informazzjoni rilevanti, preċiża u aġġornata relatata mas-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tal-applikant li tinkiseb mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u sorsi oħra bħall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi oħra. Jenħtieġ li l-awtorità determinanti tikkunsidra wkoll kull analiżi komuni rilevanti ta' informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Jenħtieġ li kull posponiment tal-konklużjoni tal-proċedura jkun kompletament konformi mal-obbligi tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) u mad-dritt għal amministrazzjoni tajba, mingħajr preġudizzju għall-effiċjenza u l-ġustizzja tal-proċedura skont dan ir-Regolament.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta' eżami adegwat u komplet ta' applikazzjoni għal protezzjonin internazzjonali, huwa fl-interess kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti li tittieħed deċiżjoni kemm jista' jkun malajr. Il-limiti ta' żmien massimi għat-tul tal-proċedura amministrattiva kif ukoll għall-ewwel livell ta' appell għandhom ikunu stabbiliti biex tkun standardizzata l-proċedura għal protezzjoni internazzjonali. B'dan il-mod, l-applikanti għandhom ikunu jistgħu jirċievu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom fl-iqsar żmien possibbli fl-Istati Memrbi kollha, biex b'hekk tkun żgurata proċedura rapida u effiċjenti.

(33)  Mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta' eżami adegwat u komplet ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, huwa fl-interess kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti li tittieħed deċiżjoni kemm jista' jkun malajr. Jenħtieġ li l-limiti ta' żmien massimi għat-tul tal-proċedura amministrattiva kif ukoll għall-ewwel livell ta' appell ikunu stabbiliti biex tkun standardizzata l-proċedura għal protezzjoni internazzjonali. B'dan il-mod, jenħtieġ li l-applikanti jkunu jistgħu jirċievu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom fl-iqsar żmien possibbli fl-Istati Membri kollha, biex b'hekk tkun żgurata proċedura rapida u effiċjenti. Jenħtieġ li s-simplifikazzjoni tal-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali ma tippreġudika bl-ebda mod l-eżami dettaljat u individwali tal-mertu tal-applikazzjoni.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Qabel ma jkun determinat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament ta' Dublin),29 l-ewwel Stat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għandu jeżamina l-ammissibilità ta' dik l-applikazzjoni meta pajjiż li mhux Stat Membru jitqies bħala l-ewwel pajjiż tal-asil jew pajjiż terz bla periklu għall-applikant. Barra minn hekk, applikazzjoni għandha titqies li hija inammissibbli meta din tkun applikazzjoni sussegwenti mingħajr elementi rilevanti jew sejbiet ġodda, jew meta applikazzjoni separata minn konjuġi, sieħeb jew minorenni akkompanjat ma tkunx meqjusa bħala ġustifikata.

imħassar

__________________

 

29 ĠU L […], […], p. […].

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Il-kunċett tal-ewwel pajjiż tal-asil għandu jkun applikat bħala raġuni għal inammissibilità fejn wieħed jista' jassumi b'mod raġonevoli li pajjiż ieħor jista' protezzjoni skont l-istndards sostantivi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra jew l-applikant jista' jingħata protezzjoni suffiċjenti f'dak il-pajjiż. B'mod partikolari, l-Istati Membri ma għandhomx jeżaminaw il-merti ta' applikazzjoni fejn pajjiż ta' asil preċedenti jkun ta lill-applikant l-istatus ta' rifuġjat jew inkella protezzjoni suffiċjenti. L-Istati Membri għandhom jipproċedu fuq dik il-bażi biss fejn huma jkunu sodisfatti, inkluż, fejn ikun meħtieġ jew xieraq, abbażi ta' assigurazzjonijiet miksuba mill-pajjiż terz ikkonċernat, li l-applikant ikun gawda u se jkompli jgawdi minn protezzjoni f'dak il-pajjiż skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra jew inkella gawda u se jkompli jgawdi protezzjoni suffiċjenti, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal residenza legali, aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, faċilitajiet ta' akkoljenza, saħħa u edukazzjoni, u d-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

(36)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu l-possibilità li japplikaw il-kunċett tal-ewwel pajjiż tal-asil bħala raġuni għal inammissibilità fejn wieħed jista' jassumi b'mod raġonevoli li pajjiż ieħor se jkompli jagħti protezzjoni taħt il-Konvenzjoni ta' Ġinevra. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom id-dritt japplikaw il-kunċett meta l-ewwel pajjiż ta' asil ikun ta lill-applikant l-istatus ta' rifuġjat. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom id-dritt jipproċedu fuq dik il-bażi biss fejn huma jkunu sodisfatti, inkluż, fejn ikun meħtieġ jew xieraq, abbażi ta' assigurazzjonijiet miksuba mill-pajjiż terz ikkonċernat, li l-applikant ikun irċieva u jkun se jkollu l-possibilità li jkompli jirċievi protezzjoni f'dak il-pajjiż skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu għandu jkun applikat bħala raġuni għal inammissibilità fejn l-applikant, minħabba konnessjoni ma' dak il-pajjiż terz inkluż wieħed li jkun għadda minnu, jista' jkun mistenni b'mod raġonevoli li jfittex protezzjoni f'dak il-pajjiż, u hemm raġunijiet biex ikun ikkunsidrat li l-appikant se jiddaħħal jew jerġa' jiddaħħal mill-ġdid f'dak il-pajjiż. L-Istati Membri għandhom jipproċedu fuq dik il-bażi biss fejn huma jkunu sodisfatti, inkluż, fejn ikun meħtieġ jew xieraq, abbażi ta' assigurazzjonijiet miksuba mill-pajjiż terz ikkonċernat, li l-applikant se jkollu l-possibilità li jirċievi protezzjoni skont l-istandards sostantivi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra jew se jgawdi protezzjoni suffiċjenti, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal residenza legali, aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, faċilitajiet ta' akkoljenza, saħħa u edukazzjoni, u d-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

(37)  L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu meta l-applikant, minħabba konnessjoni suffiċjenti ma' dak il-pajjiż terz, jista' jkun mistenni b'mod raġonevoli li jfittex protezzjoni f'dak il-pajjiż, u jkun hemm raġunijiet biex ikun ikkunsidrat li l-applikant se jiddaħħal jew jerġa' jiddaħħal mill-ġdid f'dak il-pajjiż. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipproċedu fuq dik il-bażi biss fejn huma jkunu sodisfatti, inkluż, fejn ikun meħtieġ jew xieraq, abbażi ta' assigurazzjonijiet miksuba mill-pajjiż terz ikkonċernat, li l-applikant se jirċievi protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra jew se jgawdi protezzjoni effettiva ekwivalenti għall-protezzjoni pprovduta lir-rifuġjati f'dak il-pajjiż, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal residenza legali, aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, faċilitajiet ta' akkoljenza, saħħa u edukazzjoni, mezzi ta' sussistenza suffiċjenti biex jinżamm standard tal-għajxien adegwat, privatezza u d-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun eżaminata fuq il-merti tagħha biex ikun determinat jekk applikant jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (Ir-Regolament dwar il-Kwalifika). Mhux meħtieġ li jkun hemm eżami fuq il-merti ta' fejn applikazzjoni għandha tkun iddikjarata inammissibbli skont dan ir-Regolament. Madankollu, fejn minn valutazzjoni prima facie jkun ċar li applikazzjoni tista' tiġi rrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi, l-applikazzjoni tista' tkun irrifjutata għal dik ir-raġuni mingħajr ma tiġi eżaminata l-ammissibilità tagħha.

(38)  Jenħtieġ li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun eżaminata fuq il-merti tagħha biex ikun determinat jekk applikant jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (Ir-Regolament dwar il-Kwalifika). Mhux meħtieġ li jkun hemm eżami fuq il-merti ta' fejn applikazzjoni tkun iddikjarata inammissibbli skont dan ir-Regolament.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  L-eżami ta' applikazzjoni għandu jkun aċċellerat u jitlesta f'mhux aktar minn xahrejn f'dawk il-każijiet fejn applikazzjoni hija manifestament mingħajr bażi minħabba li hija talba abużiva, inkluż fejn applikant ikun ġej minn pajjiż ta' oriġini bla periklu jew applikant jagħmel applikazzjoni biss biex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta' deċiżjoni ta' tneħħija, jew fejn ikun hemm tħassib serju ta' sigurtà nazzjonali jew pubblika, fejn l-applikant ma japplikax għal protezzjoni internazzjoni fl-ewwel Stat Membru tad-dħul jew fl-Istat Membru ta' residenza legali, jew fejn applikant li l-applikazzjoni tiegħu tkun qed tiġi eżaminata u li għamel applikazzjoni fi Stat Membru ieħor jew li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru ieħor mingħajr dokument ta' residenza jittieħed lura skont ir-Regolament ta' Dublin. Fil-każ imsemmi l-aħħar, l-eżami tal-applikazzjoni ma għandux ikun aċċellerat jekk l-applikant ikun jista' jipprovdi ġustifikazzjonijiet sostanzjati għalfejn ikun telaq lejn Stat Membru ieħor mingħajr awtorizzazzjoni, ikun ippreżenta applikazzjoni fi Stat Membru ieħor jew inkella ma kienx disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, bħal pereżempju f'każ li hu ma kienx infurmat sew u fil-ħin dwar l-obbligi tiegħu. Barra minn hekk, proċedura aċċellerata ta' eżami tista' tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati biss fiċ-ċirkostanzi limitati stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(39)  Jenħtieġ li l-eżami ta' applikazzjoni jkun aċċelerat u jitlesta f'mhux aktar minn xahrejn f'dawk il-każijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, proċedura aċċelerata ta' eżami tista' tkun applikata għal minorenni mhux akkumpanjati biss fiċ-ċirkostanzi limitati stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Ħafna applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jsiru fil-fruntiera jew f'żona ta' tranżitu ta' Stat Membru qabel ma tittieħed deċiżjoni rigward id-dħul tal-applikant. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu eżami dwar l-ammissibilità jew eżami fuq il-merti li jippermettu li dawn l-applikazzjonijiet jiġu deċiżi f'dawk il-postijiet f'ċirkostanzi definiti sew. Il-proċedura fuq il-fruntiera ma għandhiex tieħu aktar minn erba' ġimgħat u wara dak il-perjodu l-applikanti għandhom jitħallew jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru. Huwa biss fejn numru sproporzjonat ta' applikanti jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom fuq il-fruntieri jew f'żona ta' tranżitu li tista' tiġi applikata proċedura fuq il-fruntiera f'postijiet viċin il-fruntiera jew iż-żona ta' tranżitu. Proċedura fuq il-fruntiera tista' tkun applikata għal minorenni mhux akkompanjati biss fiċ-ċirkostanzi limitati stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(40)  Ħafna applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jsiru fil-fruntiera jew f'żona ta' tranżitu ta' Stat Membru qabel ma tittieħed deċiżjoni rigward id-dħul tal-applikant. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jipprovdu eżami dwar l-ammissibilità jew eżami fuq il-merti li jippermettu li dawn l-applikazzjonijiet jiġu deċiżi f'dawk il-postijiet f'ċirkostanzi definiti sew. Jenħtieġ li l-proċedura fuq il-fruntiera ma tiħux aktar minn erba' ġimgħat u wara dak il-perjodu jenħtieġ li l-applikanti jitħallew jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru. Huwa biss fejn numru sproporzjonat ta' applikanti jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom fil-fruntieri jew f'żona ta' tranżitu li tista' tiġi applikata proċedura fuq il-fruntiera f'postijiet viċin il-fruntiera jew iż-żona ta' tranżitu. Jenħtieġ li l-proċedura fil-fruntiera tiġi applikata biss għall-minorenni fejn ikun hemm disponibbli alternattivi għad-detenzjoni ta' minorenni. Jenħtieġ li proċedura fil-fruntiera ma tkunx applikata għal minorenni mhux akkumpanjati.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Il-kunċett ta' ordni pubbliku jista', fost l-oħrajn, ikopri sentenza ta' kundanna għat-twettiq ta' delitt gravi.

(41)  Il-kunċett ta' ordni pubbliku jista', fost l-oħrajn, ikopri sentenza ta' kundanna għat-twettiq ta' delitt gravi. Il-kunċetti ta' sigurtà internazzjonali u ordni pubbliku jkopru wkoll delitti gravi bħall-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali, l-atti ta' terroriżmu kif ukoll it-traffikar tal-bnedmin.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Sakemm applikant ikun jista' jagħti raġuni tajba, in-nuqqas ta' dokumenti mad-dħul jew l-użu ta' dokumenti ffalsifikati ma għandux iwassal per se għal rikors awtomatiku għal proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera.

(42)  Jenħtieġ li n-nuqqas ta' dokumenti mad-dħul jew l-użu ta' dokumenti ffalsifikati ma jwassalx għal użu awtomatiku tal-proċedura aċċelerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li l-fatt li applikant ikollu d-dokumentazzjoni nieqsa ma jdgħajjifx l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Fejn applikant jew jirtira espliċitament l-applikazzjoni tiegħu bir-rieda tiegħu stess, jew ma jikkonformax mal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin) jew id-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) u b'hekk jirtira b'mod impliċitu l-applikazzjoni tiegħu, l-applikazzjoni ma għandhiex tkun eżaminata aktar u għandha tkun irrifjutata bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, u kull applikazzjoni fl-Istati Membri mill-istess applikant wara din id-deċiżjoni għandha titqies bħala applikazzjoni sussegwenti. Madankollu, l-irtirar impliċitu ma għandux ikun awtomatiku, imma l-applikant għandu jingħata l-opportunità li jirrapporta lill-awtorità determinanti u juri li n-nuqqas ta' konformità ma' dawk l-obbligi kien dovut għal ċirkostanzi li hu ma kellux kontroll fuqhom.

(43)  Meta applikant jirtira espliċitament l-applikazzjoni tiegħu bir-rieda tiegħu stess, jenħtieġ li l-applikazzjoni ma tkunx eżaminata aktar u jenħtieġ li tiġi rrifjutata bħala espliċitament irtirata.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 43a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(43a)  Fil-każijiet speċifiċi previsti f'dan ir-Regolament, meta l-applikant ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu, jenħtieġ li l-awtorità determinanti tkun tista' temporanjament twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiegħu jew tagħha. Jenħtieġ li l-applikant jingħata l-opportunità li jikkonforma mal-obbligi tiegħu fi żmien xahrejn sabiex l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jew tagħha jitkompla. Jenħtieġ li l-eżami tal-applikazzjoni jitkompla darba biss, għajr fejn l-applikant ikun jista' juri li n-nuqqas tiegħu li jikkonforma mal-obbligi tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom. Altrimenti, jenħtieġ li l-applikazzjoni tinċaħad bħala impliċitament irtirata.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Fejn applikant jagħmel applikazzjoni sussegwenti mingħajr ma jippreżenta evidenza jew sejbiet ġodda li jżidu b'mod sinifikanti l-possibilità li hu jikkwalifika bħala benefiċjaarju ta' protezzjoni intenazzjonali jew li jirrigwardjaw ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni preċedenti kienet irrifjutata bħala inammissibbli, dik l-applikazzjoni sussegwenti ma għandhiex tkun soġġetta għal proċedura tal-eżami ġdida sħiħa. F'dawk il-każijiet, wara eżami preliminari, applikazzjonijiet għandhom ikunu miċħuda bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija mingħajr sustanza jew abużiva li ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess, skont il-prinċipju res judicata. L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, madankollu, l-intervista personali tista' ma ssirx f'dawk il-każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi jew sejbiet ġodda rilevanti jew ikun ċar li hija mingħajr sustanza u mingħajr ebda prospett tanġibbli ta' suċċess. F'każ ta' applikazzjonijiet sussegwenti, jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għad-dritt tal-individwu li jibqa' fit-territorju ta' Stat Membru wara li applikazzjoni sussegwenti tiġi rrifjutata bħala inammissibbli jew mingħajr bażi, jew fil-każ tat-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet sussegwenti oħra, hekk kif applikazzjoni ssir fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li kienet irrifjutat applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi.

(44)  Meta applikant jagħmel applikazzjoni sussegwenti mingħajr ma jippreżenta evidenza jew sejbiet ġodda li jżidu b'mod sinifikanti l-possibilità li hu jikkwalifika bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali jew li jirrigwardjaw ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni preċedenti kienet irrifjutata bħala inammissibbli, jenħtieġ li dik l-applikazzjoni sussegwenti ma tkunx soġġetta għal proċedura tal-eżami ġdida sħiħa. F'dawk il-każijiet, wara eżami preliminari, jenħtieġ li l-applikazzjonijiet jinċaħdu bħala inammissibbli jew manifestament infondati fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni tkun mingħajr sustanza jew abużiva u li ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli li tirnexxi, f'konformità mal-prinċipju res judicata. L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali. Madankollu, l-intervista personali tista' ma ssirx f'każijiet meta, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi rilevanti jew sejbiet ġodda jew li tkun mingħajr sustanza jew ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli li tirnexxi. F'każ ta' applikazzjonijiet sussegwenti, jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għad-dritt tal-individwu li jibqa' fit-territorju ta' Stat Membru wara li applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata bħala inammissibbli jew manifestament infondata, jew fil-każ tat-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet sussegwenti oħra, hekk kif applikazzjoni ssir fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li tkun irrifjutat applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, infondata jew manifestament infondata.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Kunsiderazzjoni ewlenija fir-rigward ta' jekk applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandhiex bażi soda jew le hija s-sigurtà tal-applikant fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu. B'kunsiderazzjoni għall-fatt li r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) għandu l-għan li jikseb livell għoli ta' konverġenza rigward il-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr Stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, dan ir-Regolament jistabbilixxi kriterji komuni biex pajjiżi terzi jiġu indikati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu u, fid-dawl tal-ħtieġa li tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-kunċett tal-pajjiż ta' oriġini bla periklu bħala għodda essenzjali li tappoġġja l-ipproċessar rapidu ta' applikazzjonijiet li x'aktarx huma mingħajr bażi, dan ir-Regolament jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

(45)  Kunsiderazzjoni ewlenija fir-rigward ta' jekk applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkunx fondata jew le hija s-sikurezza tal-applikant fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu. B'kunsiderazzjoni għall-fatt li r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) għandu l-għan li jikseb livell għoli ta' konverġenza rigward il-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr Stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, dan ir-Regolament jistabbilixxi kriterji komuni biex pajjiżi terzi jiġu indikati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu u jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  Il-fatt li pajjiż terz ikun fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma jistax jistabbilixxi garanzija assoluta ta' sigurtà għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż u għalhekk ma jwarrabx il-ħtieġa li jkun hemm eżami individwali xieraq tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Fin-natura stess tagħha, il-valutazzjoni li tkun il-bażi tal-indikazzjoni tista' tieħu kont biss taċ-ċirkostanzi ġenerali, ċivili, legali u politiċi f'dak il-pajjiż u tikkunsidra jekk l-awturi tal-persekuzzjoni, tat-tortura jew ta' trattament jew kastig inuman jew degradanti humiex soġġetti għal sanzjonijiet fil-prattika meta jinstabu responsabbli f'dak il-pajjiż. Għal din ir-raġuni, meta applikant juri li jkun hemm raġunijiet serji sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala wieħed bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu, l-indikazzjoni tal-pajjiż bħala wieħed bla periklu ma tistax aktar titqies bħala rilevanti għalih.

(46)  Il-fatt li pajjiż terz ikun fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma jistax jistabbilixxi garanzija assoluta ta' sikurezza għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż u għalhekk ma jwarrabx il-ħtieġa li jkun hemm eżami individwali xieraq tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Fin-natura stess tagħha, il-valutazzjoni li tkun il-bażi tal-indikazzjoni tista' tieħu kont biss taċ-ċirkostanzi ġenerali, ċivili, legali u politiċi f'dak il-pajjiż u tikkunsidra jekk l-awturi tal-persekuzzjoni, tat-tortura jew ta' trattament jew kastig inuman jew degradanti jkunux soġġetti għal sanzjonijiet fil-prattika meta jinstabu responsabbli f'dak il-pajjiż. Għal din ir-raġuni, meta applikant juri li jkun hemm raġunijiet serji sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala wieħed bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu, l-indikazzjoni tal-pajjiż bħala wieħed bla periklu ma tistax aktar titqies bħala rilevanti għalih.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Fir-rigward tal-indikazzjoni ta' pajjiżi terzi mingħajr periklu fil-livell tal-Unjoni, dan ir-Regolament jipprevedi li għandu jkun hemm tali indikazzjoni. Pajjiżi terzi għandhom ikunu indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni permezz ta' emenda għal dan ir-Regolament abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u wara li titwettaq valutazzjoni dettaljata bbażata fuq l-evidenza li tinvolvi riċerka sostantiva u konsultazzjoni wiesgħa ma' Stati Membri u partijiet konċernati rilevanti.

imħassar

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  It-twaqqif ta' lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu u lista komuni tal-UE għal pajjiżi terzi bla periklu għandu jindirizza wħud mid-diverġenzi eżistenti bejn il-listi nazzjonali tal-Istati Membri ta' pajjiżi bla periklu. Filwaqt li l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li japplikaw jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi terzi minbarra dawk indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew dawk li jkunu jidhru fil-lista komuni tal-UE bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu, l-istabbiliment ta' tali indikazzjoni jew lista komuni għandu jiżgura li l-kunċett jiġi applikat mill-Istati Membri kollha b'mod uniformi fir-rigward ta' applikanti li l-pajjiżi tagħhom ta' oriġini jkunu fuq il-lista komuni jew li għandhom konnessjoni ma' pajjiż terz bla periklu. Dan għandu jiffaċilita l-konverġenza fl-applikazzjoni tal-proċeduri u b'hekk jiġu skoraġġuti wkoll il-movimenti sekondarji ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. Għal dik ir-raġuni, il-possibilità li jintużaw listi jew indikazzjonijiet nazzjonali għandha tiġi fi tmiemha fi żmien perjodu ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(48)  Jenħtieġ li l-istabbiliment ta' lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu jindirizza wħud mid-diverġenzi eżistenti bejn il-listi nazzjonali tal-Istati Membri ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Filwaqt li jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu d-dritt li japplikaw jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi terzi bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu, jenħtieġ li l-istabbiliment ta' tali lista komuni jiżgura li l-kunċett jiġi applikat mill-Istati Membri kollha b'mod uniformi fir-rigward ta' applikanti li l-pajjiżi tagħhom ta' oriġini jkunu fuq il-lista komuni. Dan għandu jiffaċilita l-konverġenza fl-applikazzjoni tal-proċeduri u b'hekk jiġu skoraġġuti wkoll il-movimenti sekondarji ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-possibilità li jintużaw listi nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu tiġi fi tmiemha fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 48a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48a)  Matul il-perjodu ta' tranżizzjoni ta' tliet snin, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-listi nazzjonali tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu u l-listi komuni tal-UE jkunu konsistenti bejniethom. Pajjiż sospiż jew imħassar mil-lista komuni tal-UE jenħtieġ li ma jitqisx bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 48b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48b)  Bl-għan li jiġu armonizzati l-listi nazzjonali tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu, matul il-perjodu tranżitorju ta' tliet snin, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jibagħtu proposti lill-Kummissjoni biex jiżdiedu pajjiżi partikolari fil-lista komuni tal-UE tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina l-proposti fi żmien sitt xhur minn meta jiġu ppreżentati, abbażi ta' sensiela ta' sorsi ta' informazzjoni li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha, b'mod partikolari r-rapporti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, u organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali jew internazzjonali. Meta pajjiż terz ikun jista' jiżdied mal-lista, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta proposta b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja biex twessa' l-lista komuni tal-UE tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-preżenza ta' pajjiż terz fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu tkun akkumpanjata minn politika tal-Unjoni ta' ritorn effettiva bi ftehimiet ta' riammissjoni li jrid ikun hemm konformità sħiħa magħhom biex tingħata għajnuna mill-Unjoni lil dawk il-pajjiżi.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 48c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48c)  Jenħtieġ li l-lista komuni tal-UE tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu jkollha l-għan li tnaqqas l-għadd ta' persuni li jkunu qed ifittxu l-asil li joriġinaw minn pajjiżi li huma kkaratterizzati minn għadd kbir ta' talbiet filwaqt li għandhom rata baxxa ta' rikonoxximent. Jenħtieġ li l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu tkun ibbażata esklużivament fuq valutazzjoni ta' jekk is-sitwazzjoni tal-pajjiż hijiex qiegħda tikkonforma mal-kriterji komuni li abbażi tagħhom pajjiżi terzi jiġu indikati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu kif stipulat f'dan ir-Regolament.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Fil-każ ta' bidla għall-għarrieda għall-agħar fis-sitwazzjoni ta' tali pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tissospendi l-indikazzjoni ta' dak il-pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta' dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu limitat ta' żmien permezz ta' att delegat skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, f'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tipproponi emenda għall-pajjiż terz biex dan ma jibqax jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew biex dak il-pajjiż terz jitneħħa mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu fi żmien 3 xhur mill-adozzjoni tal-att delegat li jissospendi lil dak il-pajjiż terz.

(49)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Fil-każ ta' bidla għall-għarrieda għall-agħar fis-sitwazzjoni ta' tali pajjiż terz, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tissospendi l-preżenza ta' dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu limitat ta' żmien permezz ta' att delegat skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, f'dan il-każ, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi emenda f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja biex dak il-pajjiż terz jitneħħa mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tal-att delegat li jissospendi lil dak il-pajjiż terz.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Meta jiskadu l-perjodu ta' validità tal-att delegat u l-estensjonijiet tiegħu, mingħajr ma jkun ġie adottat att delegat ġdid, l-indikazzjoni tal-pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma għandhiex tibqa' sospiża. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda proposta għat-tneħħija tal-pajjiż terz mil-listi.

(51)  Meta jiskadi l-perjodu ta' validità tal-att delegat u l-estensjonijiet tiegħu, mingħajr ma jkun ġie adottat att delegat ġdid, l-indikazzjoni tal-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu jenħtieġ li ma tibqax sospiża. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda proposta għat-tneħħija tal-pajjiż terz mil-listi.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, għandha tirrieżamina regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jkunu tneħħew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu jew pajjiżi terzi bla periklu, inkluż fejn Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa jqis, abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata, li wara tibdil fis-sitwazzjoni ta' dak il-pajjiż terz, jerġa' jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u jista' jkun indikat bħala pajjiż bla periklu. F'dan il-każ, l-Istati Membri jistgħu jindikaw biss lil dak il-pajjiż terz bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu jew pajjiż terz bla periklu fil-livell nazzjonali sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għal dik l-indikazzjoni. Fejn il-Kummissjoni tqis li dawn il-kundizzjonijiet huma sodisfatti, tista' tipproponi emenda għall-indikazzjoni ta' pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew għal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu sabiex iżżid il-pajjiż terz.

(52)  Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, jenħtieġ li tirrieżamina regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jkunu tneħħew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Meta pajjiż terz ikun tneħħa mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni meta huwa jqis li wara tibdil fis-sitwazzjoni ta' dak il-pajjiż terz, jerġa' jissodisfa l-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament biex jiddaħħal fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta'oriġini bla periklu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina kwalunkwe notifika bħal din minn Stat Membru u, jekk ikun xieraq, tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jemendaw il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont dan. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tippreżentax tali proposta, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jindikawx lil dak il-pajjiż bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62)  Fir-rigward tat-Turkija, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' leġiżlazzjoni sostantiva u proċedurali tad-drittijiet tal-bniedem u kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'94 minn 2 899 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' inċidenti ta' espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta' ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom ikunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari, jew fejn hemm riskju serju ta' espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 23,1 % (310) ta' applikazzjonijiet għall-asil minn ċittadini tat-Turkija kellhom bażi soda. Stat Membru wieħed indika lit-Turkija bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu. It-Turkija ġiet indikata bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew u n-negozjati nfetħu. F'dak iż-żmien, il-valutazzjoni kienet li t-Turkija kienet tissodisfa b'mod suffiċjenti l-kriterji politiċi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tal-21-22 ta' Ġunju 1993 relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi u t-Turkija se jkollha tibqa' tissodisfa dawk il-kriterji biex issir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-Rapport Annwali ta' Progress.

imħassar

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 63

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(63)  Fir-rigward tal-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja, u b'mod partikolari fid-dawl tar-reviżjoni regolari tal-istatus li għandha titwettaq abbażi tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali huma infurmati kif mistħoqq dwar rikunsiderazzjoni possibbli tal-istatus tagħhom u li qed jingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjoni tagħhom, fi żmien raġonevoli, permezz ta' dikjarazzjoni bil-miktub u f'intervista personali, qabel ma l-awtoritajiet jieħdu deċiżjoni motivata biex jirtiraw l-istatus tagħhom.

(63)  Fir-rigward tal-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li persuni li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali jiġu infurmati kif mistħoqq dwar rikunsiderazzjoni possibbli tal-istatus tagħhom u li jkunu qed jingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjoni tagħhom, fi żmien raġonevoli, permezz ta' dikjarazzjoni bil-miktub u f'intervista personali, qabel ma l-awtoritajiet jieħdu deċiżjoni motivata biex jirtiraw l-istatus tagħhom.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 66

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(66)  B'kunsiderazzjoni għall-ħtieġa għal ekwità fil-ġestjoni ta' applikazzjonijiet u effettività fil-proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali, il-limiti ta' żmien ma għandhomx ikunu stabbiliti biss għall-proċedura amministrattiva imma għandhom ikunu stabbiliti wkoll għall-istadju tal-appell, tal-anqas sa fejn ikun ikkonċernat l-ewwel livell tal-appell. Dan għandu jsir mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u sħiħ ta' appell, u għalhekk għandha tinżamm ċerta flessibilità f'każijiet li jinvolvu kwistjonijiet kumplessi ta' fatti jew liġi.

imħassar

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni, dokumenti lill-applikanti u miżuri li jikkonċernaw applikanti li jinħtieġu garanziji proċedurali speċjali inklużi minorenni, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.

(71)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni, dokumenti lill-applikanti u miżuri li jikkonċernaw applikanti li jeħtieġu garanziji proċedurali speċifiċi inklużi minorenni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat implimentattivi. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.

_________________

_________________

34 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

34 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Ġustifikazzjoni

Tallinja t-terminoloġija mal-pożizzjoni tal-PE dwar strumenti oħra tas-SEKA, b'mod partikolari d-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Premessa 72

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(72)  Sabiex jiġi indirizzat tibdil għall-għarrieda għall-agħar f'pajjiż terz indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew inkluż fil-lista komuni tal-UE għall-pajjiżi ta' oriġini bla periklu, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sospensjoni tal-indikazzjoni ta' dak il-pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta' dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' sitt xhur fejn il-Kummissjoni tikkunsidra, abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata, li l-kundizzjonijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament ma għadhomx sodisfatti. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(72)  Sabiex jiġi indirizzat tibdil għall-għarrieda għall-agħar f'pajjiż terz inkluż fil-lista komuni tal-UE għall-pajjiżi ta' oriġini bla periklu, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sospensjoni tal-indikazzjoni ta' dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' sitt xhur meta l-Kummissjoni tikkunsidra, abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata, li l-kundizzjonijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament ma jkunux għadhom sodisfatti. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Premessa 75

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(75)  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun ivvalutata f'intervalli regolari.

(75)  Jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi vvalutata f'intervalli regolari, b'mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tat-Taqsima III.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa, fil-prattika, tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-provvediment ta' assistenza legali mingħajr ħlas lill-applikanti għal asil fl-istadji kollha tal-proċedura.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

 

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu fis-seħħ standards aktar favorevoli għal proċeduri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, dment li dawk l-istandards ikunu kompatibbli ma' dan ir-Regolament.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "applikant" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li jkun għamel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li dwarha tkun għadha ma tteħditx deċiżjoni finali;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "applikant li jkollu bżonn ta' garanziji proċedurali speċjali " tfisser applikant li l-kapaċità tiegħu li jibbenefika mid-drittijiet u li jikkonforma mal-obbligi previsti f'dan ir-Regolament tkun limitata minħabba cirkostanzi individwali;

(c)  "applikant li jkollu bżonn ta' garanziji proċedurali speċifiċi" tfisser applikant li l-kapaċità tiegħu li jibbenefika mid-drittijiet u li jikkonforma mal-obbligi previsti f'dan ir-Regolament tkun limitata minħabba cirkostanzi individwali jew vulnerabilitajiet speċifiċi;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  "persuna mingħajr Stat" tfisser persuna li l-ebda Stat ma jikkunsidraha ċittadina tiegħu taħt il-liġi tiegħu;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "deċiżjoni finali" tfisser deċiżjoni dwar jekk ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat jingħatawx status ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), inkluża deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala inammissibbli jew deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata u li ma tistax tibqa' soġġetta għal proċedura ta' appell fl-Istat Membru kkonċernat;

(d)  "deċiżjoni finali" tfisser deċiżjoni dwar jekk ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat jingħatawx status ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), inkluża deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala inammissibbli jew deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata u li ma tistax tibqa' soġġetta għal proċedura ta' appell fl-Istat Membru kkonċernat;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "awtorità determinanti" tfisser kwalunkwe korp semiġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, u kompetenti sabiex jieħu deċiżjonjiet fl-ewwel istanza;

(e)  "awtorità determinanti" tfisser kwalunkwe korp ġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, u kompetenti sabiex jieħu deċiżjonjiet fl-ewwel istanza;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  "kustodju" tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura biex jassistu jew jirrapreżentaw minorenni mhux akkompanjat bil-għan li jkunu salvagwardjati l-aħjar interessi tat-tfal u l-benesseri ġenerali tagħhom fi proċeduri previsti f'dan ir-Regolament u li jeżerċitaw kapaċità legali għall-minorenni fejn ikun meħtieġ;

(f)  "gwardjan" tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura mill-korpi kompetenti sabiex tgħin u tirrappreżenta lill-minorenni mhux akkumpanjat fil-proċeduri previsti f'dan ir-Regolament bil-ħsieb li jiġu salvagwardjati l-aħjar interessi tat-tifel/tifla u l-benesseri tiegħu jew tagħha u li tiġi eżerċitata l-kapaċità legali għall-minorenni fejn meħtieġ;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  "irtirar tal-protezzjoni internazzjonali" tfisser id-deċiżjoni minn awtorità determinanti li tirrevoka, twaqqaf jew tirrifjuta li ġġedded l-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja ta' persuna;

(g)  "irtirar tal-protezzjoni internazzjonali" tfisser id-deċiżjoni minn awtorità determinanti li tirrevoka, twaqqaf jew tirrifjuta li ġġedded l-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja ta' persuna b'konformità mar-[Regolament dwar il-Kwalifika];

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  "applikazzjoni sussegwenti" tfisser applikazzjoni oħra għall-protezzjoni internazzjonali li ssir fi kwalunkwe Stat Membru wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar applikazzjoni preċedenti, inklużi każijiet fejn l-applikazzjoni tkun ġiet irrifjutata bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata wara l-irtirar impliċitu tagħha;

(i)  "applikazzjoni sussegwenti" tfisser applikazzjoni oħra għall-protezzjoni internazzjonali li ssir fi kwalunkwe Stat Membru wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar applikazzjoni preċedenti, inklużi każijiet meta l-applikazzjoni tkun ġiet irrifjutata bħala espliċitament jew impliċitament irtirata;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet li ġejjin għandu jkollhom il-kompitu li jirċievu u jirreġistraw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, kif ukoll li jinfurmaw lill-applikanti dwar fejn u kif għandhom jippreżentaw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali:

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet li ġejjin għandu jkollhom il-kompitu li jirċievu u jirreġistraw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, kif ukoll li jinfurmaw lill-applikanti dwar fejn u kif għandhom jippreżentaw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali iżda, taħt l-ebda ċirkostanza, ma għandu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu dwar l-ammissibilità u l-merti ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali:

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni;

(c)  l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni, dment li ma jkunux l-awtorità determinanti;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-awtoritajiet responsabbli għall-faċilitajiet ta' detenzjoni.

(d)  l-awtoritajiet responsabbli għall-faċilitajiet ta' detenzjoni jew akkoljenza.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jafdaw ukoll lil awtoritajiet oħra b'dawn il-kompiti.

L-Istati Membri jistgħu jafdaw ukoll lil awtoritajiet oħra b'dawn il-kompiti. Meta l-applikazzjoni tasal għand awtorità li m'għandhiex is-setgħa li tirreġistraha, dik l-awtorità għandha tinforma lill-applikant dwar fejn u kif għandu jippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  mill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor li jkunu ġew fdati minn dak l-Istat Membru bil-kompitu li jirċievu, jirreġistraw jew jeżaminaw applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali;

imħassar

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Meta l-Istat Membru responsabbli ma jkunx talab l-għajnuna mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u l-ebda espert ma jkun disponibbli, l-Istat Membru responsabbli jkun jista' jitlob l-għajnuna ta' Stat Membru ieħor sabiex dan jirċievi, jirreġistra u jeżamina applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali. Il-kompetenza li tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet individwali għal protezzjoni internazzjonali tibqa' f'idejn l-Istat Membru responsabbli.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtorità determinanti, jew ta' kwalunkwe awtorità oħra responsabbli biex tirċievi u tirreġistra applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali skont il-paragrafu 3, ikollu l-għarfien xieraq u jkun provdut bit-taħriġ u l-istruzzjonijiet neċessarji biex jissodisfa l-obbligi tiegħu fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet responsabbli skont il-paragrafi 1 sa 4a ta' dan l-Artikolu jkollu għarfien adegwat u jkun ingħata t-taħriġ meħtieġ skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil) u l-istruzzjonijiet neċessarji biex jissodisfa l-obbligi tiegħu fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiksbu kwalunkwe informazzjoni mill-persuni allegatament awturi tal-persekuzzjoni jew ħsara serja b'mod li jirriżulta li tali awturi jiġu infurmati direttament bil-fatt li tkun saret applikazzjoni mill-applikant ikkonċernat, u li jipperikola l-integrità fiżika tal-applikant jew tad-dipendenti tiegħu, jew il-libertà u s-sigurtà tal-membri tal-familja tiegħu li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż ta' oriġini.

(b)  jiksbu kwalunkwe informazzjoni mill-persuni allegatament awturi tal-persekuzzjoni jew ħsara serja jekk dan ikun jista' bi kwalunkwe mod jipperikola l-integrità fiżika tal-applikant jew tad-dipendenti tiegħu, jew il-libertà u s-sigurtà tal-membri tal-familja tiegħu li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż ta' oriġini.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-applikant għandu jagħmel l-applikazzjoni tiegħu fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, fejn dan ikun preżenti legalment fi Stat Membru, hu għandu jagħmel l-applikazzjoni tiegħu f'dak l-Istat Membru kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin).

1.  L-applikant għandu jagħmel l-applikazzjoni tiegħu fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, fejn dan ikun preżenti legalment fi Stat Membru, hu għandu jagħmel l-applikazzjoni tiegħu f'dak l-Istat Membru f'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin).

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jipprovdi d-dejta msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 27(1);

(a)  jipprovdi d-data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(1);

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jipprovdi l-marki tas-swaba' u l-immaġni tal-wiċċ kif imsemmi fir-Regolament (UE) XXX/XXX (Ir-Regolament Eurodac).35

(b)  jipprovdi d-data bijometrika kif imsemmi fir-Regolament (UE) XXX/XXX (Ir-Regolament Eurodac).35

__________________

__________________

35 ĠU L […], […], p. […].

35 ĠU L […], […], p. […].

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jagħti dokumenti fil-pussess tiegħu rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni.

(d)  jippermetti lill-awtoritajiet responsabbli jeżaminaw u jagħmlu kopji tad-dokumenti fil-pussess tiegħu rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji neċessarji għall-eżami tal-applikazzjoni u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba' tiegħu u l-immaġni tal-wiċċ, u l-awtoritajiet responsabbli jkunu infurmaw sew lil dik il-persuna dwar l-obbligi tagħha u jkunu żguraw li dik il-persuna kellha opportunità effettiva biex tikkonforma ma' dawk l-obbligi, l-applikazzjoni tiegħu għandha tkun irrifjutata bħala abbandunata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39.

3.  Meta applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(1), jew billi ma jipprovdix id-data bijometrika tiegħu u jew tagħha, u l-awtoritajiet responsabbli jkunu infurmaw sew lil dik il-persuna dwar l-obbligi tagħha u l-konsegwenzi li joriġinaw minn dawk l-obbligi u jkunu żguraw li dik il-persuna kellha opportunità effettiva biex tikkonforma ma' dawk l-obbligi, l-applikazzjoni tiegħu tista' tkun irrifjutata bħala rtirata b'mod impliċitu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-applikant għandu jinforma lill-awtorità determinanti tal-Istat Membru fejn huwa meħtieġ li jkun preżenti dwar il-post tar-residenza jew l-indirizz tiegħu jew numru tat-telefon fejn jistgħu jikkuntattjawh l-awtorità determinanti jew awtoritajiet responsabbli oħra. Hu għandu jinnotifika lil dik l-awtorità determinanti bi kwalunkwe bidla. L-applikant għandu jaċċetta kull komunikazzjoni fl-aktar post ta' residenza jew indirizz reċenti li jkun indika, b'mod partikolari meta jippreżenta applikazzjoni skont l-Artikolu 28.

4.  L-applikant għandu jinforma lill-awtorità determinanti tal-Istat Membru fejn huwa meħtieġ li jkun preżenti dwar il-post tar-residenza jew l-indirizz tiegħu jew numru tat-telefon jew indirizz tal-email fejn jistgħu jikkuntattjawh l-awtorità determinanti jew awtoritajiet responsabbli oħra. Hu għandu jinnotifika lil dik l-awtorità determinanti bi kwalunkwe bidla. L-applikant għandu jaċċetta kull komunikazzjoni fl-aktar post ta' residenza jew indirizz reċenti li jkun indika, b'mod partikolari meta jippreżenta applikazzjoni skont l-Artikolu 28.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Fejn ikun meħtieġ għall-eżami ta' applikazzjoni, l-awtoritajiet responsabbli jistgħu jitolbu lill-applikant jissottometti ruħu għal tfittxija jew li ssir tfittxija fuq l-oġġetti fil-proprjetà tiegħu. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe tfittxija li saret għal raġunijiet ta' sigurtà, tfittxija fuq il-persuna tal-applikant skont dan ir-Regolament għandha ssir minn persuna tal-istess sess b'rispett sħiħ tal-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem u tal-integrità fiżika u psikoloġika.

7.  Meta jkun meħtieġ għall-ipproċessar ta' applikazzjoni, l-awtoritajiet responsabbli jistgħu jitolbu lill-applikant li ssir tfittxija fuq l-oġġetti fil-proprjetà tiegħu. L-awtorità determinanti għandha tipprovdi lill-applikant ir-raġunijiet għat-tfittxija bil-miktub. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe tfittxija li saret għal raġunijiet ta' sigurtà.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità determinanti għandha tinforma lill-applikanti, f'ilsein li jifhmu jew li huma mistennija b'mod raġonevoli li jifhmu, dwar dan li ġej:

L-awtorità determinanti għandha tinforma lill-applikanti, f'ilsien li jifhmu u f'forma konċiża u faċilment aċċessibbli, permezz ta' lingwa ċara u sempliċi, dwar dan li ġej:

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  id-drittijiet u l-obbligi tagħhom matul il-proċedura, inkluż l-obbligu li jibqgħu fit-territorju tal-Istat Membru fejn huma meħtieġa li jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin);

(c)  id-drittijiet u l-obbligi tagħhom matul il-proċedura, inklużi dawk skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin);

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-perjodu ta' żmien tal-proċedura;

(e)  il-perjodu ta' żmien tal-proċedura, inkluż kwalunkwe limitu ta' żmien li huma meħtieġa li jirrispettaw u l-limiti ta' żmien li l-awtoritajiet responsabbli huma meħtieġa jirrispettaw;

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  id-dritt li jibbenefikaw minn assistenza legali mingħajr ħlas għat-tressiq tal-applikazzjoni individwali u għar-rappreżentanza legali fl-istadji kollha tal-proċedura skont it-Taqsima III;

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  ir-riżultat tad-deċiżjoni tal-awtorità determinanti, ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, kif ukoll il-konsegwenza għal deċiżjoni li tirrifjuta li tagħti protezzjoni internazzjonali u l-mod kif wieħed jista' jikkontesta tali deċiżjoni.

(h)  ir-riżultat tad-deċiżjoni tal-awtorità determinanti, ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, u l-elementi kollha meqjusa għall-iskopijiet tad-deċiżjoni, kif ukoll il-konsegwenza għal deċiżjoni li tirrifjuta li tagħti protezzjoni internazzjonali u l-mod kif wieħed jista' jikkontesta tali deċiżjoni u l-iskadenzi li għandhom jiġu rrispettati għal tali sfida.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tingħata fil-ħin adattat biex l-applikanti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet garantiti f'dan ir-Regolament u jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7.

L-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tingħata fil-ħin adattat biex l-applikanti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet garantiti f'dan ir-Regolament u jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7. L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tingħata lill-applikant mhux aktar tard minn meta tiġi rreġistrata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta kemm bil-miktub kif ukoll bil-fomm, fejn xieraq bl-appoġġ ta' tagħmir multimedjali. L-informazzjoni għandha tingħata lill-minorenni b'mod adattat għat-tfal minn persunal imħarreġ adegwatament u bl-involviment tal-kustodju.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-aġenziji nazzjonali responsabbli u b'mod komplementari għall-materjal tal-informazzjoni pprovdut skont ir-Regolament XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), tfassal materjal ta' informazzjoni komuni li jkun fih tal-inqas l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-materjal ta' informazzjoni komuni għandu jiġi stabbilit b'tali mod li jippermetti lill-Istati Membri jimlewh b'informazzjoni addizzjonali speċifika għall-Istat Membru. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għandha toħloq materjal ta' informazzjoni speċifiku li jkun immirat b'mod partikolari għall-gruppi fil-mira li ġejjin:

 

(a) applikanti adulti, b'attenzjoni speċifika għal applikanti nisa u vulnerabbli;

 

(b) minorenni mhux akkumpanjati; u

 

(c) minorenni akkumpanjati.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Meta jkun meħtieġ u xieraq, l-awtorità determinanti, għandha tipprovdi lill-applikant l-għajnuna ta' medjatur kulturali sabiex jgħinu waqt il-proċedura u b'mod partikolari, waqt l-intervista personali.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtorità determinanti għandha tipprovdi lill-applikanti bl-opportunità li jikkomunikaw mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati jew ma' kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tipprovdi pariri legali jew konsulenza oħra lill-applikanti skont il-liġi nazzjonali.

4.  Fi żmien 14-il jum minn meta ssir l-applikazzjoni, l-awtorità determinanti għandha tipprovdi lill-applikanti bl-opportunità li jikkomunikaw mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati jew ma' kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tipprovdi pariri legali jew konsulenza oħra lill-applikanti skont il-liġi nazzjonali.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-applikanti, u fejn applikabbli, l-kustodji, il-konsulenti legali jew konsulenti oħra tagħhom, ikollhom aċċess għall-informazzjoni imsemmija fl-Artikolu 33(2)(e) meħtieġa għall-eżami tal-applikazzjonijiet u għall-informazzjoni mogħtija mill-esperti msemmija fl-Artikolu 33(3), fejn l-awtorità determinanti tkun ikkunsidrat dik l-informazzjoni bl-iskop li tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom.

5.  L-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-applikanti, u fejn applikabbli, il-kustodji jew il-konsulenti legali tagħhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 33(2) meħtieġa għall-eżami tal-applikazzjonijiet u għall-informazzjoni mogħtija mill-esperti msemmija fl-Artikolu 33(3), fejn l-awtorità determinanti tkun ikkunsidrat dik l-informazzjoni bl-iskop li tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-awtorità determinanti għandha tinforma lill-applikanti fi żmien raġonevoli dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar l-applikazzjoni tagħhom. Fejn l-applikant ikun qed jiġi rrapreżentat minn kustodju, konsulent legali jew konsulent ieħor, l-awtorità determinanti tista' tagħżel li tinnotifika lil dan bid-deċiżjoni minflok lill-applikant;

6.  L-awtorità determinanti għandha tinforma lill-applikanti bil-miktub fi żmien ħamest ijiem dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar l-applikazzjoni tagħhom. Meta l-applikant ikun qed jiġi rrappreżentat minn kustodju jew konsulent legali, l-awtorità determinanti għandha tinnotifika lil dan bid-deċiżjoni kif ukoll lill-applikant;

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-dritt li jibqgħu ma għandux ikun jikkostitwixxi dritt għal permess ta' residenza u ma għandux jagħti lill-applikant id-dritt li jivvjaġġa lejn it-territorju ta' Stati Membri oħra mingħajr awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza).

2.  Id-dritt li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru ma għandux ikun jikkostitwixxi dritt għal permess ta' residenza u ma għandux jagħti lill-applikant id-dritt li jivvjaġġa lejn it-territorju ta' Stati Membri oħra mingħajr awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza).

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti dwar l-ammissibilità ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-applikant għandu jingħata l-opportunità ta' intervista dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni tiegħu.

1.  Meta awtorità determinanti tapplika l-proċedura ta' ammissibilità f'konformità mal-Artikolu 36(1), u qabel ma tittieħed deċiżjoni minn dik l-awtorità determinanti dwar l-ammissibilità ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-applikant għandu jingħata d-dritt li jinstema' permezz ta' intervista personali dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni tiegħu.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fl-intervista għall-ammissibilità, l-applikant għandu jingħata opportunità li jipprovdi raġunijiet għalfejn ir-raġunijiet għall-ammissibilità previsti fl-Artikolu 36(1) ma jkunux applikabbli għaċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

2.  Fl-intervista għall-ammissibilità, l-applikant għandu jingħata opportunità li jipprovdi raġunijiet għalfejn ir-raġunijiet għall-ammissibilità previsti fl-Artikolu 36(1) ma jkunux applikabbli għaċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti dwar il-merti ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-applikant għandu jingħata l-opportunità ta' intervista sostantiva dwar l-applikazzjoni tiegħu.

1.  Qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti dwar il-merti ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-applikant għandu jingħata d-dritt li jinstema' permezz ta' intervista sostantiva dwar l-applikazzjoni tiegħu. L-intervista sostantiva tista' ssir fl-istess ħin ta' intervista dwar l-ammissibilità dment li l-applikant ikun ingħata ħin suffiċjenti u xieraq biex iħejji ruħu u jikkonsulta l-konsulent legali tiegħu.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fl-intervista sostantiva, l-applikant għandu jingħata opportunità adegwata biex jippreżenta l-elementi meħtieġa biex jissostanzja l-applikazzjoni tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), u għandu jipprovdi l-elementi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu b'mod kemm jista' jkun komplet. L-applikant għandu jingħata l-opportunità li jagħti spjegazzjoni dwar l-elementi meħtieġa li jistgħu jkunu nieqsa jew kull inkonsistenza jew kuntradizzjoni fl-istqarrijiet tal-applikant.

2.  Fl-intervista sostantiva, l-applikant għandu jingħata l-opportunità biex jippreżenta l-elementi meħtieġa biex jissostanzja l-applikazzjoni tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), u għandu jipprovdi l-elementi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu b'mod kemm jista' jkun komplet. L-applikant għandu jingħata l-opportunità li jagħti spjegazzjoni dwar l-elementi meħtieġa li jistgħu jkunu nieqsa jew kull inkonsistenza jew kuntradizzjoni fl-istqarrijiet tal-applikant.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Persuna li twettaq intervista sostantiva ta' applikazzjoni ma għandhiex tilbes uniformi militari jew waħda tal-infurzar tal-liġi.

imħassar

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-applikant għandu jingħata opportunità għal intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

1.  L-applikant għandu jingħata d-dritt li jinstema' permezz ta' intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Għandha tiġi żgurata l-preżenza ta' interpretu kif ukoll tal-konsulent legali tal-applikant, meta l-applikant ikun iddeċieda li jirrikorri għall-assistenza legali jew ikun talab assistenza legali mingħajr ħlas f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 15(2).

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Intervisti personali għandhom jitwettqu mill-persunal tal-awtorità determinanti, li tista' tkun assistita mill-persunal ta' awtoritajiet ta' Stati Membri oħra msemmija fl-Artikolu 5(4)(a) jew esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Eworpea għall-Asil, imsemmija fl-Artikolu 5(4)(b).

3.  Intervisti personali għandhom jitwettqu mill-persunal tal-awtorità determinanti, li tista' tkun assistita minn esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Eworpea għall-Asil, imsemmija fl-Artikolu 5(4) jew mill-persunal tal-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra f'konformità mal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(4a).

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Persuna li twettaq l-intervista dwar l-ammissibilità jew l-intervista sostantiva ta' applikazzjoni ma għandhiex tilbes uniformi militari jew tal-infurzar tal-liġi waqt dawk l-intervisti.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn applikazzjonijiet simultanji għal protezzjoni internazzjonali minn numru sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat jagħmluha diffiċli fil-prattika biex l-awtorità determinanti twettaq intervisti personali fil-ħin għal kull applikant, l-awtorità determinanti tista' tiġi assistita mill-persunal ta' awtoritajiet ta' Stati Membri oħra msemmija fl-Artikolu 5(4)(a) u esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Eworpea għall-Asil imsemmija fl-Artikolu 5(4)(b), biex iwettqu dawn l-intervisti.

4.  Meta applikazzjonijiet simultanji għal protezzjoni internazzjonali minn numru sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat jagħmluha diffiċli fil-prattika biex l-awtorità determinanti twettaq intervisti personali fil-ħin għal kull applikant, l-awtorità determinanti tista' tiġi assistita minn esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Eworpea għall-Asil imsemmija fl-Artikolu 5(4) jew mill-persunal ta' awtoritajiet ta' Stati Membri f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4a), biex iwettqu dawn l-intervisti.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-nuqqas ta' intervista personali skont il-punt (b) ma għandhiex taffettwa b'mod ħażin id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti. L-awtorità għandha tagħti lill-applikant opportunità effettiva li jippreżenta aktar informazzjoni. Meta jkun hemm dubju dwar il-kundizzjoni tal-applikant, l-awtorità determinanti għandha tikkonsulta professjonist mediku biex tistabbilixxi jekk il-kundizzjoni li minħabba fiha l-applikant li mhuwiex f'siktu jew kapaċi li jiġi intervistat hijiex temporanja jew fit-tul.

In-nuqqas ta' intervista personali skont il-punt (b) ma għandhiex taffettwa b'mod ħażin id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti. L-awtorità għandha tagħti lill-applikant opportunità effettiva li jippreżenta aktar informazzjoni. Meta jkun hemm dubju dwar il-kundizzjoni tal-applikant, l-awtorità determinanti għandha tikkonsulta professjonist mediku biex tistabbilixxi jekk il-kundizzjoni li minħabba fiha l-applikant li mhuwiex f'siktu jew kapaċi li jiġi intervistat hijiex temporanja jew fit-tul. Meta, wara konsultazzjoni ta' dak il-professjonist mediku, ikun ċar li l-kundizzjoni li minħabba fiha l-applikant mhuwiex f'siktu jew kapaċi li jiġi intervistat hija ta' natura temporanja, l-awtorità determinanti għandha tipposponi l-intervista personali sa dak il-ħin li l-applikant ikun kapaċi li jiġi intervistat.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-persuna li tagħmel l-intervista għandha tkun kompetenti sabiex tieħu kont taċ-ċirkostanzi personali u ġenerali attinenti għall-applikazzjoni, inkluż l-oriġini kulturali, l-età, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u l-vulnerabbiltà tal-applikant. Il-persunal li jintervista lill-applikanti għandu jkollu ukoll għarfien ġenerali miksub ta' problemi li jistgħu jaffettwaw b'mod ħażin il-kapaċità tal-applikanti li jiġu intervistati, bħal indikazzjonijiet li l-persuna setgħet ġiet ittorturata fil-passat.

6.  Il-persuna li tagħmel l-intervista għandha tkun kompetenti sabiex tieħu kont taċ-ċirkostanzi personali u ġenerali attinenti għall-applikazzjoni, inklużi s-sitwazzjoni prevalenti fil-pajjiż ta' oriġini tal-applikant, l-oriġini kulturali, l-età, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u l-vulnerabbiltà tal-applikant. Il-persunal li jintervista lill-applikanti għandu jkollu wkoll għarfien ġenerali miksub ta' problemi li jistgħu jaffettwaw b'mod ħażin il-kapaċità tal-applikanti li jiġu intervistati, bħal indikazzjonijiet li l-persuna setgħet ġiet ittorturata fil-passat jew li setgħet kienet vittma ta' traffikar.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-persunal li jintervista lill-applikanti, inklużi esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Eworpea għall-Asil, għandu jkun irċieva taħriġ rilevanti minn qabel, li għandu jinkludi l-elementi elenkati fl-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil), inkluż fir-rigward tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-liġi tal-Unjoni dwar l-asil, u regoli dwar l-aċċess għall-proċedura ta' protezzjoni internazzjonali, inkluż għal persuni li jistgħu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali.

7.  Il-persunal li jintervista lill-applikanti, inklużi esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Eworpea għall-Asil, għandu jkun irċieva taħriġ rilevanti minn qabel, li għandu jinkludi l-elementi elenkati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil), inkluż fir-rigward tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-liġi tal-Unjoni dwar l-asil, u regoli dwar l-aċċess għall-proċedura ta' protezzjoni internazzjonali, inkluż għal persuni li jistgħu jeħtieġu garanziji proċedurali speċifiċi.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-intervista personali għandu jkun provdut interpretu li jkun kapaċi jiżgura komunikazzjoni adegwata bejn l-applikant u l-persuna li tmexxi l-intervista. Il-komunikazzjoni għandha ssir fl-ilsien li jippreferi l-applikant ħlief jekk ikun hemm ilsien ieħor li huwa jifhem u li bih huwa jkun kapaċi jikkomunika b'mod ċar.

Għall-intervista personali għandu jkun provdut interpretu u, jekk meħtieġ u xieraq, medjatur kulturali li jkunu kapaċi jiżguraw komunikazzjoni adegwata bejn l-applikant u l-persuna li tmexxi l-intervista. L-interpreti u l-medjaturi għandhom ikunu rċevew taħriġ speċifiku kif imsemmi fl-Artikolu 7(5), tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil) li jinkludi wkoll l-elementi elenkati fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Il-komunikazzjoni għandha ssir fl-ilsien li jippreferi l-applikant ħlief jekk ikun hemm ilsien ieħor li huwa jifhem u li bih huwa jkun kapaċi jikkomunika b'mod ċar.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 8 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn mitlub mill-applikant, l-awtorità determinanti għandha tiżgura li dawk li jintervistaw u l-interpreti jkunu tal-istess sess bħall-applikant, sakemm dan ikun possibbli u l-awtorità determinanti ma jkollhiex raġunijiet biex temmen li tali talba hi bbażata fuq raġunijiet li mhumiex relatati ma' diffikultajiet min-naħa tal-applikant biex jippreżenta r-raġunijiet tal-applikazzjoni tiegħu b'mod komprensiv;

Meta mitlub mill-applikant, l-awtorità determinanti tista' tiżgura li dawk li jintervistaw, l-interpreti u l-medjaturi jkunu tal-istess sess bħall-applikant, sakemm dan ikun possibbli u l-awtorità determinanti ma jkollhiex raġunijiet biex temmen li tali talba hi bbażata fuq raġunijiet li mhumiex relatati ma' diffikultajiet min-naħa tal-applikant biex jippreżenta r-raġunijiet tal-applikazzjoni tiegħu b'mod komprensiv; L-interpreti għandhom ikunu rċevew taħriġ speċifiku dwar il-liġi internazzjonali fir-rigward tal-asil, kif ukoll dwar l-identifikazzjoni ta' vittmi tat-traffikar, it-tortura, vittmi tal-vjolenza minħabba orjentazzjoni sesswali u vjolenza sessista.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  In-nuqqas ta' intervista personali ma għandux jimpedixxi lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

9.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(1), u l-Artikolu 11(1), u dment li jkunu saru sforzi suffiċjenti biex jiġi żgurat li l-applikant jingħata l-opportunità ta' intervista personali, in-nuqqas ta' intervista personali, li tkun tħalliet barra f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, ma għandux jimpedixxi lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità determinanti jew kwalunkwe awtorità oħra jew esperti li jassistuha jew li jwettqu l-intervista personali għandhom iħejju rapport fil-fond u fattwali li jinkludi l-element sostantivi kollha jew traskrizzjoni ta' kull intervista personali.

1.  L-awtorità determinanti jew esperti inkarigati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil imsemmija fl-Artikolu 5(4) jew mill-persunal tal-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4a) li jassistuha jew li jwettqu l-intervista personali għandhom iħejju rapport li jinkludi l-elementi ewlenin kollha ta' kull intervista personali. L-applikant għandu jingħata kopja ta' dak ir-rapport.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-intervista personali għandha tkun irreġistrata bl-użu ta' mezzi tal-awdjo jew awdjoviżivi għar-reġistrazzjoni. L-applikant għandu jkun infurmat minn qabel dwar din ir-reġistrazzjoni.

2.  L-intervista personali għandha tkun irreġistrata bl-użu ta' mezzi tal-awdjo għar-reġistrazzjoni. L-applikant għandu jkun infurmat minn qabel dwar il-fatt li qed issir din ir-reġistrazzjoni u l-għan tagħha. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-applikanti li jeħtieġu garanziji proċedurali speċifiċi.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-applikant għandu jingħata l-opportunità li jagħmel kummenti u/jew jipprovdi kjarifiki oralment jew bil-miktub dwar kwalunkwe traduzzjoni ħażina jew kull informazzjoni żbaljata li jidhru fir-rapport jew it-traskrizzjoni, meta tintemm l-intervista personali jew f'limitu ta' żmien speċifiku qabel id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti. Għal dan il-għan, l-applikant għandu jkun infurmat dwar il-kontenut kollu tar-rapport, jew l-elementi sostantivi tat-traskrizzjoni jekk meħtieġ bl-assistenza ta' interpretu. Wara, l-applikant għandu jintalab jikkonferma li l-kontenut tar-rapport jew it-traskrizzjoni jirriflettu b'mod tajjeb l-intervista personali.

3.  L-applikant għandu jingħata l-opportunità li jagħmel kummenti u/jew jipprovdi kjarifiki oralment jew bil-miktub dwar kwalunkwe traduzzjoni ħażina jew kull informazzjoni żbaljata jew żbalji fattwali oħra li jidhru fir-rapport, meta tintemm l-intervista personali jew f'limitu ta' żmien speċifiku qabel id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti. Għal dan il-għan, l-applikant għandu jkun infurmat dwar il-kontenut kollu tar-rapport, jekk meħtieġ bl-assistenza ta' interpretu. Wara, l-applikant għandu jintalab jikkonferma li l-kontenut tar-rapport jirrifletti b'mod tajjeb l-intervista personali. F'każ li jkun hemm dubju dwar id-dikjarazzjonijiet li jkunu saru mill-applikant waqt l-intervista personali, għandha tipprevali l-awdjoreġistrazzjoni.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn applikant jirrifjuta li jikkonferma li l-kontenut tar-rapport jew it-traskrizzjoni jirrifletti b'mod tajjeb l-intervista personali, ir-raġunijiet ta' dan ir-rifjut tiegħu għandhom jitniżżlu fil-fajl tal-applikant. Dak ir-rifjut ma għandux jimpedixxi lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

4.  Meta applikant jirrifjuta li jikkonferma li l-kontenut tar-rapport jirrifletti b'mod tajjeb l-intervista personali, ir-raġunijiet ta' dan ir-rifjut tiegħu għandhom jitniżżlu fil-fajl tal-applikant. Dak ir-rifjut ma għandux jimpedixxi lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-applikanti u l-konsulenti legali tagħhom jew konsulenti oħra għandu jkollhom aċċess għal dan ir-rapport jew it-traskrizzjoni u r-reġistrazzjoni, qabel ma l-awtorità determinanti tieħu d-deċiżjoni tagħha.

5.  L-applikanti, il-kustodji u l-konsulenti legali tagħhom għandu jkollhom aċċess għal dan ir-rapport u r-reġistrazzjoni mill-aktar fis possibbli wara l-intervista u fi kwalunkwe każ fi żmien debitu qabel ma l-awtorità determinanti tieħu d-deċiżjoni tagħha, inkluż meta l-applikazzjoni tiġi eżaminata f'konformità mal-proċedura aċċelerata ta' analiżi.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fejn l-applikazzjoni hija eżaminata skont il-proċedura aċċellerata ta' eżami, l-awtorità determinanti tista' tagħti aċċess għar-rapport jew it-traskrizzjoni tar-reġistrazzjoni fl-istess ħin li fih tittieħed id-deċiżjoni.

imħassar

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-awtoritajiet responsabbli għandhom jaħżnu jew ir-reġistrazzjoni jew it-traskrizzjoni għal għaxar snin mid-data ta' deċiżjoni finali. Ir-reġistrazzjoni għandha titħassar meta jiskadi dan il-perjodu jew fejn ikun jirrigwradja persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi dak il-perjodu hekk kif l-Istat Membru isir konxju li l-persuna kkonċernata tkun kisbet din iċ-ċittadinanza.

7.  L-awtoritajiet responsabbli għandhom jaħżnu r-reġistrazzjoni u r-rapport għal ħames snin mid-data ta' deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha titħassar meta jiskadi dan il-perjodu jew meta tkun ikkonċernata persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi dak il-perjodu hekk kif l-Istat Membru jsir konxju li l-persuna kkonċernata tkun kisbet din iċ-ċittadinanza.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-applikanti għandu jkollhom id-dritt li jikkonsultaw, b'mod effettiv, konsulent legali jew konsulent ieħor, li jkun ammess jew permess bħala tali skont il-liġi nazzjonali, dwar materji relatati mal-applikazzjonijiet tagħhom fl-istadji kollha tal-proċedura.

1.  Malli tkun ġiet irreġistrata applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali mill-awtoritajiet responsabbli f'konformità mal-Artikolu 27, l-applikant għandu jkollu d-dritt li jikkonsulta, b'mod effettiv, konsulent legali, li jkun ammess jew permess bħala tali skont il-liġi nazzjonali, dwar materji relatati mal-applikazzjonijiet tiegħu fl-istadji kollha tal-proċedura sakemm ma tittieħed deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikant li jagħżel il-konsulent legali tiegħu stess jew konsulent ieħor bi spiża tiegħu, applikant jista' jitlob assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fl-istadji kollha tal-proċedura skont l-Artikolu 15 sa 17. L-applikant għandu jkun infurmat dwar id-dritt tiegħu li jitlob assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fl-istadji kollha tal-proċedura.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikant li jagħżel il-konsulent legali tiegħu stess bi spiża tiegħu, applikant jista' jitlob assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fl-istadji kollha tal-proċedura skont l-Artikoli 15 sa 17. L-applikant għandu jkun infurmat mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn meta jirreġistra l-applikazzjoni f'konformità mal-Artikoli 26 u 27 dwar id-dritt tiegħu li jitlob assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fl-istadji kollha tal-proċedura.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-assistenza fit-tħejjija tal-applikazzjoni, inkluż fit-tressiq tal-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 28;

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  assistenza fit-tħejjija tal-applikazzjoni u l-intervista personali, inkluża parteċipazzjoni fl-intervista personali kif meħtieġ;

(b)  assistenza fit-tħejjija tal-intervista personali, u l-parteċipazzjoni fl-intervista personali;

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-applikazzjoni titqies li ma għandhiex prospett tanġibbli ta' suċċess;

imħassar

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-applikazzjoni hija applikazzjoni sussegwenti.

(c)  l-applikazzjoni hija t-tieni applikazzjoni jew applikazzjoni ulterjuri.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-appell jitqies li ma għandux prospett tanġibbli ta' suċċess;

imħassar

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-appell jew ir-reviżjoni hija fit-tieni livell ta' appell jew ogħla kif previst fil-liġi nazzjonali, inkluż smigħ mill-ġdid jew reviżjonijiet tal-appell.

(c)  l-appell jew ir-reviżjoni hija fit-tieni livell ta' appell jew ogħla kif previst fil-liġi nazzjonali, inkluż smigħ mill-ġdid jew reviżjonijiet tal-appell, u dak it-tieni livell tal-appell jitqies li ma għandu ebda prospettiva tanġibbli ta' suċċess.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn tittieħed deċiżjoni li ma tingħatax assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas minn awtorità li mhix qorti jew tribunal minħabba li jkun meqjus li l-appell ma għandux prospett tanġibbli ta' suċċess, l-applikant għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra dik id-deċiżjoni, u għal dak il-għan hu se jkun intitolat li jitlob assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Meta tittieħed deċiżjoni li ma tingħatax assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas minn awtorità li mhix qorti jew tribunal, l-applikant għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra dik id-deċiżjoni, u għal dak il-għan hu se jkun intitolat li jitlob assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Konsulent legali jew konsulent ieħor, li jkun ammess jew permess bħala tali skont il-liġi nazzjonali, li jgħin jew jirrappreżenta applikant skont it-termini tal-liġi nazzjonali, għandu jingħata aċċess għall-informazzjoni li tinsab fil-fajl tal-applikant li fuq il-bażi tiegħu jkun hemm jew tkun se tittieħed deċiżjoni.

1.  Konsulent legali li jkun ammess jew permess bħala tali skont il-liġi nazzjonali, li jgħin jew jirrappreżenta applikant skont it-termini tal-liġi nazzjonali, għandu jingħata aċċess għall-informazzjoni li tinsab fil-fajl tal-applikant li fuq il-bażi tiegħu tkun ittieħdet jew tkun se tittieħed deċiżjoni.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-punt(b), l-awtorità determinanti għandha, b'mod partikolari, tagħti aċċess għall-informazzjoni jew is-sorsi għal konsulent legali jew konsulent ieħor li tkun saritlu verifika tas-sigurtà, sa fejn l-informazzjoni hi rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni jew it-teħid ta' deċiżjoni li tiġi rtirata l-protezzjoni internazzjonali

Fir-rigward tal-punt(b), l-awtorità determinanti għandha, b'mod partikolari, tagħti aċċess għall-informazzjoni jew is-sorsi għal konsulent legali li tkun saritlu verifika tas-sigurtà, sa fejn l-informazzjoni hi rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni jew it-teħid ta' deċiżjoni li tiġi rtirata l-protezzjoni internazzjonali

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-konsulent legali jew konsulent ieħor li jassisti jew jirrappreżenta applikant għandu jkollu aċċess għal postijiet magħluqa, bħal faċilitajiet ta' detenzjoni u żoni ta' tranżitu, sabiex jikkonsulta ma' dak l-applikant f'konformità mad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza.

3.  Il-konsulent legali li jassisti jew jirrappreżenta applikant jista' jkollu aċċess għal postijiet magħluqa, bħal faċilitajiet ta' detenzjoni u żoni ta' tranżitu, sabiex jikkonsulta ma' dak l-applikant f'konformità mad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza).

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Applikant għandu jingħata l-permess li jġib miegħu għall-intervista personali konsulent legali jew konsulent ieħor, ammess jew permess bħala tali skont il-liġi nazzjonali. Il-konsulent legali jew konsulent ieħor għandu jkun awtorizzat li jintervjeni matul l-intervista personali.

4.  Applikant għandu jingħata l-permess li jġib miegħu għall-intervista personali konsulent legali ammess jew permess bħala tali skont il-liġi nazzjonali. Il-konsulent legali għandu jkun awtorizzat li jintervjeni matul l-intervista personali.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtorità determinanti tista' teżiġi l-preżenza tal-applikant fl-intervista personali anke jekk huwa jkun rappreżentat skont it-termini il-liġi nazzjonali minn konsulent legali jew konsulent ieħor, u tista' teżiġi li l-applikant jirrispondi personalment għall-mistoqsijiet li jsiru.

5.  L-awtorità determinanti tista' teżiġi l-preżenza tal-applikant fl-intervista personali anke jekk huwa jkun rappreżentat skont it-termini il-liġi nazzjonali minn konsulent legali, u tista' teżiġi li l-applikant jirrispondi personalment għall-mistoqsijiet li jsiru.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22(5), l-assenza ta' konsulent legali jew konsulent ieħor ma għandhiex timpedixxi lill-awtorità determinanti milli tintervista personalment lill-applikant.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22(5), l-assenza ta' konsulent legali ma għandhiex timpedixxi lill-awtorità determinanti milli tintervista personalment lill-applikant, dment li l-applikant ikun ġie infurmat dwar id-dritt tiegħu jew tagħha għall-assistenza u rappreżentanza legali – inkluża assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fejn xieraq – u jkun għażel li ma jeżerċitax dak id-dritt.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandha tingħata minn konsulenti legali jew konsulenti oħra permessi skont il-liġi nazzjnali li jassistu jew jirrapreżentaw lill-applikanti jew organizzazzjonijiet mhux governattivi akkreditati skont il-liġi nazzjonali biex jipprovdu servizzi ta' konsulenza jew rappreżentanza.

1.  Assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandha tingħata minn konsulenti legali permessi skont il-liġi nazzjonali li jassistu jew jirrapreżentaw lill-applikanti jew organizzazzjonijiet mhux governattivi akkreditati skont il-liġi nazzjonali biex jipprovdu servizzi ta' konsulenza jew rappreżentanza.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli proċedurali speċifiċi li jikkonċernaw il-modalitajiet għall-mili u l-ipproċessar ta' talbiet għall-għoti ta' assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, jew għandhom japplikaw ir-regoli eżistenti għal talbiet domestiċi ta' natura simili, sakemm dawk ir-regoli ma jagħmlux l-aċċess għall-assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas impossibbli jew eċċessivament diffiċli.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli proċedurali speċifiċi li jikkonċernaw il-modalitajiet għall-mili u l-ipproċessar ta' talbiet għall-għoti ta' assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dawk ir-regoli m'għandhomx ikunu aktar restrittivi mir-regoli eżistenti previsti mid-dritt nazzjonali u m'għandhomx jimpedixxu l-aċċess għall-assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas jew jagħmluh eċċessivament diffiċli. L-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lill-applikant dwar dawk ir-regoli mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn meta l-applikazzjoni tiġi rreġistrata f'konformità mal-Artikolu 27.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll limiti monetarji jew limiti ta' żmien fuq l-għoti ta' assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas, sakemm limiti bħal dawn ma jillimitawx b'mod arbitrarju l-aċċess għall-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas; Fir-rigward ta' tariffi u spejjeż oħra, it-trattament tal-applikanti ma għandux ikun anqas favorevoli mit-trattament ġenerali mogħti liċ-ċittadini tagħhom f'materji li jikkonċernaw l-assistenza legali;

3.  L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll limiti monetarji jew limiti ta' żmien fuq l-għoti ta' assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas, dment li limiti bħal dawn ma jkunux arbitrarji u ma jillimitawx bla bżonn l-aċċess għall-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas; Fir-rigward ta' tariffi u spejjeż oħra, it-trattament tal-applikanti ma għandux ikun anqas favorevoli mit-trattament ġenerali mogħti liċ-ċittadini tagħhom f'materji li jikkonċernaw l-assistenza legali;

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spiża mħallsa jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun tjiebet konsiderevolment jew jekk id-deċiżjoni biex isiru tali spejjeż tkun ittieħdet abbażi ta' informazzjoni falza mogħtija mill-applikant.

4.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali mill-applikant għall-ispejjeż imġarrba b'rabta mal-għoti ta' assistenza u rappreżentanza legali meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun tjiebet konsiderevolment tul il-proċedura jew jekk id-deċiżjoni biex jingħataw assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas tkun ittieħdet abbażi ta' informazzjoni falza mogħtija mill-applikant, dment li jkun jista' jiġi stabbilit li l-applikant jista' jiflaħ għall-ispejjeż involuti.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Kapitolu 2 – taqsima 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Garanziji speċjali

Garanziji speċifiċi

Ġustifikazzjoni

Tallinja t-terminoloġija mal-pożizzjoni tal-PE dwar strumenti oħra tas-SEKA, b'mod partikolari d-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikanti li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali

Applikanti li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċifiċi

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità determinanti għandha tivvaluta sistematikament jekk applikant individwali għandux bżonn ta' garanziji proċedurali speċjali. Dik il-valutazzjoni tista' tiġi integrata f'proċeduri nazzjonali eżistenti jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) u ma għandhiex tieħu s-sura ta' proċedura amministrattiva.

L-awtorità determinanti għandha tivvaluta sistematikament, individwalment u l-aktar kmieni possibbli wara li tkun saret l-applikazzjoni jekk applikant individwali għandux bżonn ta' garanziji proċedurali speċifiċi. Dik il-valutazzjoni għandha ssir bl-assistenza ta' interpretu kkwalifikat, fejn meħtieġ. Dik il-valutazzjoni għandha tiġi integrata f'proċeduri nazzjonali eżistenti jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) u ma għandhiex tieħu s-sura ta' proċedura amministrattiva.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni, l-awtorità determinanti għandha tirrispetta l-prinċipji ġenerali għall-valutazzjoni ta' bżonnijiet proċedurali speċjali stabbiliti fl-Artikolu 20.

Għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni, l-awtorità determinanti għandha tirrispetta l-prinċipji ġenerali għall-valutazzjoni ta' bżonnijiet proċedurali speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 20.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn l-applikanti jkunu ġew identifikati bħala applikanti li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali, dawn għandhom jingħataw appoġġ adegwat sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu konformi mal-obbligi ta' dan ir-Regolament matul il-proċedura kollha għall-protezzjoni internazzjonali.

2.  Meta l-applikanti jkunu ġew identifikati bħala applikanti li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċifiċi, dawn għandhom jingħataw appoġġ adegwat sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu konformi mal-obbligi ta' dan ir-Regolament matul il-proċedura kollha għall-protezzjoni internazzjonali, fosthom billi jkun hemm medjatur kulturali għad-dispożizzjoni tagħhom, fejn meħtieġ u xieraq.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn dak l-appoġġ adegwat ma jkunx jista' jingħata fil-qafas tal-proċedura aċċellerata ta' eżami msemmija fl-Artikolu 40 jew il-proċedura fuq il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 41, b'mod partikolari fejn l-awtorità determinanti tqis li l-applikant jeħtieġ garanziji proċedurali speċjali bħala riżultat ta' tortura, stupru jew forom oħra serji ta' vjolenza psikoloġika, fiżika, vjolenza sesswali jew vjolenza bbażata fuq is-sess, l-awtorità determinanti ma għandhiex tapplika, jew għandha tieqaf milli tapplika dawk il-proċeduri għall-applikant.

3.  Meta dak l-appoġġ adegwat ma jkunx jista' jingħata fil-qafas tal-proċedura aċċelerata ta' eżami msemmija fl-Artikolu 40 jew il-proċedura fuq il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 41, jew fejn l-awtorità determinanti tqis li l-applikant jeħtieġ garanziji proċedurali speċifiċi li jagħtu attenzjoni partikolari lill-vittmi ta' tortura, stupru jew forom oħra serji ta' vjolenza psikoloġika, fiżika, vjolenza sesswali jew vjolenza bbażata fuq is-sess, l-awtorità determinanti ma għandhiex tapplika, jew għandha tieqaf milli tapplika dawk il-proċeduri għall-applikant.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni tista' tispeċifika d-dettalji u l-miżuri sepċifiċi għall-valutazzjoni u l-indirizzar tal-bżonnijiet proċedurali speċjali ta' applikanti, inkluż ta' minorenni mhux akkompanjati, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58.

4.  Il-Kummissjoni tista' tispeċifika d-dettalji u l-miżuri speċifiċi għall-valutazzjoni u l-indirizzar tal-bżonnijiet proċedurali speċifiċi tal-applikanti, inkluż ta' minorenni mhux akkompanjati, permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 59

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prinċipji ġenerali għall-valutazzjoni ta' bżonnijiet proċedurali speċjali

Prinċipji ġenerali għall-valutazzjoni ta' bżonnijiet proċedurali speċifiċi

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-proċess għall-identifikazzjoni ta' applikanti bi bżonnijiet proċedurali speċjali għandu jinbeda mill-awtoritajiet responsabbli li jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet hekk kif issir applikazzjoni, u għandhom jitkomplew mill-awtorità determinanti ladarba l-applikazzjoni tiġi ppreżentata.

1.  Il-proċess għall-identifikazzjoni ta' applikanti bi bżonnijiet proċedurali speċifiċi f'konformità mal-Artikolu 19(1) għandu jinbeda mill-awtoritajiet responsabbli li jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet hekk kif issir applikazzjoni, u għandu jitlesta fi żmien 30 jum.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-persunal tal-awtoritajiet responsabbli li jirċievu u jirreġistraw l-applikazzjonijiet għandhom, meta jirreġistraw l-applikazzjoni, jindikaw jekk applikant jippreżentax l-ewwel indikazzjonijiet ta' vulnerabilità jew le, li jistgħu jirrikjedu garanziji proċedurali speċjali u jistgħu jiġu inferiti minn sinjali fiżiċi jew mid-dikjarazzjonijiet jew l-aġir tal-applikant.

Il-persunal tal-awtoritajiet responsabbli li jirċievi u jirreġistra l-applikazzjonijiet għandu, meta jirreġistra l-applikazzjoni, jindika jekk applikant jippreżentax l-ewwel indikazzjonijiet ta' vulnerabilità jew le, li jistgħu jirrikjedu garanziji proċedurali speċifiċi u jistgħu jiġu inferiti minn sinjali fiżiċi jew mid-dikjarazzjonijiet jew l-aġir tal-applikant.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni li applikant jippreżenta l-ewwel sinjali ta' vulnerabbiltà għandha tkun inkluża fil-fajl tal-applikant, flimkien mad-deskrizzjoni tas-sinjali ta' vulnerabbiltà ppreżentati mill-applikant li jistgħu jirrikjedu garanziji proċedurali speċjali.

L-informazzjoni li applikant jippreżenta l-ewwel sinjali ta' vulnerabbiltà għandha tkun inkluża fil-fajl tal-applikant, flimkien mad-deskrizzjoni tas-sinjali ta' vulnerabbiltà ppreżentati mill-applikant li jistgħu jirrikjedu garanziji proċedurali speċifiċi u l-osservazzjonijiet tal-applikant dwar il-bżonn li jibbenefika minn appoġġ proċedurali speċifiku.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 5 huwa mħarreġ biex jidentifika l-ewwel sinjali ta' vulnerabbiltà ta' applikanti li jistgħu jirrikjedu garanziji proċedurali speċjali, u li dan jirċievi istruzzjonijiet għal dan l-iskop.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 5 huwa mħarreġ biex jidentifika l-ewwel sinjali ta' vulnerabbiltà ta' applikanti li jistgħu jirrikjedu garanziji proċedurali speċifiċi, u li dan jirċievi istruzzjonijiet għal dan l-iskop.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ikun hemm indikazzjonijiet li l-applikanti setgħu kienu vittmi ta' tortura, stupru jew forom oħra serji ta' vjolenza psikoloġika, fiżika, vjolenza sesswali jew vjolenza bbażata fuq is-sess u li dan jista' jaffetwa b'mod ħażin il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw b'mod effettiv fil-proċedura, l-awtorità determinanti għandha tirreferi lill-applikanti għand tabib jew psikologu għal aktar valutazzjoni tal-istat psikoloġiku u fiżiku tagħhom.

Meta jkun hemm indikazzjonijiet li l-applikanti setgħu kienu vittmi ta' tortura, stupru jew forom oħra serji ta' vjolenza psikoloġika, fiżika, vjolenza sesswali jew vjolenza bbażata fuq is-sess u li dan jista' jaffetwa b'mod ħażin il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw b'mod effettiv fil-proċedura, l-awtorità determinanti għandha tirreferi lill-applikanti għand tabib jew psikologu għal aktar valutazzjoni tal-istat psikoloġiku u fiżiku tagħhom. F'każijiet bħal dawn, it-tabib jew psikologu għandu jitħarreġ fit-twettiq ta' tali valutazzjonijiet u għandu jkun appoġġat minn interpretu kwalifikat.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riżultat ta' dak l-eżami għandu jkun ikkunsidrat mill-awtorità determinanti meta tiddeċiedi dwar it-tip ta' appoġġ proċedurali speċjali li jista' jingħata lill-applikant.

Ir-riżultat ta' dak l-eżami għandu jkun ikkunsidrat mill-awtorità determinanti meta tiddeċiedi dwar it-tip ta' appoġġ proċedurali speċifiku li jista' jingħata lill-applikant.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtoritajiet responsabbli għandhom jindirizzaw il-bżonn ta' garanziji proċedurali speċjali kif stabbilit f'dan l-Artikolu anke meta dan il-bżonn isir evidenti fi stadju aktar tard tal-proċedura, mingħajr ma jkollha terġa' tinbeda mill-ġdid il-proċedura għall-protezzjoni intrnazzjonali.

4.  L-awtoritajiet responsabbli għandhom jindirizzaw il-bżonn ta' garanziji proċedurali speċifiċi kif stabbilit f'dan l-Artikolu anke meta dan il-bżonn isir evidenti fi stadju aktar tard tal-proċedura, jew jekk l-applikant jesprimi talba motivata biex il-ħtiġijiet proċedurali speċjali tiegħu jerġgħu jiġu vvalutati, mingħajr ma jkollha terġa' tinbeda mill-ġdid il-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità determinanti għandha tipprovdi lill-minorenni bl-opportunità ta' intervista personali, inkluż fejn issir applikazzjoni f'isimhom skont l-Artikolu 31(6) u l-Artikolu 32(1), sakemm ma jkunx evidenti li dan ma jkunx fl-aħjar interessi tat-tfal. F'dak il-każ, l-awtorità determinanti għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni li ma tipprovdix lill-minoreni bl-opportunità ta' intervista personali.

L-awtorità determinanti għandha tiżgura r-rispett tad-dritt tal-minorenni li jinstema' permezz ta' intervista personali, inkluż meta ssir applikazzjoni f'ismu skont l-Artikolu 31(6) u l-Artikolu 32(1), sakemm ma jkunx fl-aħjar interessi tat-tfal. F'dak il-każ, l-awtorità determinanti għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni li ma tipprovdix intervista personali lill-minoreni .

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe intervista ta' dan it-tip għandha titwettaq minn persuna li għandha l-għarfien meħtieġ dwar id-drittijiet u l-bżonnijiet speċjali tal-minorenni u għandha titwettaq b'tali mod li jkun sensittiv għall-ħtiġiejit tat-tfal u xieraq skont il-kuntest.

Kwalunkwe intervista ta' dan it-tip għandha titwettaq f'lingwa li l-minorenni jifhem u b'mod sensittiv għall-ħtiġijiet tat-tfal u xieraq skont il-kuntest. Il-persuna li twettaq l-intervista personali għandu jkollha l-għarfien meħtieġ dwar id-drittijiet u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-minorenni.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta' minorenni għandha titħejja mill-persunal tal-awtorità determinanti li jkollu l-għarfien neċessarju dwar id-drittijiet u l-bżonnijiet speċjali tal-minorenni.

3.  Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta' minorenni għandha tittieħed mill-persunal tal-awtorità determinanti li jkollu l-għarfien neċessarju dwar id-drittijiet u l-bżonnijiet speċifiċi tal-minorenni.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Fil-valutazzjoni tal-aħjar interess tat-tfal, l-awtorità determinanti għandha tiggarantixxi d-dritt tal-minorenni li jinstema' u għandha, b'mod partikolari, tqis b'mod debitu l-fatturi li ġejjin:

 

(a) il-possibilità għal riunifikazzjoni tal-familja;

 

(b) il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, billi jitqies b'mod partikolari l-isfond etniku, reliġjuż, kulturali u lingwistiku tat-tifel jew tifla u billi jitqies ukoll il-bżonn għall-istabilità u t-tkomplija fl-arranġamenti għall-kura u l-kustodja tal-minorenni u l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni;

 

(c) kunsiderazzjonijiet ta' sigurtà u sikurezza, b'mod partikolari meta jkun hemm riskju li l-minorenni jkun vittma ta' xi forma ta' vjolenza jew sfruttament, inkluż it-traffikar tal-bnedmin;

 

(d) sitwazzjonijiet ta' vulnerabbiltà, inkluż it-trawma, il-ħtiġijiet speċifiċi tas-saħħa u d-diżabbiltà

 

(e) il-fehmiet tal-minorenni, skont l-età u l-maturità tiegħu/tagħha;

 

(f) l-informazzjoni pprovduta mill-kustodju fl-Istat Membru fejn ikun preżenti l-minorenni. u

 

(g) il-ħtieġa li tingħata l-prijorità lid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw lill-minorenni.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Garanziji speċjali għal minorenni mhux akkompanjati

Garanziji speċifiċi għal minorenni mhux akkompanjati

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet responsabbli għandhom, malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkompanjat jagħmel applikazzjoni, jaħtru persuna jew organizzazzjoni bħala kustodju.

L-awtoritajiet responsabbli għandhom jaħtru kustodju, malajr kemm jista' jkun qabel il-ġbir ta' data bijometrika skont l-Artikolu 10(1) jew 13(1) tar-Regolament (UE) XXXX/XX (ir-Regolament Eurodac) u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li tkun saret l-applikazzjoni.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-iskadenzi proċedurali stabbiliti m'għandhomx jibdew qabel ma jinħatar kustodju.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità determinanti għandha tinforma lill-kustodju dwar il-fatti kollha rilevanti, il-passi proċedurali u l-limiti ta' żmien relatati mal-minorenni mhux akkompanjat.

2.  L-awtorità determinanti għandha tinforma lill-kustodju dwar il-fatti kollha rilevanti, il-passi proċedurali u l-limiti ta' żmien relatati mal-minorenni mhux akkumpanjat. Il-kustodju għandu jkollu aċċess għall-kontenut tad-dokumenti rilevanti fil-fajl tal-minorenni, inkluż il-materjal ta' informazzjoni speċifiku għall-persuni minorenni mhux akkumpanjati.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kustodju għandu jwettaq il-kompiti tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal, għandu jkollu l-għarfien espert meħtieġ u ma għandux ikollu rekord verifikat ta' delitti jew offiżi relatati mat-tfal.

Il-kustodju għandu jwettaq il-kompiti tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal u għandu jkollu l-kwalifiki, it-taħriġ, l-għarfien espert u l-indipendenza meħtieġa. Il-kustodji għandhom jingħataw taħriġ u appoġġ regolari biex iwettqu l-kompiti tagħhom u ma għandux ikollhom rekord kriminali, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna kwalunkwe delitt jew reat relatat mat-tfal. L-awtoritajiet responsabbli għandhom jirrevedu b'mod regolari r-rekords kriminali ta' kustodji maħtura sabiex jidentifikaw inkompatibilitajiet potenzjali mar-rwol tagħhom.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet responsabbli ma għandhomx jgħabbu lill-kustodju b'numru sproporzjonat ta' minorenni mhux akkompanjati fl-istess ħin, minħabba li dan jista' jwassal biex hu ma jkunx jista' jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv.

L-awtoritajiet responsabbli ma għandhomx jgħabbu lill-kustodju b'numru sproporzjonat ta' minorenni mhux akkompanjati fl-istess ħin, minħabba li dan jista' jwassal biex hu ma jkunx jista' jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet responsabbli għandhom jiżguraw li kustodju ma jkunx responsabbli għal aktar minn 20 minorenni mhux akkumpanjati.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti tal-kustodji u biex f'intervalli regolari jissorveljaw u jikkontrollaw li l-kustodji jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew persuni għandhom jirrevedu l-ilmenti ppreżentati minn minorenni mhux akkompanjati kontra l-kustodju tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti tal-kustodji u biex f'intervalli regolari jissorveljaw u jikkontrollaw li l-kustodji jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew persuni għandhom jirrevedu l-ilmenti ppreżentati minn minorenni mhux akkompanjati kontra l-kustodju tagħhom. Għal dan l-għan, il-minorenni mhux akkompanjati għandhom jingħataw informazzjoni b'mod konċiż, trasparenti, li jinftiehem u li jkun faċilment aċċessibbli, permezz ta' lingwaġġ ċar u ħafif, kemm bil-fomm u kemm f'forma viżiva, b'mod li jifhmuh it-tfal u f'ilsien li huma jifhmu, dwar min huma dawk l-entitajiet jew persuni u kif jistgħu jressqu lmenti kontra l-kustodji tagħhom b'kunfidenzjalità u sigurtà.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-entitajiet jew il-persuni responsabbli għandhom jivvalutaw il-prestazzjoni tal-kustodju fl-ewwel xahar wara l-ħatra tiegħu/tagħha, u mbagħad b'mod regolari.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-kustodju għandu jinforma lill-minorenni mhux akkompanjat dwar is-sinifikat u l-konsegwenzi eventwali tal-intervista personali u, fejn xieraq, dwar kif jipprepara ruħu għall-intervista personali. Il-kustodju u, fejn applikabbli, il-konsulent legali jew konsulent ieħor ammess jew permess bħala tali skont il-liġi nazzjonali, għandhom ikunu preżenti f'dik l-intervista u jkollhom opportunità li jsaqsu mistoqsijiet jew jagħmlu kummenti, fi ħdan il-qafas stabbilit mill-persuna li tagħmel l-intervista. L-awtorità determinanti tista teżiġi l-preżenza tal-minorenni mhux akkompanjat fl-intervista personali, anke jekk ikun preżenti l-kustodju.

6.  Il-kustodju għandu jinforma lill-minorenni mhux akkumpanjat dwar is-sinifikat u l-konsegwenzi eventwali tal-intervista personali u, fejn xieraq, dwar kif jipprepara ruħu għall-intervista personali. Il-kustodju u l-konsulent legali ammess jew permess bħala tali skont il-liġi nazzjonali, għandhom ikunu preżenti f'dik l-intervista u jkollhom opportunità li jsaqsu mistoqsijiet jew jagħmlu kummenti, fi ħdan il-qafas stabbilit mill-persuna li tagħmel l-intervista. L-awtorità determinanti għandha tiżgura r-rispett tad-dritt tal-minorenni li jinstema' permezz ta' intervista personali, anke jekk ikun preżenti l-kustodju.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Meta ma jkunx hemm il-possibilità li jinżamm l-istess gwardjan maħtur wara li minorenni mhux akkumpanjat jasal fit-territorju tal-Unjoni, kemm jista' jkun malajr wara li tingħata protezzjoni internazzjonali u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-minorenni mhux akkumpanjat ikun irrappreżentat minn kustodju legali, jew fejn meħtieġ, minn organizzazzjoni responsabbli għall-kura u l-benesseri tal-minorenni, jew li l-minorenni jkollu kwalunkwe tip ta' rappreżentanza xierqa, inkluża rappreżentanza bbażata fuq id-dritt nazzjonali jew inġunzjoni.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-eżami medika għandu jitwettaq minn professjonisti mediċi kwalifikati. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw il-professjonisti mediċi li jistgħu jwettqu tali eżamijiet mediċi. Dawk l-eżamijiet mediċi għandhom jitħallsu minn fondi pubbliċi.

2.  L-eżami mediku għandu jitwettaq minn professjonisti mediċi kwalifikati. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw il-professjonisti mediċi li jistgħu jwettqu tali eżamijiet mediċi. Dawk l-eżamijiet mediċi għandhom ikunu mingħajr ħlas għall-applikanti.

Ġustifikazzjoni

F'xi Stati Membri dan ma jiġix ipprovdut skont il-liġi nazzjonali.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ir-riżultati tal-eżami mediku għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità determinanti malajr kemm jista' jkun, u għandhom ikunu vvalutati mill-awtorità determinanti flimkien mal-elementi l-oħra tal-applikazzjoni.

4.  Ir-riżultati tal-eżami mediku għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità determinanti u lill-applikant malajr kemm jista' jkun, u għandhom ikunu vvalutati mill-awtorità determinanti flimkien mal-elementi l-oħra tal-applikazzjoni.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Eżami mediku ta' minorenni mhux akkompanjati

Determinazzjoni tal-età ta' minorenni mhux akkumpanjati

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Meta, skont id-dikjarazzjonijiet tal-applikant, bl-evidenza ta' dokumenti disponibbli jew indikazzjonijiet rilevanti oħrajn, ikun hemm dubju dwar jekk il-minorenni mhux akkumpanjat għandux anqas minn 18-il sena jew le, l-awtoritajiet determinanti jistgħu jitolbu li ssir valutazzjoni tal-iżvilupp psikosoċjali multidixxiplinari minn professjonisti kkwalifikati bil-għan li tiġi stabbilita l-età tal-applikant fil-kuntest ta' eżami ta' applikazzjoni. Il-valutazzjoni tal-età m'għandhiex tkun ibbażata biss fuq id-dehra fiżika jew fuq l-imġiba tal-applikant. Id-dokumenti disponibbli għandhom jitqiesu bħala ġenwini sakemm ma jkunx hemm evidenza li mhumiex, u d-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-minorenni għandhom jiġu kkunsidrati.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Eżamijiet mediċi jistgħu jintużaw biex tkun determinata l-età ta' minorenni mhux akkompanjati fil-qafas ta' eżami ta' applikazzjoni fejn, wara dikjarazzjonijiet mill-applikant jew indikazzjonijiet oħra rilevanti inkluż valutazzjoni psikoloġika, ikun hemm dubji dwar jekk l-applikant għandux anqas minn 18-il sena jew le. Fejn ir-riżultat tal-eżami mediku ma jkunx konklużiv, jew jinkludi firxa ta' etajiet ta' anqas minn 18-il sena, l-Istati Membri għandhom jassumu li l-applikant huwa minorenni.

1.  Meta jippersistu d-dubji dwar l-età ta' minorenni mhux akkumpanjat wara l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu -1, l-eżamijiet mediċi jistgħu jintużaw bħala l-aħħar alternattiva biex tkun determinata l-età tal-minorenni fil-qafas ta' eżami ta' applikazzjoni. Meta r-riżultat tal-eżami mediku ma jkunx konklużiv, jew jinkludi firxa ta' etajiet ta' anqas minn 18-il sena, l-Istati Membri għandhom jassumu li l-applikant huwa minorenni.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-eżami mediku biex tkun determinata l-età ta' minorenni mhux akompanjati ma għandux jitwettaq mingħajr il-kunsens tagħhom jew il-kunsens tal-kustodji tagħhom.

2.  L-eżami mediku biex tkun determinata l-età ta' minorenni mhux akkumpanjati ma għandux jitwettaq mingħajr il-kunsens tagħhom u l-kunsens tal-kustodji tagħhom.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Kwalunkwe eżami mediku għandu jsir b'rispett sħiħ għad-dinjità tal-individwu, għandu jkun l-eżami l-inqas invażiv u għandu jsir minn professjonisti mediċi kwalifikati li jwasslu, kemm jista' jkun, għal riżultat li wieħed jista' joqgħod fuqu.

3.  Kwalunkwe eżami mediku għandu jsir b'rispett sħiħ għad-dinjità tal-individwu, għandu jkun l-inqas eżami invażiv possibbli u għandu jsir minn professjonisti mediċi kwalifikati u f'kooperazzjoni ma' tim multidixxiplinari b'għarfien espert tad-drittijiet, il-psikoloġija u l-iżvilupp tat-tfal, biex b'hekk jinkiseb kemm jista' jkun, riżultat li wieħed jista' joqgħod fuqu. Kwalunkwe eżami mediku skont il-paragrafu 1 għandu jkun ibbażat fuq metodi ppruvati xjentifikament

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn l-eżamijiet mediċi jintużaw biex tkun determinata l-età tal-minorenni mhux akkompanjati, l-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-minorenni mhux akkompanjati jiġu infurmati, qabel l-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, u f'ilsien li huma jistgħu jifhmu jew hu mistenni b'mod raġonevoli li jifhmu, bil-possibilità li l-età tagħhom tiġi ddeterminata permezz ta' eżami mediku. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-metodu tal-eżami u l-konsegwenzi eventwali tar-riżultat tal-eżami mediku għall-eżami tal-applikazzjoni, kif ukoll dwar il-possibilità u l-konsegwenzi ta' rifjut min-naħa tal-minorenni mhux akkompanjat, jew tal-kustodju tiegħu, illi joqgħod għal eżami mediku;

4.  Meta l-eżamijiet mediċi jintużaw biex tkun determinata l-età tal-minorenni mhux akkumpanjati, l-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-minorenni mhux akkumpanjati jiġu infurmati, qabel l-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, f'ilsien li huma jistgħu jifhmu u b'mod li jifhmuh it-tfal u adattat għall-età tagħhom, bil-possibilità li l-età tagħhom jaf tiġi ddeterminata permezz ta' eżami mediku. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-metodu tal-eżami u l-konsegwenzi eventwali tar-riżultat tal-eżami mediku għall-eżami tal-applikazzjoni, inkluż id-dritt ta' appell mid-deċiżjoni dwar l-eżami mediku, kif ukoll dwar il-possibilità u l-konsegwenzi ta' rifjut min-naħa tal-minorenni mhux akkompanjat, jew tal-kustodju tiegħu, illi joqgħod għal eżami mediku. Id-dokumenti kollha dwar l-eżami mediku għandhom ikunu inklużi fil-fajl tal-applikant.

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Ir-rifjut mill-minorenni mhux akkompanjati jew il-kustodji tagħhom li jwettqu eżami mediku jista' jitqies biss bħala suppożizzjoni konfutabbli li l-applikant mhuwiex minorenni u dan ma għandux iwaqqaf lill-awtorità deteminanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

5.  Ir-rifjut mill-minorenni mhux akkumpanjati jew il-kustodji tagħhom li jwettqu eżami mediku jista' jitqies biss bħala suppożizzjoni konfutabbli li l-applikant mhuwiex minorenni u dan ma għandux ikun l-unika raġuni biex tiġi rrifjutata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Stat Membru għandu jirrikonoxxi deċiżjonijiet tal-valutazzjoni tal-età li jittieħdu minn Stati Membri oħra abbażi ta' eżami mediku li jkun twettaq skont dan l-Artikolu u li jkun ibbażat fuq metodi li huma rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali tiegħu.

6.  Stat Membru għandu jirrikonoxxi deċiżjonijiet tal-valutazzjoni tal-età li jittieħdu minn Stati Membri oħra meta l-valutazzjonijiet ikunu saru f'konformità mal-istandards internazzjonali.

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha ssir meta ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat jesprimu xewqa għall-protezzjoni internazzjonali lill-uffiċjali ta' awtorità determinanti jew awtoritajiet oħra msemmija fl-Artikolu 5(3) jew (4).

Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha titqies li saret meta ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat jesprimu xewqa għall-protezzjoni internazzjonali lill-uffiċjali ta' awtorità determinanti jew awtoritajiet oħra msemmija fl-Artikolu 5.

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jinfurmaw lill-applikanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom stabbiliti, b'mod partikolari, fl-Artikoli 27, 28 u 31 fir-rigward tar-reġistrazzjoni u l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet, l-Artikolu 7 fir-rigward tal-obbligi ta' applikanti u konsegwenzi ta' nonkonformità ma' dawn l-obbligi, l-Artikolu 9 fir-rigward tad-dritt tal-applikanti li jibqgħu fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli, u l-Artikolu 8 fir-rigward tal-garanziji ġenerali għall-applikanti.

(a)  jinfurmaw lill-applikanti f'ilsien li jistgħu jifhmu dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom stabbiliti, b'mod partikolari, fl-Artikoli 27, 28 u 31 fir-rigward tar-reġistrazzjoni u l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet, l-Artikolu 7 fir-rigward tal-obbligi ta' applikanti u konsegwenzi ta' nonkonformità ma' dawn l-obbligi, l-Artikolu 9 fir-rigward tad-dritt tal-applikanti li jibqgħu fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli, u l-Artikolu 8 fir-rigward tal-garanziji ġenerali għall-applikanti.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' tispeċifika l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tingħata lill-applikanti meta ssir applikazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 59 biex tispeċifika l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tingħata lill-applikanti meta ssir applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-għoti ta' informazzjoni lill-applikanti huwa dritt proċedurali ewlieni għall-applikanti. Minħabba l-importanza tiegħu, huwa imperattiv li l-koleġiżlaturi jaqblu dwar kwalunkwe att li jispeċifika aktar l-informazzjoni li għandha tingħata lill-applikanti. B'dan il-ħsieb, l-att delegat biss jista' jintuża f'dawn iċ-ċirkostanzi.

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-isem, id-data tat-twelid, is-sess, in-nazzjonalità u dettalji personali oħra tal-applikant;

(a)  l-isem, id-data tat-twelid, is-sess u n-nazzjonalità tal-applikant jew il-fatt li jkun mingħajr Stat;

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tip u n-numru ta' kwalunkwe dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar tal-applikant;

(b)  it-tip u n-numru ta' kwalunkwe dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar tal-applikant, meta disponibbli;

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Meta persuna ssostni li m'għandhiex nazzjonalità, dan il-fatt għandu jiġi rreġistrat b'mod ċar sakemm ma tasal determinazzjoni sħiħa ta' jekk l-individwu huwiex persuna mingħajr Stat, jew b'mod parallel jew wara li jkun sar eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Dik id-determinazzjoni għandha ssir mingħajr preġudizzju għas-supremazija tal-istatus ta' protezzjoni internazzjonali u b'rispett sħiħ għall-prinċipju ta' kunfidenzjalità.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn applikazzjonijiet simultanji għall-protezzjoni internazzjonali minn numru sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat jagħmluha diffiċli fil-prattika biex l-applikazzjonijiet jiġu rreġistrati fi żmien tlett ijiem ta' xogħol minn meta tkun saret l-applikazzjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jestendu dak il-limitu ta' żmien għal għaxart ijiem ta' xogħol.

3.  Meta applikazzjonijiet simultanji għall-protezzjoni internazzjonali minn numru sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat jagħmluha diffiċli fil-prattika biex l-applikazzjonijiet jiġu rreġistrati fi żmien tlett ijiem ta' xogħol minn meta tkun saret l-applikazzjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jestendu dak il-limitu ta' żmien għal sebat ijiem ta' xogħol.

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtoritajiet responsabbli għandhom jaħżnu kull sett ta' dejta msemmija fil-paragrafu 1 u kull dejta rilevanti oħra miġbura skont il-paragrafu 2 għal għaxar snin mid-data ta' deċiżjoni finali. Id-dejta għandha titħassar meta jiskadi dak il-perjodu jew fejn tirrigwardja persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi dak il-perjodu hekk kif l-Istat Membru jiġi infurmat li l-persuna kkonċernata tkun kisbet din iċ-ċittadinanza.

4.  L-awtoritajiet responsabbli għandhom jaħżnu kull sett ta' data msemmija fil-paragrafu 1 u kull data rilevanti oħra miġbura skont il-paragrafu 2 għal ħames snin mid-data ta' deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, inkluż fil-livelli kollha ta' appell. Id-data għandha titħassar meta jiskadi dak il-perjodu jew fejn tirrigwardja persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi dak il-perjodu hekk kif l-Istat Membru jiġi infurmat li l-persuna kkonċernata tkun kisbet din iċ-ċittadinanza.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-applikazzjoni fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data meta l-applikazzjoni tiġi rreġistrata sakemm jingħata opportunità effettiva li jagħmel dan f'dak il-limitu ta' żmien.

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-applikazzjoni fi żmien 15-il jum ta' xogħol mid-data meta l-applikazzjoni tiġi rreġistrata jew mhux aktar tard mid-data ta' meta jkun ġie stabbilit l-appuntament imsemmi fil-paragrafu 5, dment li jingħata opportunità effettiva li jagħmel dan f'dak il-limitu ta' żmien.

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità rsponsabbli li tirċievi u tirreġistra applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jagħtu lill-applikant opportunità effettiva li jippreżenta applikazzjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1.

2.  L-awtorità responsabbli li tirċievi u tirreġistra applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għandha tagħti lill-applikant opportunità effettiva li jippreżenta applikazzjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1. Skont l-Artikolu 14(1), l-applikant għandu jkollu d-dritt għal għajnuna u rappreżentanza legali biex iħejji l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu jew tagħha u għandu jkun infurmat dwar dak id-dritt, inkluż id-dritt għal għajnuna u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fejn xieraq. Meta tintalab assistenza legali mingħajr ħlas, il-limitu ta' żmien biex tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għandu jibda jgħodd mill-ħatra tal-konsulent legali.

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jippreżentaw applikazzjoni, l-applikanti huma meħtieġa li jippreżentaw l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom. Wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti se jkunu awtorizzati li jippreżentaw kwalunkwe element addizzjonali rilevanti għall-eżami tiegħu sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni taħt il-proċedura amministrattiva.

Meta jippreżentaw applikazzjoni, l-applikanti huma meħtieġa li jippreżentaw l-elementi kollha fil-pussess tagħhom imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom. L-applikanti għandhom jikkooperaw mal-awtorità determinanti u jibqgħu preżenti u disponibbli tul il-proċedura. Wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti għandhom ikunu awtorizzati li jippreżentaw kwalunkwe element addizzjonali rilevanti għall-eżami tagħha dment li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni taħt il-proċedura amministrattiva.

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità responsabbli li tirċievi u tirreġistra applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għandha tinforma lill-applikant li wara li tittieħed id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, hu jista' jressaq biss elementi ġodda li huma rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu, u li ma setax ikun konxju dwarhom fi stadju aktar bikri jew li jirrigwardjaw tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.

L-awtorità responsabbli li tirċievi u tirreġistra applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għandha tinforma lill-applikant li wara li tittieħed id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, hu jista' jressaq biss elementi ġodda li huma rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jew li jirrigwardjaw tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun ippreżentata personalment u f'post indikat. Għal dan il-għan, meta tiġi rreġistrata l-applikazzjoni, l-applikant għandu jingħata appuntament mal-awtoritajiet kompeteti għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

5.  L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu ppreżentati personalment u f'post indikat. Għal dan il-għan, meta tiġi rreġistrata l-applikazzjoni, l-applikant għandu jingħata appuntament mal-awtoritajiet kompeteti għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. Id-data ta' tali appuntament għandha tiġi stabbilita mhux aktar kmieni minn 15-il jum ta' xogħol mid-data meta l-applikazzjoni tiġi rreġistrata, sakemm il-kunsens tal-applikant ma jingħatax wara li tasal l-informazzjoni xierqa dwar l-obbligu li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni u d-dritt għall-assistenza u r-rappreżentanza legali.

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-awtoritajiet responsabbli għandhom jaħżnu id-dejta msemmija fil-paragrafu 4 għal għaxar snin mid-data ta deċiżjoni finali. Id-dejta għandha titħassar meta jiskadi dak il-perjodu jew fejn tirrigwardja persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi dak il-perjodu hekk kif l-Istat Membru jiġi infurmat li l-persuna kkonċernata tkun kisbet din iċ-ċittadinanza.

6.  L-awtoritajiet responsabbli għandhom jaħżnu id-data msemmija fil-paragrafu 4 għal ħames snin mid-data ta deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, inkluż fil-livelli kollha ta' appell. Id-data għandha titħassar meta jiskadi dak il-perjodu jew fejn tirrigwardja persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel ma jiskadi dak il-perjodu hekk kif l-Istat Membru jiġi infurmat li l-persuna kkonċernata tkun kisbet din iċ-ċittadinanza.

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri fejn issir applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandhom, mar-reġistrazzjoni, jipprovdu lill-applikant b'dokument li jiċċertifika, b'mod partikolari, li tkun saret applikazzjoni u li jiddikjara li l-applikant jista' jibqa' fit-territorju ta' dak l-Istat Membru sabiex jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu kif previst f'dan ir-Regolament.

1.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri fejn issir applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandhom, mar-reġistrazzjoni, jipprovdu lill-applikant b'dokument f'ismu stess:

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għandhom jipprovdu lill-applikant b'dokument f'ismu:

imħassar

Emenda    185

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  li jiddikjara li l-applikant għandu d-dritt li jibqa' fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u li jindika jekk l-applikant hux ħieles li jiċċaqlaq fit-territorju kollu ta' dak l-Istat Membru jew f'parti minnu;

(d)  li jiddikjara li l-applikant għandu d-dritt li jibqa' fit-territorju ta' dak l-Istat Membru bl-iskop li jressaq l-applikazzjoni tiegħu u sakemm din tiġi eżaminata, kif previst minn dan ir-Regolament, u li jindika jekk l-applikant hux ħieles li jiċċaqlaq fit-territorju kollu ta' dak l-Istat Membru jew f'parti minnu;

Emenda    186

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  li jiddikjara jekk l-applikant għandux permess li jaċċetta impjieg bi ħlas.

imħassar

Emenda    187

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn, wara proċedura ta' determinazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), Stat Membru ieħor jiġi indikat bħala responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni, l-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru għandhom jipprovdu lill-applikant b'dokument imsemmi fil-paragrafu 2 fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mit-trasferiment tal-applikant lejn dak l-Istat Membru.

3.  Meta, wara proċedura ta' determinazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), Stat Membru ieħor jiġi indikat bħala responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni, l-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru għandhom jipprovdu lill-applikant b'dokument imsemmi fil-paragrafu 1 fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mit-trasferiment tal-applikant lejn dak l-Istat Membru.

Emenda    188

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-awtorità determinanti għandha taġġorna d-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex tiċċertifika li applikazzjoni tressqet f'konformità mal-Artikolu 28. Id-dokument għandu jistabbilixxi d-data minn meta l-applikant huwa permess jibda jeżerċità impjiegi bi ħlas.

Emenda    189

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun validu għal perjodu ta' sitt xhur li għandu jiġġedded kif mistħoqq sabiex ikun żgurat li l-validità ta' dak id-dokument tkopri l-perjodu li matulu l-applikant għandu d-dritt li jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli.

Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun validu għal perjodu ta' sitt xhur u għandu jiġġedded b'mod awtomatiku meta ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, sabiex ikun żgurat li l-validità ta' dak id-dokument tkopri l-perjodu li matulu l-applikant għandu d-dritt li jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli.

Emenda    190

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni tista' tispeċifika l-forma u l-kontenut tad-dokumenti li għandhom jingħataw lill-applikanti mar-reġistrazzjoni u l-preżentazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58.

5.  Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-forma u l-kontenut tad-dokument li għandu jingħata lill-applikanti mar-reġistrazzjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58.

Emenda    191

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn hemm indikazzjonijiet li ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat miżmuma f'faċilitajiet ta' detenzjoni jew li jinsabu f'punti ta' qsim tal-fruntieri, inklużi żoni ta' tranżitu fil-fruntieri esterni, jistgħu jinħtieġu protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet responsabbli għandhom jagħtuhom informazzjoni dwar il-possibilità li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari fejn:

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat kollha miżmuma f'faċilitajiet ta' detenzjoni jew li jinsabu f'punti ta' qsim tal-fruntieri, inklużi żoni ta' tranżitu fil-fruntieri esterni, dwar il-possibilità li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari fejn:

Emenda    192

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  x'aktarx li dik il-persuna hija minorenni mhux akkompanjat;

imħassar

Emenda    193

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  huwa probabbli li l-persuna teħtieġ garanziji proċedurali speċifiċi f'konformità mal-Artikoli 19 u 20;

Emenda    194

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ikun hemm indikazzjonijiet ovvji li l-persuna tbati minn mard mentali jew problemi oħra li jagħmluha impossibbli li din tkun tista'tiddikjara l-ħtieġa għal protezzjoni internazzjonali;

imħassar

Emenda    195

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet responsabbli għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex ikunu disponibbli servizzi ta' interpretazzjoni li jiffaċilitaw l-aċċess għall-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali.

2.  L-awtoritajiet responsabbli għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex ikunu disponibbli servizzi ta' interpretazzjoni u, jekk ikun meħtieġ u xieraq, servizzi ta' medjazzjoni kulturali li jiffaċilitaw l-aċċess għall-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali. Barra minn hekk, l-awtoritajiet responsabbli għandhom jagħmlu l-arranġamenti neċessarji sabiex jipprovdu alternattivi għad-detenzjoni lill-minorenni.

Emenda    196

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jimponu limiti fuq tali aċċess fejn, minħabba l-liġi nazzjonali, huma neċessarji għas-sigurtà, l-ordni pubbliku jew il-ġestjoni amministrattiva tal-punti ta' qsim ikkonċernati jew ta' faċilità ta' detenzjoni, sakemm l-aċċess ma jkunx limitat severament jew ma jsirx impossibbli.

L-Istati Membri jistgħu jimponu limiti fuq tali aċċess fejn, minħabba l-liġi nazzjonali, huma neċessarji għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-punti ta' qsim ikkonċernati jew ta' faċilità ta' detenzjoni, sakemm l-aċċess ma jkunx limitat severament jew ma jsirx impossibbli.

Emenda    197

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjonijiet f'isem il-konjuġi, is-sieħeb, minorenni jew adult dipendenti

Applikazzjonijiet f'isem minorenni jew adult dipendenti

Emenda    198

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Applikant jista' jippreżenta applikazzjoni f'isem il-konjuġi jew is-sieħeb tiegħu f'relazzjoni stabbli u fit-tul, minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali.

1.  Applikant jista' jippreżenta applikazzjoni f'isem minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali.

Emenda    199

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-konjuġi jew sieħeb imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun infurmat fil-privat dwar il-konsegwenzi proċedurali rilevanti li jkollu l-applikazzjoni ppreżentata f'ismu u dwar id-dritt tiegħu li jagħmel applikazzjoni separata għall-protezzjoni internazzjonali. Fejn il-konjuġi jew is-sieħeb ma jagħtix kunsens għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni f'ismu, għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta applikazzjoni f'ismu stess.

imħassar

Emenda    200

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn applikant ma jippreżentax applikazzjoni f'isem il-konjuġi jew is-sieħeb tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 fi żmien l-għaxart ijiem ta' xogħol imsemmija fl-Artikolu 28(1), il-konjuġi jew is-sieħeb għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu f'ismu fi żmien perjodu ta' għaxart ijiem ta' xogħol ieħor li jibda mill-iskadenza tal-ewwel perjodu ta' għaxart ijiem ta' xogħol. Fejn il-konjuġi jew is-sieħeb xorta waħda ma jippreżentax l-applikazzjoni tiegħu fi żmien dawn l-għaxart ijiem ta' xogħol addizzjonali, l-applikazzjoni għandha tkun irrifjutrata bħala abbandunata skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39.

imħassar

Emenda    201

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn applikant ma jippreżentax applikazzjoni f'isem adult dipendenti tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 fi żmien l-għaxart ijiem ta' xogħol imsemmija fl-Artikolu 28(1), l-awtorità determinanti għandha tippreżenta applikazzjoni f'isem dak l-adult dipendenti jekk, abbażi ta' valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, tkun tal-opinjoni li l-adult dipendenti jista' jinħtieġ protezzjoni internazzjonali.

4.  Meta applikant ma jippreżentax applikazzjoni f'isem adult dipendenti tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 fi żmien il-15-il jum ta' xogħol imsemmija fl-Artikolu 28(1), l-awtorità determinanti għandha tippreżenta applikazzjoni f'isem dak l-adult dipendenti jekk, abbażi ta' valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, tkun tal-opinjoni li l-adult dipendenti jista' jinħtieġ protezzjoni internazzjonali.

Emenda    202

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn persuna tkun ippreżentat applikazzjoni f'isem il-konjuġi jew is-sieħeb tagħha f'relazzjoni stabbli u fit-tul, jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali, kull waħda minn dawn il-persuni għandha tingħata l-opportunità ta' intervista personali.

5.  Meta persuna tkun ippreżentat applikazzjoni f'isem adult dipendenti mingħajr kapaċità legali, dik il-persuna għandha tingħata l-opportunità ta' intervista personali.

Emenda    203

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Minorenni jista' jkollu d-dritt li jippreżenta applikazzjoni f'ismu jekk ikollu l-kapaċità legali li jaġixxi fi proċeduri skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, jew permezz ta' adult responsabbli għalih, kemm skont il-liġi kif ukoll skont il-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, inkluż il-ġenituri tiegħu jew kull persuna oħra ġuridika jew li normalment tieħu ħsiebu, jew membri adulti tal-familja fil-każ ta' minorenni akkompanjat, jew permezz ta' kustodju fil-każ ta' minorenni mhux akkompanjat.

6.  Minorenni jista' jkollu d-dritt li jippreżenta applikazzjoni f'ismu jekk ikollu l-kapaċità legali li jaġixxi fi proċeduri skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, jew permezz ta' adult li huwa meqjus, kemm skont il-liġi kif ukoll skont il-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, bħala responsabbli għalih jew għaliha inkluż il-ġenituri tiegħu, is-servizzi ta' protezzjoni tat-tfal jew kull persuna oħra ġuridika li tieħu ħsiebu, jew membri adulti tal-familja fil-każ ta' minorenni akkumpanjat, jew permezz ta' kustodju fil-każ ta' minorenni mhux akkumpanjat.

Emenda    204

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Fejn adult responsabbli għall-minorenni akkompanjat ma jagħmilx applikazzjoni għalih innifsu, il-minorenni akkompanjat għandu jkun infurmat b'mod ċar dwar il-possibilità u l-proċedura għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni f'ismu stess fil-mument li ssir l-applikazzoni tiegħu.

8.  Meta adult responsabbli għall-minorenni akkompanjat ma jagħmilx applikazzjoni għalih innifsu, l-awtoritajiet responsabbli għandhom jinfurmaw lill-minorenni akkompanjat b'mod li jixraq lit-tfal u f'ilsien li l-minorenni jifhem dwar il-possibilità u l-proċedura għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni f'ismu stess fil-mument li ssir l-applikazzjoni tiegħu u għandhom jagħtu lill-minorenni mhux akkompanjat opportunità effettiva li jagħmel dan jekk ikollu l-kapaċità ġuridika li jaġixxi fi proċeduri f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Meta l-minorenni ma jippreżentax applikazzjoni fi żmien 15-il jum ta' xogħol jew ma jkollux il-kapaċità ġuridika li jaġixxi fi proċeduri f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, l-awtorità determinanti għandha taġixxi f'isem il-minorenni, bir-rispett dovut lejn il-fehmiet tiegħu u wara li tkun talbet lill-awtoritajiet rilevanti jagħmlu valutazzjoni tal-aħjar interessi tiegħu.

Emenda    205

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Fejn adult responsabbli għall-minorenni akkompanjat ma jippreżentas applikazzjoni f'isem il-minorenni fi żmien l-għaxart ijiem ta' xogħol previsti fl-Artikolu 28(1), il-minorenni għandu jkun infurmat dwar il-possibilità li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu f'ismu u jingħata l-opportunità li jagħmel dan fi żmien perjodu ieħor ta' għaxart ijiem ta' xogħol li jibda mill-iskadenza tal-ewwel perjodu ta' għaxart ijiem ta' xogħol jekk hu jkollu l-kapaċità li jaġixxi fi proċeduri skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Fejn il-minorenni ma jippreżentax l-applikazzjoni tiegħu f'ismu fi żmien dawn l-għaxart ijiem ta' xogħol addizzjonali, l-applikazzjoni għandha tkun irrifjutata bħala abbandunata skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39.

9.  Meta adult responsabbli għall-minorenni akkompanjat ma jippreżentax applikazzjoni f'isem il-minorenni fi żmien il-ħmistax-il jum ta' xogħol previsti fl-Artikolu 28(1), il-minorenni għandu jkun infurmat, b'mod li jixraq lit-tfal u f'ilsien li huwa jifhem, dwar il-possibilità u l-proċedura li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu f'ismu u għandu jingħata l-opportunità effettiva li jagħmel dan fi żmien perjodu ieħor ta' ħmistax-il jum ta' xogħol li jibda mill-iskadenza tal-ewwel perjodu ta' ħmistax-il jum ta' xogħol jekk hu jkollu l-kapaċità ġuridika li jaġixxi fi proċeduri skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Meta l-minorenni ma jkollux il-kapaċità ġuridika li jaġixxi fi proċeduri f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, l-awtorità determinanti għandha taġixxi f'isem il-minorenni bl-appoġġ minn awtoritajiet ta' protezzjoni tat-tfal. L-awtorità determinanti għandha tippreżenta applikazzjoni f'isem il-minorenni meta, abbażi ta' valutazzjoni tal-aħjar interessi tiegħu, tkun tal-opinjoni li l-minorenni jeħtieġ protezzjoni internazzjonali.

Emenda    206

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a.  Meta l-adult responsabbli ma jippreżentax applikazzjoni f'isem il-minorenni, il-minorenni akkompanjat ma jippreżentax applikazzjoni f'ismu jew meta l-awtorità determinanti taġixxi f'isem il-minorenni u, bħala segwitu għall-valutazzjoni tal-aħjar interessi tal-minorenni, iqis li dan ma jkunx fl-aħjar interessi tiegħu, l-awtorità determinanti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa f'konformità mad-dritt nazzjonali sabiex tiżgura li l-aħjar interessi tal-minorenni jiġu ggarantiti.

Emenda    207

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  Bil-għan li tittieħed deċiżjoni dwar l-ammissibilità ta' applikazzjoni fil-każ ta' applikazzjoni separata minn konjuġi, sieħeb jew minorenni skont l-Artikolu 36(1)(d), applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun soġġetta għal eżami inizjali dwar jekk hemmx fatti relatati mas-sitwazzjoni tal-konjuġi, tas-sieħeb jew tal-minorenni li jiġġustifikaw applikazzjoni separata.

imħassar

Fejn ikun hemm fatti relatati mas-sitwazzjoni tal-konjuġi, tas-sieħeb jew tal-minorenni li jiġġustifikaw applikazzjoni separata, dik l-applikazzjoni separata għandha tkompli tiġi eżaminata sabiex tittieħed deċiżjoni fuq il-merti tagħha. Jekk le, dik l-applikazzjoni separata għandha tiġi rrifjutata bħala inammissibbli, mingħajr preġudizzju għall-eżami proprju ta' kwalunkwe applikazzjoni ppreżentata f'isem il-konjuġi, is-sieħeb jew il-minorenni.

 

Emenda    208

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Minorenni mhux akkompanjat għandu jippreżenta applikazzjoni f'ismu jekk ikollu l-kapaċità legali li jaġixxi fi proċeduri skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, jew inkela l-kustodju tiegħu għandu jippreżentaha f'ismu. Il-kustodju għandu jassisti u jinforma sew lill-minorenni mhux akkompanjat dwar kif u fejn għandu jippreżenta l-applikazzjoni.

1.  Minorenni mhux akkompanjat għandu jippreżenta applikazzjoni f'ismu jekk ikollu l-kapaċità legali li jaġixxi fi proċeduri skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, jew inkella l-kustodju tiegħu għandu jippreżentaha f'ismu. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-minorenni mhux akkompanjati għall-assistenza u r-rappreżentanza legali f'konformità mal-Artikoli 14 u 15, il-kustodju għandu jassisti u jinforma sew lill-minorenni mhux akkompanjat dwar kif u fejn għandu jippreżenta l-applikazzjoni.

Emenda    209

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fil-każ ta' minorenni mhux akkompanjat, il-perjodu ta' għaxart ijiem ta' xogħol għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni previst fl-Artikolu 28(1) għandu jibda jgħodd biss mill-mument li jinħatar kustodju għall-minorenni mhux akkompanjat u dan ikun iltaqa' miegħu. Fejn il-kustodju ma jippreżentax applikazzjoni f'isem il-minorenni mhux akkompanjat fi żmien dawk l-għaxart ijiem ta' xogħol, l-awtorità determinanti għandha tippreżenta applikazzjoni f'isem il-minorenni mhux akkompanjat jekk, abbażi ta' valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, tkun tal-opinjoni li l-minorenni mhux akkompanjat jista' jinħtieġ protezzjoni internazzjonali.

2.  Fil-każ ta' minorenni mhux akkompanjat, il-perjodu ta' 15-il jum ta' xogħol għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni previst fl-Artikolu 28(1) għandu jibda jgħodd biss mill-mument li jinħatar kustodju għall-minorenni mhux akkompanjat u dan ikun iltaqa' miegħu. Meta l-kustodju ma jippreżentax applikazzjoni f'isem il-minorenni mhux akkompanjat fi żmien dawk il-15-il jum ta' xogħol, l-awtorità determinanti għandha taġixxi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31(9) u (9a).

Emenda    210

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-informazzjoni rilevanti, preċiża u aġġornata kollha relatata mas-sitwazzjoni li tkun attwalment teżisti fil-pajjiż ta' oriġini tal-applikant fil-mument li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, inklużi liġijiet u regolamenti tal-pajjiż ta' oriġini u mod li bih jiġu applikati, kif ukoll kull informazzjoni oħra rilevanti miksuba mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u organizzazzjonijiet internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem rilevanti, jew minn sorsi oħra;

(b)  l-informazzjoni rilevanti, preċiża u aġġornata kollha relatata mas-sitwazzjoni li tkun attwalment teżisti fil-pajjiż ta' oriġini tal-applikant fil-mument li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, inklużi liġijiet u regolamenti tal-pajjiż ta' oriġini u mod li bih jiġu applikati, kif ukoll kull informazzjoni oħra rilevanti miksuba mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u organizzazzjonijiet internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem rilevanti, inklużi d-drittijiet tat-tfal, jew minn sorsi oħra;

Emenda    211

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jekk l-attivitajiet li kien involut fihom l-applikant minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta' oriġini kinux imwettqa mill-applikant għall-għan waħdieni jew ewlieni li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, sabiex jiġi stmat jekk dawk l-attivitajiet jesponux lill-applikant għal persekuzzjoni jew ħsara serja jekk jiġi ritornat lejn dak il-pajjiż;

imħassar

Emenda    212

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jekk l-applikant ikun mistenni b'mod raġonevoli li japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta' pajjiż ieħor fejn ikun jista' jiddikjara ċ-ċittadinanza.

imħassar

Emenda    213

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet għandu jkollu għarfien suffiċjenti dwar l-istandards rilevanti applikabbli fil-qasam tal-liġi dwar l-asil u dwar ir-rifuġjati; Huma għandu jkollhom il-possibilità li jitolbu parir, meta jkun meħtieġ, minn esperti dwar kwistjonijiet partikolari, bħal pereżempju kwistjonijiet mediċi, kulturali, reliġjużi u dwar it-tfal jew relatati mal-ġeneru. Fejn ikun meġtieġ, huma jistgħu jippreżentaw talbiet lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, skont l-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

3.  Il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet għandu jkollu għarfien suffiċjenti dwar l-istandards rilevanti applikabbli fil-qasam tal-liġi dwar l-asil u dwar ir-rifuġjati u għandu jkun lesta t-taħriġ meħtieġ skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil). Huma għandu jkollhom il-possibilità li jitolbu parir, meta jkun meħtieġ, minn esperti dwar kwistjonijiet partikolari, bħal pereżempju kwistjonijiet mediċi, kulturali, reliġjużi, dwar is-saħħa mentali u dwar it-tfal jew relatati mal-ġeneru. Meta jkun meħtieġ, huma jistgħu jippreżentaw talbiet lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, skont l-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

Emenda    214

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-applikant għandu bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza fis-sens tal-Artikolu 20 tad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza), jew ikun jinħtieġ garanziji proċedurali speċjali, b'mod partikolari fil-każ ta' minorenni mhux akkompanjati.

(b)  l-applikant għandu bżonnijiet speċifiċi ta' akkoljenza fis-sens tal-Artikolu 20 tad-Direttiva XXX/XXX/UE (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza), jew ikun jinħtieġ garanziji proċedurali speċifiċi kif imsemmi fl-Artikoli 19 sa 22 ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fil-każ ta' minorenni mhux akkompanjati.

Emenda    215

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eżami biex tkun determinata l-ammissibilità ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 36(1) ma għandhiex tieħu aktar minn xahar mill-preżentazzjoni ta' applikazzjoni.

Meta jkun applikabbli, l-eżami biex tkun determinata l-ammissibilità ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 36(1) ma għandux jieħu aktar minn xahar mill-preżentazzjoni ta' applikazzjoni. Meta l-awtorità determinanti ma tiddeterminax l-ammissibilità ta' applikazzjoni fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, din għandha tkompli bl-eżami tal-applikazzjoni f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 37. L-awtorità determinanti għandha tinforma lill-applikant b'dan.

Emenda    216

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limitu ta' żmien għal tali eżami għandu jkun ta' għaxart ijiem ta' xogħol fejn, skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), l-Istat Membru tal-ewwel applikazzjoni japplika l-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil jew pajjiż terz bla periklu msemmi fl-Artikolu 36(1)(a) u (b).

Il-limitu ta' żmien għal tali eżami għandu jkun ta' għaxart ijiem ta' xogħol fejn l-Istat Membru tal-ewwel applikazzjoni japplika l-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil jew pajjiż terz bla periklu msemmi fl-Artikolu 36(1)(a) u (b).

Emenda    217

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtorità determinanti tista' tipposponi l-konklużjoni tal-proċedura tal-eżami meta ma jkunx mistennija b'mod raġonevoli li tiddeċiedi fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 2 u fl-Artikolu 40(4) fir-rigward tal-proċedura aċċellerata ta' eżami minħabba sitwazzjoni inċerta fil-pajjiż ta' oriġini li tkun mistennija li tkun temporanja. F'dawk il-każijiet, l-awtorità determinanti għandha:

imħassar

(a)  twettaq reviżjonijiet tas-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż ta' oriġini tal-inqas kull xaharejn;

 

(b)  tinforma lill-applikanti kkonċernati fi żmien raġonevoli bir-raġunijiet għall-posponiment.

 

L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fi żmien raġonevoli dwar il-posponiment tal-proċeduri għal dak il-pajjiż ta' oriġini. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura ta' eżami fi żmien 15-il xahar minn meta ssir l-applikazzjoni.

 

Emenda    218

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun notifikata lill-applikant mingħajr dewmien f'ilsien li jifhem jew raġonevolment hu mistenni li jifhem.

1.  Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun notifikata lill-applikant u lill-konsulent legali tiegħu mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sebat ijiem minn meta tittieħed id-deċiżjoni f'ilsien li jifhem.

Emenda    219

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn applikazzjoni hija rrifjutata bħala inammissibbli, bħala mingħajr bażi fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata, ir-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi għandhom ikunu ddikjarati f'dik id-deċiżjoni. Informazzjoni dwar kif wieħed jista' jikkontesta deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub, sakemm mhux diġà pprovduta lill-applikant b'xi mod ieħor.

2.  Meta applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala inammissibbli, bħala mingħajr bażi fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, bħala espliċitament irtirata jew bħala rtirata b'mod impliċitu, ir-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi għandhom ikunu ddikjarati f'dik id-deċiżjoni. Informazzjoni dwar kif wieħed jista' jikkontesta deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali, inkluż dwar il-limiti ta' żmien rilevanti, għandha tingħata bil-miktub.

Emenda    220

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'każijiet ta' applikazzjonijiet f'isem konjuġi, sħab, minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali, u kull meta l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet, l-awtorità determinanti tista tieħu deċiżjoni waħda, li tkopri lill-applikanti kollha, ħlief jekk dan ikun iwassal għall-iżvelar ta' ċirkostanzi partikolari ta' applikant li jistgħu jfixklu l-interessi tiegħu, partikolarment f'każijiet li jinvolvu s-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u/jew il-persekuzzjoni bbażata fuq l-età. F'każijiet bħal dawn, tinħareġ deċiżjoni separata lill-persuna kkonċernata.

3.  F'każijiet ta' applikazzjonijiet f'isem minorenni jew adulti dipendenti mingħajr kapaċità legali, u kull meta l-applikazzjonijiet ikunu kollha bbażati fuq l-istess raġunijiet eżatti, l-awtorità determinanti tista tieħu deċiżjoni waħda, li tkopri lill-applikanti kollha, ħlief jekk dan ikun iwassal għall-iżvelar ta' ċirkostanzi partikolari ta' applikant li jistgħu jfixklu l-interessi tiegħu, partikolarment f'każijiet li jinvolvu s-sess, il-vjolenza sessista, it-traffikar, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali jew il-persekuzzjoni bbażata fuq l-età. F'każijiet bħal dawn, tinħareġ deċiżjoni separata lill-persuna kkonċernata.

Emenda    221

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-ammissibilità ta' applikazzjoni, f'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, u għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli fejn tapplika xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:

1.  L-awtorità determinanti tista' tivvaluta l-ammissibilità ta' applikazzjoni, f'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, u tista' tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli fejn tapplika xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:

Emenda    222

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-applikazzjoni tkun applikazzjoni sussegwenti, fejn ebda elementi jew sejbiet ġodda relatati mal-eżami dwar jekk l-applikant jikkwalifikax bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) jew relatati mar-raġuni tal-inammissibilità applikata qabel, ma jkunu rriżultaw jew ġew ippreżentati mill-applikant;

imħassar

Emenda    223

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  konjuġi jew sieħeb jew minorenni akkompanjat jippreżenta applikazzjoni wara li hu jkun ta l-kunsens tiegħu biex l-applikazzjoni tiġi ppreżentata f'ismu, u ma jkun hemm l-ebda fatt li jirrigwardja s-sitwazzjoni tal-konjuġi, tas-sieħeb jew tal-minorenni li jiġġustifika applikazzjoni separata.

(d)  minorenni akkompanjat jippreżenta applikazzjoni wara li hu jkun ta l-kunsens tiegħu biex l-applikazzjoni tiġi ppreżentata f'ismu f'konformità mal-Artikolu 31(6) u ma jkun hemm l-ebda fatt li jirrigwardja s-sitwazzjoni tal-minorenni li jiġġustifika applikazzjoni separata.

Emenda    224

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhomx japplikaw għal benefiċjarju ta' protezzjoni sussidjarja li jkun ġie risistemat skont proċedura mħaffa b'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni).

imħassar

__________________

 

37 ĠU L […], […], p. […].

 

Emenda    225

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta, wara l-eżami ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), l-ewwel Stat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni jqis li din hija ammissibbli, id-dispożizzjoni tal-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhiex għalfejn terġa' tiġi applikata mill-Istat Membru responsabbli.

imħassar

Emenda    226

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta awtorità determinanti prima facie tqis li applikazzjoni tista' tiġi rrifjutata bħala manifestament mingħajr bażi, din ma għandhiex tkun obbligata li tagħmel dikjarazzjoni dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni.

imħassar

Emenda    227

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità determinanti għandha tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1)(a), (b), (c), (d) u (e).

3.  L-awtorità determinanti tista' tiddikjara applikazzjoni mingħajr bażi bħala manifestament mingħajr bażi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1)(a), (b), (c), (d) u (e).

Emenda    228

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Applikant jista', ex officio u fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, jirtira l-applikazzjoni tiegħu.

1.  Applikant jista', ex officio u fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, jirtira l-applikazzjoni tiegħu. L-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-applikant jifhem il-konsegwenzi proċedurali kollha ta' tali rtirar.

Ġustifikazzjoni

Huwa kruċjali li l-applikant jifhem il-konsegwenzi (sinifikanti) tal-irtirar espliċitu tal-applikazzjoni tiegħu.

Emenda    229

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità determinanti għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala abbandunata meta:

1.  L-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali meta:

Emenda    230

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  konjuġi, sieħeb jew minorenni ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu wara li l-applikant ikun naqas milli jippreżenta l-applikazzjoni f'ismu kif imsemmi fl-Artikolu 31(3) u (8);

imħassar

Emenda    231

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix id-dettalji meħtieġa sabiex l-applikazzjoni tiġi eżaminata u billi ma jipprovdix il-marki tas-swaba' tiegħu u l-immaġni ta' wiċċu skont l-Artikolu 7(3);

(c)  l-applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(1), jew billi ma jipprovdix id-data bijometrika tiegħu skont l-Artikolu 7(3);

Emenda    232

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-applikant ma jattendix għal intervista personali għalkemm hu kien meħtieġ jagħmel dan skont l-Artikoli 10 sa 12;

(d)  l-applikant, f'aktar minn okkażjoni waħda, ma jattendix għal intervista personali għalkemm hu kien meħtieġ jagħmel dan skont l-Artikoli 10, 11 u 12, sakemm hu jista' juri li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom;

Emenda    233

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-applikant ikun abbanduna l-post ta' residenza tiegħu, mingħajr ma jkun informa lill-awtoritajiet kompetenti jew mingħajr awtorizzazzjoni kif previst fl-Artikolu 7(4);

imħassar

Emenda    234

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-applikant ikun naqas milli jikkonforma b'mod ripetut mad-dmirijiet tar-rapportar imposti fuqu skont l-Artikolu 7(5).

(f)  l-applikant ikun naqas milli jikkonforma b'mod ripetut mad-dmirijiet tar-rapportar imposti fuqu skont l-Artikolu 7(5), sakemm hu ma jkunx jista' juri li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom.

Emenda    235

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b'mod definit bħala abbandunata sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta' xahar mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub.

2.  Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza, l-indirizz jew l-indirizz elettroniku msemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b'mod definit bħala rtirata b'mod impliċitu sakemm l-applikant ma jikkonformax mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 fi żmien xahrejn mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub. Jekk ikun applikabbli, għandha tintbagħat kopja lir-rappreżentant legali.

Emenda    236

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-applikant jirrapporta lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar u juri li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tkompli l-eżami tal-applikazzjoni.

3.  Meta l-applikant jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 f'dak il-perjodu ta' xahrejn, l-awtorità determinanti għandha tkompli l-eżami tal-applikazzjoni. L-awtorità determinanti ma għandhiex tkompli l-eżami tal-applikazzjoni skont l-paragrafu 2 aktar minn darba, sakemm l-applikant ma jkunx jista' juri li n-nuqqas tiegħu li jirrispetta obbligu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom. Altrimenti, l-applikazzjoni għandha tiġi rrifjutata bħala rtirata b'mod impliċitu.

Emenda    237

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta l-applikant ma jirrapportax lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahar u ma jurix li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tqis li l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata b'mod impliċitu.

4.  Meta l-applikant ma jirrapportax lill-awtorità determinanti f'dak il-perjodu ta' xahrejn, l-awtorità determinanti għandha tirrifjuta li l-applikazzjoni bħala li ġiet irtirata b'mod impliċitu.

Emenda    238

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn applikazzjoni tiġi rtirata b'mod impliċitu mill-applikant, l-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala abbandunata jew bħala mingħajr bażi fejn l-awtorità determinanti tkun, fl-istadju li fih l-applikazzjoni tiġi rtirata impliċitament, diġà sabet li l-applikant ma jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

5.  Meta applikazzjoni tiġi rtirata b'mod impliċitu mill-applikant, l-awtorità determinanti tista' tieħu deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi fejn l-awtorità determinanti tkun, fl-istadju li fih l-applikazzjoni tiġi rtirata impliċitament, diġà sabet li l-applikant ma jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

Emenda    239

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-applikant ikun għamel rappreżentazzjonijiet li b'mod ċar kienu inkonsistenti u kontradittorji li jkunu foloz jew manifestament improbabbli jew insuffiċjenti li jikkontradixxu informazzjoni vverfikata kif xieraq dwar il-pajjiż ta' oriġini, li konsegwentement jwasslu biex it-talba tiegħu ma tkunx tidher konvinċenti fir-rigward ta' jekk jikkwalifikax jew le bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika);

(b)  l-applikant ikun għamel rappreżentazzjonijiet li b'mod ċar kienu inkonsistenti u kontradittorji jew li jkunu foloz u li jikkontradixxu informazzjoni vverfikata kif xieraq dwar il-pajjiż ta' oriġini, li konsegwentement jwasslu biex it-talba tiegħu ma tkunx tidher konvinċenti fir-rigward ta' jekk jikkwalifikax jew le bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika);

Emenda    240

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-applikant qed jagħmel applikazzjoni sempliċiment biex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta' deċiżjoni preċedenti jew imminenti li tirriżulta fit-tkeċċija tiegħu minn territorju ta' Stat Membru;

(d)  l-applikant qed jagħmel applikazzjoni biss sabiex jittardja, ifixkel jew jipprevjeni l-infurzar ta' deċiżjoni preċedenti jew imminenti li tirriżulta fit-tkeċċija tiegħu minn territorju ta' Stat Membru;

Emenda    241

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  pajjiż terz jista' jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għall-applikant fis-sens ta' dan ir-Regolament;

(e)  pajjiż terz jista' jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għall-applikant fis-sens ta' dan ir-Regolament, dment li jista' jingħata appoġġ adegwat għall-fini tal-Artikolu 19 fil-kuntest ta' proċedura bħal din;

Emenda    242

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-applikant jista', għal raġunijiet serji, jitqies bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku tal-Istati Membri;

(f)  l-applikant jista', għal raġunijiet serji, jitqies bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku tal-Istati Membri b'segwitu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu XXX tar-Regolament (UE) XXX/XXX (Ir-Regolament ta' Dublin);

Emenda    243

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  l-applikant ma jikkonformax mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin), sakemm hu ma jurix li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom;

imħassar

Emenda    244

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-applikazzjoni hija applikazzjoni sussegwenti, fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija bla sustanza jew abużiva li din ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess.

imħassar

Emenda    245

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn l-awtorità determinanti tqis li l-eżami tal-applikazzjoni jinvolvi kwistjonijiet ta' fatti jew ta' liġi li huma kumplessi biex jiġu eżaminati taħt proċedura aċċellerata ta' eżami, din tista' tkompli l-eżami fuq il-merti b'konformità mal-Artikoli 34 u 37. F'dak il-każ, jew fejn ma tkunx tista' tittieħed deċiżjoni oħra fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 2, l-applikant ikkonċernat għandu jkun infurmat dwar il-bidla fil-proċedura.

4.  Meta l-awtorità determinanti tqis li l-eżami tal-applikazzjoni jinvolvi kwistjonijiet ta' fatti jew ta' liġi li huma kumplessi wisq biex jiġu eżaminati taħt proċedura aċċellerata ta' eżami, jew fejn ma tkunx tista' tittieħed deċiżjoni fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 2, din għandha tkompli l-eżami fuq il-merti f'konformità mal-Artikoli 34 u 37. F'dak il-każ, l-applikant ikkonċernat għandu jkun infurmat dwar il-bidla fil-proċedura.

Emenda    246

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47;

imħassar

Emenda    247

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità determinanti tista', skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu fl-Istati Memrbi dwar:

1.  L-awtorità determinanti tista' tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu fl-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II. Din id-deċiżjoni għandha tiġi limitata għal:

Emenda    248

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-ammissibilità ta' applikazzjoni li ssir f'tali postijiet skont l-Artikolu 36(1); jew

(a)  l-ammissibilità ta' applikazzjoni li ssir f'tali postijiet skont l-Artikolu 36; jew

Emenda    249

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fil-każijiet ta' wasliet li jinvolvu numru sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni mingħajr Stat li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali fuq il-fruntiera jew f'żona ta' tranżitu, li jagħmluha diffiċli fil-prattika li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 f'dawn il-postijiet, il-proċeduri fuq il-funtiera jistgħu jiġu wkoll applikati f'postijiet qrib il-fruntiera jew iż-żona ta' tranżitu.

4.  Fil-każijiet ta' wasliet li jinvolvu numru sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni mingħajr Stat li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali fuq il-fruntiera jew f'żona ta' tranżitu, li jagħmluha diffiċli fil-prattika li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 f'dawn il-postijiet, il-proċeduri fuq il-fruntiera jistgħu jiġu wkoll applikati f'postijiet qrib il-fruntiera jew iż-żona ta' tranżitu. Il-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw ukoll f'dawn iċ-ċirkostanzi.

Emenda    250

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-proċedura fuq il-fruntiera tista' tiġi applikata għal minorenni mhux akkompanjati, f'konformità mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva (UE) Nru XXX/XXX (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza) biss fejn:

5.  Il-proċedura fuq il-fruntiera tista' tiġi applikata biss għall-minorenni meta jkun hemm disponibbli alternattiva għad-detenzjoni tal-minorenni. Il-proċedura fuq il-fruntiera ma għandhiex tiġi applikata għal minorenni mhux akkompanjati, f'konformità mad-Direttiva (UE) Nru XXX/XXX (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza).

(a)  l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz meqjus li hu pajjiż ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47;

 

(b)  l-applikant ikun jista' għal raġunijiet serji jitqies li huwa ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali;

 

(c)  hemm raġunijiet ġustifikati li wieħed iqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għall-applikant skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45;

 

(d)  l-applikant ikun inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti rilevanti fir-rigward tal-identità jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni.

 

Il-punt (d) għandu jkun applikat biss fejn ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed iqis li l-applikant ikun qed jipprova jaħbi elementi rilevanti li x'aktarx iwasslu għal deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u sakemm l-applikant ikun ingħata opportunità effettiva biex jipprovdi ġustifikazzjonijiet sostanzjati għall-azzjonijiet tiegħu.

 

Emenda    251

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Applikazzjoni sussegwenti għandha tkun soġġetta għal eżami preliminari fejn l-awtorità determinanti għandha tistabbilixxi jekk hemmx elementi jew sejbiet ġodda rilevanti li tqajmu jew li ġew ippreżentati mill-applikant li b'mod sinifikanti jżidu l-probabilità li l-applikant jikkwalifika bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) jew li jirrigwardjaw ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irrifjutata bħala inammissibbli.

2.  Applikazzjoni sussegwenti għandha tkun soġġetta għal eżami preliminari fejn l-awtorità determinanti għandha tistabbilixxi jekk hemmx elementi jew sejbiet ġodda rilevanti li tqajmu jew li ġew ippreżentati mill-applikant li jżidu l-probabilità li l-applikant jikkwalifika bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika) jew li jirrigwardjaw ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irrifjutata.

Emenda    252

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II. L-intervista personali tista' ma ssirx f'każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi rilevanti jew sejbiet ġodda jew li tkun ċar li hija mingħajr sustanza jew ma ma għandha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess.

3.  L-eżami preliminari għandu jitwettaq abbażi ta' preżentazzjonijiet bil-miktub u intervista personali, b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II. L-intervista personali tista' ma ssirx f'każijiet fejn, mill-preżentazzjonijiet bil-miktub, ikun ċar li l-applikazzjoni ma twassalx għal elementi rilevanti jew sejbiet ġodda jew li tkun mingħajr sustanza jew ma għandha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess.

Emenda    253

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jinstabu jew jiġu ppreżentati mill-applikant elementi ġodda jew sejbiet rilevanti kif imsemmi fil-paragrafu 2(a);

(a)  jinstabu jew jiġu ppreżentati mill-applikant elementi ġodda jew sejbiet rilevanti kif imsemmi fil-paragrafu 2;

Emenda    254

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedura ġdida kif stabbilit fil-paragrafu 4, l-awtorità determinanti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni bħala inammissibbli, jew bħala manifestament mingħajr bażi fejn ikun tant ċar li l-applikazzjoni hija mingħajr sustanza jew abużiva li ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess.

5.  Meta ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedura ġdida kif stabbilit fil-paragrafu 4, l-awtorità determinanti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi, jew bħala manifestament mingħajr bażi fejn l-applikazzjoni hija mingħajr sustanza jew abużiva u ma jkollha l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess.

Emenda    255

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' nonrefoulement, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa' fit-territorju tagħhom u jagħtu deroga mill-Artikolu 54(1), meta:

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' nonrefoulement, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa' fit-territorju tagħhom, meta:

Emenda    256

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata mill-awtorità determinanti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

(a)  applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata mill-awtorità determinanti jew manifestament mingħajr bażi;

Emenda    257

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħra sussegwenti jsiru fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi.

(b)  it-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħra sussegwenti jsiru fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti preċedenti, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi.

Emenda    258

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Pajjiż terz għandu jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' asil għal applikant partikolari sakemm:

1.  Meta awtorità determinanti tapplika l-proċedura ta' ammissibilità f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 36(1), pajjiż terz għandu jitqies bħala l-ewwel pajjiż ta' asil għal applikant partikolari sakemm l-applikant ikun ġie rikonoxxut bħala rifuġjat u jkun gawda protezzjoni effettiva f'konformità mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra f'dak il-pajjiż qabel ma vvjaġġa lejn l-Unjoni u jkun għadu jista' jagħmel użu minn dik il-protezzjoni.

(a)  l-applikant ikun gawda protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra f'dak il-pajjiż qabel ma jivvjaġġa lejn l-Unjoni u jkun għadu jista' japprofitta ruħu minn dik il-protezzjoni; jew

 

(b)  inkella, l-applikant ikun gawda protezzjoni suffiċjenti f'dak il-pajjiż qabel ma jivvjaġġa lejn l-Unjoni u jkun għadu jista' japprofitta ruħu minn dik il-protezzjoni.

 

Emenda    259

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità determinanti għandha tqis li applikant igawdi protezzjoni suffiċjenti fis-sens tal-paragrafu 1(b) sakemm tkun sodisfatta li:

imħassar

(a)  il-ħajja u l-libertà ma jkunux mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew l-opinjoni politika;

 

(b)  ma jkun hemm l-ebda riskju ta' ħsara serja kif definit fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika);

 

(c)  jiġi rispettat il-prinċipju ta' nonrefoulement skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra;

 

(d)  tkun rispettata l-projbizzjoni tal-espulsjoni ta' persuna, bi ksur tad-dritt tal-libertà mit-tortura u minn trattament krudili, inuman u degradanti kif stabbilit fid-dritt internazzjonali;

 

(e)  ikun hemm dritt għal residenza legali;

 

(f)  ikun hemm aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, il-faċilitajiet tal-akkoljenza, is-saħħa u l-edukazzjoni; u

 

(g)  ikun hemm id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

 

Emenda    260

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Qabel ma l-applikazzjoni tiegħu tista' tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(a), l-applikant għandu jkun jista' jikkontesta l-kunċett tal-applikazzjoni tal-ewwl pajjiż ta' asil fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu meta jippreżenta l-applikazzjoni u matul l-intervista tal-ammissibilità.

3.  L-applikant għandu jkun jista' jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu fi kwalunkwe stadju tal-proċedura.

Emenda    261

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil jista'jiġi applikat biss fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni l-assigurazzjoni li dawk l-awtoritajiet se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu ser jibbenefika immedjatament minn waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

4.  Il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil ma għandux jiġi applikat għal minorenni mhux akkompanjati sakemm ma jiġix determinat li jkun fl-aħjar interess tal-minorenni u fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni l-assigurazzjoni li dawk l-awtoritajiet se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu ser jibbenefika immedjatament minn waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    262

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tinforma lill-applikant dwar dan;

(a)  tinforma lill-applikant dwar dan bil-miktub;

Emenda    263

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fejn il-pajjiż terz inkwistjoni ma jaċċettax jew ma jerġax jaċċetta lura lill-applikant fit-territorju tiegħu, l-awtorità determinanti għandha tirrevoka d-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoi bħala inammissibbli, u għandha tagħti aċċess lill-proċedura skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II u t-Taqsima I tal-Kapitolu III.

6.  Meta l-pajjiż terz inkwistjoni ma jerġax jaċċetta lura lill-applikant fit-territorju tiegħu, l-awtorità determinanti għandha tirrevoka d-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoi bħala inammissibbli, u għandha tagħti aċċess lill-proċedura skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II u t-Taqsima I tal-Kapitolu III.

Emenda    264

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pajjiż terz għandu jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu sakemm:

Meta awtorità determinanti tapplika l-proċedura ta' ammissibilità f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 36(1), dik l-awtorità determinanti tista' tapplika l-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu biss meta tkun sodisfatta li l-applikant jiġi trattat skont il-kriterji li ġejjin:

Emenda    265

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-ħajja u l-libertà ma jkunux mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew l-opinjoni politika;

(a)  il-ħajja u l-libertà ma jkunux mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew l-opinjoni politika u li m'hemm l-ebda ċaħda tal-libertà mingħajr proċess dovut;

Emenda    266

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  ma hemm l-ebda riskju reali li l-applikant jiġi trasferit mill-istat terz lejn stat ieħor li fih ma jkunx jirċievi protezzjoni effettiva, jew li jkun f'riskju li jiġi trasferit minn hemm lejn kwalunkwe stat ieħor, fejn tali protezzjoni ma tkunx disponibbli;

Emenda    267

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  teżisti l-possibilità li tingħata protezzjoni skont l-istandards sostantivi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, jew protezzjoni suffiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 44(2) kif xieraq.

imħassar

Emenda    268

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  ikun hemm dritt għal residenza legali;

Emenda    269

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  ikun hemm aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, il-faċilitajiet tal-akkoljenza, il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni;

Emenda    270

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec)  il-pajjiż terz iqis kwalunkwe vulnerabilità speċifika tal-applikant u jżomm l-interessi ta' privatezza tal-applikant;

Emenda    271

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ed (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ed)  il-protezzjoni effettiva tibqa' disponibbli sakemm tkun tista' tinstab soluzzjoni durabbli;

Emenda    272

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ee (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ee)  ikun hemm id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja f'konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

Emenda    273

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ef (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ef)  il-pajjiż terz aderixxa ma' strumenti internazzjonali għar-rifuġjati u strumenti tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem u jikkonforma mal-istandards tagħhom fil-prattika.

Emenda    274

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt eg (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eg)  huwa possibbli li jintalab status ta' rifuġjat u, jekk jinstab li jkun rifuġjat, teżisti l-possibilità li wieħed jingħata protezzjoni f'konformità mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, ratifikata u applikata mingħajr ebda limitu ġeografiku, jew li jitlob u jirċievi protezzjoni effettiva fis-sens tal-punti (a) u (g) .

Emenda    275

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet oħra rilevanti.

Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż terz bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, u organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali jew internazzjonali.

Emenda    276

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu għandu jkun applikat:

imħassar

(a)  fejn pajjiż terz ikun ġie indikat bħala pajjiż terz bla periklu skont l-Artikolu 50;

 

(b)  fejn pajjiż terz ikun ġie indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjojni; jew

 

(c)  f'każijiet individwali relatati ma' applikant speċifiku.

 

Emenda    277

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità determinanti għandha tqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għal applikant partikolari, wara eżami individwali tal-applikazzjoni, biss meta hi tkun sodisfatta bis-sigurtà tal-pajjiż terz għal applikant partikolari skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 u tkun stabbiliet li:

3.  L-awtorità determinanti tista' tqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għal applikant partikolari, wara eżami individwali tal-applikazzjoni, biss meta hi tkun sodisfatta bis-sigurtà tal-pajjiż terz għal applikant partikolari skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 u tkun stabbiliet li:

Emenda    278

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikun hemm konnessjoni bejn l-applikant u l-pajjiż terz inkwistjoni li abbażi tagħha ikun raġonevoli għal dik il-persuna li tmur f'dak il-pajjiż, inkluż minħabba li l-applikant ikun għadda in tranżitu minn dak il-pajjiż terz li jkun ġeografikament viċin tal-pajjiż ta' oriġini tal-applikant;

(a)  ikun hemm konnessjoni suffiċjenti bejn l-applikant u l-pajjiż terz li abbażi tagħha ikun raġonevoli għal dik il-persuna li tmur f'dak il-pajjiż; dan ifisser l-eżistenza ta' residenza jew soġġorn preċedenti f'dak il-pajjiż, fejn, minħabba t-tul u n-natura ta' dik ir-residenza jew soġġorn, applikant jista' raġonevolment ikun mistenni li jfittex protezzjoni f'dak il-pajjiż, u jkun hemm raġunijiet biex jitqies li l-applikant jitħalla jidħol mill-ġdid f'dak il-pajjiż. u

Emenda    279

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Qabel ma l-applikazzjoni tiegħu tkun tista' tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(b), l-applikant għandu jkun jista' jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu meta jippreżenta l-applikazzjoni u matul l-intervista tal-ammissibilità.

4.  L-applikant għandu jkun jista' jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu fi kwalunkwe stadju tal-proċedura.

Emenda    280

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fir-rigward ta' minorenni mhux akkompanjati, il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu jista'jiġi applikat biss fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew konferna mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni li se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu se jkollu aċess immedjatament għal waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1(e).

5.  Il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu m'għandux jiġi applikat lil minorenni mhux akkompanjati sakemm ma jiġix determinat biċ-ċar li huwa fl-aħjar interessi tagħhom u fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ewwel ikunu rċevew konferma mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni li se jieħdu r-responsabilità għall-minorenni mhux akkompanjat, u li hu se jkollu aċċess immedjatament għal waħda mill-forom ta' protezzjoni msemmija jew f'dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 44.

Emenda    281

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tinforma lill-applikant dwar dan; u

(a)  tinforma lill-applikant bil-miktub; u

Emenda    282

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tipprovdilu dokument li jinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz, fl-ilsien ta' dak il-pajjiż, li l-applikazzjoni ma kinitx eżaminata fis-sustanza tagħha bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu.

(b)  tipprovdilu dokument li jinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz, fl-ilsien ta' dak il-pajjiż, li l-applikazzjoni ma kinitx eżaminata fis-sustanza tagħha.

Emenda    283

Proposta għal regolament

Artikolu 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 46

imħassar

Indikazzjoni ta' pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni

 

1.  Pajjiżi terzi għandhom jiġu indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1).

 

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jiġu indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu fil-livell tal-Unjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u abbażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 45(1).

 

3.  Il-Kunnissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49.

 

Emenda    284

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Pajjiż terz jista' jiġi indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament fejn, abbażi tas-sitwazzjoni legali, l-applikazzjoni tal-liġi fi ħdan sistema demokratika u ċ-ċirkostanzi politiċi ġenerali, ikun jista' jintwera li b'mod ġenerali ma hemmx persekuzzjoni kif definita fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), ebda tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti, u ebda theddida minn vjolenza indiskriminata f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat internazzjonali jew intern.

1.  Pajjiż terz jista' jiġi indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament meta, abbażi tas-sitwazzjoni legali, l-applikazzjoni tal-liġi fi ħdan sistema demokratika u ċ-ċirkostanzi politiċi ġenerali, ikun jista' jintwera li ma hemmx persekuzzjoni ġenerali jew konsistenti kif definita fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), ebda tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti, u ebda theddida minn vjolenza indiskriminata f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat internazzjonali jew intern.

Emenda    285

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll organizzazzjonijiet oħra rilevanti, u għandu jikkunsidra l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

2.  Il-valutazzjoni dwar jekk pajjiż terz għandux jiġi indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu b'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni f'dawk il-pajjiżi, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa, organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti u organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali jew internazzjonali, u għandu jikkunsidra l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (l-Aġenzija tal-UE għall-Asil).

Emenda    286

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Istati Membri m'għandhomx japplikaw il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-każ ta' applikanti li jappartjenu għal minoranza jew grupp ta' persuni li jibqa' f'riskju fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini kkonċernat, abbażi tas-sorsi ta' informazzjoni elenkati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    287

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni għall-Asil u abbażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi kontinwament is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu jew li ġew sospiżi minn dik il-lista f'konformità mal-Artikolu 49. Għandha tirrevedi kontinwament ukoll il-konformità ta' dawk il-pajjiżi mal-kundizzjonijiet għall-indikazzjoni ta' pajjiż bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu stabbiliti fl-Artikolu 47, bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u abbażi ta' sorsi oħra ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(2). Hija għandha żżomm lill-Parlament Ewropew informat fil-ħin.

Emenda    288

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil meta twettaq ir-reviżjonijiet regolari tagħha tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi li huma inklużi fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu u l-pajjiżi li ġew sospiżi minn dik il-lista. Il-Kummissjoni tista' titlob li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil twettaq reviżjoni tas-sitwazzjoni fi kwalunkwe tali pajjiż terz bil-għan li tivvaluta jekk il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 47 għadhomx japplikaw.

 

Meta tirrevedi l-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lil organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari lill-UNHCR, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew individwi rilevanti b'għarfien espert ippruvat speċifiku skont il-pajjiż u dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Emenda    289

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kunnissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49.

imħassar

Emenda    290

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sospensjoni u tneħħija tal-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu

Sospensjoni tal-indikazzjoni ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu

Emenda    291

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Emenda    292

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'każ ta' tibdil għall-għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sostanzjata ta' kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45 jew l-Artikolu 47 u, jekk il-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom issodisfati, din għandha tadotta att delegat li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' sitt xhur.

1.  Jekk tibdil għall-għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu jista' jwassal għan-nuqqas ta' konformità ta' dak il-pajjiż mal-kundizzjonijiet għall-indikazzjoni ta' pajjiż bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha twettaq immedjatament u b'mod rapidu valutazzjoni sostanzjata ta' kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 u, jekk dawn ma jkunux għadhom issodisfati, din għandha tadotta mill-aktar fis possibbli att delegat f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE, li jissospendi l-preżenza ta' dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għal perjodu ta' sitt xhur. Kemm jista' jkun malajr wara li ssir taf bil-bidla fis-sitwazzjoni u fi kwalunkwe każ qabel ma tadotta l-att delegat li jissospendi lil dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u tirrakkomanda li ma japplikawx il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu għal dak il-pajjiż terz fil-livell nazzjonali.

Emenda    293

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta, matul il-perjodu ta' sospensjoni mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta'oriġini bla periklu, mill-informazzjoni disponibbli jkun jidher biċ-ċar li għal darb'oħra l-pajjiż terz jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar kmieni minn sitt xhur wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, tadotta deċiżjoni biex tirrevoka s-sospensjoni ta' dak il-pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE.

Emenda    294

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Il-UNHCR, organizzazzjonijiet mhux governattivi u esperti individwali b'għarfien espert ippruvat u rilevanti speċifiku skont il-pajjiż u dwar id-drittijiet tal-bniedem jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tissospendi jew tneħħi pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Tali talba għandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata u aġġornata dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem li qed iseħħ fil-pajjiż ikkonċernat. Din għandha tispeċifika wkoll in-nuqqas ta' konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 47 li jiġġustifikaw is-sospensjoni jew l-irtirar ta' dak il-pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Ħlief fejn tqis it-talba bħala inammissibbli, mhux sostanzjata jew ripetittiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni preżentata f'dawn it-talbiet.

Emenda    295

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn il-Kummissjoni tkun adottat att delegat skont il-paragrafu 1 li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni ta' dak l-att delegat għandha tippreżenta proposta, b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għall-emenda ta' dan ir-Regolament biex dak il-pajjiż terz jitneħħa mill-indikazzjoni ta' pajjiżi terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

imħassar

Emenda    296

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta tali proposta ma tiġix ippreżentata mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tal-att delegat kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-att delegat li jissospendi l-pajjiż terz mill-indikazzjoni tiegħu bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew li jissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma għandux jibqa' jkollu effett. Meta tali proposta tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata, li testedni l-validità ta' dak l-att delegat għal perjodu ta' sitt xhur, bil-possibilità li testendi dan il-perjodu darba.

imħassar

Emenda    297

Proposta għal regolament

Artikolu 49a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 49a

 

Żieda jew tneħħija ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu

 

1. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att delegat f'konformità mal-Artikolu 49(1), li jissospendi l-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu, fi żmien sitt xhur mid-data tal-adozzjoni ta' dak l-att delegat għandha tippreżenta proposta, f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, biex temenda dan ir-Regolament biex dak il-pajjiż terz jitneħħa mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

 

2. Meta proposta leġiżlattiva kif imsemmi fil-paragrafu 1 tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fi żmien il-perjodu ta' sitt xhur imsemmi f'dak il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata, li testendi l-validità ta' dak l-att delegat għal perjodu ta' sitt xhur, bil-possibilità li testendi dak il-perjodu darba.

 

3. Kwalunkwe emenda għal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Għal dak il-għan:

 

(a) il-Kummissjoni għandha teżamina b'mod regolari s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi u l-possibilità li tipproponi ż-żieda ta' dawk il-pajjiżi mal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

 

(b) jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tħejji proposta sabiex testendi l-lista komuni tal-UE tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu wara valutazzjoni sostanzjata dwar jekk il-pajjiżi li għandhom jiġu miżjuda mal-lista jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 47. u

 

(c) valutazzjoni dwar jekk pajjiż huwiex pajjiż ta' oriġini bla periklu li tiġi mwettqa f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inklużi b'mod partikolari rapportar regolari mis-SEAE u informazzjoni mill-Istati Membri, mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa, u minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra, u organizzazzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali mhux governattivi.

Emenda    298

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għal perjodu ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu minbarra dawk indikati fil-livell tal-Unjoni jew li jinsabu fuq il-lista komuni tal-UE fl-Anness 1, għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.

1.  Għal perjodu ta' tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu minbarra dawk li jinsabu fuq il-lista komuni tal-UE fl-Anness 1, għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali. Matul dak il-perjodu, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li l-listi nazzjonali ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu u l-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu jkunu konsistenti ma' xulxin. Dan jinvolvi dan li ġej:

 

(a) l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla li ssir fil-lista nazzjonali tagħhom;

 

(b) L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw proposti għal żieda ta' pajjiżi terzi mal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, li għandhom jiġu eżaminati mill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni tagħhom, abbażi tal-firxa tas-sorsi ta' informazzjoni li jkollha disponibbli, b'mod partikolari r-rapporti tas-SEAE u l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, mill-Aġenzija Ewropea għall-Asil, l-UNHCR, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali jew internazzjonali. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li pajjiż terz jista' jiġi miżjud mal-lista, hija għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva biex testendi l-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu;

 

(c) meta pajjiż terz ikun ġie sospiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont l-Artikolu 49(1), l-Istati Membri ma għandhomx jindikaw lil dak il-pajjiż bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali. u

 

(d) meta pajjiż terz ikun tneħħa mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont l-Artikolu 49a, Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni meta jqis li, wara bidliet fis-sitwazzjoni ta' dak il-pajjiż terz, għal darb'oħra jerġa' jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 47 biex jiġi inkluż fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

 

Il-Kummissjoni għandha teżamina n-notifiki msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu tiġi emendata b'mod korrispondenti. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tippreżentax proposta leġiżlattiva, l-Istati Membri ma għandhomx jindikaw lil dak il-pajjiż bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali.

Emenda    299

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta pajjiż terz ikun sospiż milli jkun indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew il-preżenza ta' pajjiż terz tkun ġiet sospiża mil-lista komuni tal-UE fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 49(1), l-Istati Membri ma għandhomx jindikaw lil dak il-pajjiż bħala pajjiż terz bla periklu jew pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali, u lanqas ma għandhom japplikaw il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu fuq bażi ad hoc fir-rigward ta' applikant speċifiku.

imħassar

Emenda    300

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta pajjiż terz ma jibqax indikat bħala pajjiż terz bla periklu fil-livell tal-Unjoni jew pajjiż terz jitneħħa mil-lista komuni tal-UE fl-Anness I għal dan ir-Regolament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa jqis li, wara tibdil fis-sitwazzjoni ta' dak il-pajjiż, dan jerġa' jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1) u fl-Artikolu 47.

imħassar

In-notifika għandha tinkludi valutazzjoni sostanzjata tal-fatt li dak il-pajjiż jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(1) u fl-Artikolu 47, inkluża spjegazzjoni tat-tibdil speċifiku fis-sitwazzjoni tal-pajjiż terz, li jiżgura li l-pajjiż jissodisfa għal darb'oħra dawk il-kundizzjonijiet.

 

L-Istat Membru tan-notifika jista' jindika biss lil dak il-pajjiż terz bħala pajjiż terz bla periklu jew pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għal din l-indikazzjoni.

 

Emenda    301

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil dwar il-pajjiżi terzi li huma indikati bħala pajjiżi terzi bla periklu jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali immedjatament wara tali indikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija darba fis-sena dwar il-pajjiżi terzi bla periklu l-oħra li għalihom jiġi applikat il-kunċett fuq bażi ad hoc fir-rigward ta' applikant speċifiku.

4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil dwar il-pajjiżi terzi li huma indikati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali immedjatament wara tali indikazzjoni.

Emenda    302

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Sa ... [daħħal id-data: tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], pajjiż terz inkluż fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu kif stabbilit minn dan ir-Regolament biss għandu jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu.

Emenda    303

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità determinanti għandha tibda l-eżami għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali minn persuna partikolari meta jinstabu elementi jew sejbiet ġodda li jindikaw li hemm raġunijiet biex terġa' tiġi kkunsidrata l-validità tal-protezzjoni internazzjonali tagħha, u b'mod partikolari f'dawk il-każijiet imsemmija fl-Artikoli 15 u 21 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

L-awtorità determinanti tista' tibda l-eżami għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali minn persuna partikolari f'dawk il-każijiet imsemmija fl-Artikoli 15 u 21 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika).

Ġustifikazzjoni

Ir-raġunijiet għall-irtirar potenzjali tal-istatus huma trattati fir-Regolament dwar il-Kwalifika u għandhom jibqgħu hemm. Hawnhekk, il-kliem ġie allinjat mat-test adottat mill-Parlament dwar ir-Regolament dwar il-Kwalifika.

Emenda    304

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn l-awtorità kompetenti qed tqis l-irtirar ta' protezzjoni internazzjonali minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat, inkluż fil-kuntest ta' reviżjoni regolari tal-istatus imsemmija fl-Artikoli 15 u 21 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Kwalifika), il-persuna kkonċernata għandha tgawdi l-garanziji li ġejjin, b'mod partikolari:

1.  Meta l-awtorità kompetenti qed tqis l-irtirar ta' protezzjoni internazzjonali minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat, il-persuna kkonċernata għandha tgawdi l-garanziji li ġejjin, b'mod partikolari:

Emenda    305

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirtira l-protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub. Ir-raġunijiet ta' fatt u ta' dritt għandhom jiġu dikjarati fid-deċiżjoni u l-informazzjoni dwar kif tiġi kontestata d-deċiżjoni għandha tingħata bil-miktub.

3.  Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirtira l-protezzjoni internazzjonali għandha tingħata bil-miktub mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara li tittieħed id-deċiżjoni. Ir-raġunijiet ta' fatt u ta' dritt għandhom jiġu dikjarati fid-deċiżjoni. L-informazzjoni dwar kif tiġi kontestata d-deċiżjoni, inkluż dwar il-limiti ta' żmien rilevanti, għandha tingħata bil-miktub.

Ġustifikazzjoni

Id-diċitura hija allinjata mad-diċitura tal-Artikolu 35(2) dwar l-infurmar tal-applikanti rigward id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom. L-istess diċitura għandha tintuża għal deċiżjonijiet meħuda għall-irtirar ta' protezzjoni internazzjonali.

Emenda    306

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja msemmija fl-Artikolu 37(2) u (3) jew l-Artikolu 42(4);

(ii)  li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja msemmija fl-Artikolu 37(2) u (3) jew l-Artikolu 42(5);

Emenda    307

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata kif imsemmi fl-Artikoli 38 u39;

(iii)  li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew irtirata b'mod impliċitu kif imsemmi fl-Artikoli 38 u 39;

Emenda    308

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-applikant jista' jressaq biss elementi ġodda li huma rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu u li hu ma setax kien konxju tagħhom fi stadju aktar bikri jew li jirrigwardjaw tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.

L-applikant jista' jressaq kwalunkwe element ġdid li jkun rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu.

Emenda    309

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-applikant għandu jkollu d-dritt għal smigħ quddiem qorti jew tribunal tal-ewwel livell ta' appell.

Emenda    310

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fi żmien ġimgħa fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

(a)  fi żmien ħmistax-il jum minn meta tasal in-notifika ta' tali deċiżjoni fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew bħala espliċitament inammissibbli, jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja b'segwitu għal proċedura aċċellerata ta' proċedura ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

Emenda    311

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fi żmien ġimgħatejn fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrfijuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

imħassar

Emenda    312

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fi żmien xahar fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali.

(c)  fi żmien 20 jum ta' xogħol fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali.

Emenda    313

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu jtawlu l-limitu ta' żmien stipulat f'dan il-paragrafu jekk iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-applikazzjoni jagħmlu dan neċessarju.

Emenda    314

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu reviżjoni ex officio ta' deċiżjonijiet li jittieħdu skont proċedura fuq il-fruntiera.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu reviżjoni ex officio ta' deċiżjonijiet li jittieħdu skont proċedura fuq il-fruntiera jew ta' deċiżjonijiet maħruġa waqt li l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni.

Emenda    315

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limiti ta' żmien previsti f'dan il-paragrafu għandhom jibdew jgħoddu mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant, jew mill-mument meta jinħatar il-konsulent legali jekk l-applikant ikun introduċa talba għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Il-limitu ta' żmien previst f'dan il-paragrafu għandu jibda jgħodd mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant. Jekk l-applikant ikun talab assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas f'konformità mal-Artikoli 14(1) u 1591), il-limitu ta' żmien jiddekorri mid-data li fiha jinħatar il-konsulent legali, meta d-data tkun aktar tard mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni.

Emenda    316

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  deċiżjoni li tqis li applikazzjoni hija manifestament mingħajr bażi jew li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja fil-każijiet soġġetti għal proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera;

(a)  deċiżjoni li tqis li applikazzjoni hija manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja fil-każijiet soġġetti għal proċedura aċċelerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera;

Emenda    317

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(a) u (c);

(b)  deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli skont l-Artikolu 36(1)(a);

Emenda    318

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew bħala abbandunata skont l-Artikolu 38 jew l-Artikolu 39 rispettivament;

(c)  deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata f'konformità mal-Artikolu 38;

Emenda    319

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u sħiħ ta' appell, il-qrati jew it-tribunali għandhom jiddeċiedu fuq l-ewwel livell ta' appell fi żmien il-limiti ta' żmien li ġejjin minn meta jiġi ppreżentat l-appell:

Mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u sħiħ ta' appell, il-qrati jew it-tribunali għandhom jiddeċiedu fuq l-ewwel livell ta' appell fi żmien limitu ta' żmien raġonevoli minn meta jiġi ppreżentat l-appell:

(a)  fi żmien sitt xhur fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirtira protezzjoni internazzjonali.

 

(b)  fi żmien xaharejn fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta' deċiżjoni li tirrfijuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċellerata ta' eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f'detenzjoni;

 

(c)  fi żmien xahar fil-każ ta' deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

 

Emenda    320

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każijiet li jinvolvu kwistjonijiet kumplessi ta' fatti jew tal-liġi, il-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu mtawla b'perjodu addizzjonali ta' tliet xhur.

imħassar

Emenda    321

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom, f'kuntatt mal-Kummissjoni, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex tiġi stabbilita kooperazzjoni diretta u bdil ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli.

2.  L-Istati Membri għandhom, f'kuntatt mal-Kummissjoni, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex tiġi stabbilita kooperazzjoni diretta u bdil ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli kif ukoll bejn l-awtoritajiet responsabbli u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil.

Ġustifikazzjoni

Trid tissaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil.

Emenda    322

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Tali att delegat u l-estensjonijiet tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahar min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw.

5.  Tali att delegat u l-estensjonijiet tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw.

Ġustifikazzjoni

Huwa imperattiv li l-Parlament u l-Kunsill ikollhom żmien xieraq biex iqisu l-kontenut ta' att delegat qabel ma dan jidħol fis-seħħ. Perjodu ta' xahar ma jippermettix li l-Parlament jgħaddi mill-proċeduri interni kollha tiegħu biex joġġezzjona għal att delegat u għalhekk mhuwiex xieraq. Xahrejn huma l-perjodu minimu li l-koleġiżlaturi għandhom jingħataw.

Emenda    323

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tat-Taqsima III.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa, fil-prattika, tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-forniment ta' assistenza legali mingħajr ħlas lill-applikanti għal asil fl-istadji kollha tal-proċedura.

Emenda    324

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bħala parti mir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-metodoloġija li użat biex tivvaluta s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi inklużi fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi terzi ta' oriġini bla periklu, jew l-inklużjoni potenzjali ta' tali pajjiżi, jew is-sospensjoni tagħhom, mil-lista. Hija għandha tirrapporta wkoll dwar l-implimentazzjoni ta' salvagwardji proċedurali għal dawk li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali li joriġinaw minn pajjiż fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Emenda    325

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-Turkija

imħassar

(1)

  ĠU C 75, 10.3.2017, p. 97.

(2)

  ĠU C 207, 30.6.2017, p. 67.


OPINJONI TAL-MINORANZA

imressqa skont l-Artikolu 52a(4) tar-Regoli ta' Proċedura

Monika Hohlmeier

Jiena favur standards uniformi għal proċeduri tal-asil iżda ma appoġġajtx ir-rapport. Dan li ġej, fost affarijiet oħra, mhuwiex vijabbli.

1; L-għoti ta' għajnuna legali b'xejn sa mill-proċedura amministrattiva mhux fattibbli f'termini ta' riżorsi umani u finanzjarji.

2; Il-finanzjament ta' interpreti li jkollhom taħriġ fid-dritt internazzjonali, il-liġi tal-asil u kwistjonijiet dwar il-ġeneru, mhuwiex prattikabbli mill-perspettiva tar-riżorsi finanzjarji u r-riżorsi umani. Ħafna Stati Membri bilkemm jistgħu jsibu interpreti għal tant lingwi.

3; Meta jiddeterminaw l-età ta' minorenni mhux akkompanjati, l-awtoritajiet jeħtiġilhom jagħmlu arranġamenti għal eżami mediku/psikoloġiku, filwaqt li jsegwu proċeduri legalment korretti għat-trattament tat-tfal jew taż-żgħażagħ, partikolarment dawk bejn l-14 u t-18-il sena. Eżami li jsir bħala ultima ratio mhuwiex adegwat.

4; Wieħed mill-obbligi tal-persuni li jfittxu asil huwa li waqt ir-reġistrazzjoni jagħtu informazzjoni sħiħa dwarhom infushom lill-awtoritajiet. Dan għandu jinkludi, fost affarijiet oħra, dokument ta' identifikazzjoni b'numru u r-reġistrazzjoni tad-data bijometrika għall-prevenzjoni ta' applikazzjoni doppja, abbuż mill-assistenza soċjali u l-frodi tal-identità, u l-identifikazzjoni tal-persuni potenzjalment perikolużi.

5; L-applikazzjonijiet minn persuni minn pajjiżi terzi jew pajjiżi ta' oriġini bla periklu jridu jiġu investigati skont proċeduri uniformi ta' ammissibilità u l-persuni għandhom jintbagħtu lura fil-każ ta' inammissibilità tal-applikazzjoni.

6; Jiena favur l-introduzzjoni ta' lista tal-UE ta' pajjiżi terzi u pajjiżi ta' oriġini bla periklu, filwaqt li jkun hemm il-possibilità li l-Istati Membri jilħqu ftehimiet ma' pajjiżi terzi li jmorru lil hinn minn dan.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni

Referenzi

COM(2016)0467 – C8-0321/2016 – 2016/0224(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.7.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

12.9.2016

EMPL

12.9.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

27.10.2016

EMPL

1.9.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Laura Ferrara

5.9.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

30.5.2017

11.7.2017

25.4.2018

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

12

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Jan Philipp Albrecht, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Rachida Dati, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Barbara Kudrycka, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Ignazio Corrao, Gérard Deprez, Maria Grapini, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Angelika Mlinar, Siôn Simon, Barbara Spinelli, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Detjen, André Elissen, Arndt Kohn, Annie Schreijer-Pierik, Giancarlo Scotta’, Marco Valli, Marco Zullo

Data tat-tressiq

15.5.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

36

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström

ECR

Monica Macovei

EFDD

Ignazio Corrao, Laura Ferrara, Marco Valli, Marco Zullo

PPE

Asim Ademov, Michał Boni, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Annie Schreijer-Pierik, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

S&D

Caterina Chinnici, Michael Detjen, Tanja Fajon, Ana Gomes, Maria Grapini, Arndt Kohn, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Siôn Simon, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Jean Lambert, Judith Sargentini

12

-

ECR

Daniel Dalton, Branislav Škripek, Helga Stevens

EFDD

Kristina Winberg

ENF

André Elissen, Giancarlo Scotta', Auke Zijlstra

GUE/NGL

Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Kinga Gál

8

0

PPE

Heinz K. Becker, Rachida Dati, Monika Hohlmeier, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Sylvie Guillaume, Soraya Post

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Mejju 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza