RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari b'rabta mal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu mill-2014 sal-2020

30.5.2018 - (09228/2017 – C8‑0101/2018 – 2017/0088(NLE)) - ***

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Anders Primdahl Vistisen

Proċedura : 2017/0088(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0196/2018
Testi mressqa :
A8-0196/2018
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari b'rabta mal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu mill-2014 sal-2020

(09228/2017 – C8‑0101/2018 – 2017/0088(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09228/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari b'rabta mal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (09253/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0101/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0196/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Iżlanda.

NOTA SPJEGATTIVA

Fl-2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (il-Fond għas-Sigurtà Interna għall-Fruntieri u l-Viża) għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (ir-Regolament (UE) Nru 515/2014).

L-għan ewlieni tal-Fond għas-Sigurtà Interna għall-Fruntieri u l-Viża huwa li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni filwaqt li jiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu u jindirizza l-immigrazzjoni illegali permezz ta' livell uniformi u għoli ta' kontroll tal-fruntieri esterni u l-ipproċessar effikaċi tal-viżi ta' Schengen. Il-finanzjament ta' madwar EUR 2,8 biljun sal-2020 – l-aktar permezz ta' programmi nazzjonali – għandu jintuża, inter alia, għall-bini tal-infrastruttura meħtieġa fil-punti ta' qsim tal-fruntiera u għas-sorveljanza tal-fruntieri, il-finanzjament tas-sistemi tal-IT li huma rekwiżiti tas-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR), kif ukoll għal azzjonijiet li jiffaċilitaw il-ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji, l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viżi u kooperazzjoni konsulari.

L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jistipula li l-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen jipparteċipaw fl-istrument skont id-dispożizzjonijiet tiegħu u li għandhom jiġu konklużi arranġamenti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom u r-regoli supplementari meħtieġa għal tali parteċipazzjoni. Din il-proposta – l-abbozz ta' Ftehim mal-Iżlanda – se tistabbilixxi eżattament dawk l-arranġamenti, jiġifieri biex tippermetti li l-Kummissjoni tassumi r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-istrument f'dan il-pajjiż assoċjat u tiddetermina l-kontribuzzjoni tal-Iżlanda għall-baġit tal-Unjoni fir-rigward ta' dan l-istrument (madwar EUR 563 999 fis-sena għall-2016, l-2017 u l-2018, filwaqt li l-kontribuzzjoni tal-Iżlanda għas-snin 2019 u 2020 se tiġi determinata fl-2019 abbażi ta' formula għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji fl-Anness tal-Ftehim).

Ir-Rapporteur jappoġġa din il-proposta. Il-Fond għas-Sigurtà Interna għall-Fruntieri u l-Viża jistabbilixxi mekkaniżmu ta' solidarjetà li jorbot lill-istati parteċipanti bl-istess regoli Ewropej dwar il-kontroll tal-fruntieri esterni fl-interess ta' xulxin u f'isem xulxin. Fil-fehma tar-Rapporteur, il-proposta se sservi biex jintlaħaq objettiv ewlieni tal-acquis ta' Schengen, jiġifieri l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà għal livell għoli u uniformi effiċjenti ta' kontroll fuq il-fruntieri esterni, sabiex jiġi żgurat, minn naħa, livell uniformi u għoli ta' kontroll fil-fruntieri esterni, anki permezz tal-indirizzar tal-immigrazzjoni illegali u, min-naħa l-oħra, il-qsim bla xkiel tal-fruntieri esterni, b'konformità mal-impenn tal-Unjoni għal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim bejn l-UE u l-Iżlanda dwar regoli supplementari b'rabta mal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu mill-2014 sal-2020

Referenzi

09228/2017 – C8-0101/2018 – COM(2017)01992017/0088(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

6.3.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.3.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.3.2018

BUDG

15.3.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

30.5.2017

BUDG

29.5.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Anders Primdahl Vistisen

31.8.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

14.5.2018

24.5.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

24.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Frank Engel, Cornelia Ernst, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Eva Joly, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gérard Deprez, Maria Grapini, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Jean Lambert, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, Maria Gabriela Zoană, Tadeusz Zwiefka

Data tat-tressiq

30.5.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström

ECR

Daniel Dalton, Monica Macovei, Helga Stevens

PPE

Asim Ademov, Andrea Bocskor, Frank Engel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Tadeusz Zwiefka

S&D

Caterina Chinnici, Ana Gomes, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Sergei Stanishev, Maria Gabriela Zoană

VERTS/ALE

Eva Joly, Jean Lambert

1

-

ENF

Auke Zijlstra

3

0

EFDD

Kristina Winberg

GUE/NGL

Cornelia Ernst, Marie-Christine Vergiat

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Ġunju 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza