RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea

4.6.2018 - (COM(2017)0487 – C8-0309/2017 – 2017/0224(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Franck Proust
Rapporteur:
Reinhard Bütikofer, Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura


Proċedura : 2017/0224(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0198/2018
Testi mressqa :
A8-0198/2018
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea

(COM(2017)0487 – C8-0309/2017 – 2017/0224(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0487),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0309/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0198/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  Wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tas-16 ta' Mejju 2017 1a.

 

_________________

 

1a Opinjoni 2/2015 tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017 (ĠU C 239, 24.7.2017, p. 3).

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-każistika reċenti, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-investimenti tal-portafoll ma jistgħux jiġu koperti mir-regolament.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-investiment dirett barrani jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-Unjoni, billi jtejjeb il-kompetittività tiegħu, joħloq l-impjiegi u l-ekonomiji ta' skala, iġib il-kapital, it-teknoloġiji, l-innovazzjoni, il-kompetenzi, u billi jiftaħ swieq ġodda għall-esportazzjonijiet tal-Unjoni. Jappoġġa l-objettivi tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa tal-Kummissjoni u jikkontribwixxi għal proġetti u programmi oħra tal-Unjoni.

(1)  L-investiment dirett barrani jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-Unjoni, billi jtejjeb il-kompetittività tiegħu, joħloq l-impjiegi u l-ekonomiji ta' skala, iġib il-kapital, it-teknoloġiji, l-innovazzjoni, il-kompetenzi, u billi jiftaħ swieq ġodda għall-esportazzjonijiet tal-Unjoni. Jappoġġa l-objettivi tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u jikkontribwixxi għal proġetti u programmi oħra tal-Unjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom ambjent ta' investiment miftuħ, li huwa minqux fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") u inkorporat fl-impenji internazzjonali meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-investiment dirett barrani.

(2)  L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom ambjent ta' investiment miftuħ, li huwa minqux fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") u skont l-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u inkorporat fl-impenji internazzjonali meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-investiment dirett barrani.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Skont l-impenji internazzjonali meħuda fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, u fil-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment konklużi ma' pajjiżi terzi, l-Unjoni u Stati Membri jistgħu jadottaw miżuri restrittivi relatati ma' investiment dirett barrani fuq il-bażi ta' sigurtà jew ordni pubbliku, soġġett għal ċerti rekwiżiti.

(3)  Skont l-impenji internazzjonali meħuda fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, u fil-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment konklużi ma' pajjiżi terzi, huwa possibbli li l-Unjoni u l-Istati Membri jadottaw miżuri li jirrestrinġu l-aċċess għas-suq fil-konfront tal-investiment dirett barrani fuq il-bażi ta' sigurtà jew ordni pubbliku, soġġett għal ċerti rekwiżiti.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Diversi Stati Membri daħħlu fis-seħħ miżuri li permezz tagħhom jistgħu jirrestrinġu l-moviment ta' kapital bejn l-Istati Membri u bejn Stati Membri u pajjiżi terzi għal raġunijiet ta' politika pubblika jew ta' sigurtà pubblika. Dawn il-miżuri jirriflettu l-objettivi u t-tħassib tal-Istati Membri fir-rigward tal-investiment dirett barrani, u jirriżultaw f'għadd ta' miżuri differenti f'termini ta' ambitu u proċedura. Stati Membri oħrajn ma għandhomx dawn il-mekkaniżmi.

(4)  Diversi Stati Membri daħħlu fis-seħħ miżuri li permezz tagħhom huwa possibbli li jirrestrinġu l-moviment ta' kapital bejn l-Istati Membri u bejn Stati Membri u pajjiżi terzi għal raġunijiet ta' politika pubblika jew ta' sigurtà pubblika. Dawn il-miżuri jirriflettu l-objettivi u t-tħassib tal-Istati Membri fir-rigward tal-investiment dirett barrani, u jirriżultaw f'għadd ta' miżuri differenti u mhux koordinati f'termini tal-ambitu u l-proċedura tagħhom. L-Istati Membri li ma għandhomx dawn il-mekkaniżmi jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmi proprji abbażi tal-funzjonament, l-esperjenza u l-aħjar prattiki tal-mekkaniżmi nazzjonali diġà fis-seħħ.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Attwalment ma hemm l-ebda qafas komprensiv fil-livell tal-UE għall-iskrinjar ta' investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku.

(5)  Attwalment ma hemm l-ebda qafas komprensiv fil-livell tal-Unjoni għall-iskrinjar ta' investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, filwaqt li s-sħab kummerċjali ewlenin kollha tal-Unjoni, fosthom il-pajjiżi tal-G7, żviluppaw oqfsa bħal dawn permezz ta' mekkaniżmi ta' skrinjar ta' tipi differenti, li jkunu ftit jew wisq trasparenti, restrittivi u prevedibbli.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Huwa importanti li tingħata ċertezza tad-dritt u li tiġi żgurata koordinazzjoni u kooperazzjoni madwar l-UE billi jiġi stabbilit qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani fl-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà unika tal-Istati Membri għall-manteniment tas-sigurtà nazzjonali.

(7)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi ċertezza tad-dritt għall-mekkaniżmi tal-iskrinjar tal-Istati Membri u jiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni madwar l-UE billi jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani fl-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà unika tal-Istati Membri għall-manteniment tas-sigurtà nazzjonali. Il-monitoraġġ mill-Kummissjoni tas-sistemi tal-iskrinjar f'pajjiżi terzi jenħtieġ li jipprovdi wkoll ċertezza tad-dritt.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li l-qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani jipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bil-mezzi biex jindirizzaw ir-riskji għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku b'mod komprensiv, u biex jadattaw għal tibdil fiċ-ċirkustanzi, filwaqt li jżommu l-flessibbiltà meħtieġa biex l-Istati Membri jiskrinjaw l-investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku filwaqt li jqisu s-sitwazzjonijiet individwali u ċ-ċirkustanzi nazzjonali tagħhom.

(8)  Jenħtieġ li l-qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani jipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bir-riżorsi legali, umani u finanzjarji meħtieġa biex jindirizzaw ir-riskji għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku b'mod komprensiv, u biex jadattaw għal tibdil fiċ-ċirkustanzi, filwaqt li jżommu l-flessibbiltà meħtieġa biex l-Istati Membri jiskrinjaw l-investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku filwaqt li jqisu s-sitwazzjonijiet individwali u ċ-ċirkustanzi nazzjonali tagħhom, kif ukoll "il-golden share" u l-"golden powers".

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jenħtieġ li tiġi koperta firxa wiesgħa ta' strumenti li jistabbilixxu jew iżommu rabtiet dejjiema u diretti bejn l-investituri minn pajjiżi terzi u mpenji li jwettqu attività ekonomika fi Stat Membru.

(9)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri firxa wiesgħa ta' investimenti, li jinkludu investimenti diretti barranin ikkontrollati mill-gvern, irrispettivament mill-volum tagħhom jew mil-livelli limiti tal-parteċipazzjoni, li jistabbilixxu jew iżommu rabtiet dejjiema diretti jew indiretti bejn investitur barrani, irrispettivament mill-fatt jekk dan l-investitur ikunx l-investitur aħħari, u impriżi li jwettqu attività ekonomika fit-territorju ta' Stat Membru, fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tiegħu ddikjarat skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS), jew fuq il-blata kontinentali.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar u d-deċiżjonijiet biex jitħarsu s-sigurtà jew l-ordni pubbliku. Jenħtieġ li dan ikopri investimenti fl-Unjoni permezz ta' arranġamenti artifiċjali li ma jirriflettux ir-realtà ekonomika u jevitaw il-mekkaniżmi ta' skrinjar u d-deċiżjonijiet ta' skrinjar, meta l-investitur fl-aħħar mill-aħħar ikollu s-sjieda jew ikun ikkontrollat minn persuni fiżiċi jew impriża ta' pajjiż terz. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-ħelsien tal-istabbiliment u l-moviment liberu tal-kapital minqux fit-TFUE.

(10)  Jenħtieġ li l-Istati Membri, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, iżommu, jemendaw, isaħħu jew jadottaw miżuri meħtieġa biex jidentifikaw u jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar u li d-deċiżjonijiet iħarsu s-sigurtà u l-ordni pubbliku. Jenħtieġ li dan ikopri investimenti fl-Unjoni permezz ta' arranġamenti artifiċjali li ma jirriflettux ir-realtà ekonomika u jevitaw il-mekkaniżmi ta' skrinjar u d-deċiżjonijiet ta' skrinjar, inklużi każijiet fejn l-istruttura tas-sjieda jew karatteristiċi ewlenin oħrajn tal-investitur ikunu nbidlu b'mod sinifikanti, meta l-investitur ikun qed jaġixxi bħala intermedjarju, jew impriża li fl-aħħar mill-aħħar tkun proprjetà jew ikkontrollata minn persuni fiżiċi jew impriża ta' pajjiż terz. Jenħtieġ li l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura kontra ċ-ċirkomvenzjoni meħuda minnhom. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-ħelsien tal-istabbiliment u l-moviment liberu tal-kapital minqux fit-TFUE.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Fil-qafas ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jippromovu l-kooperazzjoni u l-impenn minn pajjiżi terzi permezz ta' ftehimiet ta' kummerċ u ta' investiment u f'fora internazzjonali dwar l-applikazzjoni ta' proċeduri ta' skrinjar.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu ggwidati fl-applikazzjoni tar-Regolament, huwa xieraq li tingħata lista ta' fatturi li jistgħu jitqiesu meta jiġi skrinjat investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurta jew ordni pubbliku. Din il-lista ttejjeb ukoll it-trasparenza tal-proċess tal-iskrinjar għall-investituri li jqisu jew li jkunu għamlu investimenti diretti barranin fl-Unjoni. Jenħtieġ li din il-lista ta' fatturi li tista' taffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tibqa' mhux eżawrjenti.

(11)  Sabiex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu ggwidati fl-applikazzjoni tar-Regolament, huwa xieraq li tingħata lista ta' fatturi li jistgħu jitqiesu meta jiġu skrinjati investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Din il-lista kieku ttejjeb ukoll it-trasparenza tal-proċess tal-iskrinjar għall-investituri li jqisu jew li jkunu għamlu investimenti diretti barranin fl-Unjoni. Jenħtieġ li din il-lista ta' fatturi li tista' taffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tibqa' mhux eżawrjenti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Biex jiddeterminaw jekk investiment dirett barrani jistax jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jqisu l-fatturi rilevanti kollha, inklużi l-effetti dwar l-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji, inklużi t-teknoloġiji abilitanti essenzjali, u kontributi li huma essenzjali għas-sigurtà jew il-manteniment ta' ordni pubbliku, u t-tfixkil, it-telf jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt sinifikanti fi Stat Membru jew fl-Unjoni. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jqisu wkoll jekk investitur barrani jkunx ikkontrollat direttament jew indirettament (pereżempju permezz ta' finanzjament sinifikanti, inklużi sussidji) mill-gvern ta' pajjiż terz.

(12)  Biex jiddeterminaw jekk investiment barrani jistax jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jqisu b'mod partikolari jekk jeżistux tfixkil, nuqqas, telf jew qerda tal-provvista, li jista' jkollhom impatt fi Stat Membru jew fl-Unjoni, jekk investitur barrani jkunx ikkontrollat direttament jew indirettament mill-gvern ta' pajjiż terz jew minn investiment barrani kkontrollat mill-gvern, jekk l-investiment barrani huwiex parti minn proġett immexxi mill-Istat, jew programm jew parti minn strateġija ekonomika industrijali jew politika mwettqa minn pajjiż terz bil-għan li jinkisbu jew jiġu ttrasferiti teknoloġiji jew tagħrif abilitanti ewlenin, jew jekk jappoġġax l-interessi strateġiċi nazzjonali. Dan għandu japplika wkoll f'każijiet fejn l-investitur kien diġà involut fi proġetti ta' investiment li jaffettwaw is-sigurtà jew l-ordni pubbliku ta' Stat Membru.

 

Jista' jkun li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jikkunsidraw, għal raġunijiet ta' sigurtà jew ta' ordni pubbliku, l-effetti potenzjali fuq, inter alia, l-infrastrutturi kritiċi u strateġiċi, it-teknoloġiji kritiċi u strateġiċi, l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, l-aċċess għal informazzjoni sensittiva jew għal data personali taċ-ċittadini tal-Unjoni, il-pluralità u l-indipendenza tal-midja u s-servizzi ta' interess ġenerali u s-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Sabiex jiġi determinat jekk investiment barrani jistax jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jqisu wkoll il-kuntest u ċ-ċirkustanzi li fihom l-investiment qed isir jew sar inkluż, inter alia, jekk l-investiment jistax iwassal għal struttura monopolistika, u jekk is-suq fil-pajjiż ta' oriġini tal-investitur barrani huwiex miftuħ, ristrett jew magħluq, jekk hemmx reċiproċità u kundizzjonijiet indaqs u jekk hemmx riskju ta' ksur ta' strumenti internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew tal-istandards ewlenin tal-ILO. Jenħtieġ li l-eżami jitwettaq fuq il-bażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, li jenħtieġ li tkun preċiża, komprensiva u affidabbli.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)  L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi ekonomiċi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jew is-sħab soċjali, bħal pereżempju t-trade unions, jitolbu lill-Istati Membri jikkunsidraw l-attivazzjoni ta' skrinjar mingħajr preġudizzju għal sistemi differenti li jagħtu lok għal aktar involviment proċedurali.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c)  Meta operaturi ekonomiċi, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jew sħab soċjali, bħalma huma t-trade unions, ikollhom informazzjoni rilevanti jew tħassib sostanzjali u debitament ġustifikat dwar investiment dirett barrani li aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku, jenħtieġ li jkun possibbli li jipprovdu lill-Kummissjoni din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni tista' tqis kif dovut din l-informazzjoni meta toħroġ opinjoni.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-elementi essenzjali tal-qafas proċedurali għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani mill-Istati Membri biex l-investituri, il-Kummissjoni u Stati Membri oħra jkunu jistgħu jifhmu kif dawn l-investimenti aktarx jiġu skrinjati u biex jiġi żgurat li dawn l-investimenti jiġu skrinjati b'mod trasparenti u li jkunu nondiskriminatorji minn pajjiż terz għal ieħor. Jenħtieġ li tal-inqas dawn l-elementi jinkludu l-istabbiliment ta' perjodi ta' żmien għall-iskrinjar u l-possibbiltà li l-investituri barranin jfittxu rimedju ġudizzjarju għal deċiżjonijiet ta' skrinjar.

(13)  Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-elementi essenzjali tal-qafas proċedurali għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani mill-Istati Membri biex l-investituri, il-Kummissjoni u Stati Membri oħra jkunu jistgħu jifhmu kif dawn l-investimenti aktarx jiġu skrinjati b'mod trasparenti u li jkunu nondiskriminatorji minn pajjiż terz għal ieħor. Jenħtieġ li tal-inqas dawn l-elementi jinkludu l-istabbiliment ta' perjodi ta' żmien għall-iskrinjar u l-possibbiltà li l-investituri barranin jfittxu rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet ta' skrinjar quddiem l-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Istati Membri.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jippermetti li Stati Membri jikkooperaw u jassistu lil xulxin meta investiment dirett barrani fi Stat Membru jista' jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku ta' Stati Membri oħra. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu kummenti lil Stat Membru li fih l-investiment ikun ippjanat jew ikun komplut, irrispettivament minn jekk l-Istati Membri jipprovdux kummenti jew l-Istati Membri li fihom l-investiment ikun ippjanat jew ikun komplut iżommux mekkaniżmu ta' skrinjar jew jiskrinjawx l-investiment. Jenħtieġ li l-kummenti tal-Istati Membri jaslu wkoll għand il-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll il-possibbiltà, meta xieraq, li tagħti opinjoni lill-Istat Membru li fih ikun ippjanat jew ikun komplut l-investiment, irrispettivament minn jekk dan l-Istat Membru jżommx mekkaniżmu ta' skrinjar jew jiskrinjax l-investiment u irrispettivament minn jekk Stati Membri oħrajn jipprovdux kummenti.

(14)  Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jippermetti li Stati Membri jikkooperaw u jassistu lil xulxin meta investiment dirett barrani fi Stat Membru jista' jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku ta' Stati Membri oħra. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu kummenti lil Stat Membru li fih l-investiment ikun ippjanat jew ikun komplut, irrispettivament minn jekk l-Istati Membri jipprovdux kummenti jew l-Istati Membri li fihom l-investiment ikun ippjanat jew ikun komplut iżommux mekkaniżmu ta' skrinjar jew jiskrinjawx l-investiment. Jenħtieġ li l-kummenti jintbagħtu wkoll simultanjament lill-Istati Membri l-oħra kollha u lill-Kummissjoni li mbagħad jenħtieġ li jkollhom ukoll il-possibbiltà li jagħtu opinjoni lill-Istat Membru li fih ikun ippjanat jew ikun komplut l-investiment, irrispettivament minn jekk dan l-Istat Membru jżommx mekkaniżmu ta' skrinjar jew jiskrinjax l-investiment. Din l-opinjoni jenħtieġ li tintbagħat simultanjament lill-Istati Membri l-oħra kollha u jenħtieġ li ma tiġix ippubblikata. Jenħtieġ li Stat Membru jkollu l-possibbiltà li jitlob opinjoni lill-Kummissjoni jew kummenti lil Stati Membri oħra dwar investiment dirett barrani li jsir fit-territorju tiegħu.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiskrinja l-investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw il-proġetti u l-programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Dan iservi ta' għodda biex il-Kummissjoni tipproteġi l-proġetti u l-programmi li jservu l-Unjoni kollha kemm hi u jirrappreżentaw kontribut importanti għat-tkabbir ekonomiku, għall-impjiegi u għall-kompetittività. Jenħtieġ li dan jinkludi b'mod partikulari proġetti u programmi li jinvolvu finanzjament sostanzjali mill-UE jew stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward infrastruttura kritika, teknoloġiji kritiċi jew kontributi kritiċi. Għal aktar ċarezza, jenħtieġ li tiġi elenkata f'Anness lista indikattiva ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni li fir-rigward tagħhom investiment dirett barrani jista' jiġi soġġett għal skrinjar mill-Kummissjoni.

(15)  Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiskrinja l-investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw il-proġetti u l-programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Dan iservi ta' għodda biex il-Kummissjoni tipproteġi l-proġetti u l-programmi li jservu l-Unjoni kollha kemm hi u jirrappreżentaw kontribut importanti għat-tkabbir ekonomiku, għall-impjiegi u għall-kompetittività. Jenħtieġ li dan jinkludi b'mod partikulari proġetti u programmi li jinvolvu finanzjament sostanzjali mill-UE jew stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward infrastruttura kritika u strateġika, teknoloġiji kritiċi u strateġiċi, kontributi kritiċi u strateġiċi. Għal aktar ċarezza, jenħtieġ li tiġi elenkata f'Anness lista mhux eżawrjenti ta' proġetti u programmi ta' interess għall-Unjoni li fir-rigward tagħhom investiment dirett barrani jista' jiġi soġġett għal skrinjar mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex taġġorna din il-lista.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Sabiex jitjieb id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li l-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni toħroġ opinjoni dwar investiment dirett barrani ppjanat jew ikkompletat fi Stat Membru. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-azzjoni tagħha wara li tkun irċeviet din it-talba.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tindirizza opinjoni lill-Istati Membri li fihom dan l-investiment ikun ippjanat jew komplut f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu bis-sħiħ l-opinjoni u jagħtu spjegazzjoni lill-Kummissjoni jekk ma jsegwux din l-opinjoni, f'konformità mal-obbligu tagħhom ta' kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) TUE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll il-possibbiltà li titlob mingħand dawn l-Istati Membri l-informazzjoni meħtieġa għall-iskrinjar tagħha ta' dan l-invstiment.

(16)  Meta l-Kummissjoni jew Stat Membru wieħed jew aktar iqisu li investiment dirett barrani aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti opinjoni lill-Istati Membri li fihom dan l-investiment ikun ippjanat jew komplut f'perjodu ta' żmien raġonevoli u dan l-Istat Membru jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jipprovdi kummenti lill-Istati Membri fejn dan l-investiment ikun ippjanat jew komplut. Jenħtieġ li l-opinjoni, li jenħtieġ li ma tiġix ippubblikata, tintbagħat simultanjament lill-Istati Membri l-oħra. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu bis-sħiħ l-opinjoni u jagħtu spjegazzjoni bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri rilevanti jekk ma jsegwux din l-opinjoni, f'konformità mal-obbligu tagħhom ta' kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) TUE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll il-possibbiltà li titlob mingħand dawn l-Istati Membri l-informazzjoni meħtieġa għall-iskrinjar tagħha ta' dan l-investiment. Jenħtieġ li Stat Membru jkollu l-possibbiltà li jitlob opinjoni lill-Kummissjoni jew kummenti lil Stati Membri oħra dwar investiment dirett barrani li jsir fit-territorju tiegħu.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Meta mill-inqas terz tal-Istati Membri jikkunsidraw li investiment dirett barrani aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tagħhom, jew mill-inqas terz tal-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkunsidraw li proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni huma affettwati għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku, jenħtieġ li Stati Membri jqisu bis-sħiħ l-opinjoni tal-Kummissjoni u l-kummenti tal-Istati Membri l-oħra u jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri rilevanti. Meta dawk il-kummenti jew l-opinjonijiet ma jiġux rispettati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tfittex li trawwem djalogu bejn l-Istati Membri li ħarġu l-kummenti u l-Istat Membru li fih l-investiment barrani dirett ikun ippjanat jew komplut.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn u l-iskrinjar ta' investiment dirett barrani mill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw il-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom u kull emenda għalihom lill-Kummissjoni, u jenħtieġ li jirrappurtaw dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar fuq bażi regolari. Għall-istess raġuni, jenħtiep li l-Istati Membri li ma għandhomx mekkaniżmu ta' skrinjar jirrapportaw ukoll fuq l-investimenti diretti barranin li seħħew fit-territorju tagħhom, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalihom.

(17)  Sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn u l-iskrinjar ta' investiment dirett barrani mill-Kummissjoni u jtejjbu l-affidabbiltà u l-komparabbiltà tad-data mogħtija minn Stati Membri, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw il-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom u kull emenda għalihom lill-Kummissjoni, u jenħtieġ li jirrappurtaw dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tagħhom ta' skrinjar fuq bażi regolari. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-Istati Membri li ma għandhomx mekkaniżmu ta' skrinjar jirrapportaw ukoll fuq l-investimenti diretti barranin li seħħew fit-territorju tagħhom, fiż-Żona Ekonomika Esklussiva jew fuq il-blata kontinentali tagħhom, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalihom. Jenħtieġ li jipprovdu wkoll informazzjoni dwar il-passi meħuda biex tinkiseb din l-informazzjoni.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Għal dan il-għan, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat livell minimu ta' informazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward ta' investimenti diretti barranin li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li din l-informazzjoni ssir disponibbli mill-Istati Membri li fihom l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew ikun ġie komplut fuq talba tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni. L-informazzjoni rilevanti tinkludi aspetti bħall-istruttura tas-sjieda tal-investitur barrani u l-finanzjament tal-investiment ippjanat jew komplut, inkluża, meta disponibbli, informazzjoni dwar sussidji mogħtija minn pajjiżi terzi.

(18)  Għal dan il-għan, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat livell minimu ta' informazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward ta' investimenti diretti barranin li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri kollha li fihom l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew ikun ġie komplut fuq talba tal-Istat Membru jew tal-Kummissjoni. L-informazzjoni rilevanti tinkludi aspetti bħall-istruttura tas-sjieda tal-investitur barrani u l-finanzjament tal-investiment ippjanat jew komplut, inkluża, meta disponibbli, informazzjoni dwar sussidji mogħtija minn pajjiżi terzi. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tingħata soġġetta għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 346 TFUE. Jenħtieġ li tkun preċiża, komprensiva u affidabbli u tfittex li tiffaċilita l-komparabbiltà tad-data.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Istat Membru u tal-Unjoni jittejbu permezz tal-istabbiliment tal-punti ta' kuntatt għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin f'kull Stat Membru.

(19)  Jenħtieġ li l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Istat Membru u tal-Unjoni jittejbu permezz tal-istabbiliment tal-punti ta' kuntatt ibbażati fuq l-istituzzjoni għall-iskrinjar tal-investiment diretti barranin f'kull Stat Membru u Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment iddedikat.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw il-ħarsien ta' informazzjoni kunfidenzjali u informazzjoni sensittiva oħra.

(20)  Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiggarantixxu l-ogħla livell ta' protezzjoni għall-informazzjoni kunfidenzjali kollha, li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni l-investituri barranin u l-impriża kkonċernata tal-Unjoni.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu lill-Kummissjoni rapport annwali li jkopri l-investimenti diretti barranin li jkunu saru fit-territorji tagħhom, fiż-Żona Ekonomika Esklussiva jew fuq il-blata kontinentali abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli. Jenħtieġ li jipprovdu wkoll informazzjoni dwar il-passi meħuda biex tinkiseb din l-informazzjoni. Fuq il-bażi ta' dawn ir-rapporti annwali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal rapport annwali li jiddeskrivi s-sitwazzjoni ġenerali ta' investiment fl-Unjoni, li tinkludi l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jenħtieġ li tissottomettih lill-Parlament Ewropew. Dak ir-rapport jenħtieġ li jsir pubbliku.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta r-rapport jipproponi li jimmodifika d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, dan jista' jiġi akkumpanjat, meta xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

(21)  Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kull tliet snin minn dakinhar 'il quddiem, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tinkludi wkoll il-kapaċitajiet ta' kontroll ekonomiku fit-tul, minbarra l-investiment dirett barrani, li jirriżultaw fl-akkwist, permezz ta' kuntratt pubbliku, ta' kapaċitajiet ta' influwenza dejjiema u diretti li jippermettu l-ġestjoni jew il-kontroll ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni kif definit f'dan ir-Regolament. Meta r-rapport jipproponi li jimmodifika d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, dan jista' jiġi akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva, u fil-każijiet l-oħra kollha jenħtieġ li jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Sabiex tiġi aġġornata dik il-lista ta' proġetti u programmi ta' interess għall-Unjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  "investiment dirett barrani" tfisser investimenti ta' kull tip minn investitur barrani li għandu l-għan li jistabbilixxi jew li jżomm rabtiet dejjiema u diretti bejn l-investitur barrani u l-imprenditur jew l-impriża li l-kapital ikun qed isir disponibbli għalihom sabiex iwettqu attività ekonomika fi Stat Membru, inklużi investimenti li jippermettu parteċipazzjoni effettiva fil-ġestjoni jew fil-kontroll ta' kumpanija li twettaq attività ekonomika;

(1)  "investiment dirett barrani" tfisser investiment ta' kull tip, irrispettivament mill-volum jew mil-livelli limiti tal-parteċipazzjoni tiegħu minn investitur barrani, irrispettivament mill-fatt jekk dan l-investitur ikunx l-investitur aħħari, li għandu l-għan li jistabbilixxi jew li jżomm rabtiet diretti jew indiretti bejn l-investitur barrani u l-imprenditur jew l-impriża li l-kapital ikun qed isir disponibbli għalihom sabiex iwettqu attività ekonomika fit-territorju ta' Stat Membru, fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ddikjarata tiegħu skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS), jew il-blata kontinentali, inklużi investimenti li jippermettu parteċipazzjoni effettiva fil-ġestjoni jew fil-kontroll dirett jew indirett ta' kumpanija li twettaq attività ekonomika;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  "investiment dirett barrani kkontrollat mill-gvern" tfisser kwalunkwe investiment dirett barrani li jista' jirriżulta f'kontroll ta' kwalunkwe persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni minn gvern barrani jew entità kkontrollata minn, f'isem, jew taħt l-istruzzjonijiet ta' gvern barrani;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  "investitur barrani" tfisser persuna fiżika ta' pajjiż terz jew impriża ta' pajjiż terz li beħsiebha tagħmel jew li għamlet investiment dirett barrani;

(2)  "investitur barrani" tfisser persuna fiżika jew persuna ġuridika ta' pajjiż terz jew impriża ta' pajjiż terz, jew istituzzjoni nazzjonali jew statali, li beħsiebha tagħmel jew li diġà għamlet investiment dirett barrani, irrispettivament mill-fatt jekk hijiex l-investitur aħħari jew intermedjarju li jirrappreżenta lil dak l-investitur ta' pajjiż terz;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  "skrinjar" tfisser proċedura li tippermetti li tivvaluta, tinvestiga, tawtorizza, tikkundizzjona, tipprojbixxi jew ixxolji investimenti diretti barranin;

(3)  "skrinjar" tfisser proċedura li tippermetti li tivvaluta, tinvestiga, tawtorizza, tikkundizzjona, tipprojbixxi jew ixxolji investimenti diretti barranin, li l-perjodu ta' tlestija tagħha jibda ladarba l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi varat skrinjar tkun waslet mill-awtoritajiet rilevanti;

Ġustifikazzjoni

Iridu jittieħdu passi sabiex jiġi evitat li l-investituri barranin ma jipprovdux informazzjoni mhux kompluta sempliċement sabiex jibdew il-perjodu ta' skrinjar. Għal dan il-għan, il-perjodu ta' żmien għall-iskrinjar għandu jibda mill-mument li fih tingħata l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi ppreżentat fajl komplut.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jistgħu jżommu, jemendaw jew jadottaw mekkaniżmi biex jiskrinjaw investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurta jew ordni pubbliku, taħt il-kundizzjonijiet u skont it-termini stabbili f'dan ir-Regolament.

1.  Skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jżommu, jemendaw, isaħħu jew jadottaw mekkaniżmi biex jiskrinjaw investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' tiskrinja investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurta jew ordni pubbliku.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiskrinja investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għandhom jinkludu b'mod partikulari dawk il-proġetti u programmi li jinvolvu ammont sostanzjali jew sehem sinifikanti mill-finanzjament tal-UE, jew li huma koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward l-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji kritiċi jew il-kontributi kritiċi. Lista indikattiva ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni hija inkluża fl-Anness 1.

3.  Proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għandhom jinkludu b'mod partikulari dawk il-proġetti u programmi li jinvolvu finanzjament tal-UE, jew li huma koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward l-infrastruttura kritika u strateġika, it-teknoloġiji, li jinkludu t-teknoloġiji abilitanti ewlenin, u l-kontributi kritiċi li huma essenzjali għas-sigurtà jew iż-żamma tal-ordni pubbliku. Lista mhux eżawrjenti ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni hija inkluża fl-Anness għal dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a biex temenda dan ir-Regolament billi taġġorna l-lista stabbilita fl-Anness.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fatturi li jistgħu jitqiesu fl-iskrinjar

Fatturi meqjusa fl-iskrinjar

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-iskrinjar ta' investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni tista' tqis l-effetti potenzjali fuq, fost affarijiet oħra:

1.  Fl-iskrinjar ta' investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni tista' tqis l-effetti potenzjali fuq, fost affarijiet oħra:

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  l-infrastruttura kritika, inklużi l-enerġija, it-trasport, il-komunikazzjoni, il-ħżin tad-dejta, l-infrastruttura tal-ispazju jew finanzjarja, kif ukoll il-faċilitajiet sensittivi;

(a)  l-infrastruttura kritika u strateġika, kemm jekk fiżika kif ukoll jekk virtwali, inklużi inter alia d-distribuzzjoni tal-enerġija u tal-ilma, in-netwerks tat-trasport, il-portijiet, il-linji ferrovjarji, l-ajruporti u t-tarzni, is-servizzi tat-trasport, il-komunikazzjoni u l-midja, l-infrastruttura tal-ajruspazju u tal-ispazju, il-faċilitajiet għall-ħżin tad-data, l-analiżi tad-data fuq skala kbira, l-infrastruttura għall-elezzjonijiet, l-infrastruttura għas-servizzi finanzjarji kif ukoll il-faċilitajiet sensittivi;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  it-teknoloġiji kritiċi, inklużi l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, is-semikondutturi, it-teknoloġiji b'applikazzjoni b'użu doppju potenzjali, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġija tal-ispazju jew nukleari;

(b)  it-teknoloġiji kritiċi u strateġiċi, inklużi, inter alia, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, it-teknoloġija tal-kwantum, in-nanoteknoloġija, il-bioteknoloġija u t-teknoloġija medika, it-teknoloġiji tal-informatika u l-komunikazzjoni (ICTs), iċ-ċipep elettroniċi, is-semikondutturi, il-ħżin tal-enerġija, l-oġġetti b'użu doppju, id-difiża, iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberteknoloġiji, is-settur awtomobilistiku, it-teknoloġiji tal-linji ferrovjarji, tal-ajruspazju jew nukleari, il-faċilitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  is-sigurtà tal-provvista tal-kontributi kritiċi; or

(c)  l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, is-sigurtà u l-kontinwità tal-provvista tal-kontributi kritiċi, inklużi, inter alia, il-komoditajiet, il-materji primi, l-elementi rari, l-assi agrikoli, l-art agrikola u l-produzzjoni agroalimentari; or

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  l-aċċess għal informazzjoni sensittiva jew il-kapaċità li tiġi kontrollata informazzjoni sensittiva.

(d)  l-aċċess għal informazzjoni sensittiva jew għad-data personali ta' ċittadini tal-Unjoni, inklużi, inter alia, data personali dwar is-saħħa, u l-kapaċità li tiġi kkontrollata d-data fuq skala kbira ta' data jew l-informazzjoni sensittiva,

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  il-pluraliżmu u l-indipendenza tal-midja, is-servizzi ta' interess ġenerali u s-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, is-servizzi kulturali, inklużi s-servizzi awdjoviżivi, kif ukoll il-faċilitajiet għall-isports u s-servizzi tal-logħob tal-azzard, u l-wirt kulturali.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fid-determinazzjoni ta' jekk investiment dirett barrani aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jqisu jekk l-investitur barrani huwiex ikkontrollat mill-gvern ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta' finanzjament sinifikanti.

2.   Fid-determinazzjoni ta' jekk investiment dirett barrani aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iqisu, b'mod partikolari, jekk:

 

(a)  hemmx riskju ta' tfixkil, nuqqas, telf jew qerda tal-provvista li jkollhom impatt fi Stat Membru jew fl-Unjoni;

 

(b)  l-investitur barrani huwiex direttament jew indirettament ikkontrollat mill-gvern, korpi statali jew forzi armati ta' pajjiż terz u/jew jekk iwettaqx proġetti jew programmi barra mill-pajjiż u investimenti diretti barranin immexxija mill-gvern għal għanijiet industrijali strateġiċi, l-akkwist jew it-trasferiment ta' teknoloġiji jew għarfien abilitanti ewlenin, b'appoġġ għall-interessi strateġiċi nazzjonali, inkluż permezz tal-istruttura tas-sjieda jew finanzjament sinifikanti li jista' jieħu l-forma ta' sussidji, kreditu estiż u self mill-gvern ta' pajjiż terz jew istituzzjoni finanzjarja tal-istat u/jew ikollu preżenza politika fiċ-ċentri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu;

 

(c)  l-investitur kienx diġà involut fi proġetti ta' investiment li jheddu s-sigurtà u l-ordni pubbliku ta' Stat Membru.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu wkoll jikkunsidraw inter alia:

 

(a)  il-kuntest u ċ-ċirkustanzi li fihom l-investiment qed isir jew sar, inkluż jekk is-settur huwiex ikkunsidrat bħala settur strateġiku mill-investituri tal-pajjiż ta' oriġini;

 

(b)  jekk hemmx riskju serju u leġittimu li l-investitur barrani jinvolvi ruħu f'attivitajiet illegali jew kriminali, bħall-ħasil tal-flus, id-devjazzjoni tal-fondi, il-korruzzjoni, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata jew il-ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali jew il-ksur tal-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards fundamentali tax-xogħol tal-ILO;

 

(c)  jekk l-istatuti tal-impriża li għaliha qed isir l-investiment jinkludux bidla fil-klawżoli tas-sjieda;

 

(d)  jekk l-investiment jistax isaħħaħ jew iwassal għal struttura monopolistika jew għall-kontroll ta' katina tal-valur, pereżempju permezz tal-komunikazzjoni tal-lista tal-mergers kollha analizzati mill-Kummissjoni li jinvolvu lill-impriża ta' pajjiż terz kif ukoll il-komunikazzjoni tal-lista tal-mergers kollha analizzati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jinvolvu lill-istess impriża;

 

(e)  jekk is-suq fil-pajjiż ta' oriġini tal-investitur barrani huwiex miftuħ, ristrett jew magħluq u jekk hemm reċiproċità u kundizzjonijiet indaqs;

 

(f)  ir-relazzjonijiet preċedenti bejn il-Kummissjoni jew l-Istati Membri mal-investitur barrani;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-eżami għandu jitwettaq fuq il-bażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, li għandha tkun preċiża, komprensiva u affidabbli.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jżommu, jemendaw jew jadottaw miżuri meħtieġa biex jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar u d-deċiżjonijiet ta' skrinjar.

L-Istati Membri għandhom iżommu, jemendaw, isaħħu jew jadottaw miżuri meħtieġa biex jidentifikaw u jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar u d-deċiżjonijiet ta' skrinjar, inkluż f'każijiet meta l-istruttura tas-sjieda jew karatteristiċi ewlenin oħrajn tal-investitur jkunu nbidlu b'mod sinifikanti. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura kontra ċ-ċirkomvenzjoni meħuda minnhom.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu taż-żmien għall-ħruġ ta' deċiżjonijiet tal-iskrinjar. Dawn il-limiti taż-żmien għandhom jippermettulhom iqisu l-kummenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 8 u l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 8 u 9.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu taż-żmien għall-ħruġ ta' deċiżjonijiet tal-iskrinjar u dawn il-perjodi taż-żmien għandhom ikunu pubbliċi. Dawn il-perjodi taż-żmien għandhom jippermettulhom iqisu l-kummenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 8 u l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 8 u 9.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi ekonomiċi, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jew lis-sħab soċjali, bħal pereżempju t-trade unions, biex jitolbu lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jikkunsidraw l-attivazzjoni ta' skrinjar mingħajr preġudizzju għas-sistemi tal-Istati Membri li jagħtu lok għal aktar involviment proċedurali.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Informazzjoni kunfidenzjali, inkluża informazzjoni sensittiva kummerċjalment, magħmulha disponibbli minn investituri u impriżi barranin ikkonċernati għandha tkun protetta.

3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiggarantixxu l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali kollha, magħmulha disponibbli minn investitur barrani jew mill-impriża kkonċernata tal-Unjoni meta jwettqu l-proċeduri ta' skrinjar f'konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 u (UE, Euratom) 2015/444.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Investituri u impriżi barranin ikkonċernati għandu jkollhom l-possibbiltà li jfittxu rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet tal-iskrinjar tal-awtoritajiet nazzjonali.

4.  L-investituri barranin u l-impriżi kkonċernati tal-Unjoni għandu jkollhom l-possibbiltà li jfittxu rimedju quddiem l-awtoritajiet u l-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri kontra deċiżjonijiet tal-iskrinjar, skont id-dritt nazzjonali.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri li jiksbu l-mekkaniżmi ta' skrinjar għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom. Għal kull perjodu ta' rappurtar, ir-rapport għandu jinkludi b'mod partikolari informazzjoni dwar:

3.  Għal kull perjodu ta' rapportar, l-Istati Membri li jiksbu l-mekkaniżmi ta' skrinjar għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom, b'mod partikolari informazzjoni dwar:

(a)  investimenti diretti barranin skrinjati u li għaddejjin minn skrinjar;

(a)  investimenti diretti barranin skrinjati u li għaddejjin minn skrinjar;

(b)  deċiżjonijiet ta' skrinjar li jipprojbixxu investimenti diretti barranin;

(b)  deċiżjonijiet ta' skrinjar li jipprojbixxu investimenti diretti barranin;

(c)  deċiżjonijiet ta' skrinjar li jissottoponu l-investimenti diretti barranin għal kundizzjonijiet jew miżuri ta' mitigazzjoni;

(c)  deċiżjonijiet ta' skrinjar li jissottoponu l-investimenti diretti barranin għal kundizzjonijiet jew miżuri ta' mitigazzjoni;

(d)  is-setturi, l-oriġini, u l-valur tal-investiment dirett barrani skrinjat u li għaddej minn skrinjar.

(d)  is-setturi, l-oriġini, u l-valur tal-investiment dirett barrani skrinjat u li għaddej minn skrinjar.

 

(da)  deċiżjonijiet ta' skrinjar rigward proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri li ma jżommux mekkaniżmi ta' skrinjar għandhom jipprovdu l-Kummissjoni b'rapport annwali li jkopri investimenti diretti barranin li seħħew fit-territorju tagħhom, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalihom.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport annwali lill-Kummissjoni li jkopri l-investimenti diretti barranin li jkunu saru fit-territorji tagħhom, fiż-Żona Ekonomika Esklussiva jew fuq il-blata kontinentali tagħhom, abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli u l-informazzjoni dwar il-passi li ttieħdu sabiex tinkiseb din l-informazzjoni.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Fuq il-bażi ta', inter alia, ir-rapporti annwali mibgħuta mill-Istati Membri kollha, u bir-rispett dovut għan-natura kunfidenzjali ta' ċerta informazzjoni inkluża f'dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali li jiddeskrivi s-sitwazzjoni ġenerali tal-investimenti fl-Unjoni, inkluża l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżentah lill-Parlament Ewropew. Dak ir-rapport għandu jsir pubbliku.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'kull investiment dirett barrani li jinsab għaddej minn skrinjar fil-qafas tal-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom, fi żmien ħamest (5) ijiem ta' xogħol mill-bidu tal-iskrinjar. Bħala parti mill-informazzjoni, u meta applikabbli, l-Istati Membri li jiskrinjaw għandhom jaħdmu biex jindikaw jekk iqisux li l-investiment dirett barrani li għaddej minn skrinjar x'aktarx li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

1.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'kull investiment dirett barrani li jinsab għaddej minn skrinjar fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' skrinjar tagħhom, sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol wara l-bidu tal-iskrinjar. Bħala parti mill-informazzjoni, u meta applikabbli, l-Istati Membri li jiskrinjaw għandhom jaħdmu biex jindikaw jekk iqisux li l-investiment dirett barrani li għaddej minn skrinjar x'aktarx li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Stat Membru jista' jitlob opinjoni lill-Kummissjoni jew kummenti lil Stati Membri oħra dwar investiment dirett barrani li jsir fit-territorju tiegħu.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta Stat Membru jqis li investiment dirett barrani ppjanat jew lest fi Stat Membru ieħor x'aktarx li jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubblika tiegħu, huwa jista' jipprovdi kummenti lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Il-kummenti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni wkoll.

2.  Meta Stat Membru jqis li investiment dirett barrani ppjanat jew lest fi Stat Membru ieħor x'aktarx li jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tiegħu, huwa jista' jipprovdi kummenti lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Il-kummenti tal-Istat Membru għandhom jintbagħtu simultanjament lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubblika fi Stat Membru wieħed jew iktar, hija tista' toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni irrispettivament jekk l-Istati Membri l-oħra pprovdewx kummenti.

3.  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku fi Stat Membru wieħed jew iktar, hija tista' toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni irrispettivament jekk l-Istati Membri l-oħra pprovdewx kummenti. L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tintbagħat simultanjament lill-Istati Membri l-oħra.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni jew Stat Membru li debitament iqisu li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubblika tagħhom jistgħu jitolbu mill-Istat Membru fejn huwa ppjanat jew tlesta l-investiment dirett barrani, kull informazzjoni meħtieġa biex jipprovdu kummenti msemmija fil-paragrafu 2, jew biex joħorġu l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 3.

4.  Stat Membru li ġġustifika raġunijiet li jqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tiegħu jista' jindirizza talba sostanzjata lill-Kummissjoni biex jirċievi mill-Istat Membru fejn huwa ppjanat jew tlesta l-investiment dirett barrani, kull informazzjoni meħtieġa biex jipprovdi kummenti msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tiġbor it-talbiet kollha għal informazzjoni li tkun irċeviet u tgħaddihom mingħajr dewmien lill-Istat Membru fejn huwa ppjanat jew tlesta l-investiment dirett barrani. Fejn ġustifikat, il-Kummissjoni tista' wkoll titlob, fuq inizjattiva proprja, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-ħruġ tal-opinjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-kummenti skont il-paragrafu 2 jew opinjonijiet skont il-paragrafu 3 għandhom jiġu indirizzati lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta f'perjodu ta' żmien raġonevoli, u f'kull każ mhux iktar tard minn 25 jum ta' xogħol wara r-riċevuta tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 jew 4. F'każijiet fejn l-opinjoni tal-Kummissjoni tiġi wara kummenti minn Stati Membri oħra, il-Kummissjoni għandu jkollha 25 jum ta' xogħol oħra għall-ħruġ tal-opinjoni.

5.  Il-kummenti skont il-paragrafu 2 għandhom jiġu indirizzati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u l-opinjonijiet skont il-paragrafu 3 għandhom jiġu indirizzati lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta f'perjodu ta' żmien raġonevoli, u f'kull każ mhux iktar tard minn 25 jum ta' xogħol wara r-riċevuta tal-informazzjoni. F'każijiet fejn l-opinjoni tal-Kummissjoni tiġi wara kummenti minn Stati Membri oħra, għandu jkollha 25 jum ta' xogħol oħra għall-ħruġ tal-opinjoni.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta għandhom debitament iqisu l-kummenti tal-Istati Membri l-oħra msemmija fil-paragrafu 2 u l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3.

6.  L-Istati Membri fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta għandhom debitament iqisu l-kummenti tal-Istati Membri l-oħra msemmija fil-paragrafu 2 u l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll il-kummenti espressi fil-qafas tal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment stabbilit skont l-Artikolu 12a.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Jekk tal-inqas terz tal-Istati Membri jqisu li investiment dirett barrani aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tagħhom, l-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta għandu jqis bis-sħiħ il-kummenti tagħhom u l-opinjoni tal-Kummissjoni u jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub.

 

Meta dawk il-kummenti jew l-opinjonijiet ma jiġux rispettati, il-Kummissjoni għandha tfittex li trawwem djalogu bejn l-Istati Membri li ħarġu l-kummenti u l-Istat Membru li fih l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew komplut.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri skont dan l-Artikolu għandha ssir permezz tal-punti ta' kuntatt msemmija fl-Artikolu 12.

7.  Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri skont dan l-Artikolu għandha ssir permezz tal-punti ta' kuntatt istituzzjonali ta' skrinjar tal-investiment dirett barrani (il-"punt ta' kuntatt istituzzjonali ta' skrinjar IDB") u l-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment stabbilit skont l-Artikolu 12a.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess tal-Unjoni abbażi ta' sigurtà jew ordni pubblika, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta.

1.  Meta l-Kummissjoni jew Stat Membru wieħed jew aktar iqisu li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess tal-Unjoni abbażi ta' sigurtà jew ordni pubbliku, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tintbagħat simultanjament lill-Istati Membri l-oħra. Dik l-opinjoni ma għandhiex issir pubblika.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Stat Membru jista' jitlob opinjoni lill-Kummissjoni jew kummenti lil Stati Membri oħra dwar investiment dirett barrani li jsir fit-territorju tiegħu.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Meta Stat Membru jqis li investiment dirett barrani ppjanat jew lest fi Stat Membru ieħor x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tiegħu fl-ambitu tal-proġetti jew il-programmi tal-Unjoni, jew l-interessi tal-Unjoni, huwa jista' jipprovdi kummenti lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Dawk il-kummenti għandhom jintbagħtu simultanjament lill-Kummissjoni.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' titlob mill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta kull informazzjoni meħtieġa biex toħroġ opinjoni msemmija fil-paragrafu 1.

2.  Il-Kummissjoni tista' titlob mill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta kull informazzjoni meħtieġa biex toħroġ opinjoni msemmija fil-paragrafu 1. Hija u tittratta din l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar attenzjoni lis-sensittività potenzjali tagħha. L-Istat Membru, l-investitur barrani u l-imprenditur jew l-impriża li għalihom qed isir l-investiment jistgħu jissottomettu kwalunkwe informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni li jqisu meħtieġa biex tinħareġ opinjoni. Din l-informazzjoni għandha tkun preċiża, komprensiva u affidabbli u għandha tfittex li tiffaċilita l-komparabbiltà tad-data.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-opinjoni tagħha lill-Istat Membru kkonċernat f'perjodu ta' żmien raġonevoli, u f'kull każ mhux iktar minn 25 jum ta' xogħol wara r-riċevuta tal-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2. Meta Stat Membru jkollu mekkaniżmu ta' skrinjar fis-seħħ kif imsemmi fl-Artikoli 3(1) u l-informazzjoni dwar l-investiment dirett barrani li għaddejja minn skrinjar ġiet riċevuta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1), l-opinjoni għandha titwassal mhux iktar tard minn 25 jum ta' xogħol wara r-riċevuta ta' din l-informazzjoni. Meta tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali biex tinħareġ opinjoni, il-perjodu ta' 25 jum għandu jibda mid-data tar-riċevuta tal-informazzjoni addizzjonali.

3.  Il-Kummissjoni għandha toħroġ l-opinjoni tagħha lill-Istat Membru kkonċernat f'perjodu ta' żmien raġonevoli, sabiex ma tikkawżax preġudizzju permezz ta' dewmien mhux raġonevoli, jew lill-investiment dirett barrani jew lill-iskrinjar tal-Istat Membru, u f'kull każ mhux iktar minn 25 jum ta' xogħol wara r-riċevuta tal-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 9, paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra.

4.  L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri fejn huwa ppjanat jew tlesta l-investiment dirett barrani għandhom iqisu bl-akbar reqqa l-opinjoni tal-Kummissjoni u jipprovdu spjegazzjoni lill-Kummissjoni fil-każ li l-opinjoni tagħha mhijiex segwita.

5.  L-Istati Membri fejn huwa ppjanat jew tlesta l-investiment dirett barrani għandhom iqisu bl-akbar reqqa l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew il-kummenti tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1b (ġdid) u jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri rilevanti fil-każ li l-opinjoni tal-Kummissjoni jew il-kummenti tal-Istati Membri ma jiġux segwiti.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Meta operaturi ekonomiċi, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jew sħab soċjali, bħalma huma t-trade unions, ikollhom informazzjoni rilevanti u tħassib sostanzjali u debitament ġustifikat dwar investiment dirett barrani li aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku, huma jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b'dik l-informazzjoni. Il-Kummissjoni tista' tqis kif dovut din l-informazzjoni meta toħroġ opinjoni.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  Jekk tal-inqas terz tal-Istati Membri flimkien mal-Kummissjoni jqisu li investiment dirett barrani aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tagħhom, l-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta għandu jqis bis-sħiħ il-kummenti tal-Istati Membri l-oħra u l-opinjoni tal-Kummissjoni u jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub.

 

Meta dawk il-kummenti jew l-opinjonijiet ma jiġux rispettati, il-Kummissjoni għandha tfittex li trawwem djalogu bejn l-Istati Membri li ħarġu l-kummenti u l-Istat Membru li fih l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew komplut.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5c.  Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jiġu żgurati aktar trasparenza u responsabbiltà, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni biex toħroġ opinjoni dwar investiment dirett barrani ppjanat jew lest fi Stat Membru u biex tidher quddiem il-kumitat biex tiddiskuti l-kwistjonijiet kollha relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet dwar l-iskrinjar tal-investimenti li aktarx jaffettwaw proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-azzjoni tagħha wara talbiet bħal dawn.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra skont l-Artikoli 8(4) u 9(2) tkun disponibbli lill-Kummissjoni u l-Istati Membri li talbuha mingħajr dewmien mhux dovut.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra skont l-Artikoli 8(4) u 9(2) tkun disponibbli lill-Kummissjoni u l-Istati Membri li talbuha mingħajr dewmien mhux dovut, skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 346 tat-TFUE. Din l-informazzjoni għandha tkun preċiża, komprensiva u affidabbli u għandha tfittex li tiffaċilita l-komparabbiltà tad-data.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-istruttura tas-sjieda tal-investitur barrani u tal-impriża li fiha l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta, inkluża informazzjoni dwar l-azzjonist jew azzjonisti aħħari/ija kontrollanti;

(a)  L-istruttura tas-sjieda, il-parteċipazzjoni fil-kapital, in-natura tal-investitur dirett barrani u tal-investitur aħħari u tal-impriża li fiha l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta, inkluża informazzjoni dwar l-azzjonist jew azzjonisti aħħari/ija kontrollanti;

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  Il-finanzjament tal-investiment, abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Istat Membru.

(e)  Il-finanzjament tal-investiment u s-sors tiegħu, inkluża l-prova tal-legalità tiegħu, abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli lill-Istat Membru.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiggarantixxu l-ogħla livelli u standards ta' protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, bi qbil mal-informazzjoni sensittiva u f'konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 u (UE, Euratom) 2015/444.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punti ta' kuntatt

Il-punti ta' kuntatt istituzzjonali ta' skrinjar IDB

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt ta' skrinjar tal-investiment dirett barrani ("punt ta' kuntatt ta' skrinjar IDB") għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jinvolvu dawn il-punti ta' kuntatt ta' skrinjar IDB dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt istituzzjonali ta' skrinjar IDB għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jinvolvu dawn il-punti ta' kuntatt istituzzjonali ta' skrinjar IDB responsabbli għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani u jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejniethom dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment fi ħdan il-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-punti ta' kuntatt istituzzjonali ta' skrinjar IDB għandhom iżommu rabta mal-punti ta' kuntatt l-oħra stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni li għandhom l-istess għanijiet, sabiex jiġi promoss l-iżvilupp f'netwerks.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2008/114 toħloq, pereżempju, punti ta' kuntatt responsabbli għall-protezzjoni tal-infrastrutturi kritiċi Ewropej. Ir-rabtiet u l-feedback ta' esperjenzi bejn dawn il-punti ta' kuntatt ma jirrikjedux riżorsi addizzjonali u se jiffaċilitaw skambju aħjar ta' informazzjoni.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Il-punti ta' kuntatt istituzzjonali ta' skrinjar IDB jeħtiġilhom iwieġbu għall-istess livell ta' rekwiżiti bħas-sistemi nazzjonali ta' skrinjar tal-investimenti, pereżempju fil-qasam tal-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa, għar-rwol ta' koordinazzjoni u għas-salvagwardja tal-ogħla livell ta' protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali u sensittiva.

Ġustifikazzjoni

Il-punti ta' kuntatt istituzzjonali jeħtiġilhom ikollhom l-istess obbligi fil-qasam tas-sigurtà tal-informazzjoni b'mod partikolari.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment

 

1.  Għandu jitwaqqaf Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant għal dak il-Grupp.

 

2.  Il-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment għandu jlaqqa' rappreżentanti u esperti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni biex, inter alia, jikkondividu l-aħjar prattiki, jindirizzaw it-tħassib tal-Istati Membri rigward il-funzjonament tas-sistemi ta' skrinjar tagħhom u jiddiskutu kwalunkwe kwistjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

 

3.  L-awtoritajiet lokali, l-operaturi ekonomiċi, il-partijiet interessati u l-awtoritajiet istituzzjonali u politiċi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali – bħat-trade unions – l-aġenziji tal-Unjoni u l-aġenziji responsabbli għall-promozzjoni ta' reġjuni partikolari, jew esperti f'informazzjoni ekonomika, kif ukoll rappreżentanti tas-sistemi ta' skrinjar tagħhom ta' pajjiżi terzi jistgħu wkoll jiġu mistiedna b'mod regolari biex jikkomunikaw l-esperjenzi tagħhom.

 

4.  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew bħala osservatur fil-laqgħat kollha rilevanti.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 12b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12b

 

Kooperazzjoni Internazzjonali

 

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni fi ftehimiet ta' kummerċ u investiment ma' pajjiżi terzi u f'fora internazzjonali dwar l-applikazzjoni ta' proċeduri ta' skrinjar.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux iktar tard minn tliet (3) snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-Istati Membri għandhom ikunu involuti f'dan l-eżerċizzju u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija ta' dak ir-rapport.

1.  Sa ... [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull tliet snin minn dakinhar 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jivvaluta l-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom ikunu involuti mill-qrib f'dan l-eżerċizzju u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija ta' dak ir-rapport.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta r-rapport jirrakkomanda l-bidla tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, ir-rapport jista' jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva xierqa.

2.  Meta r-rapport jirrakkomanda l-bidla tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, ir-rapport jista' jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva xierqa. Jekk il-Kummissjoni tqis li tali modifika mhix meħtieġa, għandha tagħti r-raġunijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' tliet snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi prorogata b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jqajmux oġġezzjoni għal tali proroga sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Anness – inċiż 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– FEIS

 

Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013, (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 2015/1017 rigward l-estensjoni fit-tul taż-żmien tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Anness – inċiż 6b sa 6i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– SESAR - Ajru Uniku Ewropew:

 

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 549/2004 tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas).

 

– Inizjattivi teknoloġiċi konġunti tal-Unjoni inklużi:

 

Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, Ajrunawtika u Idroġenu, Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi, Komponenti u Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea, Industriji b'Bażi Bijoloġika, Shift2Rail.

 

– Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa:

 

Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010.

 

– Pjan ta' Azzjoni għall-5G fl-Ewropa.

 

– Fond Ewropew għad-Difiża:

 

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "It-Tnedija tal-Fond Ewropew għar-Reġjuni" (COM(2017)0295).

 

– Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża:

 

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE u d-Deċiżjoni tal-Fond Ewropew għad-Difiża u tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament tal-Azzjoni Preparatorja dwar ir-Riċerka għad-Difiża (PADR).

 

– Kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO):

 

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta' Stati Membri parteċipanti.

 

– Fond ta' Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar:

 

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/955 tad-29 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2008/376/KE dwar l-adozzjoni tal-Programm ta' Riċerka tal-Fond għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-pajjiżi kollha tal-G7 u l-pajjiżi sħab tal-Unjoni diġà għandhom mekkaniżmu ta' skrinjar tal-investimenti li f'bosta okkażjonijiet saħħew. Tlettax-il Stat Membru minn tmienja u għoxrin diġà introduċew dan il-mekkaniżmu fis-sistema tagħhom; il-Kummissjoni Ewropea tipproponi, fit-test tagħha, li timla l-vojt leġiżlattiv fil-livell Ewropew biex tistabbilixxi qafas ta' skrinjar tal-investiment dirett barrani. Ir-rapporteur jixtieq jifraħ lill-Kummissjoni għall-preżentazzjoni ta' din il-proposta leġiżlattiva u għar-reattività tagħha. Din mhija la armonizzazzjoni u lanqas mekkaniżmu ġdid iżda qafas:dan l-approċċ jista' jiġi appoġġat, madankollu t-test għandu bżonn numru ta' punti li jiċċaraw il-kunċetti, fatturi li jiġġustifikaw l-intervent u l-kamp ta' applikazzjoni konkret tiegħu.

I IL-KUNĊETTI

Il-proposta tal-Kummissjoni turi għadd ta' kunċetti ewlenin fil-mekkaniżmi ta' skrinjar. Huwa diffiċli li dawn il-kunċetti jiġu definiti u fl-istess ħin titħalla l-libertà ta' interpretazzjoni biex ikunu adattati għad-diversità tas-sitwazzjonijiet. Għalhekk ma jkunx għaqli li jiġu espressi ċerti kunċetti u definizzjonijiet preċiżi li mingħajrhom il-mekkaniżmu ma jibqax fattibbli każ b'każ u suġġett għal ammont kbir wisq ta' restrizzjonijiet.

1.  Investiment

Id-definizzjoni tal-investimenti tissemma mill-Kummissjoni hija u tissottolinja r-rabtiet dejjiema u diretti bejn l-investitur u l-imprenditur jew l-impriża li l-kapital ikun qed isir disponibbli għalihom. Il-kunċett ta' rabta ekonomika u ta' sostenibbiltà huwa importanti speċjalment fis-setturi strateġiċi.

L-investituri - persuna fiżika jew ġuridika - jissejħu barranin meta jkunu wkoll sottomessi direttament jew indirettament għal kontroll aħħari ta' entitajiet u ta' stati mhux Ewropej.

2.  Teħid ta' kontroll

Ir-rapporteur jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li l-limiti mhumiex f'dan il-każ effettivi u jistgħu jiġu faċilment evitati. L-investimenti kollha huma potenzjalment inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni. Jeħtieġ li jitqies prinċipalment l-investitur aħħari.

It-teħid ta' kontroll f'impriża jista' jsir b'modi differenti (akkwiżizzjoni, ftehim mal-azzjonisti, drittijiet ta' governanza, għażla tad-diriġenti, influwenza fil-laqgħa tal-azzjonisti, fondi "attivisti") ikunu xi jkunu l-assi f'idejn l-investitur, anki jekk huma investimenti ta' portafoll.

3.  Sigurtà u ordni pubbliku

Il-kunċett "sigurtà u ordni pubbliku" huwa konformi mat-termini użati fil-GATS/WTO u jippermetti li tiġi deskritta l-portata tal-eċċezzjonijiet meta mqabbel mal-impenji internazzjonali tagħna u jawtorizza lill-Istati Membri jillimitaw l-investimenti fil-każ ta' theddid għas-sigurtà u għall-ordni pubbliku. Dan għandu jibqa' kunċett u mhux definizzjoni preċiża biex jibqa' dinamiku skont l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri. Jeħtieġ li jkun iċċarat li s-settur tad-difiża jibqa' eskluż jew ikun tal-anqas suġġett għal eċċezzjonijiet b'rabta mal-Artikolu 346 tat-TFUE.

4.  Sensittiv u/jew strateġiku 

L-istess jgħodd għall-aspett sensittiv jew strateġiku ta' settur, ta' impriża jew ta' katina. Is-sensittività ta' impriża tiddependi mill-beni, mis-servizzi, mit-teknoloġiji jew mill-għarfien espert marbuta ma' interessi importanti ta' Stat fil-qasam tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku.

In-natura strateġika toħroġ potenzjalment mir-rwol tiegħu f'katina tal-valur. Ir-rapporteur jidhirlu li jeħtieġ li jingħataw indikazzjonijiet aktar preċiżi fil-lista proposta mill-Kummissjoni. L-infrastrutturi għandhom bżonn attenzjoni partikolari, jeħtieġ li jiżdiedu teknoloġiji sensittivi kif ukoll speċifikazzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista u l-aċċess għall-informazzjoni sensittiva. Il-lista trid tibqa' miftuħa u mhux eżawrjenti.

5.  Rabta bejn l-investiment barrani u s-sigurtà u l-ordni pubbliku

Ir-rabta bejn l-investiment barrani u s-sigurtà u l-ordni pubbliku ma għandhiex tkun limitata biex tqis biss il-kontroll tal-gvern ta' pajjiż terz iżda titwessa' biex tħaddan elementi tal-kuntest u kundizzjonijiet li fihom isir jew sar l-investiment, inkluż il-livell ta' ftuħ tas-settur fil-pajjiż tal-oriġini tal-investitur barrani. Mingħajr ma jkunu kriterji għall-iskrinjar, dawn huma elementi li jiffaċilitaw it-teħid tad-deċiżjoni.

II KONTENUT TAL-PROPOSTA

Il-mekkaniżmu propost ma jiħux post is-setgħa ta' deċiżjoni tal-Istati Membri f'dawk li huma l-investimenti fit-territorju tagħhom. Jimmira l-aktar biex joħloq mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fil-livell Ewropew.

Dik li tagħti l-forza tal-Unjoni Ewropea f'ambiti oħrajn hija l-kwalità tal-informazzjoni miksuba. Il-kuntatti bejn l-Istati Membri u l-investituri se jkunu aktar regolari u se joħolqu rabtiet ta' fiduċja bis-saħħa ta' din it-trasparenza.

L-Istat Membru, li jibqa' sovran fuq l-investimenti li jsiru fit-territorju tiegħu, jista' juża kif iqis adatt l-informazzjoni, l-intelligence, il-mistoqsijiet jew l-analiżi tal-Istati Membri u/jew tal-Kummissjoni Ewropea biex jiddeċiedi b'mod sovran jekk jawtorizzax, jipprojbixxix, jew speċjalment jadegwax l-investiment bis-saħħa ta' miżuri tranżitorji jew ta' akkumpanjament.

Huwa evidenti li ċerta informazzjoni mibgħuta bejn impriża jew investitur u Stat Membru tista' tkun kunfidenzjali ħafna u għaldaqstant irid ikun indikat b'mod ċar li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jeħtiġilhom jiggarantixxu l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-informazzjoni.

Ir-regola l-aktar komuni għadha użu ex ante, jiġifieri li l-kontroll huwa eżerċitat qabel ma jkun finalizzat l-investiment. Dan joffri prevedibbiltà lil dik l-impriża li tixtieq tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali qabel ma tinvesti iżda wkoll lil dak l-Istat li jista' jantiċipa l-effetti tal-investiment.

Biex naslu għal dan, il-previżjoni ta' verifika ex post jew ex ufficio ta' investiment hija utli f'ċerti Stati biex l-iskrinjar ikun aktar effettiv, bħal fil-Ġermanja. speċjalment meta hemm ir-rieda li r-regoli jiġu evitati.

Diġà rajna li f'sistema ta' skambju ta' informazzjoni, il-kwalità u r-rapidità tal-informazzjoni jiġu l-ewwel u qabel kollox. u l-fatt li jkun hemm mekkaniżmu ta' skrinjar jippermetti li dan l-objettiv jintlaħaq bis-sħiħ.

Irid ukoll jitqies il-fatt li xi Stati Membri ma għandhomx dan il-mekkaniżmu u l-proposta se tobbligahom joħolqu wieħed. Irid madankollu jkun faċilitat l-iskambju ta' informazzjoni fis-sistema u l-fatt li jkun hemm tali mekkaniżmu jista' jitqies bħala vantaġġ addizzjonali.

Ir-rapporteur iqis li punt ta' kuntatt mhux f'livell istituzzjonali adegwat mhuwiex biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb ta' dan il-mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fil-livell Ewropew. Pereżempju, jkun neċessarju li jkun jista' jikkoordina ruħu b'mod effikaċi ma' punti ta' kuntatt oħrajn u għalhekk jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà li Stat li ma għandux mekkaniżmu ta' skrinjar ikun jista' jitlob lill-Kummissjoni jew lill-Istati Membri opinjoni fir-rispett tal-kunfidenzjalità tad-data.

Il-ħolqien ta' dan il-mekkaniżmu l-ġdid iġib miegħu aspettattivi. Ir-rapporteur iqis li jkun meħtieġ li jkun ippjanat sewwa l-monitoraġġ u t-titjib tal-mekkaniżmu in vista tar-reviżjoni tar-Regolament, tliet snin wara li jidħol fis-seħħ dan tal-aħħar.

Il-possibbiltà li jkun introdott rimedju ġudizzjarju quddiem l-awtoritajiet jew il-qrati nazzjonali kontra deċiżjonijiet tal-iskrinjar trid tkun żgurata, fir-rispett tal-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru inkwistjoni.

III IR-RWOL TAL-ISTITUZZJONIJIET

Il-Kunsill

L-Istati Membri huma fil-qalba ta' dan il-mekkaniżmu. Il-grupp ta' koordinazzjoni fir-rigward tal-iskrinjar ta' investiment dirett barrani maħluq mill-Kummissjoni Ewropea se jkun operattiv saħansitra qabel ir-ratifika definittiva tal-abbozz ta' regolament. Ir-rapporteur iqis li jkun aħjar li jiġi ċċarat il-funzjonament u r-rwol tal-kumitat. Il-preżenza tal-Parlament Ewropew bħala osservatur tkun vantaġġ.

Ir-rapporteur jixtieq iħeġġeġ lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prassi bl-iskop li jorjentaw ruħhom lejn il-ħolqien ta' mekkaniżmi effiċjenti fl-Istati Membri.

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea se tingħata setgħa ta' analiżi iżda mhux ta' deċiżjoni billi taġixxi ta' ċinga trasportatriċi tal-informazzjoni. Ir-rapporteur iqis li r-rwol tagħha huwa bbilanċjat fl-abbozz ta' regolament. Jeħtieġ madankollu li jkunu ċċarati żewġ affarijiet: il-kontenut u l-valur tal-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar ċerti investimenti.

L-opinjonijiet tal-Kummissjoni jridu jmorru lil hinn mill-investiment u joffru tassew vantaġġ addizzjonali billi jqisu l-influwenza ta' Stat terz permezz tal-għajnuna mill-Istat partikolarment jew billi jiġi ppreċiżat, bħala informazzjoni, il-livell ta' ftuħ tal-Istat tal-oriġini tal-impriża li tixtieq tinvesti.

Barra minn hekk, quddiem l-importanza strateġika ta' ċerti investimenti, fl-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni jonqos xenarju. Fil-każ li l-Kummissjoni Ewropea jew mill-inqas terz tal-Istati Membri jesprimu preokkupazzjonijiet fil-konfront ta' investiment, dawn l-Istati Membri u dak l-Istat Membru fejn sar l-investiment għandhom jikkooperaw flimkien biex isibu soluzzjoni alternattiva.

Elenkati fl-anness b'mod mhux eżawrjenti, il-proġetti Ewropej għandhom kull leġittimità li jkunu akkumpanjati mill-Kummissjoni Ewropea li diġà tiżvolġi rwol importanti fl-organizzazzjoni, fil-finanzjament u fil-monitoraġġ tagħhom. Jeħtieġ għalhekk li tkun eżerċitata d-delega lill-Kummissjoni biex tkun aġġornata l-lista mhux eżawrjenti tal-proġetti jew tal-programmi.

Il-Parlament Ewropew

Ir-rapporti annwali tal-Istati Membri dwar l-użu tal-mekkaniżmu nazzjonali tagħhom jew dwar is-sitwazzjoni attwali tal-investimenti barranin jekk ma għandhomx mekkaniżmu għandhom ikunu suġġetti għall-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew biex jingħataw is-saħħa ta' proposta. Dan iservi kemm biex l-Istati Membri li jixtiequ jkollhom mekkaniżmu jingħataw l-għajnuna kif ukoll għar-rieżami tal-imsemmi mekkaniżmu Ewropew.

Il-parlamentari Ewropej jeħtiġilhom jagħtu l-kontribut tagħhom għas-salvagwardja tal-interessi tal-Unjoni. Jeħtieġ li tkun ikkontemplata regola biex il-Parlament Ewropew ikun jista' jesiġi opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar investiment barrani. Quddiem il-kunfidenzjalità ta' tali opinjoni, il-Parlament ikun jikseb biss konferma mill-Kummissjoni li opinjoni effettivament inħarġet.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (25.4.2018)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea
(COM(2017)0487 – C8-0309/2017 – 2017/0224(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Reinhard Bütikofer

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jappoġġa l-objettivi ġenerali u l-elementi ewlenin tal-proposta għal regolament biex jiġi stabbilit qafas għall-iskrinjar mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni tal-Investimenti Diretti Barranin (IDB) fl-UE li joriġinaw minn pajjiżi terzi. Għalkemm l-IDB ħafna drabi jkunu opportunità għall-ekonomija tal-UE, jista' jkun hemm ukoll xi każijiet fejn l-approvazzjoni ta' ċerti investimenti tista' tkun riskju għas-sigurtà u l-ordni pubbliku tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

L-UE għadha 'l bogħod milli titkellem b'leħen wieħed dwar l-investiment barrani fl-Ewropa, għalhekk is-simplifikazzjoni tal-konverġenzi, meta jkun possibbli, tkun l-ewwel pass kruċjali fit-tfassil ta' pożizzjonijiet politiċi sodi u komplementarji fil-livell tal-UE. Dan jippermetti lill-UE jkollha rispons komuni għax-xenarju tal-investiment dejjem aktar kumpless u li qed jevolvi rapidament filwaqt li fl-istess ħin jallinja lill-UE ma' sħab globali oħra ta' kummerċ u investiment li diġà joperaw mekkaniżmi ta' skrinjar tal-IDB.

Madankollu, l-istabbiliment ta' qafas ta' koordinazzjoni li jiffunzjona b'mod sħiħ fl-UE kollha se jkun biċċa xogħol fit-tul, peress li l-Istati Membri llum għandhom approċċi differenti, u wħud m'għandhom ebda mekkaniżmu ta' skrinjar fis-seħħ. Għalhekk, ir-rapporteur jappoġġa l-fatt li l-istabbiliment ta' tali mekkaniżmu ta' skrinjar mill-Istati Membri għandu jibqa' volontarju, kif issuġġerit fil-proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li min-naħa l-oħra jippermetti lil dawk il-pajjiżi li jwettqu tali skrinjar jikkooperaw aktar mill-qrib. Barra minn hekk, ir-rapporteur jemmen li hemm il-ħtieġa li jiġu ssimplifikati l-proċessi ta' informazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-Istati Membri kollha.

L-emendi u l-proposta ta' kjarifika jinkludu:

•  Il-kjarifika tad-definizzjoni ta' investitur barrani fir-rigward tas-sjieda u l-kontroll effettiv tiegħu, peress li l-post li fih tinsab impriża mhux neċessarjament jiżvela minn fejn l-investiment ikun fil-fatt ġej;

•  B'konformità mal-oqfsa ta' skrinjar stabbiliti fil-pajjiżi tal-OECD, it-twessigħ tal-lista mhux eżawrjenti ta' oqsma ta' teknoloġiji, infrastruttura u setturi kritiċi li jistgħu jitqiesu u li fuqhom l-investiment barrani potenzjali jista' jkollu effett fir-rigward tas-sigurtà jew l-ordni pubbliku;

•  Il-possibbiltà li l-mekkaniżmi ta' skrinjar tal-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu attivati mit-trade unions, bħalma jiġri fis-sistema attwali fl-Istati Uniti;

•  Il-possibbiltà li l-Parlament Ewropew jitlob l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal proġetti u programmi ta' interess għall-Unjoni;

•  L-iżgurar li l-Kummissjoni twettaq l-iskrinjar tagħha fuq proġetti u programmi rilevanti ta' interess għall-Unjoni ffinanzjati mill-Oqfsa Finanzjarji Pluriennali attwali, kif ukoll minn dawk futuri;

•  Il-limitazzjoni tal-użu ħażin jew l-abbuż possibbli ta' tali qafas billi jiġi żgurat li l-Istati Membri jipprovdu spjegazzjonijiet ġustifikati dwar kif investiment dirett barrani ppjanat fi Stat Membru ieħor x'aktarx li jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tagħhom, kif ukoll billi tissaħħaħ il-funzjoni ta' koordinazzjoni tal-Kummissjoni;

•  L-introduzzjoni ta' Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment fejn l-Istati Membri li jkollhom mekkaniżmu ta' skrinjar jiskambjaw informazzjoni u opinjonijiet dwar skrinjar li qed isir mill-Istati Membri u l-Kummissjoni;

•  It-tnaqqis tal-piż ta' rekwiżiti ta' informazzjoni fuq l-Istati Membri u l-istabbiliment tar-rekwiżiti ta' rappurtar għal kull tliet snin wara sentejn mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament;

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom ambjent ta' investiment miftuħ, li huwa minqux fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") u inkorporat fl-impenji internazzjonali meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-investiment dirett barrani.

(2)  L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom ambjent ta' investiment miftuħ, li huwa minqux fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") u inkorporat fl-impenji internazzjonali meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-investiment dirett barrani. Meta jitqies dan il-ftuħ, l-Unjoni għandha trawwem kundizzjonijiet ekwi fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Billi l-mekkaniżmi ta' skrinjar eżistenti f'diversi Stati Membri jew f'pajjiżi terzi qatt ma jikkostitwixxu ostaklu għall-investimenti diretti barranin sakemm ikunu magħrufa, antiċipati u ma jdewmux b'mod estensiv it-twettiq tal-investimenti.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Huwa importanti li tingħata ċertezza tad-dritt u li tiġi żgurata koordinazzjoni u kooperazzjoni madwar l-UE billi jiġi stabbilit qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani fl-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà unika tal-Istati Membri għall-manteniment tas-sigurtà nazzjonali.

(7)  Huwa importanti li tingħata ċertezza tad-dritt u li l-għan ikun kooperazzjoni madwar l-UE billi jiġi stabbilit qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani fl-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku meta jkunu affettwati interessi strateġiċi, inklużi, fost oħrajn, it-teknoloġiji abilitanti essenzjali, l-assi strateġiċi, id-data strateġika u sensittiva, eċċ. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà unika tal-Istati Membri għaż-żamma tas-sigurtà nazzjonali u tal-ordni pubbliku.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Fil-valutazzjoni tal-mekkaniżmu għall-kontroll tal-investiment dirett barrani, għandha tingħata attenzjoni biex jiġi vverifikat il-funzjonament xieraq tas-suq intern permezz ta' miżuri li jipprevjenu kompetizzjoni distruttiva bejn il-kumpaniji u bejn l-Istati Membri rigward it-taxxa u r-remunerazzjoni u l-benefiċċji tat-taxxa u miżuri li jippremjaw politiki tal-kumpaniji dwar ix-xiri li huma responsabbli mil-lat soċjali u li jiżguraw iż-żamma tal-impjiegi u pagi deċenti.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li l-qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani jipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bil-mezzi biex jindirizzaw ir-riskji għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku b'mod komprensiv, u biex jadattaw għal tibdil fiċ-ċirkustanzi, filwaqt li jżommu l-flessibbiltà meħtieġa biex l-Istati Membri jiskrinjaw l-investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku filwaqt li jqisu s-sitwazzjonijiet individwali u ċ-ċirkustanzi nazzjonali tagħhom.

(8)  Il-qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani għandu jipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bil-mezzi biex jindirizzaw ir-riskji għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku b'mod komprensiv, u biex jadattaw għal tibdil fiċ-ċirkustanzi fil-kummerċ dinji, filwaqt li jissalvagwardjaw bis-sħiħ il-prerogattivi tal-Istati Membri biex jiskrinjaw l-investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku, inklużi, fost oħrajn, l-interessi strateġiċi, it-teknoloġiji abilitanti essenzjali, l-assi strateġiċi, id-data strateġika u sensittiva, eċċ., u filwaqt li jqisu s-sitwazzjonijiet individwali u ċ-ċirkustanzi nazzjonali tagħhom. Il-qafas għandu jiffaċilita wkoll l-adozzjoni ta' mekkaniżmi ta' skrinjar mill-Istati Membri li m'għandhomx wieħed.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jenħtieġ li tiġi koperta firxa wiesgħa ta' strumenti li jistabbilixxu jew iżommu rabtiet dejjiema u diretti bejn l-investituri minn pajjiżi terzi u mpenji li jwettqu attività ekonomika fi Stat Membru.

(9)  L-investimenti li jistabbilixxu jew iżommu rabtiet dejjiema u diretti bejn l-investituri minn pajjiżi terzi u impenji li jwettqu attività ekonomika fi Stat Membru għandhom ikunu koperti, sakemm jirrigwardaw is-sigurtà u l-ordni pubbliku.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Biex jiddeterminaw jekk investiment dirett barrani jistax jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jqisu l-fatturi rilevanti kollha, inklużi l-effetti dwar l-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji, inklużi t-teknoloġiji abilitanti essenzjali, u kontributi li huma essenzjali għas-sigurtà jew il-manteniment ta' ordni pubbliku, u t-tfixkil, it-telf jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt sinifikanti fi Stat Membru jew fl-Unjoni. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jqisu wkoll jekk investitur barrani jkunx ikkontrollat direttament jew indirettament (pereżempju permezz ta' finanzjament sinifikanti, inklużi sussidji) mill-gvern ta' pajjiż terz.

(12)  Biex jiddeterminaw jekk investiment dirett barrani jistax jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu jistgħu jqisu l-fatturi rilevanti kollha, inklużi l-effetti fuq l-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji kritiċi, inklużi t-teknoloġiji abilitanti essenzjali, u l-kontributi jew l-informazzjoni sensittiva li huma essenzjali għas-sigurtà jew iż-żamma tal-ordni pubbliku, u t-tfixkil, it-telf jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt sinifikanti fi Stat Membru jew fl-Unjoni. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iqisu wkoll jekk investitur barrani huwiex il-proprjetà ta', operat minn jew inkella ikkontrollat direttament jew indirettament mill-gvern jew minn korpi statali ta' pajjiż terz u/jew hux qed imexxi politiki statali ta' investimenti diretti barranin endoġeni għal għanijiet industrijali strateġiċi, korroborati minn finanzjament sinifikanti u sussidji, kreditu estiż u self mill-gvern ta' pajjiż terz jew istituzzjoni finanzjarja proprjetà tal-istat. Meta tiskrinja investiment dirett barrani, il-Kummissjoni tista' tivvaluta wkoll l-effett fuq għarfien espert u teknoloġiji speċifiċi, aspett li jista' jkun sinifikanti għas-sigurtà ekonomika fuq perjodu medju u twil ta' żmien.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jippermetti li Stati Membri jikkooperaw u jassistu lil xulxin meta investiment dirett barrani fi Stat Membru jista' jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku ta' Stati Membri oħra. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu kummenti lil Stat Membru li fih l-investiment ikun ippjanat jew ikun komplut, irrispettivament minn jekk l-Istati Membri jipprovdux kummenti jew l-Istati Membri li fihom l-investiment ikun ippjanat jew ikun komplut iżommux mekkaniżmu ta' skrinjar jew jiskrinjawx l-investiment. Jenħtieġ li l-kummenti tal-Istati Membri jaslu wkoll għand il-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll il-possibbiltà, meta xieraq, li tagħti opinjoni lill-Istat Membru li fih ikun ippjanat jew ikun komplut l-investiment, irrispettivament minn jekk dan l-Istat Membru jżommx mekkaniżmu ta' skrinjar jew jiskrinjax l-investiment u irrispettivament minn jekk Stati Membri oħrajn jipprovdux kummenti.

(14)  Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jippermetti li Stati Membri u l-Kummissjoni jikkooperaw b'mod trasparenti u jassistu lil xulxin meta investiment dirett barrani fi Stat Membru jista' jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku ta' Stati Membri oħra. L-Istati Membri li s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tagħhom jistgħu jiġu affettwati minn investiment dirett barrani fi Stat Membru ieħor, għandhom ikunu jistgħu jipprovdu kummenti lill-Kummissjoni. Imbagħad, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-kummenti kollha lill-Istat Membru fejn l-investiment ikun ippjanat kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra kollha kkonċernati. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll il-possibbiltà, meta xieraq, li tagħti opinjoni lill-Istat Membru li fih ikun ippjanat l-investiment. Abbażi tal-kummenti li tirċievi, il-Kummissjoni tista' titlob li l-kwistjoni tiġi diskussa fil-qafas tal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiskrinja l-investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw il-proġetti u l-programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Dan iservi ta' għodda biex il-Kummissjoni tipproteġi l-proġetti u l-programmi li jservu l-Unjoni kollha kemm hi u jirrappreżentaw kontribut importanti għat-tkabbir ekonomiku, għall-impjiegi u għall-kompetittività. Jenħtieġ li dan jinkludi b'mod partikulari proġetti u programmi li jinvolvu finanzjament sostanzjali mill-UE jew stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward infrastruttura kritika, teknoloġiji kritiċi jew kontributi kritiċi. Għal aktar ċarezza, jenħtieġ li tiġi elenkata f'Anness lista indikattiva ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni li fir-rigward tagħhom investiment dirett barrani jista' jiġi soġġett għal skrinjar mill-Kummissjoni.

(15)  Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiskrinja l-investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw il-proġetti u l-programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Dan iservi ta' għodda biex il-Kummissjoni u l-Istati Membri jipproteġu l-proġetti u l-programmi li jservu l-Unjoni kollha kemm hi u jirrappreżentaw kontribut importanti għat-tkabbir ekonomiku, għall-impjiegi u għall-kompetittività. Dan għandu jinkludi b'mod partikulari proġetti u programmi li jinvolvu finanzjament sostanzjali mill-UE jew stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward infrastruttura kritika, teknoloġiji kritiċi jew kontributi kritiċi. Għal aktar ċarezza, għandha tiġi elenkata f'Anness lista ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni li fir-rigward tagħhom investiment dirett barrani jista' jiġi soġġett għal skrinjar mill-Kummissjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tindirizza opinjoni lill-Istati Membri li fihom dan l-investiment ikun ippjanat jew komplut f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu bis-sħiħ l-opinjoni u jagħtu spjegazzjoni lill-Kummissjoni jekk ma jsegwux din l-opinjoni, f'konformità mal-obbligu tagħhom ta' kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) TUE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll il-possibbiltà li titlob mingħand dawn l-Istati Membri l-informazzjoni meħtieġa għall-iskrinjar tagħha ta' dan l-invstiment.

(16)  Meta l-Kummissjoni jew aktar minn Stat Membru wieħed iqisu li investiment dirett barrani aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni lill-Istati Membri li fihom dan l-investiment huwa ppjanat jew tlesta, f'perjodu ta' żmien raġonevoli. L-Istati Membri għandhom iqisu l-opinjoni u jagħtu spjegazzjoni lill-Kummissjoni jekk ma jaqblux mal-opinjoni, f'konformità mal-obbligu tagħhom ta' kooperazzjoni leali skont l-Artikolu 4(3) TUE. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll il-possibbiltà li titlob mingħand dawn l-Istati Membri l-informazzjoni meħtieġa għall-iskrinjar tagħha ta' dan l-invstiment.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn u l-iskrinjar ta' investiment dirett barrani mill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw il-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom u kull emenda għalihom lill-Kummissjoni, u jenħtieġ li jirrappurtaw dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar fuq bażi regolari. Għall-istess raġuni, jenħtiep li l-Istati Membri li ma għandhomx mekkaniżmu ta' skrinjar jirrapportaw ukoll fuq l-investimenti diretti barranin li seħħew fit-territorju tagħhom, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalihom.

(17)  Sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn u l-iskrinjar ta' investiment dirett barrani mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom u kull emenda għalihom lill-Kummissjoni, u għandhom jirrappurtaw dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar fuq bażi regolari. Madankollu, l-Istati Membri li ma għandhomx mekkaniżmu ta' skrinjar għandhom jirrapportaw annwalment dwar l-investimenti diretti barranin li seħħew fit-territorju tagħhom, meta tali investimenti jappartjenu għal proġetti u programmi ta' interess għall-Unjoni. L-obbligi ta' rappurtar kollha għandhom ikunu applikabbli minn ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Għal dan il-għan, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat livell minimu ta' informazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward ta' investimenti diretti barranin li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li din l-informazzjoni ssir disponibbli mill-Istati Membri li fihom l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew ikun ġie komplut fuq talba tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni. L-informazzjoni rilevanti tinkludi aspetti bħall-istruttura tas-sjieda tal-investitur barrani u l-finanzjament tal-investiment ippjanat jew komplut, inkluża, meta disponibbli, informazzjoni dwar sussidji mogħtija minn pajjiżi terzi.

(18)  Għal dan il-għan, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat livell minimu ta' skambju ta' informazzjoni u koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward ta' investimenti diretti barranin li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri kollha. L-Istati Membri li fihom l-investiment dirett barrani huwa pjanat jew tlesta għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli fuq talba tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni jew tal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment. L-informazzjoni rilevanti tinkludi aspetti bħall-istruttura tas-sjieda tal-investitur barrani u l-finanzjament tal-investiment li huwa ppjanat jew tlesta, inkluża informazzjoni dwar sussidji mogħtija minn pajjiżi terzi.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Istat Membru u tal-Unjoni jittejbu permezz tal-istabbiliment tal-punti ta' kuntatt għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin f'kull Stat Membru.

(19)  Il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Istat Membru u tal-Unjoni għandhom jittejbu permezz tal-istabbiliment tal-punti ta' kuntatt għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin f'kull Stat Membru, kif ukoll permezz tal-istabbiliment ta' Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment. Il-grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni, u jista' jservi bħala pjattaforma għall-iskambju ta' fehmiet u informazzjoni, biex jittejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni, u bħala assistenza reċiproka rigward l-investiment dirett barrani.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta r-rapport jipproponi li jimmodifika d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, dan jista' jiġi akkumpanjat, meta xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

(21)  Mhux aktar tard minn ... [erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta r-rapport jipproponi li jimmodifika d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, dan jista' jiġi akkumpanjat, meta xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Saiex jiġu aġġornati l-proġetti jew il-programmi ta' interess għall-Unjoni li fir-rigward tagħhom l-investiment dirett barrani jista' jiġi soġġett għal skrinjar mill-Kummissjoni, is-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista tal-proġetti u l-programmi ta' interess għall-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) u elenkata fl-Anness I. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

 

_______________________

 

1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni ta' investimenti diretti baranin fl-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar mill-Istati Membri tal-investiment dirett barrani fl-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku u jistabbilixxi r-rwol tal-Kummissjoni f'tali kuntest.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  "investitur barrani" tfisser persuna fiżika ta' pajjiż terz jew impriża ta' pajjiż terz li beħsiebha tagħmel jew li għamlet investiment dirett barrani;

2.  "investitur barrani" tfisser persuna fiżika ta' pajjiż terz jew impriża effettivament ikkontrollata minn, jew li tkun il-proprjetà ta', ċittadini ta' pajjiż terz, li beħsiebha tagħmel jew li għamlet investiment dirett barrani;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  "impriża ta' pajjiż terz" tfisser impriża kostitwita jew organizzata b'mod ieħor skont il-liġijiet ta' pajjiż terz.

6.  "impriża ta' pajjiż terz" tfisser impriża kostitwita jew organizzata b'mod ieħor skont il-liġijiet ta' pajjiż terz jew impriża effettivament ikkontrollata minn, jew li tkun il-proprjetà ta', ċittadini ta' pajjiż terz.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jistgħu jżommu, jemendaw jew jadottaw mekkaniżmi biex jiskrinjaw investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurta jew ordni pubbliku, taħt il-kundizzjonijiet u skont it-termini stabbili f'dan ir-Regolament.

1.  L-Istati Membri jistgħu jżommu, jemendaw jew jadottaw mekkaniżmi biex jiskrinjaw investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' ordni pubbliku jew ta' sigurtà, taħt il-kundizzjonijiet u skont it-termini stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' tiskrinja investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurta jew ordni pubbliku.

2. Il-Kummissjoni għandha tiskrinja investimenti diretti barranin li huma meqjusa li jaffettwaw proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għandhom jinkludu b'mod partikulari dawk il-proġetti u programmi li jinvolvu ammont sostanzjali jew sehem sinifikanti mill-finanzjament tal-UE, jew li huma koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward l-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji kritiċi jew il-kontributi kritiċi. Lista indikattiva ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni hija inkluża fl-Anness 1.

3.  Proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għandhom jinkludu b'mod partikulari dawk il-proġetti u programmi li jinvolvu ammont sostanzjali jew sehem sinifikanti mill-finanzjament tal-UE taħt l-Oqfsa Finanzjarji Pluriennali attwali u futuri, jew li huma koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward l-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji kritiċi jew il-kontributi kritiċi. Il-lista ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni hija inkluża fl-Anness 1.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex temenda l-proġetti u l-programmi elenkati fl-Anness I.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni msemmija fl-Artikoli 8 u 9 jistgħu jiġu attivati biss wara li l-Istati Membri jkunu nnotifikaw l-attivazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom. Il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni bl-ebda mod ma jistgħu jiġu attivati għal investimenti kompluti meta l-Istati Membri jiskrinjaw biss l-investimenti ppjanati. F'każijiet eċċezzjonali biss, u jekk l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkollhom bażi raġonevoli biex jemmnu li xi informazzjoni elenkata fl-Artikolu 10 paragrafu 2 tkun inbidlet, u biss f'każijiet ta' investimenti kompluti wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni jista' jiġi attivat għal investimenti kompluti. Meta l-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni msemmi fl-Artikolu 9 jiġi attivat għal investimenti li jsiru fl-Istati Membri li ma jkollhomx mekkaniżmu ta' skrinjar, l-investimenti kompluti jistgħu jiġu indirizzata fil-qafas tal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment kif imsemmi fl-Artikolu 12a.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-iskrinjar ta' investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni tista' tqis l-effetti potenzjali fuq, fost affarijiet oħra:

Fl-iskrinjar ta' investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku ta' Stat Membru wieħed jew aktar jew is-sigurtà u l-ordni pubbliku f'termini ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jqisu l-effetti potenzjali fuq, fost affarijiet oħra:

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  l-infrastruttura kritika, inklużi l-enerġija, it-trasport, il-komunikazzjoni, il-ħżin tad-dejta, l-infrastruttura tal-ispazju jew finanzjarja, kif ukoll il-faċilitajiet sensittivi;

-  l-infrastruttura kritika u strateġika, inklużi l-enerġija, l-ilma, it-trasport, il-komunikazzjoni u l-midja, il-ħżin tad-dejta, l-infrastruttura tal-ispazju, tas-servizzi tas-saħħa, tar-riċerka jew finanzjarja, kif ukoll il-faċilitajiet sensittivi u kwalunkwe infrastruttura ta' sigurtà u difiża;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  it-teknoloġiji kritiċi, inklużi l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, is-semikondutturi, it-teknoloġiji b'applikazzjoni b'użu doppju potenzjali, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġija tal-ispazju jew nukleari;

-  it-teknoloġiji kritiċi u strateġiċi, inklużi l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, is-semikondutturi, il-materjali avvanzati, in-nanoteknoloġiji, il-bijoteknoloġiji, it-teknoloġiji mediċi, it-teknoloġiji b'applikazzjoni b'użu doppju potenzjali, iċ-ċibersigurtà, is-settur ajruspazjali, id-difiża, it-teknoloġija tal-ispazju jew nukleari;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  is-sigurtà tal-provvista tal-kontributi kritiċi; jew

-  is-sigurtà tal-provvista tal-kontributi kritiċi u tal-materjali rari jew strateġiċi; jew

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  l-aċċess għal informazzjoni sensittiva jew il-kapaċità li tiġi kontrollata informazzjoni sensittiva.

-  l-aċċess għal data u informazzjoni sensittiva jew il-kapaċità li tiġi kontrollata data u informazzjoni sensittiva.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fid-determinazzjoni ta' jekk investiment dirett barrani aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jqisu jekk l-investitur barrani huwiex ikkontrollat mill-gvern ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta' finanzjament sinifikanti.

Fid-determinazzjoni ta' jekk investiment dirett barrani aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iqisu jekk l-investitur barrani huwiex ikkontrollat direttament jew indirettament mill-gvern jew il-korpi statali ta' pajjiż terz, u huwiex qed iwettaq politiki statali ta' investimenti diretti barranin endoġeni għal għanijiet industrijali strateġiċi, ikkorroborati minn finanzjament jew sussidji sinifikanti, kreditu estiż u self mill-gvern ta' pajjiż terz jew istituzzjoni finanzjarja ta' proprjetà tal-istat. Meta tiskrinja investiment dirett barrani, il-Kummissjoni tista' tivvaluta wkoll l-effett fuq għarfien espert u teknoloġiji speċifiċi, aspett li jista' jkun sinifikanti għas-sigurtà ekonomika fuq perjodu medju u twil ta' żmien.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-mekkaniżmi tal-iskrinjar tal-Istati Membri għandhom ikunu trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni bejn il-pajjiżi terzi. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-iskrinjar, il-bażi għall-iskrinjar u r-regoli proċedurali dettaljati applikabbli.

1.  Il-mekkaniżmi tal-iskrinjar tal-Istati Membri għandhom ikunu trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni bejn il-pajjiżi terzi. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-iskrinjar, il-bażi għall-iskrinjar u r-regoli proċedurali dettaljati applikabbli rigward l-iskrinjar u d-deċiżjonijiet tal-iskrinjar.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu taż-żmien għall-ħruġ ta' deċiżjonijiet tal-iskrinjar. Dawn il-limiti taż-żmien għandhom jippermettulhom iqisu l-kummenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 8 u l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 8 u 9.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu ta' żmien għall-ħruġ ta' deċiżjonijiet tal-iskrinjar u dawn għandhom ikunu pubbliċi. Dawn il-limiti taż-żmien għandhom jippermettulhom iqisu l-kummenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 8 u l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 8 u 9.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Informazzjoni kunfidenzjali, inkluża informazzjoni sensittiva kummerċjalment, magħmulha disponibbli minn investituri u impriżi barranin ikkonċernati għandha tkun protetta.

3.  Informazzjoni kunfidenzjali, inkluża informazzjoni sensittiva kummerċjalment, magħmulha disponibbli minn investituri u impriżi barranin ikkonċernati għandha tkun debitament protetta.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Notifika mill-Istati Membri ta' mekkaniżmi ta' skrinjar u rappurtar annwali

Notifika mill-Istati Membri ta' mekkaniżmi ta' skrinjar u rappurtar

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-mekkaniżmi ta' skrinjar eżistenti tagħhom sa mhux iktar tard minn [...] (30 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament). L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull emenda għal mekkaniżmu ta' skrinjar eżistenti jew mekkaniżmu ta' skrinjar adottat riċentement sa mhux iktar tard minn 30 jum mid-dħul fis-seħħ tal-mekkaniżmu ta' skrinjar.

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-mekkaniżmi ta' skrinjar eżistenti tagħhom sa mhux iktar tard minn [...30 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull emenda għal mekkaniżmu ta' skrinjar eżistenti jew mekkaniżmu ta' skrinjar adottat riċentement sa mhux iktar tard minn 30 jum mid-dħul fis-seħħ tal-mekkaniżmu ta' skrinjar jew tal-emendi għal dak eżistenti.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri li jiksbu l-mekkaniżmi ta' skrinjar għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom. Għal kull perjodu ta' rappurtar, ir-rapport għandu jinkludi b'mod partikolari informazzjoni dwar:

2.  Sa ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri li jiksbu l-mekkaniżmi ta' skrinjar għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom. Għal kull perjodu ta' rappurtar, ir-rapport għandu jinkludi b'mod partikolari informazzjoni dwar:

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  deċiżjonijiet ta' skrinjar rigward proġetti u programmi ta' interess għall-Unjoni;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  is-setturi, l-oriġini, u l-valur tal-investiment dirett barrani skrinjat u li għaddej minn skrinjar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri. Din l-informazzjoni se tkun diġà ngħatat lill-Kummissjoni (Artikolu 8(1) li tkun tista' taggrega d-data.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri li ma jżommux mekkaniżmi ta' skrinjar għandhom jipprovdu l-Kummissjoni b'rapport annwali li jkopri investimenti diretti barranin li seħħew fit-territorju tagħhom, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalihom.

3.  Sa ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull sena wara dan, l-Istati Membri li ma jżommux mekkaniżmi ta' skrinjar għandhom jipprovdu l-Kummissjoni b'rapport li jkopri investimenti diretti barranin li seħħew fit-territorju tagħhom meta tali investimenti jappartjenu għal proġetti u programmi ta' interess għall-Unjoni.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'kull investiment dirett barrani li jinsab għaddej minn skrinjar fil-qafas tal-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom, fi żmien ħamest (5) ijiem ta' xogħol mill-bidu tal-iskrinjar. Bħala parti mill-informazzjoni, u meta applikabbli, l-Istati Membri li jiskrinjaw għandhom jaħdmu biex jindikaw jekk iqisux li l-investiment dirett barrani li għaddej minn skrinjar x'aktarx li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

1.  Stat Membru għandhom jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'kull investiment dirett barrani li jkun soġġett għal skrinjar fil-qafas tal-mekkaniżmi ta' skrinjar tiegħu, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mill-bidu tal-iskrinjar. Bħala parti mill-informazzjoni, u meta applikabbli, l-Istat Membr li jiskrinja għandu jaħdem biex jindika jekk iqisx li l-investiment dirett barrani li jkun soġġett għall-iskrinjar x'aktarx li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta Stat Membru jqis li investiment dirett barrani ppjanat jew lest fi Stat Membru ieħor x'aktarx li jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubblika tiegħu, huwa jista' jipprovdi kummenti lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Il-kummenti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni wkoll.

2.  Meta Stat Membru jqis li investiment dirett barrani ppjanat jew lest fi Stat Membru ieħor x'aktarx li jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tiegħu, huwa jista' jipprovdi kummenti lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiġbor il-kummenti kollha li tirċievi u tittrażmettihom lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta, kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra kollha.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubblika fi Stat Membru wieħed jew iktar, hija tista' toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni irrispettivament jekk l-Istati Membri l-oħra pprovdewx kummenti.

3.  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku fi Stat Membru wieħed jew iktar, hija tista' toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Tali opinjoni għandha tiġi trażmessa wkoll lill-Istati Membri l-oħra kollha. Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni irrispettivament jekk l-Istati Membri l-oħra pprovdewx kummenti.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni jew Stat Membru li debitament iqisu li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubblika tagħhom jistgħu jitolbu mill-Istat Membru fejn huwa ppjanat jew tlesta l-investiment dirett barrani, kull informazzjoni meħtieġa biex jipprovdu kummenti msemmija fil-paragrafu 2, jew biex joħorġu l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 3.

4.  Stat Membru li debitament iqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tiegħu jista' jindirizza talba lill-Kummissjoni biex tagħtih kwalunkwe informazzjoni li tirċievi mill-Istat Membru fejn huwa ppjanat jew tlesta l-investiment dirett barrani li tkun meħtieġa biex jipprovdi kummenti msemmija fil-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom ħamest ijiem ta' xogħol mill-jum tan-notifika tal-attivazzjoni ta' mekkaniżmu ta' skrinjar skont il-paragrafu 1 biex jindirizzaw talba għal informazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiġbor it-talbiet għal informazzjoni kollha li tirċievi u tittrażmettihom minnufih lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta, kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra. Il-Kummissjoni tista' wkoll, fuq inizjattiva proprja, titlob lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta biex jagħtiha kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex toħroġ l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-kummenti skont il-paragrafu 2 jew opinjonijiet skont il-paragrafu 3 għandhom jiġu indirizzati lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta f'perjodu ta' żmien raġonevoli, u f'kull każ mhux iktar tard minn 25 jum ta' xogħol wara r-riċevuta tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 jew 4. F'każijiet fejn l-opinjoni tal-Kummissjoni tiġi wara kummenti minn Stati Membri oħra, il-Kummissjoni għandu jkollha 25 jum ta' xogħol oħra għall-ħruġ tal-opinjoni.

5.  Il-kummenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jintbagħtu lill-Istat Membru f'perjodu ta' żmien raġonevoli, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 20 jum ta' xogħol wara l-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 jew 4. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-kummenti li tkun irċeviet fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol lill-Istati Membri fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Il-Kummissjoni għandha toħroġ l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 3 fi żmien 25 jum ta' xogħol u f'każijiet fejn l-opinjoni tal-Kummissjoni tiġi wara kummenti minn Stati Membri oħra, il-Kummissjoni għandu jkollha 25 jum ta' xogħol oħra għall-ħruġ tal-opinjoni.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta għandhom debitament iqisu l-kummenti tal-Istati Membri l-oħra msemmija fil-paragrafu 2 u l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3.

6.  L-Istati Membri fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta għandhom debitament iqisu l-kummenti tal-Istati Membri l-oħra msemmija fil-paragrafu 2 u l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll il-kummenti espressi fil-qafas tal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment kif imsemmi fl-Artikolu 12a.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri skont dan l-Artikolu għandha ssir permezz tal-punti ta' kuntatt msemmija fl-Artikolu 12.

7.  Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri skont dan l-Artikolu għandha ssir permezz ta' diskussjoni fil-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment imsemmi fl-Artikolu 12a jekk tkun mitluba mill-Kummissjoni.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qafas għall-iskrinjar tal-Kummissjoni

Mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għall-iskrinjar ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess tal-Unjoni abbażi ta' sigurtà jew ordni pubblika, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta.

1.  Meta l-Kummissjoni jew aktar minn Stat Membru wieħed debitament iqisu li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess tal-Unjoni abbażi ta' sigurtà jew ordni pubbliku ta' Stat Membru wieħed jew aktar, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Parlament Ewropew jista' jitlob l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għall-proġetti u l-programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tqis bis-sħiħ il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tipprovdi spjegazzjoni f'każ li ma titqiesx.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Jekk Stat Membru jqis li investiment dirett barrani jista' jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni, jista' jitlob lill-Kummissjoni toħroġ opinjoni lill-Istat Membru li fih ikun ippjanat l-investiment dirett barrani.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' titlob mill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta kull informazzjoni meħtieġa biex toħroġ opinjoni msemmija fil-paragrafu 1.

2.  Il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 10 mill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Meta titlob tali informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tispjega kif is-sigurtà u l-ordni pubbliku jistgħu jiġu affettwati mill-investiment dirett barrani ppjanat, li qed jiġi kkunsidrat jew li tletsa.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-opinjoni tagħha lill-Istat Membru kkonċernat f'perjodu ta' żmien raġonevoli, u f'kull każ mhux iktar minn 25 jum ta' xogħol wara r-riċevuta tal-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2. Meta Stat Membru jkollu mekkaniżmu ta' skrinjar fis-seħħ kif imsemmi fl-Artikoli 3(1) u l-informazzjoni dwar l-investiment dirett barrani li għaddejja minn skrinjar ġiet riċevuta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1), l-opinjoni għandha titwassal mhux iktar tard minn 25 jum ta' xogħol wara r-riċevuta ta' din l-informazzjoni. Meta tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali biex tinħareġ opinjoni, il-perjodu ta' 25 jum għandu jibda mid-data tar-riċevuta tal-informazzjoni addizzjonali.

3.  Il-Kummissjoni għandha toħroġ l-opinjoni tagħha lill-Istat Membru kkonċernat f'perjodu ta' żmien raġonevoli, sabiex ma tostakolax, minħabba dewmien mhux raġonevoli, jew l-investiment dirett barrani jew l-iskrinjar nazzjonali, u fi kwalunkwe każ mhux iktar minn 25 jum ta' xogħol wara li tirċievi l-informazzjoni meħtieġa biex toħroġ opinjoni skont il-paragrafu 1.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra.

4.  L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra. Meta l-Kummissjoni tkun tat opinjoni skont dan l-artikolu, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bħala parti minn djalogu strutturat dwar l-investiment dirett barrani li jaffettwa s-sigurtà u l-ordni pubbliku. L-Artikolu 11(2) għandu jitqies bis-sħiħ.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri fejn huwa ppjanat jew tlesta l-investiment dirett barrani għandhom iqisu bl-akbar reqqa l-opinjoni tal-Kummissjoni u jipprovdu spjegazzjoni lill-Kummissjoni fil-każ li l-opinjoni tagħha mhijiex segwita.

5.  L-Istati Membri fejn huwa ppjanat jew tlesta l-investiment dirett barrani għandhom iqisu l-opinjoni tal-Kummissjoni u jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub lill-Kummissjoni fil-każ li l-opinjoni tagħha mhijiex segwita. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti din l-opinjoni lill-Istati Membri l-oħra, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-Artikolu 11(2).

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rekwiżiti ta' informazzjoni

Skambju ta' informazzjoni

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra skont l-Artikoli 8(4) u 9(2) tkun disponibbli lill-Kummissjoni u l-Istati Membri li talbuha mingħajr dewmien mhux dovut.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 8(4) u 9(2) jew mill-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment tkun mingħajr dewmien mhux dovut, filwaqt li titqies is-sensittività tal-informazzjoni u filwaqt li tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi b'mod partikolari:

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tinkludi, inter alia:

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-istruttura tas-sjieda tal-investitur barrani u tal-impriża li fiha l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta, inkluża informazzjoni dwar l-azzjonist jew azzjonisti aħħari/ija kontrollanti;

(a)  L-istruttura tas-sjieda tal-investitur barrani u tal-impriża li fiha l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta, inkluża informazzjoni dwar l-azzjonist jew azzjonisti aħħari/ija kontrollanti, il-ġestjoni amministrattiva u l-korpi superviżorji.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Il-valur tal-investiment dirett barrani;

(b)  Il-valur tal-investiment dirett barrani u projezzjoni tal-impatt settorjali tiegħu;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  Il-finanzjament tal-investiment, abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Istat Membru.

(e)  Il-finanzjament tal-investiment u l-legalità tas-sors tiegħu, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Istat Membru.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni sħiħa tal-informazzjoni kunfidenzjali, inkluża l-informazzjoni sensittiva mil-lat kummerċjali, miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt ta' skrinjar tal-investiment dirett barrani ("punt ta' kuntatt ta' skrinjar IDB") għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jinvolvu dawn il-punti ta' kuntatt ta' skrinjar IDB dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Kull Stat Membru, irrispettivament minn jekk ikollux mekkaniżmu ta' skrinjar, għandu jaħtar punt ta' kuntatt ta' skrinjar tal-investiment dirett barrani ("punt ta' kuntatt ta' skrinjar IDB"). Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jinvolvu dawn il-punti ta' kuntatt ta' skrinjar IDB u lill-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment

 

1.   Għandu jitwaqqaf Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant/espert f'dan il-grupp.

 

2.   Il-grupp jista' jkollu skambju ta' fehmiet u informazzjoni dwar kwalunkwe investiment dirett barrani li jkun soġġett għall-iskrinjar fil-qafas tal-mekkaniżmi tal-iskrinjar tal-Istati Membri u li għalih ġie attivat mekkaniżmu ta' kooperazzjoni skont l-Artikolu 8 jew 9, anke dwar il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u t-tagħlimiet meħuda fost l-Istati Membri dwar l-iskrinjar tal-investiment dirett barrani.

 

3.  Il-grupp jista' jiddiskuti wkoll kwalunkwe kwistjoni li tirrigwarda l-politika tal-Unjoni dwar l-investiment barrani eżoġenu.

 

4.   Fuq talba tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tqiegħed fuq l-aġenda l-investimenti ppjanati fl-Istati Membri li m'għandhomx mekkaniżmu ta' skrinjar.

 

5.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet, l-analiżijiet u l-iskambju ta' fehmiet tal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Iskrinjar tal-Investiment.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux iktar tard minn tliet (3) snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-Istati Membri għandhom ikunu involuti f'dan l-eżerċizzju u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija ta' dak ir-rapport.

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux iktar tard minn ... [erba' (4) snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull ħames (5) snin wara dan. L-Istati Membri għandhom ikunu involuti f'dan l-eżerċizzju u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija ta' dak ir-rapport.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3a) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3a) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Anness I – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Inizjattivi teknoloġiċi konġunti tal-Unjoni inklużi: Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, Ajrunawtika u Trasport bl-Ajru, Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi, Komponenti u Sistemi Elettroniċi għal Leadership Ewropea, Industriji b'Bażi Bijoloġika, Shift2Rail, Ajru Uniku Ewropew (SESAR);

Emenda    66

Proposta għal regolament

Anness I – inċiż 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Anness I – inċiż 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

Emenda    68

Proposta għal regolament

Anness I – inċiż 3d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013;

Emenda    69

Proposta għal regolament

Anness I – inċiż 3e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Anness I – inċiż 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża;

 

a) Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża, u

 

b) Programm Ewropew dwar ir-Riċerka għad-Difiża / Fond Ewropew għad-Difiża

 

-   Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-finanzjament tal-Azzjoni Preparatorja dwar ir-Riċerka għad-Difiża (PADR);

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment ta' qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2017)0487 – C8-0309/2017 – 2017/0224(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

26.10.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

26.10.2017

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

18.1.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Reinhard Bütikofer

9.11.2017

Eżami fil-kumitat

21.2.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

8

19

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, David Borrelli, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Julia Reda, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Hermann Winkler, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Cornelia Ernst, Francesc Gambús, Françoise Grossetête, Werner Langen, Rupert Matthews, Răzvan Popa, Dominique Riquet, Theodor Dumitru Stolojan

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT MITLUB JAGĦTI OPINJONI

36

+

ALDE

Dominique Riquet

ECR

Edward Czesak, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

EFDD

Rosa D'Amato, Dario Tamburrano

ENF

Angelo Ciocca, Barbara Kappel, Christelle Lechevalier

NI

David Borrelli

PPE

Pilar Ayuso, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Francesc Gambús, Françoise Grossetête, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Theodor Dumitru Stolojan, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Hermann Winkler

S&D

Adam Gierek

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Julia Reda, Claude Turmes

8

-

ALDE

Frederick Federley, Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen

ECR

Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Rupert Mathews

EFDD

Jonathan Bullock

19

0

GUE/NGL

Cornelia Ernst, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Csaba Molnár, Dan Nica, Miroslav Poche, Razvan Popa, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (22.3.2018)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea
(COM(2017)0487 – C8-0309/2017 – 2017/0224(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Geoffrey Van Orden

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-investiment dirett barrani minn dejjem kien essenzjali għall-iżvilupp tan-nazzjonijiet Ewropej u tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li s-setturi tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali jaraw l-akbar benefiċċju dirett minn sorsi ta' investiment dirett barrani (IDB), l-impatt ta' dan tal-aħħar jista' jkun sinifikanti wkoll fuq is-sigurtà u l-interessi strateġiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Żviluppi reċenti fil-kuntest tas-sigurtà u d-difiża Ewropea, l-aktar reċenti permezz tal-iffirmar ta' PESCO f'Novembru 2017, wessgħu l-implikazzjonijiet tal-flussi tal-IDB. Filwaqt li jintlaħqu l-għanijiet iddikjarati ta' trasparenza, responsabbiltà u sigurtà mtejba fil-mod kif jiġi ttrattat l-IDB fl-UE, tali proċess irid jiġi ġestit bir-reqqa sabiex jiġi żgurat li l-kompetenzi u d-drittijiet ta' Stati Membri individwali jkunu rispettati, mingħajr ma jiġu assorbiti gradwalment mill-Kummissjoni jew minn korpi oħra tal-Unjoni, u li l-Istati Membri jżommu d-dritt aħħari li japprovaw jew jiċħdu IDB fi ħdan il-fruntieri tagħhom stess. Dan huwa partikolarment importanti minħabba r-responsabbiltà ta' kull Stat Membru għas-sigurtà nazzjonali tiegħu u minħabba l-fatt li jistgħu jkunu involuti informazzjoni kummerċjalment sensittiva u proċeduri sensittivi b'rabta maż-żmien.

Għaldaqstant, huwa kruċjali li l-Istati Membri ma jiġux sfurzati jadottaw jew iżommu mekkaniżmi ta' skrinjar fejn tali mekkaniżmi ma jissodisfawx l-interessi tagħhom. Filwaqt li l-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tirrispetta r-rieda tal-Istati Membri individwali f'dan ir-rigward, huwa kruċjali li "l-ħtiġijiet bażiċi" li għandhom inkomuni l-mekkaniżmi futuri ta' skrinjar ma jaffettwawx ir-rekwiżiti varji u uniċi tal-Istati Membri individwali, b'mod partikolari fl-oqsma tas-sigurtà u tal-interessi strateġiċi, u li l-Istati Membri ma għandhomx iċedu l-integrità u s-sigurtà tagħhom lil awtorità oħra meta jikkondividu d-data u l-informazzjoni sensittiva. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu evitati elementi obbligatorji.

Fl-aħħar nett, minħabba l-ħruġ imminenti tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, huwa wkoll meħtieġ ċentru għal investituri barranin li jfittxu aċċess għas-suq uniku tal-UE, sabiex il-mekkaniżmi ta' skrinjar iqisu b'mod speċjali dawk il-flussi ta' IDB fl-UE li ġejjin mir-Renju Unit, kif ukoll li jsiru arranġamenti speċjali għall-investimenti futuri tar-Renju Unit fl-UE bħala sors ġdid ta' IDB.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-investiment dirett barrani jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-Unjoni, billi jtejjeb il-kompetittività tiegħu, joħloq l-impjiegi u l-ekonomiji ta' skala, iġib il-kapital, it-teknoloġiji, l-innovazzjoni, il-kompetenzi, u billi jiftaħ swieq ġodda għall-esportazzjonijiet tal-Unjoni. Jappoġġa l-objettivi tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa tal-Kummissjoni u jikkontribwixxi għal proġetti u programmi oħra tal-Unjoni.

(1)  L-investiment dirett barrani jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-Unjoni, billi jtejjeb il-kompetittività tiegħu, jiġġenera t-tkabbir, joħloq l-impjiegi u l-ekonomiji ta' skala, iġib il-kapital, it-teknoloġiji, l-innovazzjoni, il-kompetenzi, u billi jiftaħ swieq ġodda għall-esportazzjonijiet tal-Unjoni. Jappoġġa l-objettivi tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa tal-Kummissjoni u jikkontribwixxi għal proġetti u programmi oħra tal-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  L-ekonomija Ewropea hija waħda mill-aktar miftuħa fid-dinja, u t-tkabbir Ewropew u l-kompetittività Ewropea jiddependu fuq dan il-ftuħ u fuq il-kummerċ. Madankollu, l-Ewropa qed tbati minn nuqqas ta' aċċess reċiproku għas-swieq tas-sħab kummerċjali tagħha, li jdgħajjef l-ekonomija u l-industrija tagħha u jxekkel il-kumpaniji tagħha.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Skont l-impenji internazzjonali meħuda fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, u fil-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment konklużi ma' pajjiżi terzi, l-Unjoni u Stati Membri jistgħu jadottaw miżuri restrittivi relatati ma' investiment dirett barrani fuq il-bażi ta' sigurtà jew ordni pubbliku, soġġett għal ċerti rekwiżiti.

(3)  Skont l-impenji internazzjonali meħuda fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, u fil-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment konklużi ma' pajjiżi terzi, l-Unjoni u Stati Membri jistgħu jadottaw miżuri restrittivi relatati ma' investiment dirett barrani fuq il-bażi ta' sigurtà, ordni pubbliku, interess strateġiku, drittijiet fundamentali jew il-protezzjoni ta' teknoloġiji ewlenin, soġġett għal ċerti rekwiżiti.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat.)

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Diversi Stati Membri daħħlu fis-seħħ miżuri li permezz tagħhom jistgħu jirrestrinġu l-moviment ta' kapital bejn l-Istati Membri u bejn Stati Membri u pajjiżi terzi għal raġunijiet ta' politika pubblika jew ta' sigurtà pubblika. Dawn il-miżuri jirriflettu l-objettivi u t-tħassib tal-Istati Membri fir-rigward tal-investiment dirett barrani, u jirriżultaw f'għadd ta' miżuri differenti f'termini ta' ambitu u proċedura. Stati Membri oħrajn ma għandhomx dawn il-mekkaniżmi.

(4)  Diversi Stati Membri daħħlu fis-seħħ miżuri li permezz tagħhom jistgħu jirrestrinġu l-moviment ta' kapital bejn l-Istati Membri u bejn Stati Membri u pajjiżi terzi għal raġunijiet ta' politika pubblika jew ta' sigurtà pubblika. Dawn il-miżuri jirriflettu l-objettivi u t-tħassib tal-Istati Membri fir-rigward tal-investiment dirett barrani, u jirriżultaw f'għadd ta' miżuri differenti f'termini ta' ambitu u proċedura. Stati Membri oħrajn ma għandhomx dawn il-mekkaniżmi u għalhekk jenħtieġ li jintroduċuhom.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Huwa importanti li tingħata ċertezza tad-dritt u li tiġi żgurata koordinazzjoni u kooperazzjoni madwar l-UE billi jiġi stabbilit qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani fl-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà unika tal-Istati Membri għall-manteniment tas-sigurtà nazzjonali.

(7)  Huwa importanti li tingħata ċertezza tad-dritt u li tiġi żgurata koordinazzjoni u kooperazzjoni madwar l-UE billi jiġi stabbilit qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani fl-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Jenħtieġ li din iċ-ċertezza legali ma tinterferixxix mar-responsabbiltà unika tal-Istati Membri biex jawtorizzaw u jikkontrollaw is-sigurtà nazzjonali tal-pajjiżi rispettivi tagħhom u jenħtieġ li jqisu debitament id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 346 tat-TFUE.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li l-qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani jipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bil-mezzi biex jindirizzaw ir-riskji għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku b'mod komprensiv, u biex jadattaw għal tibdil fiċ-ċirkustanzi, filwaqt li jżommu l-flessibbiltà meħtieġa biex l-Istati Membri jiskrinjaw l-investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku filwaqt li jqisu s-sitwazzjonijiet individwali u ċ-ċirkustanzi nazzjonali tagħhom.

(8)  Jenħtieġ li l-qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani jipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bil-mezzi neċessarji biex jindirizzaw ir-riskji għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku b'mod komprensiv, biex ikunu jistgħu jadattaw għal tibdil fiċ-ċirkustanzi, filwaqt li jżommu l-flessibbiltà meħtieġa biex l-Istati Membri jiskrinjaw l-investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku filwaqt li jqisu s-sitwazzjonijiet individwali u ċ-ċirkustanzi nazzjonali li jvarjaw f'kull Stat Membru.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu ggwidati fl-applikazzjoni tar-Regolament, huwa xieraq li tingħata lista ta' fatturi li jistgħu jitqiesu meta jiġi skrinjat investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurta jew ordni pubbliku. Din il-lista ttejjeb ukoll it-trasparenza tal-proċess tal-iskrinjar għall-investituri li jqisu jew li jkunu għamlu investimenti diretti barranin fl-Unjoni. Jenħtieġ li din il-lista ta' fatturi li tista' taffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tibqa' mhux eżawrjenti.

(11)  Sabiex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu ggwidati fl-applikazzjoni tar-Regolament, huwa xieraq li tingħata lista ta' fatturi li jistgħu jitqiesu meta jiġi skrinjat investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Din il-lista ttejjeb ukoll it-trasparenza tal-proċess tal-iskrinjar għall-investituri li jqisu jew li jkunu għamlu investimenti diretti barranin fl-Unjoni u tipprovdi bażi għall-awtorità kompetenti li twieġeb għal kwalunkwe rieżami ġudizzjarju potenzjali ta' dan l-iskrinjar. Jenħtieġ li din il-lista ta' fatturi li tista' taffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tibqa' mhux eżawrjenti.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm rabta ċara bejn l-iskrinjar ta' investiment u theddida għas-sigurtà. F'kull rieżami ġudizzjarju, il-qrati għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw il-fatturi li l-awtorità tkun ħadet inkunsiderazzjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Biex jiddeterminaw jekk investiment dirett barrani jistax jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jqisu l-fatturi rilevanti kollha, inklużi l-effetti dwar l-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji, inklużi t-teknoloġiji abilitanti essenzjali, u kontributi li huma essenzjali għas-sigurtà jew il-manteniment ta' ordni pubbliku, u t-tfixkil, it-telf jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt sinifikanti fi Stat Membru jew fl-Unjoni. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jqisu wkoll jekk investitur barrani jkunx ikkontrollat direttament jew indirettament (pereżempju permezz ta' finanzjament sinifikanti, inklużi sussidji) mill-gvern ta' pajjiż terz.

(12)  Biex jiddeterminaw jekk investiment dirett barrani jistax jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jqisu l-fatturi rilevanti kollha, inklużi l-effetti dwar l-infrastruttura kritika, l-implikazzjonijiet għad-difiża nazzjonali u l-industriji tad-difiża Ewropea, it-teknoloġiji kritiċi, inklużi t-teknoloġiji abilitanti essenzjali, u kontributi li huma essenzjali għas-sigurtà jew il-manteniment ta' ordni pubbliku, it-tfixkil, it-telf jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt sinifikanti fi Stat Membru jew fl-Unjoni. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jqisu wkoll jekk investitur barrani jkunx ikkontrollat direttament jew indirettament (pereżempju permezz ta' finanzjament sinifikanti, inklużi sussidji,) mill-gvern ta' pajjiż terz, fid-dawl tal-fatt li kontroll effettiv jista' jirriżulta wkoll mill-użu ta' kreditu u self estiż mill-gvern ta' pajjiż terz jew istituzzjoni finanzjarja tal-Istat, jew kwalunkwe intrapriża oħra tal-Istat ta' pajjiż terz.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-elementi essenzjali tal-qafas proċedurali għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani mill-Istati Membri biex l-investituri, il-Kummissjoni u Stati Membri oħra jkunu jistgħu jifhmu kif dawn l-investimenti aktarx jiġu skrinjati u biex jiġi żgurat li dawn l-investimenti jiġu skrinjati b'mod trasparenti u li jkunu nondiskriminatorji minn pajjiż terz għal ieħor. Jenħtieġ li tal-inqas dawn l-elementi jinkludu l-istabbiliment ta' perjodi ta' żmien għall-iskrinjar u l-possibbiltà li l-investituri barranin jfittxu rimedju ġudizzjarju għal deċiżjonijiet ta' skrinjar.

(13)  Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-elementi essenzjali tal-qafas proċedurali għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani mill-Istati Membri biex l-investituri, il-Kummissjoni u Stati Membri oħra jkunu jistgħu jifhmu kif dawn l-investimenti aktarx jiġu skrinjati u biex jiġi żgurat li dawn l-investimenti jiġu skrinjati b'mod trasparenti u li jkunu nondiskriminatorji minn pajjiż terz għal ieħor. Jenħtieġ li tal-inqas dawn l-elementi jinkludu l-istabbiliment ta' perjodi ta' żmien għall-iskrinjar ta' data u rekwiżiti kwalitattivi minimi għaliha li l-Istati Membri jridu jipprovdu biex jittejbu l-affidabbiltà u l-komparabbiltà tas-settijiet ta' data dwar l-investiment barrani u l-possibbiltà li l-investituri barranin jfittxu rimedju ġudizzjarju għal deċiżjonijiet ta' skrinjar.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jippermetti li Stati Membri jikkooperaw u jassistu lil xulxin meta investiment dirett barrani fi Stat Membru jista' jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku ta' Stati Membri oħra. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu kummenti lil Stat Membru li fih l-investiment ikun ippjanat jew ikun komplut, irrispettivament minn jekk l-Istati Membri jipprovdux kummenti jew l-Istati Membri li fihom l-investiment ikun ippjanat jew ikun komplut iżommux mekkaniżmu ta' skrinjar jew jiskrinjawx l-investiment. Jenħtieġ li l-kummenti tal-Istati Membri jaslu wkoll għand il-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll il-possibbiltà, meta xieraq, li tagħti opinjoni lill-Istat Membru li fih ikun ippjanat jew ikun komplut l-investiment, irrispettivament minn jekk dan l-Istat Membru jżommx mekkaniżmu ta' skrinjar jew jiskrinjax l-investiment u irrispettivament minn jekk Stati Membri oħrajn jipprovdux kummenti.

(14)  Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jippermetti li Stati Membri jikkooperaw u jassistu lil xulxin meta investiment dirett barrani fi Stat Membru jista' jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku ta' Stati Membri oħra. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkomunikaw b'mod adegwat, permezz ta' mezzi xierqa, ma' kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih l-investiment ikun ippjanat jew ikun komplut, irrispettivament minn jekk l-Istati Membri jipprovdux kummenti jew l-Istati Membri li fihom l-investiment ikun ippjanat jew ikun komplut iżommux mekkaniżmu ta' skrinjar jew jiskrinjawx l-investiment. Jenħtieġ li l-kummenti tal-Istati Membri jaslu wkoll għand il-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll il-possibbiltà, meta xieraq, li tagħti opinjoni lill-Istat Membru li fih ikun ippjanat jew ikun komplut l-investiment, irrispettivament minn jekk dan l-Istat Membru jżommx mekkaniżmu ta' skrinjar jew jiskrinjax l-investiment u irrispettivament minn jekk Stati Membri oħrajn jipprovdux kummenti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiskrinja l-investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw il-proġetti u l-programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Dan iservi ta' għodda biex il-Kummissjoni tipproteġi l-proġetti u l-programmi li jservu l-Unjoni kollha kemm hi u jirrappreżentaw kontribut importanti għat-tkabbir ekonomiku, għall-impjiegi u għall-kompetittività. Jenħtieġ li dan jinkludi b'mod partikulari proġetti u programmi li jinvolvu finanzjament sostanzjali mill-UE jew stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward infrastruttura kritika, teknoloġiji kritiċi jew kontributi kritiċi. Għal aktar ċarezza, jenħtieġ li tiġi elenkata f'Anness lista indikattiva ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni li fir-rigward tagħhom investiment dirett barrani jista' jiġi soġġett għal skrinjar mill-Kummissjoni.

(15)  Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiskrinja l-investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw il-proġetti u l-programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Dan iservi ta' għodda biex il-Kummissjoni tipproteġi l-proġetti u l-programmi li jservu l-Unjoni kollha kemm hi u jirrappreżentaw kontribut importanti għat-tkabbir ekonomiku, għall-impjiegi, għas-sigurtà, għall-interess strateġiku u għall-kompetittività. Jenħtieġ li dan jinkludi b'mod partikulari proġetti u programmi li jinvolvu finanzjament mill-UE jew stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward infrastruttura kritika, difiża, teknoloġiji kritiċi jew kontributi kritiċi. Għal aktar ċarezza, jenħtieġ li tiġi elenkata f'Anness lista indikattiva ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni li fir-rigward tagħhom investiment dirett barrani jenħtieġ li jiġi soġġett għal skrinjar mill-Kummissjoni. Kull meta jiġu stabbiliti proġetti jew programmi ġodda, jenħtieġ li din il-lista tiġi aġġornata minnufih.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew ikollu l-possibbiltà jitlob mill-Kummissjoni l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għall-proġetti u l-programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis bis-sħiħ il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tipprovdi spjegazzjonijiet kull meta l-pożizzjoni tal-Parlament ma titqiesx.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tindirizza opinjoni lill-Istati Membri li fihom dan l-investiment ikun ippjanat jew komplut f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu bis-sħiħ l-opinjoni u jagħtu spjegazzjoni lill-Kummissjoni jekk ma jsegwux din l-opinjoni, f'konformità mal-obbligu tagħhom ta' kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) TUE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll il-possibbiltà li titlob mingħand dawn l-Istati Membri l-informazzjoni meħtieġa għall-iskrinjar tagħha ta' dan l-invstiment.

(16)  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tindirizza opinjoni lill-Istati Membri li fihom dan l-investiment ikun ippjanat jew komplut f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu bis-sħiħ l-opinjoni u jagħtu spjegazzjoni dettaljata lill-Kummissjoni jekk ma jsegwux din l-opinjoni, f'konformità mal-obbligu tagħhom ta' kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) TUE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' titlob mingħand dawn l-Istati Membri l-informazzjoni meħtieġa għall-iskrinjar tagħha ta' dan l-investiment.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)   Sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn u l-iskrinjar ta' investiment dirett barrani mill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw il-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom u kull emenda għalihom lill-Kummissjoni, u jenħtieġ li jirrappurtaw dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar fuq bażi regolari. Għall-istess raġuni, jenħtiep li l-Istati Membri li ma għandhomx mekkaniżmu ta' skrinjar jirrapportaw ukoll fuq l-investimenti diretti barranin li seħħew fit-territorju tagħhom, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalihom.

(17)  Peress li s-sigurtà nazzjonali tibqa' r-responsabbiltà tal-Istati Membri, sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn u l-iskrinjar ta' investiment dirett barrani mill-Kummissjoni kif ukoll sabiex jittejbu l-affidabbiltà u l-komparabbiltà tad-data pprovduta mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw il-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom u kull emenda għalihom lill-Kummissjoni, u jenħtieġ li jirrapportaw dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar fuq bażi regolari. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-Istati Membri li ma għandhomx mekkaniżmu ta' skrinjar jirrapportaw ukoll fuq l-investimenti diretti barranin li seħħew fit-territorju tagħhom, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalihom.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw il-ħarsien ta' informazzjoni kunfidenzjali u informazzjoni sensittiva oħra.

(20)  Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw il-ħarsien ta' informazzjoni kunfidenzjali u informazzjoni sensittiva oħra, b'mod partikolari meta jikkonċernaw is-sigurtà u l-integrità ta' Stat Membru.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni ta' investimenti diretti baranin fl-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni ta' investimenti diretti barranin fl-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà unika tal-Istati Membri għas-sigurtà nazzjonali tagħhom.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  "investiment dirett barrani" tfisser investimenti ta' kull tip minn investitur barrani li għandu l-għan li jistabbilixxi jew li jżomm rabtiet dejjiema u diretti bejn l-investitur barrani u l-imprenditur jew l-impriża li l-kapital ikun qed isir disponibbli għalihom sabiex iwettqu attività ekonomika fi Stat Membru, inklużi investimenti li jippermettu parteċipazzjoni effettiva fil-ġestjoni jew fil-kontroll ta' kumpanija li twettaq attività ekonomika.

1.  "investiment dirett barrani" tfisser investimenti ta' kull tip minn investitur barrani li għandu l-għan li jistabbilixxi jew li jżomm rabtiet dejjiema u diretti bejn l-investitur barrani u l-imprenditur jew l-impriża li l-kapital ikun qed isir disponibbli għalihom sabiex iwettqu attività ekonomika fit-territorju jew fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ta' Stat Membru, inklużi investimenti li jippermettu parteċipazzjoni effettiva fil-ġestjoni jew fil-kontroll ta' kumpanija li twettaq attività ekonomika.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-investimenti għal attività ekonomika fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tal-Istati Membri jkunu koperti.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  "investitur barrani" tfisser persuna fiżika ta' pajjiż terz jew impriża ta' pajjiż terz li beħsiebha tagħmel jew li għamlet investiment dirett barrani;

2.  "investitur barrani" tfisser persuna fiżika ta' pajjiż terz jew impriża ta' pajjiż terz li beħsiebha tagħmel jew li għamlet investiment dirett barrani, kif ukoll persuna fiżika jew impriża bbażata fi Stat Membru iżda kkontrollata jew iffinanzjata b'mod konkret minn pajjiż terz;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Teknoloġiji ewlenin ifissru teknoloġiji jew ditti li fuqhom tiddependi fergħa ta' industriji, kif previst, bħala eżempju, fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4, paragrafu 1;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jistgħu jżommu, jemendaw jew jadottaw mekkaniżmi biex jiskrinjaw investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurta jew ordni pubbliku, taħt il-kundizzjonijiet u skont it-termini stabbili f'dan ir-Regolament.

1.  L-Istati Membri għandhom iżommu, jemendaw jew jadottaw mekkaniżmi biex jiskrinjaw investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, taħt il-kundizzjonijiet u skont it-termini stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' tiskrinja investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurta jew ordni pubbliku.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiskrinja investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw proġetti u programmi tal-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għandhom jinkludu b'mod partikulari dawk il-proġetti u programmi li jinvolvu ammont sostanzjali jew sehem sinifikanti mill-finanzjament tal-UE, jew li huma koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward l-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji kritiċi jew il-kontributi kritiċi. Lista indikattiva ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni hija inkluża fl-Anness 1.

3.  Proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għandhom jinkludu b'mod partikulari dawk il-proġetti u programmi li jinvolvu finanzjament tal-UE, jew li huma koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward l-infrastruttura kritika, id-difiża, it-teknoloġiji kritiċi jew il-kontributi kritiċi. Lista indikattiva u mhux eżawrjenti ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni hija inkluża fl-Anness 1.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fatturi li jistgħu jitqiesu fl-iskrinjar

Fatturi li għandhom jitqiesu fl-iskrinjar

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-iskrinjar ta' investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni tista' tqis l-effetti potenzjali fuq, fost affarijiet oħra:

Fl-iskrinjar ta' investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iqisu l-effetti potenzjali fuq, fost affarijiet oħra:

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  l-infrastruttura kritika, inklużi l-enerġija, it-trasport, il-komunikazzjoni, il-ħżin tad-dejta, l-infrastruttura tal-ispazju jew finanzjarja, kif ukoll il-faċilitajiet sensittivi;

-  l-infrastruttura kritika, inklużi l-materjal kritiku u l-materja prima kritika, is-sigurtà tal-enerġija, it-trasport, il-komunikazzjoni, is-servizzi tas-saħħa pubblika, il-midja, il-ħżin tad-dejta, l-ajruspazju jew l-infrastruttura finanzjarja, kif ukoll il-faċilitajiet sensittivi u l-industriji u l-infrastruttura tas-sigurtà u tad-difiża, bħall-bażijiet militari, u l-investiment dirett barrani f'art u proprjetà immobbli li jistgħu jaffettwaw l-użu ta' dik l-infrastruttura tad-difiża;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  it-teknoloġiji kritiċi, inklużi l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, is-semikondutturi, it-teknoloġiji b'applikazzjoni b'użu doppju potenzjali, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġija tal-ispazju jew nukleari;

-  it-teknoloġiji kritiċi, inkluża l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, is-semikondutturi, in-nanoteknoloġiji, il-bijoteknoloġiji, teknoloġiji oħra b'applikazzjoni b'użu doppju potenzjali, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġiji militari u tad-difiża, it-teknoloġija tas-sorverlanza ċibernetika u tal-intrużjoni, l-ajruspazju, it-teknoloġija tal-ispazju jew nukleari jew kwalunkwe teknoloġija oħra tal-ogħla livell ta' importanza strateġika, kif ukoll impriżi fil-katina tal-provvista għall-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża fejn jeżisti riskju ta' trasferiment għal pajjiż, li jippreżenta riskju għas-sigurtà globali jew reġjonali;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  ir-rwol li l-impriża tiżvolġi fi proġetti kollaborattivi ta' riċerka u żvilupp u l-aċċess għat-teknoloġija, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-għarfien assoċjati mal-programm ta' riċerka u żvilupp;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  l-aċċess għal informazzjoni sensittiva jew il-kapaċità li tiġi kontrollata informazzjoni sensittiva.

-  l-aċċess għal informazzjoni nazzjonali u Ewropea sensittiva jew strateġika dwar is-sigurtà, jew il-kapaċità li tiġi kontrollata informazzjoni sensittiva jew strateġika dwar is-sigurtà.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fid-determinazzjoni ta' jekk investiment dirett barrani aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jqisu jekk l-investitur barrani huwiex ikkontrollat mill-gvern ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta' finanzjament sinifikanti.

Fid-determinazzjoni ta' jekk investiment dirett barrani aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iqisu jekk l-investitur barrani huwiex ikkontrollat mill-gvern, direttament jew indirettament, ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta' finanzjament sinifikanti, b'mod partikolari jekk dak il-gvern ma jirrispettax bis-sħiħ id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-dritt umanitarju internazzjonali u ma jikkonformax man-normi rilevanti fil-kontroll internazzjonali tal-armi bħat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT), jekk intużawx strutturi bi sjieda suspettuża fejn is-sid prinċipali ma jkunx magħruf, jew jekk ikunx hemm ksur tar-regoli tas-suq komuni.

 

Il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jistgħu jivvalutaw b'mod pożittiv fatturi ġeopolitiċi, bħal pereżempju jekk l-impriża hijiex ibbażata f'pajjiż membru tan-NATO.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jżommu, jemendaw jew jadottaw miżuri meħtieġa biex jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar u d-deċiżjonijiet ta' skrinjar.

L-Istati Membri għandhom iżommu, jemendaw jew jadottaw miżuri meħtieġa biex jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar u d-deċiżjonijiet ta' skrinjar.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Investituri u impriżi barranin ikkonċernati għandu jkollhom l-possibbiltà li jfittxu rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet tal-iskrinjar tal-awtoritajiet nazzjonali.

4.  Investituri u impriżi barranin ikkonċernati għandu jkollhom l-possibbiltà li jfittxu rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet tal-iskrinjar tal-awtoritajiet nazzjonali, iżda tali rimedju ma għandux ikun ikkunsidrat li jmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru jew jikser il-kapaċitajiet tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Istati Membri.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-mekkaniżmi ta' skrinjar eżistenti tagħhom sa mhux iktar tard minn [...] (30 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament). L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull emenda għal mekkaniżmu ta' skrinjar eżistenti jew mekkaniżmu ta' skrinjar adottat riċentement sa mhux iktar tard minn 30 jum mid-dħul fis-seħħ tal-mekkaniżmu ta' skrinjar.

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-mekkaniżmi ta' skrinjar eżistenti tagħhom sa mhux iktar tard minn [...] (30 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament). L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull emenda għal mekkaniżmu ta' skrinjar eżistenti jew mekkaniżmu ta' skrinjar adottat riċentement sa mhux iktar tard minn 30 jum mid-dħul fis-seħħ tal-mekkaniżmu ta' skrinjar.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri m'għandhomx ikunu obbligati jipprovdu kwalunkwe informazzjoni, li l-iżvelar tagħha jkun ikkunsidrat bħala kuntrarju għall-interessi essenzjali tagħhom tas-sigurtà.

Ġustifikazzjoni

Ċerta informazzjoni rigward l-iskrinjar tista', b'mod leġittimu, tkun ikkunsidrata bħala sigrieti ta' sigurtà nazzjonali u għandha tkun protetta.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri li ma jżommux mekkaniżmi ta' skrinjar għandhom jipprovdu l-Kummissjoni b'rapport annwali li jkopri investimenti diretti barranin li seħħew fit-territorju tagħhom, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalihom.

3.  L-Istati Membri li ma jżommux mekkaniżmi ta' skrinjar għandhom jintrabtu li jintroduċuhom u għandhom jipprovdu l-Kummissjoni b'rapport annwali li jkopri investimenti diretti barranin li seħħew fit-territorju tagħhom, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalihom.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubblika fi Stat Membru wieħed jew iktar, hija tista' toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni irrispettivament jekk l-Istati Membri l-oħra pprovdewx kummenti.

3.  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku fi Stat Membru wieħed jew iktar, hija għandha toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni irrispettivament jekk l-Istati Membri l-oħra pprovdewx kummenti.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess tal-Unjoni abbażi ta' sigurtà jew ordni pubblika, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta.

1.  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess tal-Unjoni abbażi ta' sigurtà jew ordni pubbliku, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Parlament Ewropew jista' jitlob l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għall-proġetti u l-programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra.

4.  L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra. Meta l-Kummissjoni tkun tat opinjoni skont dan l-Artikolu, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bħala parti minn djalogu strutturat dwar l-investiment dirett barrani li jaffettwa s-sigurtà u l-ordni pubbliku.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri fejn huwa ppjanat jew tlesta l-investiment dirett barrani għandhom iqisu bl-akbar reqqa l-opinjoni tal-Kummissjoni u jipprovdu spjegazzjoni lill-Kummissjoni fil-każ li l-opinjoni tagħha mhijiex segwita.

5.  L-Istati Membri fejn huwa ppjanat jew tlesta l-investiment dirett barrani għandhom iqisu bl-akbar reqqa l-opinjoni tal-Kummissjoni u għandhom jipprovdu spjegazzjoni dettaljata lill-Kummissjoni fil-każ li l-opinjoni tagħha ma tkunx segwita.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra skont l-Artikoli 8(4) u 9(2) tkun disponibbli lill-Kummissjoni u l-Istati Membri li talbuha mingħajr dewmien mhux dovut.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra skont l-Artikoli 8(4) u 9(2) tkun disponibbli lill-Kummissjoni u l-Istati Membri li talbuha mingħajr dewmien mhux dovut, fil-qafas ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 6(2), u tikkonforma mar-rekwiżiti kwalitattivi minimi għall-affidabbiltà u l-komparabbiltà tas-settijiet ta' data.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Il-prodotti, servizzi u operazzjonijiet tan-negozju tal-investitur barrani u tal-impriża li fiha l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta;

(c)  Il-prodotti, servizzi, privattivi u operazzjonijiet tan-negozju tal-investitur barrani u tal-impriża li fiha l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  il-pajjiżi terzi li fihom l-investitur barrani iwettaq parti sostanzjali ta' investimenti u operazzjonijiet tan-negozju;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli għall-Istat Membru li tista' tgħin biex jiġi determinat jekk l-investiment jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni ta' sigrieti kummerċjali.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt ta' skrinjar tal-investiment dirett barrani ("punt ta' kuntatt ta' skrinjar IDB") għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jinvolvu dawn il-punti ta' kuntatt ta' skrinjar IDB dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt istituzzjonali ta' skrinjar tal-investiment dirett barrani ("punt ta' kuntatt istituzzjonali ta' skrinjar IDB") għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jinvolvu dawn il-punti ta' kuntatt ta' skrinjar IDB dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiltaqgħu regolarment biex jiddiskutu l-aħjar prattiki fl-iskrinjar tal-investiment u jikkoordinaw dwar fatturi li qed jiġu kkunsidrati fis-sens tal-Artikolu 4 bil-ħsieb tal-armonizzazzjoni ta' dawn l-elementi.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux iktar tard minn tliet (3) snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-Istati Membri għandhom ikunu involuti f'dan l-eżerċizzju u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija ta' dak ir-rapport.

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux iktar tard minn tliet (3) snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-Istati Membri għandhom ikunu involuti f'dan l-eżerċizzju u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija ta' dak ir-rapport. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta reviżjoni ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard minn sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Jekk il-Kummissjoni tkun tal-fehma li tali reviżjoni mhix meħtieġa, għandha tagħti ġustifikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għad-deċiżjoni tagħha.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Anness I – inċiż -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  Fond Ewropew għad-Difiża u Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża:

 

  Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE;

 

  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-finanzjament tal-Azzjoni Preparatorja dwar ir-Riċerka għad-Difiża (PADR);

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment ta' qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2017)0487 – C8-0309/2017 – 2017/0224(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

26.10.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

26.10.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Geoffrey Van Orden

21.11.2017

Eżami fil-kumitat

26.2.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

5

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Mario Borghezio, Victor Boştinaru, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule-Pēterse, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Wajid Khan, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Clare Moody, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Cristian Dan Preda, Michel Reimon, Sofia Sakorafa, Jaromír Štětina, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Anders Primdahl Vistisen

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Laima Liucija Andrikienė, Brando Benifei, Angel Dzhambazki, Andrzej Grzyb, Antonio López-Istúriz White, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Igor Šoltes, Bodil Valero

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT MITLUB JAGĦTI OPINJONI

49

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Johannes Cornelis van Baalen, Iveta Grigule-Pēterse, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Marietje Schaake, Ivo Vajgl

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

PPE

Asim Ademov, Michèle Alliot-Marie, Laima Liucija Andrikienė, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Michael Gahler, Andrzej Grzyb, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Cristian Dan Preda, Tokia Saïfi, Jaromír Štětina, László Tőkés

S&D

Nikos Androulakis, Francisco Assis, Brando Benifei, Victor Boştinaru, Andi Cristea, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Wajid Khan, Arne Lietz, Andrejs Mamikins, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Barbara Lochbihler, Tamás Meszerics, Michel Reimon, Igor Šoltes, Bodil Valero

5

-

EFDD

James Carver

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa

NI

Georgios Epitideios

7

0

ECR

Amjad Bashir, Angel Dzhambazki, Anna Elżbieta Fotyga, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock, Anders Primdahl Vistisen

ENF

Mario Borghezio

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (5.4.2018)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea
(COM(2017)0487 – C8-0309/2017 – 2017/0224(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Roberts Zīle

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-investiment dirett barrani (IDB) huwa parti integrali tal-ekonomija tal-Unjoni, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u t-tkabbir. L-IDB mhuwiex biss dwar il-flus u l-ħolqien tal-impjiegi li hemm marbut miegħu, iżda jikkonċerna teknoloġiji, għarfien espert, ġestjoni u l-aħjar prattiki li l-investituri jġibu magħhom. Fl-istess ħin, ċerti investimenti jistgħu jġibu magħhom riskji – ħafna drabi mhux daqstant għall-pajjiż li jirċievi daqs kemm għall-oħrajn madwaru. L-Istati Membri li jistgħu potenzjalment ikunu milquta minn ċerti investimenti huma intitolati li jkollhom qafas biex jiskambjaw informazzjoni u jikkomunikaw it-tħassib tagħhom lil ħaddieħor.

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal regolament li jistabbilixxi qafas analitiku għall-investiment dirett barrani li jidħol fl-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi. L-inizjattiva hija kostruttiva, iżda tibbenefika mill-emendi u l-kjarifiki li ġejjin.

Il-proċeduri ta' skrinjar

Il-proposta tipprovdi l-possibbiltà lill-Kummissjoni li toħroġ opinjonijiet indirizzati lill-Istati Membri meta jkun ippjanat jew ikkompletat IDB. Minkejja li l-iskedi taż-żmien proposti biex jinħarġu opinjonijiet bħal dawn huma adegwati, huwa vitali li l-Kummissjoni tagħmel dan mill-aktar fis possibbli, sabiex tevita inċertezza żejda għall-Istati Membri u l-investituri.

Id-definizzjoni tal-IDB u l-investituri finali

Id-definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi investiment minn pajjiż terz jeħtieġ li tiġi estiża. Filwaqt li l-proposta tal-Kummissjoni tindirizza l-fatt li kumpanija tal-UE tista' tintuża bħala mezz biex jinħeba IDB, jeżistu lakuni oħra. Anki jekk s'issa mhumiex prevalenti, il-programmi hekk imsejħa cash-for-passport ta' ċerti Stati Membri "jinnaturalizzaw" mhux biss l-investitur barrani, iżda wkoll il-flus assoċjati. Ta' spiss l-investituri finali ma jkunux magħrufa jew ikunu qed jistaħbew wara strutturi opaki u b'diversi livelli. Fil-kuntest, l-Istati Membri kkonċernati għandu jkollhom il-mezzi biex isibu informazzjoni dwar l-investituri finali u l-pajjiżi ospitanti finali ta' investimenti barranin diretti. Ir-rapporteur jemmen li l-punti ta' kuntatt proposti jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biex jiksbu informazzjoni mingħand il-Kummissjoni dwar l-investituri finali u l-pajjiżi ospitanti finali ta' investimenti diretti barranin fi Stati Membri oħra.

Raġunijiet għal skrinjar

Ir-rapporteur jemmen li l-lista ta' fatturi li jiskrinjaw l-investimenti għal raġunijiet ta' sigurtà jew ta' ordni pubbliku għandha tinkludi l-midja. Il-parteċipazzjoni diretta jew indiretta ta' kontroll assoċjat tal-gvern mal-investitur mill-pajjiż terz għandha titqies ukoll. Għandha tingħata attenzjoni wkoll għal dawk l-investimenti li joriġinaw minn jew huma marbuta direttament jew indirettament ma' pajjiżi li huma soġġetti għal sanzjonijiet tal-UE, jew naqsu b'mod konsistenti milli jirrispettaw l-istat tad-dritt jew l-aħjar prattiki tat-taxxa. L-investimenti ta' portafoll, ukoll, ma jistgħux jiġu kompletament injorati. Pereżempju, ammont eċċessiv ta' depożiti ta' domanda barranija fil-bank ewlieni ta' Stat Membru jista' jkollu għadd ta' implikazzjonijiet fuq pajjiżi ġirien. Il-mekkaniżmu tal-iskrinjar jeħtieġ jinkludi, u l-Istati Membri fir-rappurtar tagħhom għandhom jelenkaw wkoll, l-investimenti li jseħħu fl-ilmijiet territorjali tagħhom. Min-naħa l-oħra, l-investiment dirett trasparenti għal skopijiet ċari ta' sigurtà jew difiża li joriġina minn Pajjiżi Membri tan-NATO, u li jkun sostnut jew iffinanzjat mill-gvern ma għandux ikun soġġett għal skrutinju akbar.

Talbiet għal informazzjoni u l-iżgurar ta' informazzjoni kunfidenzjali

It-talbiet għal informazzjoni mill-Kummissjoni jew minn Stati Membri oħra dwar ċerti investimenti f'pajjiż għandhom ikunu debitament motivati. L-Istati Membri li jirċievu l-IDB m'għandhomx għalfejn ikunu mgħobbija bla bżonn minn għadd dejjem akbar ta' talbiet. Dan jista' jirriżulta f'inċertezza għall-investituri u jnaqqas il-kompetittività mhux biss għall-Istati Membri kkonċernati individwalment, iżda wkoll għall-Unjoni fit-totalità tagħha. Barra minn hekk, dawk il-partijiet li jingħataw l-informazzjoni kunfidenzjali mitluba mhux biss għandhom jiżguraw il-protezzjoni tagħha iżda jerfgħu r-responsabbiltà għal dan. Madankollu, il-klawżola ta' kunfidenzjalità m'għandhiex tiġi abbużata sabiex taħbi informazzjoni essenzjali dwar l-investimenti.

Fil-qosor, huwa importanti li wieħed ikun viġilanti dwar l-investiment dirett barrani li joriġina minn pajjiżi terzi. Madankollu, dan għandu jsir b'mod proporzjonat u kostruttiv, b'linji gwida ċari u komprensivi għal kulħadd: l-investituri, dawk li jirċievu l-IDB kif ukoll il-partijiet ikkonċernati dwar dan. L-UE għandha tibqa' Unjoni li tiffavorixxi l-investiment.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-investiment dirett barrani jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-Unjoni, billi jtejjeb il-kompetittività tiegħu, joħloq l-impjiegi u l-ekonomiji ta' skala, iġib il-kapital, it-teknoloġiji, l-innovazzjoni, il-kompetenzi, u billi jiftaħ swieq ġodda għall-esportazzjonijiet tal-Unjoni. Jappoġġa l-objettivi tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa tal-Kummissjoni u jikkontribwixxi għal proġetti u programmi oħra tal-Unjoni.

(1)  L-investiment dirett barrani jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-Unjoni, billi jtejjeb il-kompetittività tagħha, joħloq l-impjiegi u l-ekonomiji ta' skala, jistimula l-produttività, iġib il-kapital, it-teknoloġiji, l-innovazzjoni, il-kompetenzi, u billi jiftaħ swieq ġodda għall-esportazzjonijiet tal-Unjoni. Jappoġġa l-objettivi tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa tal-Kummissjoni u jikkontribwixxi għal proġetti u programmi oħra tal-Unjoni. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jistinkaw sabiex ma jillimitawx bla bżonn l-investiment dirett barrani f'setturi strateġiċi.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Ekonomija b'saħħitha bbażata fuq swieq miftuħa, li toħloq klima intraprenditorjali li tħeġġeġ l-innovazzjonijiet u li tiffavorixxi supremazija globali u tkabbir, hija l-aħjar bażi għas-sigurtà, l-integrità u s-sovranità. L-investimenti barranin jikkontribwixxu mhux biss għat-tkabbir Ewropew iżda wkoll għas-supremazija Ewropea fir-rigward tal-innovazzjonijiet, ir-riċerka u x-xjenza. Meta atturi barranin jinvestu fl-innovazzjoni u r-riċerka fl-Ewropa, ikunu qed jinvestu fis-saħħa u l-kapaċitajiet futuri tal-Ewropa. Il-protezzjoniżmu jagħmel l-Ewropa aktar dgħajfa, filwaqt li s-swieq miftuħa jagħmlu l-Ewropa aktar b'saħħitha. Dan ma jipprevenix li jkun hemm investimenti minn ċerti atturi li huma ta' tip li fir-rigward tagħhom hemm bżonn li l-Ewropa tkun viġilanti sabiex tostakola theddid għas-sigurtà, l-integrità u s-sovranità tagħha.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Skont l-impenji internazzjonali meħuda fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, u fil-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment konklużi ma' pajjiżi terzi, l-Unjoni u Stati Membri jistgħu jadottaw miżuri restrittivi relatati ma' investiment dirett barrani fuq il-bażi ta' sigurtà jew ordni pubbliku, soġġett għal ċerti rekwiżiti.

(3)  Skont l-impenji internazzjonali meħuda fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, u fil-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment konklużi ma' pajjiżi terzi, l-Unjoni u Stati Membri jistgħu jadottaw miżuri restrittivi relatati ma' investiment dirett barrani biss fuq il-bażi ta' sigurtà jew ordni pubbliku, soġġett għal ċerti rekwiżiti.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Huwa importanti li tingħata ċertezza tad-dritt u li tiġi żgurata koordinazzjoni u kooperazzjoni madwar l-UE billi jiġi stabbilit qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani fl-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà unika tal-Istati Membri għall-manteniment tas-sigurtà nazzjonali.

(7)  Huwa importanti li tingħata ċertezza tad-dritt u li tiġi żgurata koordinazzjoni u kooperazzjoni madwar l-UE billi jiġi stabbilit qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani fl-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà unika tal-Istati Membri biex titħares is-sigurtà nazzjonali. Il-qafas legali attwali jrid jiġi msaħħaħ fid-dawl tal-bidliet fil-prattiki marbuta mal-investiment dirett barrani u fis-sistemi ta' skrinjar madwar id-dinja.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Il-qafas għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani jenħtieġ li jitqies bħala għodda għall-promozzjoni ta' djalogu aktar regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u Ewropej u l-investituri. Huwa jenħtieġ li joħloq relazzjoni ta' fiduċja u trasparenza akbar, filwaqt li fl-istess ħin joffri sigurtà legali akbar lill-investituri. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' timmonitorja s-sistemi ta' skrinjar użati fil-ġurisdizzjonijiet l-oħrajn madwar id-dinja.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li l-qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani jipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bil-mezzi biex jindirizzaw ir-riskji għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku b'mod komprensiv, u biex jadattaw għal tibdil fiċ-ċirkustanzi, filwaqt li jżommu l-flessibbiltà meħtieġa biex l-Istati Membri jiskrinjaw l-investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku filwaqt li jqisu s-sitwazzjonijiet individwali u ċ-ċirkustanzi nazzjonali tagħhom.

(8)  Jenħtieġ li l-qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani jipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bil-mezzi biex jimmonitorjaw u jindirizzaw kwalunkwe riskju għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku b'mod komprensiv, u biex jadattaw għal tibdil fiċ-ċirkustanzi, filwaqt li jżommu l-flessibbiltà meħtieġa biex l-Istati Membri jiskrinjaw l-investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku filwaqt li jqisu s-sitwazzjonijiet individwali u ċ-ċirkustanzi nazzjonali tagħhom.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jenħtieġ li tiġi koperta firxa wiesgħa ta' strumenti li jistabbilixxu jew iżommu rabtiet dejjiema u diretti bejn l-investituri minn pajjiżi terzi u mpenji li jwettqu attività ekonomika fi Stat Membru.

(9)  Jenħtieġ li tiġi koperta firxa wiesgħa ta' strumenti li jistabbilixxu jew iżommu rabtiet dejjiema u diretti bejn l-investituri minn pajjiżi terzi u mpenji li jwettqu attività ekonomika fi Stat Membru. Barra minn hekk, il-qafas għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani jenħtieġ li jkopri l-investimenti fuq perjodu qasir li jgħaddu bħala impenn fit-tul, inklużi l-flussi ta' investiment dirett maħsuba biex jevitaw it-taxxa jew għal skopijiet ta' ħasil tal-flus, u l-investimenti orjentati lejn setturi b'nefqa għolja fir-riċerka u l-iżvilupp tal-prodott bil-ħsieb li tinkiseb it-teknoloġija.

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda fl-investiment dirett minn barra l-UE kien fil-biċċa l-kbira indirizzat lejn setturi tat-teknoloġija avvanzata, kemm fir-rigward ta' akkwisti, kif ukoll ta' investimenti ġodda. Fir-rigward tal-akkwisti, il-kompjuters u l-prodotti elettroniċi huma l-mira ppreferuta għall-investituri ta' pajjiżi terzi, f'termini ta' valur relattiv tagħhom. Aktar minn EUR 323 biljun ġew investiti f'dak is-settur fit-tieni kwart tal-2017. Ir-riċerka turi li l-operazzjonijiet tan-negozju huma determinati skont minfejn jiġi l-investiment u għalfejn ikun sar.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu ggwidati fl-applikazzjoni tar-Regolament, huwa xieraq li tingħata lista ta' fatturi li jistgħu jitqiesu meta jiġi skrinjat investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurta jew ordni pubbliku. Din il-lista ttejjeb ukoll it-trasparenza tal-proċess tal-iskrinjar għall-investituri li jqisu jew li jkunu għamlu investimenti diretti barranin fl-Unjoni. Jenħtieġ li din il-lista ta' fatturi li tista' taffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tibqa' mhux eżawrjenti.

(11)  Sabiex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu ggwidati fl-applikazzjoni tar-Regolament, huwa xieraq li tingħata lista ta' fatturi li jenħtieġu li jitqiesu meta jiġi skrinjat investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurta jew ordni pubbliku. Din il-lista ttejjeb ukoll it-trasparenza tal-proċess tal-iskrinjar għall-investituri li jqisu jew li jkunu għamlu investimenti diretti barranin fl-Unjoni. Jenħtieġ li din il-lista ta' fatturi li tista' taffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tibqa' mhux eżawrjenti. Fl-iskrinjar tal-investiment dirett barrani, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll jekk jeżistux possibbiltajiet simili ta' investiment għall-investituri Ewropej fil-pajjiżi terzi kkonċernati, biex b'hekk jiġi rrispettat il-prinċipju tar-reċiproċità.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Biex jiddeterminaw jekk investiment dirett barrani jistax jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jqisu l-fatturi rilevanti kollha, inklużi l-effetti dwar l-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji, inklużi t-teknoloġiji abilitanti essenzjali, u kontributi li huma essenzjali għas-sigurtà jew il-manteniment ta' ordni pubbliku, u t-tfixkil, it-telf jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt sinifikanti fi Stat Membru jew fl-Unjoni. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jqisu wkoll jekk investitur barrani jkunx ikkontrollat direttament jew indirettament (pereżempju permezz ta' finanzjament sinifikanti, inklużi sussidji) mill-gvern ta' pajjiż terz.

(12)  Biex jiddeterminaw jekk investiment dirett barrani jistax jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jqisu l-fatturi rilevanti kollha, inklużi l-effetti dwar l-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji, inklużi t-teknoloġiji abilitanti essenzjali, u kontributi li huma essenzjali għas-sigurtà jew il-manteniment ta' ordni pubbliku, u t-tfixkil, it-telf jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt sinifikanti fi Stat Membru jew fl-Unjoni. Dan jenħtieġ li jinkludi wkoll is-sigurtà tal-provvista tal-ikel, flimkien mal-investimenti fl-art agrikola u f'assi agrikoli oħrajn. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jqisu wkoll jekk investitur barrani jkunx ikkontrollat direttament jew indirettament (pereżempju permezz ta' finanzjament sinifikanti, inklużi sussidji, trattament ta' taxxa preferenzjali, garanziji jew investimenti minn fondi tal-istat, eċċ) mill-gvern ta' pajjiż terz jew jekk dak l-investitur barrani huwiex effettivament proprjetà ta' tali gvern. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni lill-investimenti li joriġinaw minn pajjiżi msemmija fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2017 fuq il-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa, inklużi s-47 ġurisdizzjoni li impenjaw ruħhom li jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sistemi fiskali tagħhom. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni wkoll għal investimenti f'fondi ta' investimenti sovrani, li jeħtieġ li jkunu allinjati mal-Prinċipji u Prattiki Aċċettati b'mod ġenerali (GAPP) dwar Fondi ta' Investimenti Sovrani ("Prinċipji ta' Santjago").

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Meta tittieħed deċiżjoni dwar proċedura ta' skrinjar, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari għal arranġamenti fiskali kumplessi u artifiċjali, peress li dawn jistgħu jservu bħala mezz biex jiġu evitati sistemi ta' skrinjar. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li għaldaqstant jitqiesu wkoll ir-reputazzjoni tal-investitur u l-pajjiż tal-oriġini u tat-tranżitu tal-investiment.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-investimenti li joriġinaw minn pajjiżi indikati bħala rifuġji fiskali, kif ukoll għall-pajjiżi terzi li b'mod illegali jipproteġu l-assi finanzjarji u l-beni miksuba fl-Unjoni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c)  Fit-twettiq tal-iskrinjar, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jqisu l-impatt tal-investimenti diretti barranin fuq l-awtonomija strateġika tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u fuq il-katina tal-valur għat-teknoloġiji u s-setturi kritiċi.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-elementi essenzjali tal-qafas proċedurali għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani mill-Istati Membri biex l-investituri, il-Kummissjoni u Stati Membri oħra jkunu jistgħu jifhmu kif dawn l-investimenti aktarx jiġu skrinjati u biex jiġi żgurat li dawn l-investimenti jiġu skrinjati b'mod trasparenti u li jkunu nondiskriminatorji minn pajjiż terz għal ieħor. Jenħtieġ li tal-inqas dawn l-elementi jinkludu l-istabbiliment ta' perjodi ta' żmien għall-iskrinjar u l-possibbiltà li l-investituri barranin jfittxu rimedju ġudizzjarju għal deċiżjonijiet ta' skrinjar.

(13)  Huwa xieraq għall-Istati Membri li jistabbilixxu l-elementi essenzjali tal-qafas proċedurali għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani mill-Istati Membri biex l-investituri, il-Kummissjoni u Stati Membri oħra jkunu jistgħu jifhmu kif dawn l-investimenti aktarx jiġu skrinjati u biex jiġi żgurat li dawn l-investimenti jiġu skrinjati b'mod trasparenti u li jkunu nondiskriminatorji minn pajjiż terz għal ieħor. Jenħtieġ li tal-inqas dawn l-elementi jinkludu l-istabbiliment ta' perjodi ta' żmien għall-iskrinjar u l-possibbiltà li l-investituri barranin ifittxu rimedju ġudizzjarju għal deċiżjonijiet ta' skrinjar.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Il-qafas għall-iskrinjar ta' investiment dirett barrani jenħtieġ li jagħti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-flessibbiltà meħtieġa biex jiskrinjaw l-investimenti diretti barranin kemm qabel ma jsiru (ex ante) kif ukoll wara li jsiru (ex post).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)  L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jqisu l-effetti potenzjali ta' investiment barrani fuq, inter alia: l-infrastruttura kritika, inklużi l-enerġija, it-trasport, il-komunikazzjoni, il-midja, il-ħżin tad-dejta, l-infrastruttura tal-ispazju jew finanzjarja, kif ukoll il-faċilitajiet sensittivi; it-teknoloġiji kritiċi, inklużi l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, is-semikondutturi, it-teknoloġiji b'applikazzjoni b'użu doppju potenzjali, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġija tal-ispazju jew nukleari; is-sigurtà tal-provvista tal-kontributi kritiċi; u l-aċċess għal informazzjoni sensittiva jew il-kapaċità li tiġi kontrollata din l-informazzjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c)  Fid-determinazzjoni dwar jekk investiment dirett barrani hux possibbli li jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jqisu jekk l-investitur barrani huwiex ikkontrollat jew appoġġat direttament jew indirettament mill-gvern ta' pajjiż terz.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiskrinja l-investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw il-proġetti u l-programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Dan iservi ta' għodda biex il-Kummissjoni tipproteġi l-proġetti u l-programmi li jservu l-Unjoni kollha kemm hi u jirrappreżentaw kontribut importanti għat-tkabbir ekonomiku, għall-impjiegi u għall-kompetittività. Jenħtieġ li dan jinkludi b'mod partikulari proġetti u programmi li jinvolvu finanzjament sostanzjali mill-UE jew stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward infrastruttura kritika, teknoloġiji kritiċi jew kontributi kritiċi. Għal aktar ċarezza, jenħtieġ li tiġi elenkata f'Anness lista indikattiva ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni li fir-rigward tagħhom investiment dirett barrani jista' jiġi soġġett għal skrinjar mill-Kummissjoni.

(15)  Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiskrinja l-investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw il-proġetti u l-programmi ta' interess għall-Unjoni tal-passat, ta' bħalissa u tal-futur, għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Dan iservi ta' għodda biex il-Kummissjoni tipproteġi l-proġetti u l-programmi li jservu l-Unjoni kollha kemm hi u jirrappreżentaw kontribut importanti għat-tkabbir ekonomiku, għall-impjiegi u għall-kompetittività. Jenħtieġ li dan jinkludi b'mod partikulari proġetti u programmi li jinvolvu finanzjament sostanzjali mill-UE jew stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward infrastruttura kritika, teknoloġiji kritiċi jew kontributi kritiċi. Għal aktar ċarezza, jenħtieġ li tiġi elenkata f'Anness lista indikattiva ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni li fir-rigward tagħhom investiment dirett barrani jista' jiġi soġġett għal skrinjar mill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-proġetti u l-programmi li huma fl-interess strateġiku tal-Unjoni, bħal dawk fl-infrastruttura kritika li huma ffinanzjati jew li kienu ffinanzjati mill-flus tal-kontribwenti tat-taxxa tal-UE, jenħtieġ li jkunu salvagwardjati mill-Kummissjoni fejn xieraq; qabel, matul u wara t-tlestija.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn u l-iskrinjar ta' investiment dirett barrani mill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw il-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom u kull emenda għalihom lill-Kummissjoni, u jenħtieġ li jirrappurtaw dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar fuq bażi regolari. Għall-istess raġuni, jenħtiep li l-Istati Membri li ma għandhomx mekkaniżmu ta' skrinjar jirrapportaw ukoll fuq l-investimenti diretti barranin li seħħew fit-territorju tagħhom, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalihom.

(17)  Sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn u l-iskrinjar ta' investiment dirett barrani mill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw il-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom u kull emenda għalihom lill-Kummissjoni, u jenħtieġ li jirrappurtaw dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar fuq bażi regolari. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-Istati Membri li ma għandhomx mekkaniżmu ta' skrinjar jirrapportaw ukoll fuq l-investimenti diretti barranin li seħħew fit-territorju tagħhom, inklużi fl-ilmijiet territorjali tagħhom, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalihom.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Għal dan il-għan, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat livell minimu ta' informazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward ta' investimenti diretti barranin li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li din l-informazzjoni ssir disponibbli mill-Istati Membri li fihom l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew ikun ġie komplut fuq talba tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni. L-informazzjoni rilevanti tinkludi aspetti bħall-istruttura tas-sjieda tal-investitur barrani u l-finanzjament tal-investiment ippjanat jew komplut, inkluża, meta disponibbli, informazzjoni dwar sussidji mogħtija minn pajjiżi terzi.

(18)  Għal dan il-għan, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat livell suffiċjenti ta' informazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward ta' investimenti diretti barranin li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li din l-informazzjoni kollha ssir disponibbli mill-Istati Membri li fihom l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew ikun ġie komplut fuq talba tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni. L-informazzjoni rilevanti tinkludi aspetti bħall-istruttura tas-sjieda tal-investitur barrani u l-finanzjament tal-investiment ippjanat jew komplut, inkluża, meta disponibbli, informazzjoni dwar sussidji mogħtija minn pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-informazzjoni sensittiva tkun eskluża mill-ambitu tar-rapportar u jenħtieġ li l-Kummissjoni bl-ebda mod ma tinterferixxi mad-dritt ta' kull Stat Membru li jipproteġi l-informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  F'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 346(1) tat-TFUE, l-ebda Stat Membru ma huwa obbligat jagħti tagħrif li l-kxif tiegħu jikkunsidrah li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu. Dan japplika wkoll meta l-Istati Membri jkunu qed jiskrinjaw investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw il-proġetti jew il-programmi ta' interess tal-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jibqgħu lura milli jitolbu tali informazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Istat Membru u tal-Unjoni jittejbu permezz tal-istabbiliment tal-punti ta' kuntatt għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin f'kull Stat Membru.

(19)  Jenħtieġ li l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Istat Membru u tal-Unjoni jiġu żgurati permezz tal-istabbiliment tal-punti ta' kuntatt għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin f'kull Stat Membru, li jenħtieġ li jkunu kkoordinati minn punt ċentrali ta' kuntatt. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jużaw punti ta' kuntatt fost l-oħrajn biex jiksbu informazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-investituri finali u l-pajjiżi ospitanti finali ta' investimenti diretti barranin fi Stati Membri oħra.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw il-ħarsien ta' informazzjoni kunfidenzjali u informazzjoni sensittiva oħra.

(20)  Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jieħdu l-miżuri kollha u jerfgħu r-responsabbiltà biex jiżguraw il-ħarsien ta' informazzjoni kunfidenzjali u informazzjoni sensittiva oħra.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Dan ir-Regolament jirrigwarda azzjoni ġdida mill-Unjoni biex twettaq skrutinju tal-investimenti diretti barranin. L-importanza ta' ambjent ta' investiment miftuħ jenħtieġ li jkompli jiġi enfasizzat. Dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li kemm hu possibbli jilħaq l-objettiv tal-moviment liberu tal-kapital bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta r-rapport jipproponi li jimmodifika d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, dan jista' jiġi akkumpanjat, meta xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

(21)  Kull sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport jenħtieġ li jkun fih l-informazzjoni rilevanti dwar il-mod kif l-Istati Membri u l-Kummissjoni użaw is-sistemi ta' skrinjar tagħhom. Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill valutazzjoni bir-reqqa tal-oqfsa għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin u tal-iżviluppi fis-sistemi ta' skrinjar f'ġurisdizzjonijiet mhux tal-UE fl-Ewropa, akkumpanjat, meta xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  "investiment dirett barrani" tfisser investimenti ta' kull tip minn investitur barrani li għandu l-għan li jistabbilixxi jew li jżomm rabtiet dejjiema u diretti bejn l-investitur barrani u l-imprenditur jew l-impriża li l-kapital ikun qed isir disponibbli għalihom sabiex iwettqu attività ekonomika fi Stat Membru, inklużi investimenti li jippermettu parteċipazzjoni effettiva fil-ġestjoni jew fil-kontroll ta' kumpanija li twettaq attività ekonomika.

1.  "investiment dirett barrani" tfisser investimenti ta' kull tip minn investitur barrani li għandu l-għan li jistabbilixxi jew li jżomm rabtiet dejjiema u diretti bejn l-investitur barrani u l-imprenditur jew l-impriża li l-kapital ikun qed isir disponibbli għalihom sabiex iwettqu attività ekonomika fit-territorju jew fiż-żona ekonomika esklussiva ta' Stat Membru, inklużi investimenti li jippermettu parteċipazzjoni effettiva fil-ġestjoni jew fil-kontroll ta' kumpanija li twettaq attività ekonomika.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  "investitur barrani" tfisser persuna fiżika ta' pajjiż terz jew impriża ta' pajjiż terz li beħsiebha tagħmel jew li għamlet investiment dirett barrani;

2.  "investitur barrani" tfisser persuna fiżika jew impriża ta' pajjiż terz, jew persuna fiżika jew impriża reġistrata fi Stat Membru li tkun direttament jew indirettament marbuta finanzjarjament ma' persuna fiżika jew impriża ta' pajjiż terz li beħsiebha tagħmel jew li għamlet investiment dirett barrani fl-Unjoni;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jistgħu jżommu, jemendaw jew jadottaw mekkaniżmi biex jiskrinjaw investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurta jew ordni pubbliku, taħt il-kundizzjonijiet u skont it-termini stabbili f'dan ir-Regolament.

1.  L-Istati Membri għandhom iżommu, jemendaw jew jadottaw mekkaniżmi biex jiskrinjaw investimenti diretti barranin fit-territorju tagħhom. L-iskrinjar jista' jsir jekk ikun meħtieġ għall-protezzjoni tas-sigurtà jew biex jinżamm l-ordni pubbliku u għandu jsir partikolarment abbażi tat-termini stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' tiskrinja investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurta jew ordni pubbliku.

2.  Minbarra l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiskrinja investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għandhom jinkludu b'mod partikulari dawk il-proġetti u programmi li jinvolvu ammont sostanzjali jew sehem sinifikanti mill-finanzjament tal-UE, jew li huma koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward l-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji kritiċi jew il-kontributi kritiċi. Lista indikattiva ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni hija inkluża fl-Anness 1.

3.  Proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni għandhom jinkludu b'mod partikulari dawk il-proġetti u programmi li jinvolvu jew involvew ammont sostanzjali jew sehem sinifikanti mill-finanzjament tal-UE, jew li huma koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward l-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji kritiċi jew il-kontributi kritiċi. Lista indikattiva ta' proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni hija inkluża fl-Anness 1.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fatturi li jistgħu jitqiesu fl-iskrinjar

Fatturi li għandhom jitqiesu fl-iskrinjar

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-iskrinjar ta' investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni tista' tqis l-effetti potenzjali fuq, fost affarijiet oħra:

Fl-iskrinjar ta' investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iqisu l-effetti potenzjali diretti jew indiretti fuq, fost affarijiet oħra:

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  l-infrastruttura kritika, inklużi l-enerġija, it-trasport, il-komunikazzjoni, il-ħżin tad-dejta, l-infrastruttura tal-ispazju jew finanzjarja, kif ukoll il-faċilitajiet sensittivi;

-  l-infrastruttura kritika, inklużi l-enerġija, il-provvista tal-ilma, it-trasport, il-komunikazzjoni, il-midja, is-saħħa, l-edukazzjoni, ir-riċerka bażika, il-ħżin tad-data, l-infrastruttura tal-ispazju jew finanzjarja, kif ukoll il-faċilitajiet sensittivi;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  akkwisti ta' proprjetà li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà jew l-ordni pubbliku;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  it-teknoloġiji kritiċi, inklużi l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, is-semikondutturi, it-teknoloġiji b'applikazzjoni b'użu doppju potenzjali, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġija tal-ispazju jew nukleari;

-  it-teknoloġiji kritiċi, inklużi l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, is-semikondutturi, il-materjali avvanzati, il-materja prima kritika, in-nanoteknoloġiji, il-bijoteknoloġiji, it-teknoloġiji mediċi, it-teknoloġiji b'applikazzjoni b'użu doppju potenzjali, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġija tal-ajruspazju jew nukleari, kif ukoll teknoloġiji żviluppati bl-użu tal-appoġġ pubbliku;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  is-sigurtà tal-provvista tal-kontributi kritiċi; jew

-  l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, l-Istati Membri tagħha, u l-katina tal-valur ta' teknoloġiji u setturi kritiċi, u s-sigurtà tal-provvista tal-kontribut kritiku; is-sigurtà tal-provvista tal-ikel, inkluża art agrikola u beni agrikoli oħrajn jew

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-iskrinjar tal-investiment dirett barrani, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw ukoll jekk jeżistux possibbiltajiet simili ta' investiment għall-investituri Ewropej fil-pajjiżi terzi kkonċernati, filwaqt li titqies l-istruttura tal-pajjiżi l-anqas żviluppati (il-prinċipju tar-reċiproċità).

Emenda37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fid-determinazzjoni ta' jekk investiment dirett barrani aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jqisu jekk l-investitur barrani huwiex ikkontrollat mill-gvern ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta' finanzjament sinifikanti.

Fid-determinazzjoni ta' jekk investiment dirett barrani aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iqisu bl-aħjar mod jekk l-investitur barrani huwiex ikkontrollat direttament jew indirettament mill-gvern ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta' finanzjament sinifikanti, kif ukoll jekk dak l-investitur barrani huwiex multinazzjonali fin-natura, u b'mod partikolari x'inhuma l-prattiki tiegħu rigward l-evażjoni tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u r-rilokazzjoni sistematika tal-produzzjoni.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jżommu, jemendaw jew jadottaw miżuri meħtieġa biex jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar u d-deċiżjonijiet ta' skrinjar.

L-Istati Membri għandhom iżommu, jemendaw jew jadottaw miżuri meħtieġa biex jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar u d-deċiżjonijiet ta' skrinjar, inklużi dawk li jirrigwardaw sitwazzjonijiet fejn, minkejja l-fatt li tkun reġistrata fi Stat Membru, impriża hija effettivament ikkontrollata jew hi proprjetà ta' ċittadini ta' pajjiż terz.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex jeskludu flussi finanzjarji fil-bilanċ tal-pagamenti, il-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jinkludu statistiċi dwar l-investiment dirett li jirriflettu l-investiment reali, miġbura f'konformità mal-linji gwida tal-OECD u l-FMI.

Ġustifikazzjoni

Minflok investiment reali, l-istatistika dwar l-investiment dirett barrani ħafna drabi tirreġistra l-flussi ta' flus bejn l-unitajiet domestiċi u barranin ta' konglomerati multinazzjonali, kif ukoll l-akkwiżizzjonijiet internazzjonali ta' kumpaniji. Ikun hemm "fluss" fl-investimenti meta, pereżempju, sussidjarju ta' konglomerat barrani juża l-kapital ta' finanzjament li rċieva bħala investiment dirett sabiex iwettaq investimenti ulterjuri barra mill-pajjiż, b'tali mod li jżid mal-ħruġ tal-investiment dirett.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil Istati Membri oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tentattiv mill-investituri biex jevitaw il-mekkaniżmi tal-iskrinjar u d-deċiżjonijiet tal-iskrinjar.

Ġustifikazzjoni

Jekk investitur barrani jkollu jipprova jevita l-mekkaniżmi ta' skrinjar, u b'hekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru u tal-UE, dan jimplika li hemm involuti riskji għal dak l-Istat Membru u, potenzjalment, għal oħrajn. Huwa għalhekk loġiku li l-Istat Membru għandu jiġi nnotifikat dwar riskju potenzjali bħal dan.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-mekkaniżmi tal-iskrinjar tal-Istati Membri għandhom ikunu trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni bejn il-pajjiżi terzi. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-iskrinjar, il-bażi għall-iskrinjar u r-regoli proċedurali dettaljati applikabbli.

1.  Il-mekkaniżmi tal-iskrinjar tal-Istati Membri għandhom ikunu trasparenti u nondiskriminatorji. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-iskrinjar, il-bażi għall-iskrinjar u r-regoli proċedurali applikabbli.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Informazzjoni kunfidenzjali, inkluża informazzjoni sensittiva kummerċjalment, magħmulha disponibbli minn investituri u impriżi barranin ikkonċernati għandha tkun protetta.

3.  L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-kunfidenzjalità assoluta tal-informazzjoni, inkluża informazzjoni sensittiva kummerċjalment u sigrieti kummerċjali, magħmula disponibbli minn investituri u mill-impriżi barranin ikkonċernati fil-proċeduri tal-iskrinjar.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Investituri u impriżi barranin ikkonċernati għandu jkollhom l-possibbiltà li jfittxu rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet tal-iskrinjar tal-awtoritajiet nazzjonali.

4.  Investituri u impriżi barranin ikkonċernati għandu jkollhom l-possibbiltà li jfittxu rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet tal-iskrinjar tal-awtoritajiet nazzjonali, sakemm din l-azzjoni ma tkunx ikkunsidrata li tmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li d-dritt għal rimedju ġudizzjarju huwa fundamentali għall-istat tad-dritt fl-Ewropa, dan id-dritt jista', taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun limitat jekk ikun kuntrarju għall-interess tas-sigurtà nazzjonali, speċjalment jekk id-deċiżjonijiet tal-iskrinjar isiru mill-ogħla awtorità eżekuttiva fil-pajjiż.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u taqsam mekkaniżmu ta' skrinjar tal-"aqwa prattika" li jista' jiġi adottat mill-Istati Membri, pereżempju fejn ma hemm ebda mekkaniżmu ta' skrinjar fis-seħħ. L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-għajnuna tas-Servizz ta' Sostenn għar-Riforma Strutturali (SRSS) tal-Kummissjoni fit-twaqqif tal-mekkaniżmu ta' skrinjar tagħhom.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri li jiksbu l-mekkaniżmi ta' skrinjar għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom. Għal kull perjodu ta' rappurtar, ir-rapport għandu jinkludi b'mod partikolari informazzjoni dwar:

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom. Għal kull perjodu ta' rappurtar, ir-rapport għandu jinkludi b'mod partikolari informazzjoni dwar:

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 346(1) tat-TFUE, l-ebda Stat Membru ma għandu jkun obbligat li jagħti tagħrif li jikkunsidra li l-kxif tiegħu jmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Ċerta informazzjoni rigward l-iskrinjar tista', b'mod leġittimu, tkun ikkunsidrata bħala sigrieti ta' sigurtà nazzjonali u għandha tkun protetta.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri li ma jżommux mekkaniżmi ta' skrinjar għandhom jipprovdu l-Kummissjoni b'rapport annwali li jkopri investimenti diretti barranin li seħħew fit-territorju tagħhom, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalihom.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom iżommu l-mekkaniżmi tal-iskrinjar.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Abbażi tar-rapport annwali mill-Istati Membri u b'rispett dovut għall-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali b'informazzjoni aggregata dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' skrinjar.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta Stat Membru jqis li investiment dirett barrani ppjanat jew lest fi Stat Membru ieħor x'aktarx li jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubblika tiegħu, huwa jista' jipprovdi kummenti lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Il-kummenti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni wkoll.

2.  Meta Stat Membru jqis li investiment dirett barrani ppjanat jew lest fi Stat Membru ieħor x'aktarx li jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubblika tiegħu, huwa għandu jipprovdi kummenti lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Il-kummenti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni wkoll.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubblika fi Stat Membru wieħed jew iktar, hija tista' toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni irrispettivament jekk l-Istati Membri l-oħra pprovdewx kummenti.

3.  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubblika fi Stat Membru wieħed jew iktar, hija għandha toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta. Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni irrispettivament jekk l-Istati Membri l-oħra pprovdewx kummenti.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni jew Stat Membru li debitament iqisu li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubblika tagħhom jistgħu jitolbu mill-Istat Membru fejn huwa ppjanat jew tlesta l-investiment dirett barrani, kull informazzjoni meħtieġa biex jipprovdu kummenti msemmija fil-paragrafu 2, jew biex joħorġu l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 3.

4.  Fuq talba mill-Kummissjoni jew Stat Membru li debitament iqisu li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku tagħhom, l-Istat Membru fejn huwa ppjanat jew tlesta l-investiment dirett barrani, għandu jagħti l-informazzjoni rilevanti meħtieġa biex jipprovdi kummenti msemmija fil-paragrafu 2, jew biex joħroġ l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 3. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' titlob li l-kwistjoni tiġi diskussa f'punt ċentrali ta' skrinjar.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-kummenti skont il-paragrafu 2 jew opinjonijiet skont il-paragrafu 3 għandhom jiġu indirizzati lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta f'perjodu ta' żmien raġonevoli, u f'kull każ mhux iktar tard minn 25 jum ta' xogħol wara r-riċevuta tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 jew 4. F'każijiet fejn l-opinjoni tal-Kummissjoni tiġi wara kummenti minn Stati Membri oħra, il-Kummissjoni għandu jkollha 25 jum ta' xogħol oħra għall-ħruġ tal-opinjoni.

5.  Il-kummenti skont il-paragrafu 2 jew opinjonijiet skont il-paragrafu 3 għandhom jiġu indirizzati mingħajr dewmien lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta, u f'kull każ mhux iktar tard minn 25 jum ta' xogħol wara r-riċevuta tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 jew 4. F'każijiet fejn l-opinjoni tal-Kummissjoni tiġi wara kummenti minn Stati Membri oħra, il-Kummissjoni għandu jkollha 25 jum ta' xogħol oħra għall-ħruġ tal-opinjoni.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess tal-Unjoni abbażi ta' sigurtà jew ordni pubblika, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta.

1.  Meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess tal-Unjoni abbażi ta' sigurtà jew ordni pubblika, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' titlob mill-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta kull informazzjoni meħtieġa biex toħroġ opinjoni msemmija fil-paragrafu 1.

2.  Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 10.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-opinjoni tagħha lill-Istat Membru kkonċernat f'perjodu ta' żmien raġonevoli, u f'kull każ mhux iktar minn 25 jum ta' xogħol wara r-riċevuta tal-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2. Meta Stat Membru jkollu mekkaniżmu ta' skrinjar fis-seħħ kif imsemmi fl-Artikoli 3(1) u l-informazzjoni dwar l-investiment dirett barrani li għaddejja minn skrinjar ġiet riċevuta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1), l-opinjoni għandha titwassal mhux iktar tard minn 25 jum ta' xogħol wara r-riċevuta ta' din l-informazzjoni. Meta tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali biex tinħareġ opinjoni, il-perjodu ta' 25 jum għandu jibda mid-data tar-riċevuta tal-informazzjoni addizzjonali.

3.  Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-opinjoni tagħha lill-Istat Membru kkonċernat mingħajr dewmien, u f'kull każ mhux iktar minn 25 jum ta' xogħol wara r-riċevuta tal-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2. Meta l-informazzjoni dwar l-investiment dirett barrani li għaddejja minn skrinjar ġiet riċevuta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1), l-opinjoni għandha titwassal mhux iktar tard minn 25 jum ta' xogħol wara r-riċevuta ta' din l-informazzjoni. Meta tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali biex tinħareġ opinjoni, il-perjodu ta' 25 jum għandu jibda mid-data tar-riċevuta tal-informazzjoni addizzjonali.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra skont l-Artikoli 8(4) u 9(2) tkun disponibbli lill-Kummissjoni u l-Istati Membri li talbuha mingħajr dewmien mhux dovut.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra skont l-Artikoli 8(4) u 9(2) tkun disponibbli lill-Kummissjoni u l-Istati Membri li talbuha mingħajr dewmien mhux ġustifikat.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-istruttura tas-sjieda tal-investitur barrani u tal-impriża li fiha l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta, inkluża informazzjoni dwar l-azzjonist jew azzjonisti aħħari/ija kontrollanti;

(a)  L-istruttura tas-sjieda sħiħa tal-investitur barrani u tal-impriża li fiha l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta, inkluża informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji aħħarin;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Informazzjoni akkwistata b'riżultat tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-iskop li għalih tkun ġiet mitluba.

1.  Informazzjoni akkwistata b'riżultat tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-iskop li għalih tkun ġiet mitluba, u ma għandhiex twassal għall-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Parti minn dan ir-regolament jinkludi kooperazzjoni li tinvolvi skambju ta' informazzjoni. Din l-emenda tindirizza tħassib potenzjali fir-rigward tal-kunfidenzjalità, is-salvagwardja ta' informazzjoni sensittiva kummerċjali u professjonali.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw l-ogħla livell ta' kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva inklużi sigrieti kummerċjali kif definit mid-Direttiva (UE) 2016/9431a, miksuba u provduta minn investituri barranin u mill-impriża kkonċernata. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli għall-ħarsien tas-sigrieti kummerċjali meta jagħmlu proċeduri ta' skrinjar.

 

______________

 

1a Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt ta' skrinjar tal-investiment dirett barrani ("punt ta' kuntatt ta' skrinjar IDB") għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jinvolvu dawn il-punti ta' kuntatt ta' skrinjar IDB dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt ta' skrinjar tal-investiment dirett barrani ("punt ta' kuntatt ta' skrinjar IDB") għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi punt ċentrali ta' skrinjar li permezz tiegħu l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jinvolvu dawn il-punti ta' kuntatt ta' skrinjar IDB dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux iktar tard minn tliet (3) snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-Istati Membri għandhom ikunu involuti f'dan l-eżerċizzju u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija ta' dak ir-rapport.

1.  Kull sena wara ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament filwaqt li tistabbilixxi informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet tas-sistemi ta' filtrazzjoni tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni. Sa mhux iktar tard minn... [data tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'valutazzjoni bir-reqqa tal-oqfsa għall-filtrazzjoni tal-investiment dirett barrani fl-Ewropa u l-iżviluppi fis-sistemi ta' filtrazzjoni f'ġurisdizzjonijiet mhux tal-UE, akkumpanjata, meta xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Anness – inċiż 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża:

 

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE; ĠU L ... (COM(2017)0294).

Emenda    63

Proposta għal regolament

Anness – inċiż 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  Fond Ewropew għad-Difiża:

 

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "It-Tnedija tal-Fond Ewropew għad-Difiża" (COM(2017)0295)

Emenda    64

Proposta għal regolament

Anness – inċiż 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  Kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO):

 

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta' Stati Membri parteċipanti; ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Anness – inċiż 6d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

 

Ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013;

 

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 rigward l-estensjoni fit-tul taż-żmien tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2017)0487 – C8-0309/2017 – 2017/0224(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

26.10.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

26.10.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Roberts Zīle

5.10.2017

Eżami fil-kumitat

25.1.2018

20.3.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

27.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

8

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Esther de Lange, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Othmar Karas, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Alex Mayer, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Marco Zanni, Sotirios Zarianopoulos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy, Syed Kamall, Krišjānis Kariņš, Jeppe Kofod, Thomas Mann, Eva Maydell, Ana Miranda, Luigi Morgano, Romana Tomc, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Iturgaiz, Arndt Kohn, Peter Liese

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ALDE

Caroline Nagtegaal

ECR

Syed Kamall, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne

PPE

Burkhard Balz, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Carlos Iturgaiz, Othmar Karas, Krišjānis Kariņš, Georgios Kyrtsos, Esther de Lange, Peter Liese, Ivana Maletić, Thomas Mann, Eva Maydell, Luděk Niedermayer, Dariusz Rosati, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Jeppe Kofod, Arndt Kohn, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Luigi Morgano, Paul Tang

VERTS/ALE

Ana Miranda, Molly Scott Cato

8

-

ALDE

Petr Ježek, Wolf Klinz, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ENF

Gerolf Annemans

GUE/NGL

Matt Carthy

NI

Sotirios Zarianopoulos

S&D

Alfred Sant

4

0

EFDD

Marco Valli

ENF

Bernard Monot, Marco Zanni

GUE/NGL

Marisa Matias

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta’ qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2017)0487 – C8-0309/2017 – 2017/0224(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.9.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

26.10.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

26.10.2017

ECON

26.10.2017

ITRE

26.10.2017

JURI

26.10.2017

 

LIBE

26.10.2017

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

9.10.2017

LIBE

16.10.2017

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

18.1.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Franck Proust

11.10.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.11.2017

22.3.2018

24.4.2018

 

Data tal-adozzjoni

28.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Tiziana Beghin, David Borrelli, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Nadja Hirsch, France Jamet, Jude Kirton-Darling, Patricia Lalonde, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Dita Charanzová, Sander Loones, Bolesław G. Piecha, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Ramon Tremosa i Balcells

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Reinhard Bütikofer

Data tat-tressiq

5.6.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

30

+

ALDE

Dita Charanzová, Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

Sander Loones

EFDD

Tiziana Beghin

ENF

Danilo Oscar Lancini, Franz Obermayr

NI

David Borrelli

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Sorin Moisă, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Adam Szejnfeld

S&D

Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, Emmanuel Maurel, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Reinhard Bütikofer

7

-

ECR

Emma McClarkin, Bolesław G. Piecha, Joachim Starbatty

ENF

France Jamet

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Ġunju 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza