RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq
8.6.2018 - (COM(2017)0278 – C8-0170/2017 – 2017/0121(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Merja Kyllönen
Rapporteur għall-opinjoni (*):
Martina Dlabajová, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
(*) Kumitat assoċjat - Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq
(COM(2017)0278 – C8-0170/2017 – 2017/0121(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0278),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0206/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti Nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Titolu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Proposta għal |
Proposta għal | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq |
li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa -1 (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(-1) Minħabba l-livell għoli ta' mobbiltà tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq, huma meħtieġa regoli speċifiċi għas-settur li jiżguraw bilanċ bejn il-libertà għall-operaturi li jipprovdu servizzi transfruntiera, il-moviment liberu tal-merkanzija u l-protezzjoni soċjali tax-xufiera. Għalhekk, l-għan ta' din id-direttiva hu li tipprovdi ċertezza u ċarezza legali, li tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni u tħeġġeġ l-infurzar u l-ġlieda kontra prattiki illegali u li tnaqqas il-piż amministrattiv. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Sabiex ikun jista' jinħoloq settur tat-trasport bit-triq li jkun sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli jeħtieġ li min-naħa jiġi żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali xierqa għax-xufiera, u li min-naħa l-oħra jiġu pprovduti kundizzjonijiet tajbin għan-negozju u kundizzjonijiet ġusti ta' kompetizzjoni għall-operaturi. |
(1) Sabiex ikun jista' jinħoloq settur tat-trasport bit-triq li jkun sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli jeħtieġ li jiġu żgurati l-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu provduti servizzi, kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali xierqa għax-xufiera, u li jiġu pprovduti kundizzjonijiet tajbin għan-negozju u ambjent kompetittiv għall-operaturi, filwaqt li jiġu rrispettati l-libertajiet fundamentali, il-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi b'mod partikolari kif iggarantiti mit-Trattati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 1a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1a) Kwalunkwe regola nazzjonali applikata għat-trasport bit-triq trid tkun proporzjonata u ġustifikata u ma tridx tostakola jew tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat, bħall-moviment liberu tas-servizzi, sabiex tinżamm jew tiżdied il-kompetittività tal-Unjoni filwaqt li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali għax-xufiera. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(2) Il-mobbiltà għolja inerenti tas-servizzi tat-trasport bit-triq teħtieġ attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li x-xufiera jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet li huma intitolati għalihom u li l-operaturi ma jkollhomx iħabbtu wiċċhom ma' ostakli amministrattivi sproporzjonati li jillimitaw bla bżonn il-libertà tagħhom li jipprovdu servizzi transfruntiera. |
(2) Il-mobbiltà għolja inerenti tas-servizzi tat-trasport bit-triq teħtieġ attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li x-xufiera jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet li huma intitolati għalihom u li l-operaturi, li ħafna minnhom (90 %) huma SMEs b'anqas minn 10 ħaddiema, ma jkollhomx iħabbtu wiċċhom ma' ostakli amministrattivi sproporzjonati jew kontrolli abbużivi u diskriminatorji, li jillimitaw bla bżonn il-libertà tagħhom li jipprovdu servizzi transfruntiera. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 2a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2a) Kwalunkwe regola nazzjonali applikata għat-trasport bit-triq trid tkun proporzjonata kif ukoll ġustifikata u ma tridx tostakola jew tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti bit-Trattat, bħall-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi sabiex tinżamm jew saħansitra tiżdied il-kompetittività tal-Unjoni, inklużi l-kostijiet ta' prodotti u servizzi billi jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali għax-xufiera kif ukoll l-ispeċifiċitajiet tas-settur peress li x-xufiera huma ħaddiema mobbli ħafna, mhux ħaddiema stazzjonati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Il-bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol għax-xufiera u l-iffaċiltar tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport bit-triq abbażi ta' kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi nazzjonali u barranin huwa kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
(3) Il-bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol għax-xufiera u l-iffaċiltar tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport bit-triq abbażi ta' kompetizzjoni ġusta, proporzjonata, mhux diskriminatorja bejn l-operaturi nazzjonali u barranin huwa kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Kwalunkwe att leġiżlattiv nazzjonali jew linja ta' politika implimentata fil-livell nazzjonali fis-settur tat-trasport trid għalhekk twassal għall-iżvilupp u t-tisħiħ ta' żona Ewropea unika tat-trasport u bl-ebda mod ma tikkontribwixxi għall-frammentazzjoni tas-suq intern. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(4) Wara li ġew evalwati l-effettività u l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni soċjali attwali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, fid-dispożizzjonijiet eżistenti ġew identifikati ċerti lakuni, filwaqt li nstabu nuqqasijiet fl-infurzar tagħhom. Barra minn hekk, jeżistu għadd ta' diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni tar-regoli. Dan joħloq inċertezza legali u trattament mhux ugwali tax-xufiera u tal-operaturi, li huwa ta' ħsara għall-kundizzjonijiet tax-xogħol, soċjali u tal-kompetizzjoni fis-settur. |
(4) Wara li ġew evalwati l-effettività u l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni soċjali attwali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, fid-dispożizzjonijiet eżistenti ġew identifikati ċerti lakuni, filwaqt li nstabu nuqqasijiet fl-infurzar tagħhom, kif ukoll prattiki illegali, bħall-użu ta' kumpaniji fittizji. Jenħtieġ li ssir enfasi addizzjonali fuq il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat fis-settur tat-trasport. Barra minn hekk, jeżistu għadd ta' diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni tar-regoli, u dan joħloq piż amministrattiv kbir ħafna għax-xufiera u l-operaturi. Dan joħloq inċertezza legali, li hija ta' ħsara għall-kundizzjonijiet tax-xogħol, soċjali u tal-kompetizzjoni fis-settur. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 4a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4a) Sabiex jiġi żgurat li d-Direttivi 96/71/KE1a u 2014/67/UE1b tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jiġu applikati b'mod korrett, jenħtieġ li jissaħħu l-kontrolli u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi relatata mal-istazzjonar tax-xufiera, u jenħtieġ li jsiru kontrolli aktar stretti biex ikun żgurat li l-kontribuzzjonijiet soċjali għall-ħaddiema stazzjonati fil-fatt jitħallsu. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
_________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a. Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.97, p. 1). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1b Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(5) L-infurzar adegwat, effettiv u konsistenti tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol huwa kruċjali għall-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' konformità. Għalhekk huwa mixtieq li r-rekwiżiti uniformi eżistenti ta' infurzar stipulati fid-Direttiva 2006/22/KE jiġu estiżi għall-kontroll tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol stipulati fid-Direttiva 2002/15/UE. |
(5) L-infurzar adegwat, effettiv u konsistenti tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol u tal-mistrieħ huwa kruċjali biex titjieb is-sigurtà fit-triq, il-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' konformità. Għalhekk huwa mixtieq li r-rekwiżiti uniformi eżistenti ta' infurzar stipulati fid-Direttiva 2006/22/KE jiġu estiżi għall-kontroll tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol stipulati fid-Direttiva 2002/15/UE. Il-possibilità li jiġu kkumbinati flimkien kontrolli dwar il-ħin tas-sewqan u l-ħin tax-xogħol ma' kontrolli dwar ir-regoli fuq l-istazzjonar tax-xufiera jenħtieġ li jkunu disponibbli wkoll mingħajr piż amministrattiv addizzjonali. Jenħtieġ li l-kontrolli tal-konformità mal-ħin tax-xogħol ikunu limitati għal kontrolli mwettqa fl-istabbilimenti tal-operaturi tat-trasport sakemm teknoloġija ġdida ma tippermettix kontrolli dwar il-ħin tax-xogħol li jitwettqu b'mod effettiv fil-ġenb tat-triq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 5a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5a) Wara li jitqies il-karattru speċifiku tas-servizzi tat-trasport u l-impatt dirett fuq il-moviment liberu tal-merkanzija, b'enfasi speċjali fuq is-sikurezza u s-sigurtà fit-toroq, kontrolli fit-triq jenħtieġ li jkunu limitati għall-minimu. Jenħtieġ li x-xufiera ma jkunux responsabbli għal obbligi amministrattivi addizzjonali tal-kumpaniji rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li l-ħin tax-xogħol ikun ikkontrollat biss fl-istabbiliment tal-operatur tat-trasport. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 5b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5b) Sabiex il-kontrolli fil-ġenb tat-triq ikunu aktar effiċjenti, aktar veloċi u aktar numerużi filwaqt li jonqos il-piż amministrattiv fuq ix-xufiera, jenħtieġ li tiġi vverifikata l-konformità mad-Direttiva 2002/15/KE fil-kuntest ta' spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-kumpanija pjuttost milli fil-kuntest ta' kontrolli fil-ġenb tat-triq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 6a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6a) Sabiex titrawwem kooperazzjoni amministrattiva effettiva u skambju effettiv ta' informazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri joħolqu interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tagħhom (NER) permezz tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU), fuq il-bażi tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi nazzjonali jkunu interkonnessi sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-ispetturi fit-triq, jista' jkollhom aċċess dirett fil-ħin reali għad-dejta u l-informazzjoni fl-ERRU. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 6b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6b) Biex tiġi ffaċilitata applikazzjoni aktar effikaċi u uniformi tal-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 u d-Direttiva 2002/15/KE, u biex tiġi ffaċilita l-konformità tal-operaturi tat-trasport bit-triq mar-rekwiżiti amministrattivi meta jiġu stazzjonati x-xufiera, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa wieħed jew diversi moduli tal-IMI għat-tressiq tad-dikjarazzjonijiet ta' stazzjonar u applikazzjoni elettronika li se jipprovdu lill-ispetturi aċċess dirett f'ħin reali għall-ERRU u l-IMI matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 7a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7a) Sabiex jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi għall-ħaddiema u n-negozji jeħtieġ li jsir progress lejn infurzar intelliġenti u jiġi provdut l-appoġġ kollu possibbli għall-introduzzjoni u l-użu komplet ta' sistemi ta' klassifikazzjoni tar-riskji. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar jingħataw aċċess f'ħin reali għar-reġistri elettroniċi nazzjonali (NERs), filwaqt li jsir użu massimu tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 8a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8a) Jenħtieġ li r-regoli applikabbli dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet tat-trasport fit-triq ikunu bilanċjati, sempliċi, u b'piż amministrattiv baxx għall-Istati Membri u l-impriżi tat-trasport. Jenħtieġ li dawn ma jiskuraġġux operazzjonijiet barra mill-pajjiż ta' stabbiliment ta' impriża. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(9) Instabu wkoll diffikultajiet fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema speċifikati fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 għas-settur tat-trasport bit-triq, li huwa mobbli ħafna. L-istess jgħodd fil-każ tal-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rekwiżiti amministrattivi stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16. Il-miżuri nazzjonali mhux koordinati dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq iġġeneraw piżijiet amministrattivi kbar għall-operaturi tal-Unjoni li mhumiex residenti. Dan ħoloq restrizzjonijiet bla bżonn fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta' trasport transfruntiera bit-triq, b'effetti kollaterali negattivi fuq l-impjiegi. |
(9) Instabu wkoll diffikultajiet fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema speċifikati fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 għas-settur tat-trasport bit-triq, li huwa mobbli ħafna. L-istess jgħodd fil-każ tal-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rekwiżiti amministrattivi stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16. Il-miżuri nazzjonali mhux koordinati dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq iġġeneraw inċertezza legali, distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur tat-trasport u piżijiet amministrattivi kbar għall-operaturi tal-Unjoni li mhumiex residenti. Dan ħoloq restrizzjonijiet bla bżonn fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta' trasport transfruntiera bit-triq, b'effetti kollaterali negattivi fuq l-impjiegi u l-kompetittività tal-kumpaniji tat-trasport. Jeħtieġ li jiġu armonizzati r-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll sabiex it-trasportaturi ma jitħallewx ibatu minn dewmien bla bżonn jew dewmien arbitrarju. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
_________________ |
_________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
15 Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.97, p. 1). |
15 Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.97, p. 1). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
16 Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11). |
16 Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 9a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9a) L-Istati Membri jenħtieġ li jiskambjaw id-dejta u l-informazzjoni, jimpenjaw ruħhom f'kooperazzjoni amministrattiva u assistenza reċiproka permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) – li stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1034/2012 – bil-għan li jiżguraw konformità sħiħa ma' dawn ir-regoli. Bl-istess mod, l-IMI jenħtieġ li tintuża biex tissottometti u taġġorna d-dikjarazzjonijiet dwar l-istazzjonar bejn l-operaturi tat-trasport u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri destinatarji. Biex jintlaħaq dan l-aħħar objettiv, ikun meħtieġ li tiġi żviluppata interfaċċja pubblika parallela fi ħdan is-sistema tal-IMI li għaliha jkollhom aċċess l-operaturi tat-trasport. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 9b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9b) L-atturi kollha fil-katina tal-konsenja tal-merkanzija jenħtieġ li jerfgħu s-sehem ġust tagħhom ta' responsabbiltà għal ksur tar-regoli stipulati f'din id-Direttiva. Dan jenħtieġ li jkun il-każ fejn l-atturi fil-fatt ikunu saru jafu bi ksur jew meta, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, dawn kellhom ikunu jafu bihom. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 9c (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9c) Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri ta' kontroll għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq jiġu applikati b'mod korrett kif definit fid-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE, jenħtieġ li jissaħħu l-kontrolli u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-frodi relatata mal-istazzjonar tax-xufiera. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 9d (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9d) Jenħtieġ li l-kuntratturi jaġixxu b'responsabbiltà soċjali billi jutilizzaw l-operaturi tat-trasport li jikkonformaw mar-regoli previsti f'din id-Direttiva. Biex ikun aktar faċli għal kuntratturi li jsibu tali operaturi tat-trasport, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-istrumenti eżistenti u l-aħjar prassi li jippromwovu l-imġiba soċjalment responsabbli tal-atturi kollha fil-katina tal-konsenja ta' merkanzija bil-ħsieb li titwaqqaf pjattaforma Ewropea ta' kumpaniji tat-trasport ta' fiduċja, jekk ikun xieraq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 10a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10a) Minħabba l-fatt li hemm nuqqas ta' xufiera fl-Ewropa, il-kundizzjonijiet tax-xogħol jenħtieġ li jittejbu b'mod sinifikanti sabiex il-professjoni tkun aktar attraenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 11 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(11) Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 96/71/KE tiġi implimentata fis-settur tat-trasport bit-triq b'mod effettiv u proporzjonat jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għas-settur li jirriflettu n-natura partikolari tal-forza tax-xogħol mobbli ħafna fis-settur tat-trasport bit-triq, u li jiġi pprovdut bilanċ bejn il-protezzjoni soċjali tax-xufiera u l-libertà li l-operaturi jipprovdu servizzi transfruntiera. |
(11) Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 96/71/KE tiġi implimentata fis-settur tat-trasport bit-triq b'mod effettiv u proporzjonat jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għas-settur li jirriflettu n-natura partikolari tal-forza tax-xogħol mobbli ħafna fis-settur tat-trasport bit-triq, u li jiġi pprovdut bilanċ bejn il-protezzjoni soċjali tax-xufiera u l-libertà li l-operaturi jipprovdu servizzi transfruntiera. Id-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, fid-Direttiva 96/71/KE, u dwar l-infurzar ta' dawn id-dispożizzjonijiet, fid-Direttiva 2014/67/UE, jenħtieġ li japplikaw għas-settur tat-trasport bit-triq skont it-termini ta' din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 12 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(12) Jenħtieġ li kriterji bbilanċjati bħal dawn ikunu bbażati fuq kunċett ta' rabta suffiċjenti ta' xufier ma' territorju ta' Stat Membru ospitanti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu ta' żmien, li meta jinqabeż għandhom japplikaw ir-rata tal-paga minima u l-liv annwali minimu bil-ħlas tal-Istat Membru ospitanti fil-każ ta' operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali u internazzjonali. Dan il-limitu ta' żmien ma għandux japplika għal operazzjonijiet ta' kabotaġġ kif definiti fir-Regolament 1072/200918 u fir-Regolament 1073/200919, minħabba li l-operazzjoni ta' trasport kollha kemm hi qed issir fi Stat Membru ospitanti. Bħala konsegwenza, ir-rata tal-paga minima u l-liv annwali minimu bil-ħlas tal-Istat Membru ospitanti għandhom japplikaw għall-kabotaġġ irrispettivament mill-frekwenza u miż-żmien ta' kemm idumu l-operazzjonijiet imwettqa minn xufier. |
(12) Jenħtieġ li kriterji bbilanċjati bħal dawn ikunu bbażati fuq kunċett ta' rabta suffiċjenti ta' xufier ma' territorju ta' Stat Membru ospitanti. Din ir-rabta suffiċjenti teżisti fil-każ ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ kif definiti fir-Regolament 1072/200918 u fir-Regolament 1073/200919, minħabba li l-operazzjoni ta' trasport kollha kemm hi qed issir fi Stat Membru ospitanti. Bħala konsegwenza, id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE jenħtieġ li japplikaw għall-kabotaġġ. Barra minn hekk, jenħtieġ ukoll li japplikaw ir-regoli dwar l-istazzjonar għat-traġitt bit-triq tat-trasport ikkombinat, kif imsemmi fid-Direttiva 1992/106/KE, dment li t-traġitt bit-triq isir fi ħdan l-istess Stat Membru. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
18 Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72). |
18 Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
19 Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88). |
19 Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 12a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(12a) Id-Direttiva 96/71/KE jenħtieġ li tapplika għall-operazzjonijiet ta' kabotaġġ kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 u fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009, minħabba li l-operazzjoni ta' trasport kollha kemm hi qed issir fi Stat Membru ospitanti u hemm kompetizzjoni diretta mal-impriżi lokali. Bħala konsegwenza, id-Direttiva 96/71/KE jenħtieġ li tapplika għall-kabotaġġ irrispettivament mill-frekwenza u miż-żmien ta' kemm idumu l-operazzjonijiet imwettqa minn xufier. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 12b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(12b) Peress li ma hemm l-ebda rabta suffiċjenti ta' xufier ma' territorju ta' Stat Membru ta' transitu, jenħtieġ li operazzjonijiet ta' transitu ma jkunux ikkunsidrati bħala sitwazzjonijiet ta' stazzjonar. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 12c (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(12c) It-trasport bit-triq huwa settur mobbli ħafna u jirrikjedi approċċ komuni għal ċerti aspetti ta' remunerazzjoni fis-settur. L-impriżi tat-trasport jeħtieġu ċertezza legali dwar ir-regoli u r-rekwiżiti li jridu jikkonformaw magħhom. Dawk ir-regoli u rekwiżiti jenħtieġ li jkunu ċari, jinftiehmu faċilment u jkunu aċċessibbli faċilment għall-impriżi tat-trasport u jenħtieġ li jippermettu kontrolli effettivi. Huwa importanti li regoli ġodda ma jintroduċux piż amministrattiv bla bżonn u li dawn iqisu kif xieraq l-interessi tal-SMEs. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 13 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(13) Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli speċifiċi għas-settur dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema u sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi sproporzjonati għas-settur tal-operaturi mhux residenti, jenħtieġ li fis-settur tat-trasport bit-triq jiġu stabbiliti rekwiżiti amministrattivi u ta' kontroll speċifiċi, filwaqt li jiġu sfruttati għalkollox l-għodod ta' kontroll bħat-takografu diġitali. |
(13) Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli speċifiċi għas-settur dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema u sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi sproporzjonati għas-settur tal-operaturi mhux residenti, jenħtieġ li fis-settur tat-trasport bit-triq jiġu stabbiliti rekwiżiti amministrattivi u ta' kontroll speċifiċi, filwaqt li jiġu sfruttati għalkollox l-għodod ta' kontroll bħat-takografu diġitali. Bil-ħsieb li titnaqqas il-kumplessità tal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva u d-Direttiva 96/71, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu ħielsa li jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi speċifikati f'din id-Direttiva – li kienu mfassla biex ikunu adattati għas-settur tat-trasport bit-triq – fuq l-operaturi tat-trasport bit-triq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13a) Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-kompiti ta' ġestjoni tad-dokumenti imposti fuq ix-xufiera, l-operaturi tat-trasport għandhom jipprovdu, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn huwa bbażat l-operatur, id-dokumenti kollha meħtieġa, kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2014/67/UE dwar assistenza u kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 13b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13b) Biex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li tintuża s-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 fl-Istati Membri għal skambju mtejjeb ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-livell transfruntier. L-estensjoni tal-karatteristiċi tal-IMI biex tinkludi s-sottomissjoni u t-trażmissjoni ta' dikjarazzjonijiet sempliċi tista' wkoll tkun ta' vantaġġ. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 13c (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13c) Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-operaturi tat-trasport, li ta' spiss huma impriżi żgħar u ta' daqs medju, ikun xieraq li jiġi ssemplifikat il-proċess li bih jintbagħtu dikjarazzjonijiet dwar l-istazzjonar mill-operaturi tat-trasport permezz ta' formoli standardizzati b'xi elementi definiti minn qabel tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 13d (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13d) Implimentazzjoni u applikazzjoni ġenerali tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema għat-trasport bit-triq jistgħu jaffettwaw l-istruttura tal-industrija tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni. Għalhekk, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jissorveljaw mill-qrib l-impatt ta' dan il-proċess. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal direttiva Premessa 13e (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13e) Jenħtieġ li l-infurzar jikkonċentra fuq spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-impriżi. Jenħtieġ li l-kontrolli mal-ġenb tat-triq ma jiġux esklużi, iżda jenħtieġ li jsiru b'mod mhux diskriminatorju unikament għal noti tal-kunsinna jew il-verżjonijiet elettroniċi tagħhom, għal konfermi ta' prereġistrazzjoni u l-attestazzjoni għal ritorn lejn il-pajjiż tal-istabbiliment tal-operatur jew ir-residenza tax-xufier. Jenħtieġ li l-kontrolli mal-ġenb tat-triq jikkontrollaw l-ewwel nett id-dejta takografika li hi importanti biex tiġi determinata l-attività ta' xufier u tal-vettura fuq perjodu kontinwu ta' erba' ġimgħat u l-kopertura ġeografika ta' din l-attività. Ir-reġistru tal-kodiċi tal-pajjiż jista' jkun ta' għajnuna. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal direttiva Premessa 13f (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13f) L-impatt tal-applikazzjoni u tal-infurzar tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema għas-settur tat-trasport bit-triq jenħtieġ li jiġi kontinwament evalwat mill-Kummissjoni u rrapportat lill-Parlament u lill-Kunsill, u jenħtieġ li jsiru proposti biex dawn ikomplu jiġu ssemplifikati u jitnaqqas il-piż amministrattiv. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal direttiva Premessa 13g (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13g) B'rikonoxximent tal-ħtieġa għal trattament speċifiku għas-settur tat-trasport, li fih il-moviment huwa l-qofol tal-ħidma mwettqa mix-xufiera, l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/UE għas-settur tat-trasport bit-triq jenħtieġ li tikkoinċidi mad-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda tad-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta' infurzar, u tar-regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal direttiva Premessa 13h (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13h) Sabiex jiġu adattati l-Annessi għal din id-Direttiva għall-iżviluppi tal-aħjar prattika, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti fir-rigward tal-emendar ta' dawk l-Annessi, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet. B'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal direttiva Premessa 14a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(14a) Jenħtieġ li, fil-kontest ta' kooperazzjoni amministrattiva effettiva u ta' assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri, l-iskambju ta' informazzjoni jkun konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni ta' dejta personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal direttiva Premessa 14b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(14b) Jenħtieġ li s-sħab kollha fil-katina tal-provvista jirrispettaw ir-regoli li jissalvagwardjaw il-kundizzjonijiet soċjali tajba tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fl-UE. Sabiex jinħoloq suq intern Ewropew ekonomikament u soċjalment sostenibbli, jenħtieġ li tiġi stabbilita u implimentata katina ta' responsabbiltà li tkopri lill-atturi kollha fil-katina loġistika. It-tisħiħ tat-trasparenza u tar-responsabbiltà u ż-żieda fl-ugwaljanza soċjali u ekonomika se żżid il-possibbiltà li l-professjoni tkun aktar attraenti u tiġi promossa kompetizzjoni b'saħħitha. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 2, paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid) Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 6 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid) Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 7 - paragrafu 1 - punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt -a (ġdid) Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 8 – paragrafu 1a – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 8 – paragrafu 1a – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 8 – paragrafu 1a – subparagrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 8 – paragrafu 1a – subparagrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ba (ġdid) Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 8 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt bb (ġdid) Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 8 – paragrafu 2a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ba (ġdid) Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ba (ġdid) Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ba (ġdid) Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c (ġdid) Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 9, paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c (ġdid) Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 9 – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 11 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid) Id-Direttiva 2006/22/KE Artikolu 12 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32006L0022&rid=1) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid) Direttiva 2006/22/KE Artikolu 13 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8b (ġdid) Direttiva 2006/22/KE Artikolu 14 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 8c (ġdid) Direttiva 2000/22/KE Artikolu 15 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 8d (ġdid) Direttiva 2000/22/KE Artikolu 15a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a (ġdid) Direttiva 2006/22/KE Anness I – parti A – punt 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt -aa (ġdid) Direttiva 2006/22/KE Anness I – parti A – punt 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt -ab (ġdid) Direttiva 2006/22/KE Anness I – parti A – punt 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 68 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a Direttiva 2006/22/KE Anness I – parti A – punt 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ba (ġdid) Direttiva 2006/22/KE Anness I – Parti B – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta' dik id-Direttiva meta jitwettqu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali kif definiti fir-Regolament 1072/2009 u fir-Regolament 1073/2009, meta l-perjodu ta' stazzjonar fit-territorju tagħhom għat-twettiq tal-operazzjonijiet ikun ugwali għal 3 ijiem jew inqas matul perjodu ta' xahar kalendarju wieħed. |
2. L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw id-Direttiva 96/71/KE għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta' dik id-Direttiva meta jitwettqu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali kif definiti fir-Regolament 1072/2009 u fir-Regolament 1073/2009 u operazzjonijiet ta' tranżitu meta x-xufier jagħmel it-tranżitu.minn Stat Membru mingħajr ma jgħabbi jew iħott merkanzija u mingħajr ma jtella' jew iniżżel passiġġieri. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Meta l-perjodu ta' stazzjonar ikun itwal minn 3 ijiem, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE għall-perjodu kollu ta' stazzjonar fit-territorju tagħhom matul il-perjodu ta' xahar kalendarju wieħed imsemmi fl-ewwel subparagrafu. |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 3 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodi ta' stazzjonar imsemmija fil-paragrafu 2: |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 73 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) perjodu ta' xogħol ta' kuljum ta' inqas minn sitt sigħat imqattgħin fit-territorju ta' Stat Membru ospitanti għandu jitqies bħala nofs ġurnata; |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) perjodu ta' xogħol ta' kuljum ta' sitt sigħat jew aktar imqattgħin fit-territorju ta' Stat Membru ospitanti għandu jitqies bħala ġurnata sħiħa; |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) il-pawżi, il-perjodi ta' mistrieħ u l-perjodi ta' disponibbiltà mqattgħin fit-territorju ta' Stat Membru ospitanti għandhom jitqiesu bħala perjodi ta' xogħol. |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 76 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2a. L-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 96/71/KE għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta' dik id-Direttiva meta jwettqu: | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) operazzjonijiet ta' kabotaġġ kif definiti fir-Regolamenti (KE) Nri 1072/2009 u 1073/2009. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) it-traġitt bit-triq ta' trasport ikkombinat, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 1992/106/KEE, dment li t-traġitt bit-triq isir fl-istess Stat Membru | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 77 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 2b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b. L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw l-Artikolu 3(1a) [dwar it-tul tal-istazzjonar] tad-Direttiva 96/71/KE, kif emendata, għall-operazzjonijiet tat-trasport bit-triq li jidħlu fl-ambitu ta' din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 78 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. L-Istati Membri jistgħu jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll li ġejjin: |
4. B'deroga mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE, l-Istati Membri jistgħu jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll li ġejjin: | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 79 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt a – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) obbligu li operatur tat-trasport bit-triq stabbilit fi Stat Membru ieħor jibgħat dikjarazzjoni ta' stazzjonar f'forma elettronika lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mhux aktar tard minn meta jibda l-istazzjonar, b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti jew bl-Ingliż u li jkun fiha biss l-informazzjoni li ġejja: |
(a) obbligu li operatur tat-trasport bit-triq stabbilit fi Stat Membru ieħor jippreżenta dikjarazzjoni jew kwalunkwe aġġornament tagħha f'forma elettronika permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012, lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mhux aktar tard minn meta jibda l-istazzjonar, b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jkun fiha biss l-informazzjoni li ġejja: | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 80 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt a – punt i | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(i) l-identità tal-operatur tat-trasport bit-triq; |
(i) l-identità tal-operatur tat-trasport bit-triq permezz tan-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa intra-Komunitarju tiegħu; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 81 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt a – punt ii | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(iii) l-għadd antiċipat u l-identitajiet tax-xufiera stazzjonati; |
(iii) informazzjoni dwar ix-xufiera stazzjonati, inkluż dan li ġej: l-identità, il-pajjiż ta' residenza, il-pajjiż fejn isir il-pagament tal-kontribuzzjonijiet soċjali, in-numru tas-sigurtà soċjali u n-numru tal-liċenzja tas-sewqan; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 82 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt a – punt iv | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(iv) kemm mistenni jdum, id-data prevista tal-bidu u tat-tmiem tal-istazzjonar; |
(iv) l-Istati Membri ospitanti, id-data tal-bidu prevista u t-tul taż-żmien stmat, u d-data tat-tmiem tal-istazzjonar u l-liġi applikabbli għall-kuntratt tal-impjieg; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 83 Proposta għal direttiva Artikolu 2 - paragrafu 4 – punt a – punt iva (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(iva) l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tad-destinatarji, dment li l-operatur tat-trasport ma jużax e-CMR; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 84 Proposta għal direttiva Artikolu 2 - paragrafu 4 – punt a – punt iva (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(via) l-indirizzi tat-tagħbija u tal-ħatt, dment li l-operatur tat-trasport ma jużax e-CMR; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 85 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) obbligu li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli fuq karta jew f'forma elettronika, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tad-dikjarazzjoni tal-istazzjonar u evidenza dwar l-operazzjoni tat-trasport li tkun qed isseħħ fl-Istat Membru ospitanti, bħal nota ta' konsenja elettronika (e-CMR) jew il-provi msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(b) obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq jiżgura li x-xufier ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tad-dikjarazzjoni u evidenza dwar l-operazzjoni tat-trasport li tkun qed isseħħ fl-Istat Membru ospitanti, bħal nota ta' konsenja elettronika (e-CMR) jew il-provi msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 86 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt c | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) obbligu li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, ir-reġistrazzjonijiet tat-takografu, u b'mod partikolari l-kodiċijiet tal-pajjiż tal-Istati Membri li fihom kien preżenti x-xufier meta kien qed iwettaq operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali bit-triq jew operazzjonijiet ta' kabotaġġ; |
(c) obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq jiżgura li x-xufier ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, ir-reġistrazzjonijiet tat-takografu, u b'mod partikolari l-kodiċijiet tal-pajjiż tal-Istati Membri li fihom kien preżenti x-xufier meta kien qed iwettaq operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali bit-triq jew operazzjonijiet ta' kabotaġġ; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 87 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ca) Matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq imsemmija fil-punti (b) u (c) ta' dan l-Artikolu, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi d-dokumenti mitluba; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 88 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt cb | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(f) obbligu li x-xufier, wara l-perjodu ta' stazzjonar, jippreżenta fuq karta jew f'forma elettronika, kopji tad-dokumenti msemmija fil-punti (b), (c) u (e), fuq talba tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti f'perjodu ta' żmien raġonevoli; |
(cb) obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq, wara l-perjodu ta' stazzjonar, jippreżenta fuq karta jew f'forma elettronika, kopji tad-dokumenti msemmija fil-punti (b) u (c), fuq talba tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti f'perjodu ta' żmien raġonevoli, kif ukoll id-dokumentazzjoni tar-remunerazzjoni tax-xufiera stazzjonati li tikkonċerna l-perjodu tal-istazzjonar u l-kuntratt ta' impjieg jew dokument ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE1a, ir-reġistri tal-ħinijiet relatati max-xogħol tax-xufier u prova tal-pagamenti. F'konformità mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2014/67/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tagħmel it-talba korrispondenti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment, u din tal-aħħar għandha titlob dik l-informazzjoni mingħand l-operatur. L-operatur jista' juża l-IMI biex jippreżenta d-dokumentazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
__________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 89 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt d | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) obbligu li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli fuq karta jew f'forma elettronika, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tal-kuntratt ta' impjieg jew dokument ekwivalenti skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE20, tradott lejn waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti jew bl-Ingliż; |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
20 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32). |
20 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 90 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt e | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(e) obbligu li x-xufier jagħmel disponibbli fuq karta jew f'forma elettronika, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tar-riċevuti tal-paga tal-aħħar xahrejn; waqt li jkun qed isir il-kontroll fil-ġenb tat-triq, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi din il-kopja; |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 91 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 4, operatur tat-trasport bit-triq jista' jipprovdi dikjarazzjoni ta' stazzjonar li tkopri perjodu mhux itwal minn sitt xhur. |
5. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 4, operatur tat-trasport bit-triq jista' jipprovdi dikjarazzjoni li tkopri perjodu mhux itwal minn sitt xhur. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 92 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 5a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5a. L-informazzjoni mid-dikjarazzjonijiet għandha tinżamm fir-repożitorju tal-IMI għall-fini ta' kontrolli għal perjodu ta' 18-il xahar u għandha tkun aċċessibbli direttament u f'ħin reali għall-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri l-oħra maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/67/UE, l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/22/KE. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 93 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 5b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5b. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex jiġu mfassla formoli standardizzati fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni sabiex jintużaw għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet, jiġu speċifikati l-funzjonalitajiet tad-dikjarazzjoni fl-IMI u kif l-informazzjoni msemmija fil-punti (i) sa (via) tal-paragrafu 4, punt (a) tiġi ppreżentata fid-dikjarazzjoni u jiġi żgurat li dik l-informazzjoni mid-dikjarazzjonijiet tiġi awtomatikament tradotta f'lingwa ta' Stat Membru ospitanti. L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 2a(2). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 94 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 5c (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5c. L-Istati Membri għandhom jevitaw dewmien bla bżonn fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' kontroll li jista' jaffettwa t-tul ta' żmien u d-dati tal-istazzjonar. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 95 Proposta għal direttiva Artikolu 2a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 2a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 96 Proposta għal direttiva Artikolu 2b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 2b | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Responsabbiltà | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet kontra l-konsenjaturi, l-ispedizjonieri, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi għal nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, meta huma jkunu jafu, jew, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha għandhom ikunu jafu, li s-servizzi tat-trasport li huma kkummissjonaw jiksru din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux diskriminatorji. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 97 Proposta għal direttiva Artikolu 2c (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 2c | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Klawżola ta' rieżami dwar il-pjattaforma Ewropea ta' kumpaniji ta' fiduċja | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istrumenti eżistenti u l-aħjar prassi li jippromwovu l-imġiba soċjalment responsabbli tal-atturi kollha fil-katina tal-konsenja ta' merkanzija u tfassal proposta leġiżlattiva biex tistabbilixxi Pjattaforma Ewropea ta' Fiduċja, jekk ikun xieraq, fi żmien sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 98 Proposta għal direttiva Artikolu 2d (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 2d | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Infurzar intelliġenti | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. Bla preġudizzju għad-Direttiva 2014/67/UE u sabiex l-obbligi previsti fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva jiġu infurzati aktar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata strateġija ta' infurzar nazzjonali koerenti fit-territorju tagħhom. Dik l-istrateġija għandha tiffoka fuq l-impriżi b'rata għolja ta' riskju, imsemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontrolli previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/22/KE jinkludu, fejn rilevanti, kontroll dwar l-istazzjonar u li dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu mingħajr diskriminazzjoni, b'mod partikolari mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq in-numri tal-pjanċi tal-vetturi li jintużaw fl-istazzjonar. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. L-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq l-impriżi li huma kklassifikati bħala li jikkostitwixxu riskju akbar ta' ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, li huma applikabbli għalihom. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom, fi ħdan is-sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju stabbilita minnhom skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li ġiet estiża skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jittrattaw ir-riskju ta' ksur ta' dan it-tip bħala riskju fih innifsu. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti u d-dejta rreġistrata, ipproċessata jew maħżuna mit-takografu intelliġenti msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 għad-dikjarazzjonijiet ta' stazzjonar imsemmija fl-Artikolu 2(4) ta' din id-Direttiva u għad-dokumenti tat-trasport elettroniċi, bħal noti ta' konsenja elettronika fl-ambitu il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija bit-Triq (eCMR). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex jiġu stipulati l-karatteristiċi tad-dejta li l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għaliha, il-kundizzjonijiet tal-użu tagħha u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni tagħha jew l-aċċess għaliha, billi tispeċifika b'mod partikolari: | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) lista dettaljata ta' informazzjoni u dejta li għalihom l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom aċċess, li għandhom jinkludu tal-inqas il-ħin u l-post tal-qsim tal-fruntieri, l-operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt, il-pjanċa ta' reġistrazzjoni tal-vettura u d-dettalji tax-xufier; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) id-drittijiet ta' aċċess tal-awtoritajiet kompetenti, divrenzjati, fejn xieraq, skont it-tip ta' awtoritajiet kompetenti, it-tip ta' aċċess u l-għan li għalih tintuża d-dejta; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni jew l-aċċess għad-dejta msemmija fil-punt (a), inkluż, fejn ikun rilevanti, it-tul ta' żmien massimu taż-żamma tad-dejta, divrenzjat, meta xieraq, skont it-tip ta' dejta. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6. Kwalunkwe dejta personali msemmija f'dan l-Artikolu għandha tkun aċċessibbli jew maħżuna għal mhux iktar minn dak li jkun neċessarju għall-finijiet li għalihom id-dejta tkun inġabret jew li għalihom tkun ġiet ipproċessata aktar. Ladarba tali dejta ma tkunx meħtieġa iżjed għal dawk il-finijiet, din għandha tinqered. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
7. L-Istati Membri għandhom iwettqu, tal-inqas tliet darbiet f'sena, il-kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq fuq l-istazzjonar, li jistgħu jikkoinċidu mal-kontrolli mwettqa skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/22/KE. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli fil-qasam tal-istazzjonar ta' żewġ Stati Membri jew aktar, fejn kull waħda minnhom topera fit-territorju tagħha. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-għadd u t-tip ta' ksur osservat wara li jkunu saru l-kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Is-sommarju tar-riżultati ta' kontrolli miftiehma għandhom isiru pubbliċi f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 99 Proposta għal direttiva Artikolu 2e (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 2(e) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 jiżdiedu l-punti li ġejjin: | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
8. Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE; Artikolu 8 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
9. Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq: Artikolu 2(5). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 100 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-impatt tal-Artikolu 2, sa [3 snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jekk ikun xieraq, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva. |
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-impatt tal-Artikolu 2(2), sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu. Jekk ikun xieraq, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 101 Proposta għal direttiva Artikolu 3a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 3a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programm komprensiv u integrat ta' taħriġ u adattament għar-regoli u r-rekwiżiti l-ġodda għax-xufiera u l-atturi l-oħra kollha involuti fil-proċedura, l-impriżi, l-amministrazzjonijiet u l-ispetturi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 102 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [...] [Il-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni se jkun qasir kemm jista' jkun, u ġeneralment, ma għandux jaqbeż sentejn], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih. |
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 103 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Is-settur tat-trasport, minħabba l-karatteristiċi rikonoxxuti tiegħu ta' mobbiltà kbira, huwa eżentat mill-miżuri li joħorġu mill-att leġiżlattiv li jemenda d-Direttiva 96/71/KE sakemm din id-Direttiva ssir applikabbli. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 104 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Is-settur tat-trasport huwa eżenti mill-miżuri li jirriżultaw mill-att leġiżlattiv li jemenda d-Direttiva 96/71/KE sad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti ta' infurzar li jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar it-trasport previsti f'din id-Direttiva.. |
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
NOTA SPJEGATTIVA
Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Kummissjoni Juncker huwa li tinbena Ewropa aktar ġusta permezz tat-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tagħha. Fil-politika tat-trasport, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasport bit-triq, ittieħed pass f'din id-direzzjoni meta fil-31 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-ewwel pakkett ta' mobbiltà mit-tliet pakketti ta' mobbiltà tagħha.
Is-settur Ewropew tat-trasport bit-triq jipprovdi impjiegi għal aktar minn ħames miljun ruħ, filwaqt li l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra annwali tiegħu jammontaw għal madwar għoxrin fil-mija tal-emissjonijiet mis-settur tat-trasport kollu kemm hu. Naturalment, l-għan tal-ewwel pakkett ta' mobbiltà huwa li jimmodernizza s-settur Ewropew tat-trasport/tal-mobbiltà u jagħmlu aktar ekwu soċjalment u aktar kompetittiv fi tranżizzjoni lejn trasport aktar nadif.
L-għan tal-emendi proposti mill-Kummissjoni huwa li jagħmlu l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar it-trasport bit-triq aktar ġusta u aktar effiċjenti u li jżidu r-responsabbiltà soċjali fil-qasam. Fl-istess ħin, l-għan huwa li jittaffa l-piż regolatorju eċċessiv fuq l-operaturi u li jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.
Valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali fis-settur tat-trasport bit-triq uriet li l-qafas leġiżlattiv attwali huwa mxekkel b'għadd ta' nuqqasijiet u problemi, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jinterpretawh, japplikawh u jimplimentawh f'modi ferm differenti. Dan ma wassalx biss għal inċertezza legali iżda anke għal trattament inugwali tax-xufiera u tal-operaturi tat-trasport bit-triq.
Ir-regolamenti soċjali ewlenin fis-settur tat-trasport bit-triq huma:
- id-Direttiva 2002/15/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq;
- id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE;
- ir-Regolament 561/2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85;
- id-Direttiva 2014/67/UE dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI"), u.
- id-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi.
Pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur temmen li l-proposti fl-ewwel pakkett ta' mobbiltà għal emendi għad-Direttiva 2006/22/KE u l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni speċifika, "lex specialis", dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq (proposti għal emendi għad-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE) jikkostitwixxu pakkett legali koerenti flimkien mal-emendi għar-Regolamenti 561/2006, 165/2014, 1071/2009 u 1072/2009. Fost l-inizjattivi fl-ewwel pakkett ta' mobbiltà, dawn il-proposti li jikkonċernaw il-pilastru soċjali u l-pilastru tas-suq intern għandhom b'mod partikolari jiġu ttrattati bħala unità waħda.
Bħala rimarka ġenerali, ir-rapporteur tixtieq tirringrazzja lill-Kummissjoni talli ressqet din il-proposta komprensiva pjuttost milli proposti leġiżlattivi individwali. Ir-rapporteur temmen li l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi biżżejjed elementi biex tagħmel titjib sinifikanti sabiex jinħoloq suq intern tal-UE soċjalment aktar ġust, jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera, tiġi promossa s-sigurtà fit-toroq u jiġi evitat id-dumping soċjali. L-għadd kbir ta' proposti sabiex jitnaqqas l-ammont ta' ħsara ambjentali kkawżata mit-trasport bit-triq huwa wkoll importanti, kemm fil-każ tal-ewwel pakkett ta' mobbiltà kif ukoll fit-tieni wieħed. Jeħtieġ li jsiru sforzi konsiderevoli fir-rigward tal-klima, u l-proposti tal-Kummissjoni se jgħinu f'dan ir-rigward.
Lex specialis – leġiżlazzjoni speċifika dwar xufiera stazzjonati
Ir-rapporteur tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li attwalment id-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema qed tiġi riveduta kompletament. Riforma komprensiva tista' titqies li hija ġustifikata, iżda r-riżultat aħħari tagħha jrid jitqies fl-abbozzar ta' leġiżlazzjoni speċifika dwar it-trasport bit-triq. Ir-rapporteur temmen li huwa possibbli li l-proposti dwar il-ħaddiema stazzjonati u x-xufiera stazzjonati jitqiesu b'mod parallel, iżda mhux li tiġi adottata pożizzjoni finali sakemm ma jkunx magħruf l-eżitu finali tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema.
Ir-rapporteur tqis li huwa ġustifikabbli li x-xufiera tat-trasport bit-triq u t-trasport bit-triq fil-leġiżlazzjoni jiġu ttrattati b'mod separat mid-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, u taqbel ma' dan l-approċċ. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur tixtieq tirringrazzja lill-Kummissjoni għall-proposta tagħha dwar it-trasport bit-triq u għad-deċiżjoni li dan jiġi ttrattat bħala kwistjoni separata, peress li hija tqis li d-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema ma tfasslitx b'tali mod li tqis in-natura mobbli tal-professjoni tax-xufiera. Din hija wkoll waħda mir-raġunijiet ewlenin għala d-Direttiva eżistenti dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema kienet diffiċli ħafna biex tiġi implimentata fis-settur tat-trasport bit-triq. Min-naħa l-oħra, problemi ta' interpretazzjoni wasslu għal sitwazzjoni li fiha l-Kummissjoni nediet proċedimenti legali kontra Stati Membri tal-UE. Dawn l-azzjonijiet għadhom pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u, sa fejn ir-rapporteur hija konxja, qed jistennew indikazzjonijiet mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Parlament. L-ambigwitajiet għamlu possibbli sitwazzjoni li fiha nħolqot kompetizzjoni inġusta fis-settur tat-trasport, flimkien mad-dumping soċjali li jaffettwa x-xufiera, u l-inugwaljanzi tal-istatus bejn ix-xufiera fi Stati Membri differenti tal-UE. Ir-rapporteur tqis li l-lex specialis għandha tindirizza dawn in-nuqqasijiet u tagħmel l-industrija tat-trasport, li hija s-sinsla tas-suq intern tal-UE, soċjalment ġusta b'tali mod li l-leġiżlazzjoni tkun ċara għall-partijiet kollha u jkun faċli għalihom biex jimplimentawha u jinfurzawha.
Il-Kummissjoni pproponiet li, meta l-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali jitwettqu fuq bażi sottokuntrattwali, għandu jkun hemm limitu ta' tlett ijiem/18-il siegħa qabel ma japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema li jikkonċernaw il-liv annwali u l-paga minima. Hawnhekk, ir-rapporteur hija tal-opinjoni li għandha tingħata kunsiderazzjoni lil soluzzjoni alternattiva fl-interess tal-faċilità tal-implimentazzjoni u l-infurzar u b'referenza għall-piż amministrattiv fuq in-negozji. Barra minn hekk, għall-finijiet ta' ċarezza, il-Lex specialis għandha tkopri wkoll sitwazzjonijiet oħra tat-trasport, li għalihom tapplika immedjatament id-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, sa mill-Ewwel Jum.
Fir-rigward tar-rekwiżiti u l-kontrolli amministrattivi, ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal lista magħluqa. Dan se jevita l-arbitrarjetà fit-twettiq ta' kontrolli u jagħmel ir-regoli ċari għal kulħadd. Fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fid-dikjarazzjoni, ir-rapporteur tqis li jeħtieġ li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi ċċarata aktar, tal-inqas fir-rigward tad-dettalji tal-parti li tkun ordnat it-trasport. Il-Kummissjoni tipproponi wkoll lista tal-punti ta' informazzjoni li x-xufier għandu jipprovdi matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq. Fl-opinjoni tar-rapporteur, din il-lista għandha tiġi eżaminata ulterjorment mil-lat tal-piż amministrattiv, u għandu jkun possibbli li din tikkomunika l-informazzjoni b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, huwa mixtieq ukoll li jiġi eżaminat jekk l-obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni għandux japplika għall-kumpanija li twettaq l-operazzjoni tat-trasport minflok għax-xufier. Ir-rapporteur hija wkoll tal-opinjoni li r-responsabbiltà tal-parti li tordna għandha titqies bħala element possibbli li l-Istati Membri jistgħu jqisu fl-implimentazzjoni jekk huma jkunu jixtiequ dan.
Ir-rekwiżiti u l-kontrolli amministrattivi għandhom jitqiesu bħala unità sħiħa fir-rigward tat-tipi tat-trasport li għalihom jiġu applikati r-regolamenti dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema. Ir-rekwiżiti jridu jkunu raġonevoli mil-lat tal-piż amministrattiv, kif ukoll effettivi fejn huma kkonċernati l-kontrolli fil-ġenb tat-triq, sabiex ma jittardjawx it-trasport. Ir-rapporteur tqis li huwa importanti li l-opportunitajiet ippreżentati mid-diġitizzazzjoni sabiex jittejbu l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiġu vvalutati bir-reqqa u li l-kamp ta' applikazzjoni għall-introduzzjoni tal-prinċipju ta' punt uniku ta' kuntatt abbażi ta' sistemi tal-iskambju ta' informazzjoni eżistenti, inkluża s-sistema tal-IMI, għandu jiġi investigat.
Ir-rapporteur tqis li huwa estremament importanti li l-pieni għan-nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-istazzjonar ikunu adegwati. F'dan ir-rigward, is-sistema ta' reputazzjoni tajba, is-sistema li tikklassifika r-riskju u l-opportunitajiet li toffri d-Direttiva 2014/67/UE u l-adegwatezza tagħhom għandhom jiġu vvalutati.
Barra minn hekk, ir-rapporteur tqis li huwa meħtieġ li fil-proċedura li jmiss għandhom isiru wkoll valutazzjonijiet tas-sitwazzjoni fir-rigward tax-xufiera u n-negozji f'pajjiżi terzi (pajjiżi barra mill-UE) u ġejjin minnhom. Fl-opinjoni tar-rapporteur, ir-regoli tal-UE dwar ix-xufiera stazzjonati ma jridux iwasslu għal sitwazzjoni li fiha d-dumping soċjali dirett kontra x-xufiera jiġi trasferit barra mill-UE. Jibqa' importanti li jiġu vvalutati eċċezzjonijiet possibbli applikabbli kemm għat-trasport ta' oġġetti kif ukoll għat-trasport tal-passiġġieri.
Emendi proposti għad-Direttiva 2006/22/KE
Ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni, b'mod partikolari b'referenza għall-għan li l-iskambji ta' informazzjoni transfruntier bejn l-awtoritajiet isiru aktar effettivi. Fil-ġejjieni, se jkun importanti li jiġi vvalutat il-kamp ta' applikazzjoni li joffri d-diġitizzazzjoni sabiex jittejjeb aktar l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet.
Ir-rapporteur għandha dubji dwar il-proposta tal-Kummissjoni sabiex jiġi inkorporat il-monitoraġġ tal-ħin tax-xogħol fil-kontrolli fil-ġenb tat-triq. Il-prestazzjoni prattika tal-kontrolli fuq il-ħin tax-xogħol u l-awtoritajiet li jwettquhom ivarjaw bejn l-Istati Membri, filwaqt li dan il-fatt għandu jitqies f'ħidma ulterjuri dwar din il-proposta. Jekk il-kontrolli fuq il-konformità mar-regoli dwar il-ħin tax-xogħol jiġu inklużi fil-kontrolli fil-ġenb tat-triq, għandha tiġi stabbilita sistema fejn, bħala parti mill-operazzjoni tat-takografi intelliġenti, il-ħin tax-xogħol jiġi mmonitorjat ukoll f'ħin reali, mingħajr il-ħtieġa li wieħed iġorr formoli abbord il-vettura.
Fir-rigward tas-sistema li tikklassifika r-riskju, ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta' formola uniformi.
Fid-dawl tal-fatti t'hawn fuq, huwa importanti li tiġi aċċelerata l-introduzzjoni tat-takografi intelliġenti. Il-kamp ta' applikazzjoni għall-użu ta' takografi intelliġenti anke sabiex tiġi mmonitorjata b'mod komprensiv il-konformità mar-regoli dwar ix-xufiera stazzjonati għandu wkoll jiġi eżaminat mill-qrib fil-proċedura li jmiss.
Konklużjoni
Ir-rapporteur tixtieq tirrimarka li fi ħdan il-Parlament, it-tilwima bejn il-Kumitati TRAN u EMPL fir-rigward ta' min minnhom għandu jkun il-kumitat responsabbli ġiet solvuta biss fil-15 ta' Novembru 2017, u b'hekk din ittardjat il-bidu tax-xogħol. Barra minn hekk, filwaqt li tqis il-kumplessità tal-leġiżlazzjoni u r-riformi kontinwi għal-leġiżlazzjoni dwar il-ħaddiema stazzjonati, ir-rapporteur se tkompli l-ħidma tagħha sabiex tissupplimenta r-rapport tagħha bi proposti speċifiċi għal emendi.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (4.5.2018)
għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq
(COM(2017)0278 - C8-0170/2017 – 2017/0121(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Martina Dlabajová
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
It-trasport bit-triq jirrikjedi regoli speċifiċi għas-settur biex is-Suq Uniku jsir aktar b'saħħtu u aktar kompetittiv. Dawn ir-regoli għandhom ikunu sempliċi, uniformi, ċari u infurzabbli faċilment biex jiffaċilitaw l-operazzjonijiet tat-trasport filwaqt li jipproteġu lill-ħaddiema impjegati f'din l-industrija. Ir-regoli li mhumiex ċari jew li huma diffiċli biex jiġu infurzati x'aktarx iwasslu biex l-Istati Membri jinterpretaw ir-regoli komuni b'mod differenti kif ukoll biex titnaqqas l-effettività tal-infurzar tagħhom, u b'hekk jistgħu jwasslu għall-frammentazzjoni tas-suq intern. Barra minn hekk, ir-regoli li mhumiex ċari u li mhumiex infurzati b'mod effettiv ma jwasslux għal protezzjoni aħjar tal-ħaddiema.
Kif ikkonkludiet il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti amministrattivi eżistenti dwar l-istazzjonar mhumiex adatti għan-natura mobbli ħafna tax-xogħol li jagħmlu x-xufiera. Dan iwassal għal piżijiet regolatorji sproporzjonati għall-operaturi u joħloq ostakli mhux ġustifikati għall-provvista ta' servizzi transfruntieri.
L-għan ta' dan l-abbozz ta' opinjoni huwa li jkompli jissimplifika r-regoli dwar l-istazzjonar li japplikaw għas-settur tat-trasport bit-triq u li jnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji u għax-xufiera tagħhom. Ir-rapporteur tipproponi l-esklużjoni espliċita tat-trasport ta' tranżitu u internazzjonali mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta' Ħaddiema. Dan huwa ġustifikat għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, il-ħaddiema impjegati f'dawn l-attivitajiet huma mobbli ħafna; jistgħu jsibu ruħhom f'sitwazzjoni fejn jaħdmu f'diversi pajjiżi differenti f'jum wieħed. It-tieni, il-kumpaniji involuti fit-trasport ta' tranżitu jew internazzjonali f'pajjiż partikolari mhumiex f'kompetizzjoni mad-ditti tat-trasport ta' dak il-pajjiż.
Barra minn hekk, f'dawn il-każijiet, is-sitwazzjoni tal-ħaddiema mhijiex komparabbli ma' dik ta' ħaddiema stazzjonati f'setturi oħra li ħafna drabi jgħixu fi Stat Membru ospitanti partikolari għal perjodi ta' żmien estiżi. L-applikazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE għat-trasport ta' tranżitu u internazzjonali jwasslu għal piżijiet amministrattivi kbar ħafna, jiġifieri l-liġijiet nazzjonali applikabbli jistgħu jinbidlu fuq bażi ta' kuljum matul vjaġġ wieħed. Fl-opinjoni tar-rapporteur, sitwazzjoni bħal din timponi ostakli mhux ġustifikati fuq waħda mil-libertajiet fundamentali tal-UE: il-moviment liberu tas-servizzi.
Ir-rapporteur tirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-problemi li jinħolqu mill-hekk imsejjaħ "sewqan nomadiku" (ħaddiema li jibqgħu barra mill-pajjiż ta' oriġini tagħhom għal ħafna xhur u li effettivament jgħixu u jorqdu fit-trakkijiet tagħhom matul dawk il-perjodi estiżi). Madankollu, hija ma temminx li l-proposta attwali hija l-mezz xieraq biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni. Minflok, għandha tiġi indirizzata permezz tal-att leġiżlattiv ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni COM(2017) 277 dwar il-ħinijiet massimi tas-sewqan ta' kuljum u fil-ġimgħa. Din il-proposta tinkludi rekwiżit għax-xufier u l-vettura biex jirritornaw lura fil-post tal-impjieg tagħhom.
L-opinjoni attwali tipproponi li jiġu applikati ċerti elementi tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-Istazzjonar ta' Ħaddiema u d-Direttiva 2014/67/UE dwar l-Infurzar għall-operazzjonijiet tal-kabotaġġ. F'dawn il-każijiet, l-impriżi barranin u lokali huma f'kompetizzjoni diretta ma' xulxin; essenzjalment għandhom japplikaw regoli simili rigward il-paga tal-ħaddiema. Madankollu, dawn iż-żewġ Direttivi għandhom japplikaw biss għall-kabotaġġ sal-punt deskritt f'din il-lex specialis, filwaqt li tiġi kkunsidrata n-natura mobbli ħafna tas-settur u l-ħtieġa li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi.
Ir-rapporteur għalhekk tipproponi li tiġi abolita l-metodoloġija mressqa mill-Kummissjoni sabiex jiġu kkalkulati l-perjodi ta' xogħol ta' kuljum bil-għan li jiġu identifikati s-sitwazzjonijiet ta' stazzjonar. Hija temmen li fil-prattika dan ftit li xejn ikun infurzabbli u joħloq piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, b'mod partikolari meta jiġi applikat flimkien mar-Regolament 561/2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq.
Finalment, l-opinjoni tissuġġerixxi li din il-lex specialis hija l-post fejn għandha tiġi determinata d-data tal-applikazzjoni u d-dħul fis-seħħ tar-regoli speċifiċi għall-istazzjonar ta' ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq. Id-determinazzjoni ta' dawn id-dati mid-Direttiva ġenerali dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema toħloq ir-riskju li japplikaw regoli ġodda għas-settur tat-trasport bit-triq ħafna qabel kwalunkwe settur ieħor (filwaqt li jitqies l-approċċ ġenerali tal-Kunsill li jagħti lill-Istati Membri tliet snin biex jadottaw il-leġiżlazzjoni tagħhom u erba' snin biex il-miżuri jsiru effettivi). Barra minn hekk, hija tissuġġerixxi li s-settur tat-trasport għandu jiġi eżentat mid-Direttiva 96/71 sakemm tiġi adottata din il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(1) Sabiex ikun jista' jinħoloq settur tat-trasport bit-triq li jkun sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli jeħtieġ li min-naħa jiġi żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali xierqa għax-xufiera, u li min-naħa l-oħra jiġu pprovduti kundizzjonijiet tajbin għan-negozju u kundizzjonijiet ġusti ta' kompetizzjoni għall-operaturi. |
(1) Il-moviment liberu tal-ħaddiema, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi huma prinċipji fundamentali tas-suq intern. Huma minquxa fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u huma essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq intern. Sabiex ikun jista' jinħoloq settur tat-trasport bit-triq li jkun sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli jeħtieġ li jiġi żgurat bilanċ bejn il-moviment liberu tas-servizzi tat-trasport u kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, trattament ugwali u protezzjoni soċjali xierqa għax-xufiera u ambjent tan-negozju kompetittiv u ġust għall-operaturi. | |||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(1a) Fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni fit-13 ta' Settembru 2017, il-President tal-Kummissjoni ħabbar li se tinħoloq Awtorità Ewropea tax-Xogħol. | |||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(2) Il-mobbiltà għolja inerenti tas-servizzi tat-trasport bit-triq teħtieġ attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li x-xufiera jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet li huma intitolati għalihom u li l-operaturi ma jkollhomx iħabbtu wiċċhom ma' ostakli amministrattivi sproporzjonati li jillimitaw bla bżonn il-libertà tagħhom li jipprovdu servizzi transfruntiera. |
(2) Il-mobbiltà għolja inerenti tas-servizzi tat-trasport bit-triq teħtieġ attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li x-xufiera jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet li huma intitolati għalihom, u li jinżammu kundizzjonijiet ekwi filwaqt li tiġi rrispettata l-libertà tagħhom li jipprovdu servizzi. | |||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 2a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(2a) Kwalunkwe regola nazzjonali applikata għat-trasport bit-triq għandha tkun proporzjonata u ġustifikata u m'għandhiex tostakola jew trendi inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-TFUE, bħal-libertà li jiġu provduti servizzi, sabiex tinżamm jew tiżdied il-kompetittività tal-Unjoni, filwaqt li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti u l-protezzjoni soċjali tax-xufiera. | |||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 2a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(2a) Is-settur tat-trasport bit-triq huwa settur kompetittiv ħafna u kkaratterizzat minn distorsjonijiet partikolari ġġenerati mill-prattiki abbużivi tal-operaturi ta' għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni sabiex jitnaqqsu jew jiġu evitati l-kostijiet tal-pagi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, jew kundizzjonijiet oħra soċjali u tax-xogħol li, fil-passsat, wasslu għal kompetizzjoni lejn livelli baxxi. Suq intern li jiffunzjona għandu jkun ibbażat fuq kundizzjonijiet ekwi. Għaldaqstant, jinħtieġu miżuri ulterjuri għall-prevenzjoni ta' prattiki abbużivi mill-operaturi tat-trasport bit-triq permezz tal-għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni, inklużi miżuri orizzontali fid-dritt tal-kumpaniji tal-Unjoni biex jintemmu r-"regime shopping" u l-arbitraġġ regolatorju mill-operaturi tat-trasport bit-triq. | |||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 3 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(3) Il-bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol għax-xufiera u l-iffaċiltar tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport bit-triq abbażi ta' kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi nazzjonali u barranin huwa kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
(3) Il-bilanċ bejn l-iffaċiltar tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport bit-triq abbażi ta' kompetizzjoni mhux diskriminatorja bejn l-operaturi nazzjonali u barranin, it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u t-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol tax-xufiera huwa kruċjali biex jinħoloq settur tat-trasport bit-triq li jiffunzjona bla xkiel fis-suq intern. | |||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 4 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(4) Wara li ġew evalwati l-effettività u l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni soċjali attwali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, fid-dispożizzjonijiet eżistenti ġew identifikati ċerti lakuni, filwaqt li nstabu nuqqasijiet fl-infurzar tagħhom. Barra minn hekk, jeżistu għadd ta' diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni tar-regoli. Dan joħloq inċertezza legali u trattament mhux ugwali tax-xufiera u tal-operaturi, li huwa ta' ħsara għall-kundizzjonijiet tax-xogħol, soċjali u tal-kompetizzjoni fis-settur. |
(4) Wara li ġew evalwati l-effettività u l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni soċjali attwali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, fid-dispożizzjonijiet eżistenti ġew identifikati ċerti lakuni, filwaqt li nstabu nuqqasijiet fl-infurzar tagħhom, kif ukoll prattiki illegali, bħall-użu ta' kumpaniji fittizji. Għandha ssir enfasi addizzjonali fuq il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat fis-settur tat-trasport. Barra minn hekk, jeżistu għadd ta' diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni tar-regoli, u dan joħloq piż amministrattiv kbir ħafna għax-xufiera u l-operaturi. Dan joħloq inċertezza legali, li hija ta' ħsara għall-kundizzjonijiet tax-xogħol, soċjali u tal-kompetizzjoni fis-settur. | |||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 4a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(4a) Sabiex jiġi żgurat li d-Direttivi 96/71/KE1a u 2014/67/UE1b tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jiġu applikati b'mod korrett, il-kontrolli u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi relatata mal-istazzjonar tax-xufiera għandhom jissaħħu, u għandhom isiru kontrolli aktar stretti biex ikun żgurat li l-kontribuzzjonijiet soċjali għall-ħaddiema stazzjonati fil-fatt jitħallsu. | |||||||||||||||
|
_________________ | |||||||||||||||
|
1a. Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.97, p. 1). | |||||||||||||||
|
1b Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11). | |||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 5 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(5) L-infurzar adegwat, effettiv u konsistenti tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol huwa kruċjali għall-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' konformità. Għalhekk huwa mixtieq li r-rekwiżiti uniformi eżistenti ta' infurzar stipulati fid-Direttiva 2006/22/KE jiġu estiżi għall-kontroll tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol stipulati fid-Direttiva 2002/15/UE. |
(5) L-infurzar adegwat, effettiv u konsistenti tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol huwa kruċjali għall-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' konformità. Għalhekk huwa mixtieq li r-rekwiżiti uniformi eżistenti ta' infurzar stipulati fid-Direttiva 2006/22/KE jiġu estiżi għall-kontroll tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol stipulati fid-Direttiva 2002/15/UE. Il-kontrolli fil-ġenb tat-triq stabbiliti fid-Direttiva 2002/15/UE għandhom ikunu limitati għall-ħin tax-xogħol fil-ġimgħa u ta' kuljum, il-pawżi, il-perjodi ta' mistrieħ u x-xogħol bil-lejl. Obbligi oħra li jirriżultaw mid-Direttiva 2002/15/KE għandhom jiġu kkontrollati fl-istabbilimenti tal-operatur. | |||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 6 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(6) Jidher li l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli soċjali fis-settur tat-trasport bit-triq ma kinitx biżżejjed, u wasslet biex l-infurzar transfruntiera jkun aktar diffiċli, ineffiċjenti u inkonsistenti. Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas għal komunikazzjoni effettiva u assistenza reċiproka, inkluż l-iskambju ta' dejta dwar każijiet ta' ksur u informazzjoni dwar prattiki tajba fil-qasam tal-infurzar. |
(6) Jidher li l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri u l-appoġġ tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli soċjali fis-settur tat-trasport bit-triq ma kinitx biżżejjed, u wasslet biex l-infurzar transfruntiera jkun aktar diffiċli, ineffiċjenti u inkonsistenti. Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas għal komunikazzjoni effettiva u assistenza reċiproka, inkluż l-iskambju ta' dejta dwar każijiet ta' ksur u informazzjoni dwar prattiki tajba fil-qasam tal-infurzar. | |||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 9 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(9) Instabu wkoll diffikultajiet fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema speċifikati fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 għas-settur tat-trasport bit-triq, li huwa mobbli ħafna. L-istess jgħodd fil-każ tal-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rekwiżiti amministrattivi stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16. Il-miżuri nazzjonali mhux koordinati dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq iġġeneraw piżijiet amministrattivi kbar għall-operaturi tal-Unjoni li mhumiex residenti. Dan ħoloq restrizzjonijiet bla bżonn fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta' trasport transfruntiera bit-triq, b'effetti kollaterali negattivi fuq l-impjiegi. |
(9) Instabu wkoll diffikultajiet fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema speċifikati fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 għas-settur tat-trasport bit-triq, li huwa mobbli ħafna. L-istess jgħodd fil-każ tal-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rekwiżiti amministrattivi stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16. Il-miżuri nazzjonali mhux koordinati dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq iġġeneraw piżijiet amministrattivi kbar għall-operaturi tal-Unjoni li mhumiex residenti, u ħolqu sitwazzjoni inġusta fil-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji f'dan is-settur. | |||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||
15 Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.97, p. 1). |
15 Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.97, p. 1). | |||||||||||||||
16 Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11). |
16 Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11). | |||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 9a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(9a) Nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-istabbiliment ta' kumpaniji internazzjonali tat-trasport bit-triq joħloq differenzi fis-suq uniku kollu u jikkontribwixxi għal sitwazzjoni inġusta fil-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji. Il-kundizzjonijiet li jirregolaw it-twaqqif ta' kumpaniji internazzjonali tat-trasport bit-triq għalhekk għandhom ikunu aktar stretti u aktar faċli biex jiġu ssorveljati, b'mod partikolari bil-għan li jiġi miġġieled il-ħolqien ta' kumpaniji fittizji. | |||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 10 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(10) Fil-proposta tagħha tat-8 ta' Marzu 201617 għar-reviżjoni tad-Direttiva 96/71/KE, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva tqajjem kwistjonijiet u diffikultajiet legali partikolari fis-settur tat-trasport bit-triq, li huwa mobbli ħafna. Il-Kummissjoni indikat ukoll li jenħtieġ li l-aħjar mod kif dawk il-kwistjonijiet jiġu indirizzati huwa permezz ta' leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tat-trasport bit-triq. |
(10) Fil-proposta tagħha tat-8 ta' Marzu 201617 għar-reviżjoni tad-Direttiva 96/71/KE, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva fis-settur tat-trasport bit-triq li huwa mobbli ħafna, tqajjem kwistjonijiet u diffikultajiet legali partikolari. Il-Kummissjoni indikat ukoll li jenħtieġ li l-aħjar mod kif dawk il-kwistjonijiet jiġu indirizzati huwa permezz ta' leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tat-trasport bit-triq. Madankollu, b'kont meħud tal-fatt li s-settur tat-trasport huwa wieħed mis-setturi l-aktar vulnerabbli, id-dispożizzjonijiet minimi ta' protezzjoni tad-Direttiva 96/71/KE għandhom jiġu applikati għall-ħaddiema kollha. | |||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||
17 COM(2016)128 |
17 COM(2016)128 | |||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 10a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(10a) Peress li hemm nuqqas ta' xufiera fl-Unjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom jittejbu b'mod sinifikanti sabiex il-professjoni ssir aktar attraenti. | |||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 11 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(11) Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 96/71/KE tiġi implimentata fis-settur tat-trasport bit-triq b'mod effettiv u proporzjonat jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għas-settur li jirriflettu n-natura partikolari tal-forza tax-xogħol mobbli ħafna fis-settur tat-trasport bit-triq, u li jiġi pprovdut bilanċ bejn il-protezzjoni soċjali tax-xufiera u l-libertà li l-operaturi jipprovdu servizzi transfruntiera. |
(11) Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 96/71/KE tiġi implimentata fis-settur tat-trasport bit-triq b'mod effettiv u proporzjonat, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għas-settur, u li jissaħħaħ l-infurzar tagħhom, li jirriflettu n-natura partikolari tal-forza tax-xogħol mobbli ħafna fis-settur tat-trasport bit-triq, u li jiġi pprovdut bilanċ bejn il-protezzjoni soċjali tax-xufiera u l-libertà li l-operaturi jipprovdu servizzi transfruntiera. | |||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 12 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(12) Jenħtieġ li kriterji bbilanċjati bħal dawn ikunu bbażati fuq kunċett ta' rabta suffiċjenti ta' xufier ma' territorju ta' Stat Membru ospitanti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu ta' żmien, li meta jinqabeż għandhom japplikaw ir-rata tal-paga minima u l-liv annwali minimu bil-ħlas tal-Istat Membru ospitanti fil-każ ta' operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali u internazzjonali. Dan il-limitu ta' żmien ma għandux japplika għal operazzjonijiet ta' kabotaġġ kif definiti fir-Regolament 1072/200918 u fir-Regolament 1073/200919, minħabba li l-operazzjoni ta' trasport kollha kemm hi qed issir fi Stat Membru ospitanti. Bħala konsegwenza, ir-rata tal-paga minima u l-liv annwali minimu bil-ħlas tal-Istat Membru ospitanti għandhom japplikaw għall-kabotaġġ irrispettivament mill-frekwenza u miż-żmien ta' kemm idumu l-operazzjonijiet imwettqa minn xufier. |
(12) L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ kif definiti fir-Regolament 1072/200918 u fir-Regolament 1073/200919huma servizzi li huma koperti mid-Direttiva 96/71/KE peress li l-operazzjoni ta' trasport qed issir għalkollox fi Stat Membru ieħor. Bħala konsegwenza, ir-rata ta' remunerazzjoni minima u l-liv annwali minimu bil-ħlas tal-Istat Membru ospitanti għandhom japplikaw għall-kabotaġġ irrispettivament mill-frekwenza u miż-żmien ta' kemm idumu l-operazzjonijiet imwettqa minn xufier. | |||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||
18 Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72). |
18 Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72). | |||||||||||||||
19 Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88) |
19 Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88) | |||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 12a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(12a) Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-operazzjonijiet tat-trasport u n-nuqqas ta' rabta suffiċjenti tax-xufier mat-territorju tal-Istat Membru ospitanti, dawn għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. | |||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 13 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(13) Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli speċifiċi għas-settur dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema u sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi sproporzjonati għas-settur tal-operaturi mhux residenti, jenħtieġ li fis-settur tat-trasport bit-triq jiġu stabbiliti rekwiżiti amministrattivi u ta' kontroll speċifiċi, filwaqt li jiġu sfruttati għalkollox l-għodod ta' kontroll bħat-takografu diġitali. |
(13) Sabiex ikun hemm regoli ċari u speċifiċi għas-settur dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema li joriġinaw mid-Direttivi 96/71/KE [kif emendata bil-proċedura COD 2016/0070] u 2014/67/UE kif ukoll biex jiġi żgurat l-infurzar effettiv u effiċjenti tagħhom u biex jiġu evitati piżijiet amministrattivi sproporzjonati għas-settur tal-operaturi mhux residenti, formoli standardizzati mfassla mill-Kummissjoni u rekwiżiti amministrattivi u ta' kontroll imnaqqsa għandhom jiġu stabbiliti fis-settur tat-trasport bit-triq, filwaqt li jiġu sfruttati għalkollox l-għodod ta' kontroll bħas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), il-portal tal-GNSS (Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita) għat-trasport bit-triq u t-takografi intelliġenti.. | |||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(13a) Il-prattiki li permezz tagħhom kumpaniji omm fi Stat Membru wieħed jingħataw il-parti l-kbira tal-profitti u kumpaniji sussidjarji tat-trasport fi Stat Membru ieħor jispiċċaw b'riżorsi limitati għalkemm ikunu ġġeneraw il-parti l-kbira tal-fatturat min-negozju tat-trasport tagħhom, jistgħu jwasslu għal inugwaljanzi u għal ċaqliq sproporzjonat tal-profitti bejn l-Istati Membri, u dan għandu jiġi evitat. Konsegwenza soċjali negattiva ta' dawn il-prattiki hija li d-dħul tax-xufiera fl-Istati Membri li fihom il-kumpaniji sussidjarji tat-trasport joperaw jinżamm f'livell aktar baxx. Sabiex tiġi indirizzata kompetizzjoni inġusta possibbli fis-settur tat-trasport bit-triq, tali prattiki għandhom jiġu analizzati mill-qrib bil-għan li jiġu evitati. | |||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 13b (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(13b) Sabiex tkun żgurata konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni soċjali, u sakemm titwaqqaf l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, l-awtoritajiet kompetenti ta' kontroll għandu jkollhom aċċess għall-IMI u l-portal tal-GNSS u jivverifikaw id-dejta kollha trażmessa permezz tagħhom. | |||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a Direttiva 2006/22/KE Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 2006/22/KE Artikolu 6 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a Direttiva 2006/22/KE Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a Direttiva 2006/22/KE Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c Direttiva 2006/22/KE Artikolu 9 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ca (ġdid) Direttiva 2006/22/KE Artikolu 9 − paragrafu 5a | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
1. Dan l-Artikolu jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward ta' ċerti aspetti tad-Direttiva 96/71/KE b'rabta mal-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u fir-rigward ta' ċerti aspetti tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rabta mar-rekwiżiti amministrattivi u mal-miżuri ta' kontroll għall-istazzjonar ta' dawk ix-xufiera. |
1. Dan l-Artikolu jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tal-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE b'rabta mal-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u fir-rigward ta' ċerti aspetti tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rabta mar-rekwiżiti amministrattivi u mal-miżuri ta' kontroll għall-istazzjonar ta' dawk ix-xufiera. | |||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
1a. It-takografu intelliġenti, li jindika fejn jinsabu x-xufiera fuq perjodu ta' 56 jum, għandu jiġi introdott fil-vetturi kollha involuti fit-trasport internazzjonali u fil-kabotaġġ sat-2 ta' Jannar 2020. | |||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1b (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
1b. It-tranżitu għandu jiġi eskluż mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 96/71/KE. | |||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
2. L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta' dik id-Direttiva meta jitwettqu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali kif definiti fir-Regolament 1072/2009 u fir-Regolament 1073/2009, meta l-perjodu ta' stazzjonar fit-territorju tagħhom għat-twettiq tal-operazzjonijiet ikun ugwali għal 3 ijiem jew inqas matul perjodu ta' xahar kalendarju wieħed. |
2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta' dik id-Direttiva meta jitwettqu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali jew ta' kabotaġġ kif definiti fir-Regolament 1072/2009 u fir-Regolament 1073/2009. | |||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
L-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE għall-perjodu kollu ta' stazzjonar fit-territorju tagħhom għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 1(3) meta jwettqu partijiet ta' vjaġġi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta' trasport ikkombinat kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/106/KEE. | |||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 3b (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
3b. Għall-finijiet tal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE, meta l-operazzjonijiet jitwettqu f'aktar minn Stat Membru wieħed fl-istess jum, għandhom japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg li jkunu l-aktar favorevoli għax-xufier stazzjonat. | |||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
4. L-Istati Membri jistgħu jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll li ġejjin: |
4. L-Istati Membri għandhom jimponu, għal kull xufier stazzjonat, obbligu li operatur tat-trasport bit-triq stabbilit fi Stat Membru ieħor jibgħat, permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), dikjarazzjoni sempliċi lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mhux aktar tard minn meta jibda l-istazzjonar, f'forma elettronika standardizzata żviluppata u magħmula disponibbli mill-Kummissjoni, mingħajr dewmien indebitu, bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, u li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja: | |||||||||||||||
(a) obbligu li operatur tat-trasport bit-triq stabbilit fi Stat Membru ieħor jibgħat dikjarazzjoni ta' stazzjonar f'forma elettronika lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mhux aktar tard minn meta jibda l-istazzjonar, b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti jew bl-Ingliż u li jkun fiha biss l-informazzjoni li ġejja: |
| |||||||||||||||
(i) l-identità tal-operatur tat-trasport bit-triq; |
(i) l-identità tal-operatur tat-trasport bit-triq u, fil-każ ta' sussidjarja, l-indirizz tas-sede prinċipali; | |||||||||||||||
(ii) id-dettalji ta' kuntatt ta' maniġer tat-trasport jew ta' persuna/i oħra ta' kuntatt fl-Istat Membru ta' stabbiliment biex jikkomunikaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qed jiġu pprovduti s-servizzi, u biex jibagħtu u jirċievu dokumenti jew avviżi; |
(ii) id-dettalji ta' kuntatt ta' maniġer tat-trasport jew ta' persuna/i oħra ta' kuntatt fl-Istat Membru ta' stabbiliment biex jikkomunikaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qed jiġu pprovduti s-servizzi, u biex jibagħtu u jirċievu dokumenti jew avviżi; | |||||||||||||||
(iii) l-għadd antiċipat u l-identitajiet tax-xufiera stazzjonati; |
(iii) l-informazzjoni dwar ix-xufier stazzjonat, inkluż dan li ġej: l-identità, il-pajjiż ta' residenza, il-liġi tax-xogħol applikabbli għall-kuntratt tal-impjieg, il-pajjiż ta' pagament tal-kontribuzzjonijiet soċjali u l-identifikatur tas-sigurtà soċjali; | |||||||||||||||
(iv) kemm mistenni jdum, id-data prevista tal-bidu u tat-tmiem tal-istazzjonar; |
(iv) id-data prevista tal-bidu u tat-tmiem tal-istazzjonar ta' kull ħaddiem, mingħajr preġudizzju għal estensjoni possibbli fejn ikun meħtieġ minħabba ċirkostanzi mhux previsti; | |||||||||||||||
(v) in-numri tal-pjanċi ta' reġistrazzjoni tal-vetturi li jintużaw fl-istazzjonar; |
(v) in-numri tal-pjanċi ta' reġistrazzjoni tal-vetturi li jintużaw fl-istazzjonar; | |||||||||||||||
(vi) it-tip ta' servizzi tat-trasport, jiġifieri l-ġarr tal-merkanzija, it-trasport tal-passiġġieri, it-trasport internazzjonali, l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ; |
(vi) it-tip ta' servizzi tat-trasport, jiġifieri l-ġarr tal-merkanzija, it-trasport tal-passiġġieri, it-trasport internazzjonali, l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ. Id-dikjarzzjoni sempliċi msemmija fl-ewwel subparagrafu tista' tkopri perjodu massimu ta' sitt xhur u għandha tiġi aġġornata elettronikament mill-operatur tat-trasport bit-triq bi qbil mas-sitwazzjoni fattwali kurrenti mingħajr dewmien indebitu. | |||||||||||||||
|
4a. L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll li ġejjin: | |||||||||||||||
(b) obbligu li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli fuq karta jew f'forma elettronika, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tad-dikjarazzjoni tal-istazzjonar u evidenza dwar l-operazzjoni tat-trasport li tkun qed isseħħ fl-Istat Membru ospitanti, bħal nota ta' konsenja elettronika (e-CMR) jew il-provi msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(a) obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq jipprovdi lix-xufier stazzjonat bid-dokumenti li ġejjin, fuq karta jew f'forma elettronika, għall-fini ta' kontrolli fil-ġenb tat-triq: | |||||||||||||||
|
(i) kopja tad-dikjarazzjoni sempliċi msemmija fil-paragrafu 4; | |||||||||||||||
|
(ii) evidenza dwar l-operazzjoni tat-trasport li tkun qed isseħħ fl-Istat Membru ospitanti kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; | |||||||||||||||
|
(iii) in-nota ta' konsenja elettronika (e-CMR); | |||||||||||||||
|
(iv) kopja tal-kuntratt ta' impjieg b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, jew bl-Ingliż; | |||||||||||||||
|
(v) kopja tar-riċevuta tal-paga tal-aħħar xahrejn; | |||||||||||||||
(c) obbligu li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, ir-reġistrazzjonijiet tat-takografu, u b'mod partikolari l-kodiċijiet tal-pajjiż tal-Istati Membri li fihom kien preżenti x-xufier meta kien qed iwettaq operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali bit-triq jew operazzjonijiet ta' kabotaġġ; |
(b) obbligu li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, ir-reġistrazzjonijiet rilevanti tat-takografu, u b'mod partikolari l-kard tax-xufier bil-qsim tal-fruntieri rreġistrat u l-kodiċijiet tal-pajjiż tal-Istati Membri li fihom kien preżenti x-xufier meta kien qed iwettaq operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali bit-triq jew operazzjonijiet ta' kabotaġġ; | |||||||||||||||
(d) kopja tal-kuntratt ta' impjieg jew dokument ekwivalenti skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE20, tradott lejn waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti jew bl-Ingliż; |
| |||||||||||||||
(e) obbligu li x-xufier jagħmel disponibbli fuq karta jew f'forma elettronika, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tar-riċevuti tal-paga tal-aħħar xahrejn; waqt li jkun qed isir il-kontroll fil-ġenb tat-triq, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi din il-kopja; |
| |||||||||||||||
(f) obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq, wara l-perjodu ta' stazzjonar, jippreżenta fuq karta jew f'forma elettronika, kopji tad-dokumenti msemmija fil-punti (b), (c) u (e), fuq talba tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti f'perjodu ta' żmien raġonevoli; |
(c) obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq, wara l-perjodu ta' stazzjonar, jippreżenta fuq karta jew f'forma elettronika, kopji tad-dokumenti msemmija fil-punti (a) u (b), inklużi kopji tar-riċevuti tal-paga rilevanti, fuq talba tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti mingħajr dewmien indebitu. | |||||||||||||||
|
| |||||||||||||||
|
| |||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||
20 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32). |
| |||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4b (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
4b. L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti amministrattivi u miżuri ta' kontroll oħra, f'każ li jinqalgħu sitwazzjonijiet jew żviluppi ġodda li minnhom ikun jidher li r-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll eżistenti mhumiex biżżejjed jew effiċjenti biex jiżguraw monitoraġġ effettiv tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 96/71/KE, [Direttiva 2014/67/UE] u f'din id-Direttiva, dment li dawn ikunu ġustifikati u proporzjonati. | |||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4c (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
4c. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-fornituri tas-servizz kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 4a li japplikaw jew li jkunu implimentaw. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawk il-miżuri lill-Istati Membri l-oħra. L-informazzjoni għall-fornituri tas-servizz għandha tkun disponibbli b'mod ġenerali fis-sit web nazzjonali uffiċjali uniku msemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/67/UE. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 4(c), tevalwa l-konformità tagħhom mad-dritt tal-Unjoni u, meta jkun xieraq, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa b'konformità mal-kompetenzi tagħha skont it-TFUE. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Kunsill dwar il-miżuri kkomunikati mill-Istati Membri u, meta jkun xieraq, dwar is-sitwazzjoni attwali tal-analiżi jew il-valutazzjoni tagħha. | |||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4d (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
4d. L-evidenza msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2(4a) għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata lill-uffiċjali ta' spezzjoni awtorizzati tal-Istat Membru li qed jospita lix-xufier stazzjonat matul il-kontroll fil-ġenb tat-triq. | |||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4e (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
4e. Għall-fini tal-valutazzjoni ta' jekk ġewx issodisfati d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jivverifikaw dawn li ġejjin matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq: | |||||||||||||||
|
(a) id-data tat-takografu tal-jum attwali u tas-56 jum preċedenti; | |||||||||||||||
|
(b) in-noti ta' konsenja elettronika tal-jum attwali u tas-56 jum preċedenti; | |||||||||||||||
|
(c) id-dokumenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4a. | |||||||||||||||
|
L-awtoritajiet tal-kontrolli fil-ġenb tat-triq għandhom jibagħtu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu ta' hawn fuq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità mad-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE. | |||||||||||||||
|
Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw b'assistenza reċiproka u bl-informazzjoni rilevanti kollha, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE u fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. | |||||||||||||||
|
Sabiex tiżdied l-effettività tal-infurzar transfruntier u tal-kontrolli mmirati, l-Istati Membri għandhom jipprovdu aċċess f'ħin reali lill-awtoritajiet awtorizzati rilevanti kollha tal-ispezzjoni, għall-IMI, għar-reġistri elettroniċi nazzjonali stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1071/2009, għad-dikjarazzjonijiet sempliċi msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u għal kwalunkwe bażi ta' dejta rilevanti oħra. | |||||||||||||||
Justification | ||||||||||||||||
Posting of workers cannot entirely be checked at the roadside, as the roadside control authorities do not have the primary competence and knowledge to evaluate posting situations. However, roadside checks can play a key role in the enforcement of posting of workers rules in road transport, if adequately combined with company checks by labour and transport authorities. Thus roadside checks are meant to collect the data relevant to posting and transmit it to the competent authorities of the Member State where the check takes place, which will engage an exchange of information with its counterparts from across the EU. This is an effective combination of momentary and cross-border controls to deal with mobile nature of the sector. | ||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4f (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
4f. Għandha tiġi ppubblikata lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-merkanzija bit-triq li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti legali rilevanti sabiex tiġi żgurata l-akbar trasparenza possibbli. Din il-lista tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq kriterji komuni żviluppati fil-livell tal-Unjoni u għandha tiġi riveduta annwalment mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol. It-trasportaturi tal-merkanzija bit-triq elenkati fil-lista tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal projbizzjoni tal-operazzjoni. Il-projbizzjonijiet tal-operazzjoni fil-lista tal-Unjoni għandhom japplikaw fit-territorju kollu tal-Istati Membri. F'każijiet straordinarji, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri unilaterali. F'każ ta' emerġenza, u meta jiltaqgħu ma' problema ta' sigurtà mhux prevista, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li immedjatament joħorġu projbizzjoni ta' operazzjoni għat-territorju tagħhom stess. | |||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
5. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 4, operatur tat-trasport bit-triq jista' jipprovdi dikjarazzjoni ta' stazzjonar li tkopri perjodu mhux itwal minn sitt xhur. |
imħassar | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Dikjarazzjoni ta' stazzjonar għal grupp ta' xufiera u t-tipi kollha ta' trasport għal perjodu ta' sitt xhur ma jkollha ebda valur miżjud għall-infurzar peress li tinkludi informazzjoni ġenerali biss li fuq il-bażi tagħha l-infurzaturi ma jistgħux jagħmlu valutazzjoni fuq il-ġenwinità tal-istazzjonar. Għall-kuntrarju, dikjarazzjoni ta' stazzjonar għal kull xufier u kull sitwazzjoni ta' stazzjonar tipprovdi rabta ġenwina u infurzabbli bejn operazzjoni ta' trasport, minn naħa waħda, u x-xufier u l-vettura involuti, min-naħa l-oħra. Dan huwa l-uniku mod biex jiġu eliminati l-abbużi potenzjali. | ||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 5a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
5a. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib u għandhom jagħtu assistenza reċiproka u l-informazzjoni rilevanti kollha lil xulxin, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE u fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. | |||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 5c (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
5c. Sabiex tiżdied l-effettività tal-infurzar transfruntier u tal-kontrolli mmirati, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet rilevanti kollha aċċess f'ħin reali għall-IMI, għar-reġistri elettroniċi nazzjonali stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1071/2009, għad-dikjarazzjonijiet sempliċi msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u għal kwalunkwe bażi tad-dejta | |||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [...] [Il-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni se jkun qasir kemm jista' jkun, u ġeneralment, ma għandux jaqbeż sentejn], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih. |
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih. | |||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
Sad-data msemmija fit-tieni subparagrafu, id-Direttivi 2003/88/KE, 96/71/KE u 2014/67/KE għandhom jibqgħu applikabbli fl-intier tagħhom. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Rekwiżiti tal-infurzar u regoli speċifiċi għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq |
||||
Referenzi |
COM(2017)0278 – C8-0170/2017 – 2017/0121(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 15.6.2017 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 15.6.2017 |
||||
Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
14.12.2017 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Martina Dlabajová 21.9.2017 |
||||
Eżami fil-kumitat |
23.1.2018 |
26.2.2018 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
25.4.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 23 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Laura Agea, Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Michael Detjen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Jana Žitňanská |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Heinz K. Becker, Rosa D’Amato, Karima Delli, Christelle Lechevalier, Paloma López Bermejo, Evelyn Regner, Anne Sander, Jasenko Selimovic, Michaela Šojdrová, Neoklis Sylikiotis, Flavio Zanonato, Kosma Złotowski |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Dominique Bilde, Maria Grapini, Christel Schaldemose, Marco Valli |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT MITLUB JAGĦTI OPINJONI
30 |
+ |
|
ALDE |
Robert Rochefort |
|
EFDD |
Laura Agea, Rosa D'Amato, Marco Valli |
|
GUE/NGL |
Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis |
|
NI |
Lampros Fountoulis |
|
PPE |
Georges Bach, Jérôme Lavrilleux, Thomas Mann, Dennis Radtke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander |
|
S&D |
Guillaume Balas, Michael Detjen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Evelyn Regner, Christel Schaldemose, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato |
|
VERTS/ALE |
Karima Delli, Jean Lambert, Terry Reintke |
|
23 |
- |
|
ALDE |
Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, Jasenko Selimovic, Yana Toom |
|
ECR |
Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská, Kosma Złotowski |
|
ENF |
Dominique Bilde, Christelle Lechevalier, Dominique Martin |
|
GUE/NGL |
João Pimenta Lopes |
|
PPE |
Ádám Kósa, Danuta Jazłowiecka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Verónica Lope Fontagné, Marek Plura, Michaela Šojdrová |
|
S&D |
Vilija Blinkevičiūtė, Maria Grapini, Georgi Pirinski |
|
2 |
0 |
|
PPE |
Heinz K. Becker, Romana Tomc |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI ()
Titolu |
Rekwiżiti tal-infurzar u regoli speċifiċi għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq |
||||
Referenzi |
COM(2017)0278 – C8-0170/2017 – 2017/0121(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
31.5.2017 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 15.6.2017 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 15.6.2017 |
|
|
|
|
Kumitati assoċjati Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 14.12.2017 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Merja Kyllönen 10.7.2017 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
23.1.2018 |
20.3.2018 |
15.5.2018 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
4.6.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 21 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Bas Eickhout, Michael Gahler, Maria Grapini, Ryszard Antoni Legutko, Bolesław G. Piecha, Marek Plura, Franck Proust, Dario Tamburrano |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Frank Engel, José Manuel Fernandes, Lampros Fountoulis, Barbara Kappel, Andrey Novakov, Marco Valli |
||||
Data tat-tressiq |
8.6.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
27 |
+ |
|
ALDE |
Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Pavel Telička |
|
ECR |
Ryszard Antoni Legutko, Bolesław G. Piecha, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski |
|
GUE/NGL |
Merja Kyllönen |
|
PPE |
Deirdre Clune, Andor Deli, Frank Engel, José Manuel Fernandes, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Marek Plura, Claudia Schmidt, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
|
S&D |
Inés Ayala Sender, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Janusz Zemke, Claudia Țapardel |
|
21 |
- |
|
ALDE |
Dominique Riquet |
|
EFDD |
Daniela Aiuto, Dario Tamburrano, Marco Valli |
|
ENF |
Marie-Christine Arnautu, Barbara Kappel |
|
GUE/NGL |
Marie-Pierre Vieu |
|
NI |
Lampros Fountoulis |
|
PPE |
Georges Bach, Franck Proust, Massimiliano Salini |
|
S&D |
Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Marita Ulvskog |
|
Verts/ALE |
Michael Cramer, Bas Eickhout, Keith Taylor |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni