RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018: Id-dħul tal-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2017

20.6.2018 - (00000/2018 – C8-0000/2018 – 2018/2057(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Siegfried Mureşan


Proċedura : 2018/2057(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0209/2018
Testi mressqa :
A8-0209/2018
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018: Id-dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2017

(09325/2018 – C8-0277/2018 – 2018/2057(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, kif adottat b'mod definittiv fit-30 ta' Novembru 2017[2],

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[3],

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[4],

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (2014/335/UE, Euratom[5]),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 għall-baġit ġenerali tal-2018, adottat mill-Kummissjoni fit-13 ta' April 2018 (COM(2018)0227),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2018, adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Ġunju 2018 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fid-19 ta' Ġunju 2018 (09325/2018 – C8-0277/2018.

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0209/2018]),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2018 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit 2018 is-surplus li jirriżulta mis-sena finanzjarja 2017, li jammonta għal EUR 555,5 miljun;

B.   billi l-komponenti ewlenin ta' dan is-surplus jikkostitwixxu eżitu pożittiv għall-introjtu ta' EUR 338,6 miljun, li jirriżulta minn sottoeżekuzzjoni tan-nefqa ta' EUR 383,4 miljun, u minn bilanċ pożittiv tad-differenzi fir-rata tal-kambju li jammonta għal EUR 166,4 miljun;

C.   billi min-naħa tal-introjtu, l-ikbar differenza tirriżulta minn eżitu ikbar minn dak mistenni tal-imgħax ta' inadempjenza u multi (EUR 342,6 miljun);

D.   billi mil-lat tan-nefqa, is-sottoimplimentazzjoni fil-pagamenti mill-Kummissjoni tilħaq EUR 201,5 miljun għall-2017 (li minnhom EUR 99,3 miljun huma mir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza) u EUR 53,5 miljun għar-riporti tal-2016, u sottoimplimentazzjoni mill-istituzzjonijiet l-oħra ta' EUR 82,6 miljun għall-2017 u EUR 45,7 miljun għar-riporti tal-2016;

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2018 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa maħsub biss għall-ibbaġitjar tas-surplus tal-2017, għal ammont ta' EUR 555,5 miljun, f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar dan;

2.   Ifakkar li fi tmiem is-sena s-sottimplimentazzjoni baxxa f'pagamenti kienet possibbli biss permezz tal-adozzjoni tal-baġit emendatorju 6/2017, li naqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 7 719,7 miljun minħabba dewmien qawwi fl-implimentazzjoni, b'mod partikolari fis-subintestatura 1b "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali"; barra minn hekk, ifakkar li l-baġits emendatorji kollha f'dik is-sena, anki meta żiedu sostanzjalment l-approprjazzjonijiet ta' impenn (pereżempju EUR 1 166,8 miljun taħt il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-Italja, EUR 500 miljun għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, EUR 275 miljun għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli), ġew totalment iffinanzjati b'riallokazzjonijiet minn approprjazzjonijiet ta' pagamenti mhux użati; jiddispjaċih li dewmien fl-implimentazzjoni u previżjonijiet impreċiżi mill-Istati Membri jidhru li qed ikomplu fl-2018;

3.   Jinnota, għal darb'oħra, il-livell relattivament għoli ta' multi relatati mal-kompetizzjoni fl-2017, li ammontaw għal EUR 3 273 miljun; iqis li, b'żieda ma' kwalunkwe surplus li jirriżulta minn sottoimplimentazzjoni, għandu jkun possibbli li kwalunkwe dħul li jirriżulta minn multi jew marbut ma' pagament tard jerġa' jintuża fil-baġit tal-Unjoni mingħajr tnaqqis korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet tad-dħul nazzjonali gross; ifakkar fil-proposta tiegħu għall-ħolqien ta' riżerva speċjali fil-baġit tal-UE, li se timtela progressivament bit-tipi kollha ta' dħul ieħor mhux mistenni u riportata b'mod dovut sabiex tipprovdi possibbiltajiet ta' nfiq addizzjonali meta jkun hemm il-bżonn;

4.  Barra minn hekk, jemmen li, fid-dawl tal-bżonn urġenti li jingħata rispons rapidu għall-isfida tal-migrazzjoni u filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dewmien fl-estensjoni tal-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija, is-surplus tal-2017, li jammonta għal EUR 555,5 miljun, jista' jipprovdi soluzzjoni eċċellenti biex tiġi ffinanzjata l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal dan l-istrument għall-2018 mingħajr ma l-baġit ġenerali jiġi mġebbed sal-limiti tiegħu;

5.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2018;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2018 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati u lill-parlamenti nazzjonali.

  • [1]    ĠU L 298, 26.10.2002, p. 1.
  • [2]    ĠU L 57, 28.02.2018.
  • [3]    ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
  • [4]    ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
  • [5]    ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

19.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Răzvan Popa, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anneli Jäätteenmäki, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Verónica Lope Fontagné, Andrey Novakov, Pavel Poc, Ivan Štefanec, Claudia Țapardel

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Martina Anderson, Auke Zijlstra

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

30

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Richard Ashworth, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Verónica Lope Fontagné, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Petri Sarvamaa, Ivan Štefanec, Patricija Šulin, Inese Vaidere

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, John Howarth, Vladimír Maňka, Pavel Poc, Răzvan Popa, Claudia Țapardel, Isabelle Thomas, Tiemo Wölken, Manuel dos Santos

Verts/ALE

Jordi Solé, Monika Vana

5

-

ALDE

Anneli Jäätteenmäki

ECR

Bernd Kölmel

EFDD

John Stuart Agnew

ENF

Auke Zijlstra

GUE/NGL

Martina Anderson

1

0

ENF

Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Ġunju 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza