RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Emenda 1 għall-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea
22.6.2018 - (05800/2018 – C8-0122/2018 – 2018/0009(NLE)) - ***
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Rolandas Paksas
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Emenda 1 għall-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea
(05800/2018 – C8-0122/2018 – 2018/0009(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05800/2018),
– wara li kkunsidra l-Emenda 1 għall-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea (14031/2017),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0122/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0214/2018),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerka.
NOTA SPJEGATTIVA
Bil-kondiviżjoni tal-għan komuni li jiġi żviluppat trasport bl-ajru aktar sikur u effiċjenti, fl-2011, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka ffirmaw il-Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea fir-riċerka u l-iżvilupp tal-avjazzjoni ċivili (MoC). L-attivitajiet ta' kooperazzjoni mwettqa s'issa fil-kuntest tal-MoC jindirizzaw l-aktar is-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM), b'mod partikolari l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) bejn il-proġett SESAR (Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew), il-komponent teknoloġiku tal-inizjattiva Ajru Uniku Ewropew (SES) u NextGen, il-programm ġestit mill-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni (FAA). Dak iż-żmien, iż-żewġ programmi kienu fil-fażijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp tagħhom, u dan kien jiġġustifika l-enfasi inizjali tal-kooperazzjoni fuq l-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp u ta' validazzjoni.
Il-kooperazzjoni fil-kuntest tal-MoC, b'mod partikolari bejn SESAR u NextGen, issa waslet għal livell għoli ta' maturità u tat riżultati importanti f'termini tal-promozzjoni tal-interoperabbiltà globali tas-sistemi tal-ATM. Dan wassal liż-żewġ partijiet biex jesploraw il-potenzjal għall-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni għal suġġetti marbuta mal-mobilizzazzjoni tas-sistemi tal-ATM. Abbażi ta' dan, fit-8 ta' Mejju 2017 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja mal-FAA rigward emenda għall-MoC, biex il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jiġi estiż biex ikopri l-mobilizzazzjoni.
L-Emenda 1 għall-MoC ġiet innegozjata bejn il-Kummissjoni u l-FAA u, abbażi ta' Deċiżjoni tal-Kunsill korrispondenti, ġiet iffirmata fit-13 ta' Diċembru 2017 f'isem l-Unjoni filwaqt li din id-Deċiżjoni ssegwi l-proċess ta' adozzjoni tagħha. L-emenda hija bbażata għalkollox fuq l-istess għanijiet u prinċipji li l-MoC eżistenti huwa msejjes fuqhom. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerka għall-fażijiet kollha tal-modernizzazzjoni tal-ATM inkluża l-mobilizzazzjoni, tirrappreżenta l-evoluzzjoni naturali tal-ħidma mwettqa b'suċċess fil-kuntest tal-MoC attwali. Kif indikat fil-proposta tal-Kummissjoni biex jinfetħu n-negozjati biex jiġi emendat l-MoC, l-aħjar għażla kienet li l-kamp ta' applikazzjoni tal-MoC attwali jiġi emendat biex ikopri l-fażijiet kollha tal-modernizzazzjoni tal-ATM, inkluża l-mobilizzazzjoni, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-politika tal-Ajru Uniku Ewropew, filwaqt li l-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni fuq kwistjonijiet tal-avjazzjoni ċivili mhux marbuta mal-ATM jiġi limitat għall-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp. Il-vantaġġ ta' dan l-approċċ huwa li l-MoC jibqa' jkopri l-kooperazzjoni dwar kwalunkwe suġġett marbut mar-riċerka u l-iżvilupp tal-avjazzjoni ċivili mhux marbut mal-ATM filwaqt li jżomm il-qafas ta' kooperazzjoni vinkolanti li diġà ġie nnegozjat mal-Istati Uniti tal-Amerka.
Id-Deċiżjoni proposta għandha l-għan li tawtorizza d-dħul fis-seħħ tal-Emenda 1 għall-MoC iffirmata mir-rappreżentanti tal-Unjoni u tal-Istati Uniti tal-Amerka abbażi ta' Deċiżjoni tal-Kunsill korrispondenti. L-emenda tinkludi t-test ewlieni rivedut tal-MoC u l-Anness 1 rivedut dwar il-"Modernizzazzjoni u l-interoperabbiltà globali tal-ATM". Din l-inizjattiva tikkonforma mal-prijoritajiet politiċi tal-UE fir-rigward tas-suq intern, it-tkabbir u l-impjiegi kif ukoll tar-rwol tal-Unjoni Ewropea bħala attur globali. Ir-rakkomandazzjoni hija konsistenti mal-politika tal-UE dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-politika dwar in-Netwerks Trans-Ewropej li fuqhom huma bbażati l-oqfsa tar-riċerka u l-iżvilupp u tal-mobilizzazzjoni tas-SESAR.
Bħala rapporteur, nemmen bis-sħiħ li huwa fl-interess tal-UE li tagħti l-approvazzjoni għall-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda 1 għall-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda 1 tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea |
||||
Referenzi |
05800/2018 – C8-0122/2018 – COM(2018)0027 – 2018/0009(NLE) |
||||
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
19.3.2018 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 16.4.2018 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 16.4.2018 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
TRAN 19.2.2018 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Rolandas Paksas 21.2.2018 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
16.5.2018 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
19.6.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
58 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Zigmantas Balčytis, Nikolay Barekov, Bendt Bendtsen, José Blanco López, David Borrelli, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Dan Nica, Angelika Niebler, Rolandas Paksas, Aldo Patriciello, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Françoise Grossetête, Benedek Jávor, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Marisa Matias, Rupert Matthews, Dominique Riquet, Michèle Rivasi, Maria Spyraki |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Mary Honeyball |
||||
Data tat-tressiq |
22.6.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
58 |
+ |
|
ALDE |
Fredrick Federley, Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Dominique Riquet, Lieve Wierinck |
|
ECR |
Nikolay Barekov, Edward Czesak, Ashley Fox, Rupert Matthews, Evžen Tošenovský |
|
EFDD |
Jonathan Bullock, Rolandas Paksas, Dario Tamburrano |
|
ENF |
Barbara Kappel, Christelle Lechevalier |
|
NI |
David Borrelli |
|
PPE |
Bendt Bendtsen, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Françoise Grossetête, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Maria Spyraki, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská |
|
S&D |
Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Mary Honeyball, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Dan Nica, Miroslav Poche, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho |
|
VERTS/ALE |
Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Benedek Jávor, Michèle Rivasi, Claude Turmes |
|
2 |
- |
|
GUE/NGL |
Marisa Matias, Neoklis Sylikiotis |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni