RAPPORT dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
22.6.2018 - (COM(2017)0706 – C8-0441/2017 – 2017/0248(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Roberts Zīle
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
(COM(2017)0706 – C8-0441/2017 – 2017/0248(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0706),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0441/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0215/2018),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1a) Il-frodi tal-VAT hija ħafna drabi marbuta mal-kriminalità organizzata u numru żgħir ħafna ta' dawn in-netwerks organizzati jista' jkun responsabbli għal biljuni ta' euro fi frodi tal-VAT transfruntiera, li taffettwa mhux biss il-ġbir tad-dħul fl-Istati Membri iżda għandha wkoll impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom responsabbiltà kondiviża biex jitħares id-dħul mill-VAT fl-Istati Membri kollha. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(2) Ta' spiss ikollhom jitwettqu inkjesti amministrattivi għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, b'mod partikolari meta l-persuna taxxabbli ma tkunx stabbilita fl-Istati Membri fejn tkun trid titħallas it-taxxa. Biex jiġi żgurat l-infurzar xieraq tal-VAT u biex jiġu evitati x-xogħol doppju u l-piż amministrattiv tal-awtoritajiet tat-taxxa u tan-negozji, meta mill-inqas żewġ Stati Membri jqisu li tkun meħtieġa inkjesta amministrattiva fl-ammonti ddikjarati minn persuna taxxabbli mhux stabbilita fit-territorju tagħhom iżda taxxabbli fih, jenħtieġ li l-inkjesta titwettaq mill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-persuna taxxabbli u jenħtieġ li l-Istati Membri li jitolbu din l-inkjesta jassistu lill-Istat Membru tal-istabbiliment billi jieħdu sehem attiv fl-inkjesta. |
(2) Ta' spiss ikollhom jitwettqu inkjesti amministrattivi għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, b'mod partikolari meta l-persuna taxxabbli ma tkunx stabbilita fl-Istat Membru fejn tkun trid titħallas it-taxxa. Biex jiġi żgurat l-infurzar xieraq tal-VAT, jiġi evitat ix-xogħol doppju u jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet tat-taxxa u tan-negozji, jeħtieġ li titwettaq inkjesta amministrattiva fl-ammonti ddikjarati minn persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fit-territorju tagħhom iżda hija taxxabbli fih. L-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-persuna taxxabbli jkollu jwettaq l-inkjesta u l-Istat Membru jew l-Istati Membri li jitolbu din l-inkjesta jkollhom jassistu lill-Istat Membru tal-istabbiliment billi jieħdu sehem attiv fl-inkjesta. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 11 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(11) Bil-għan li jiġi żgurat il-monitoraġġ effettiv u effiċjenti tal-VAT fit-transazzjonijiet transfruntiera, ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 jipprevedi l-preżenza ta' uffiċjali fl-uffiċċji amministrattivi u waqt l-inkjesti amministrattivi fi Stati Membri oħra. Biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet tat-taxxa biex jivverifikaw il-provvisti transfruntiera, jenħtieġ li jkun hemm awditi konġunti li jippermettu lill-uffiċjali minn żewġ Stati Membri jew aktar, jagħmlu parti minn tim wieħed ta' awditjar u li jieħdu sehem attiv f'inkjesta amministrattiva konġunta. |
(11) Bil-għan li jiġi żgurat il-monitoraġġ effettiv u effiċjenti tal-VAT fit-tranżazzjonijiet transfruntiera, ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 jipprevedi l-preżenza ta' uffiċjali fl-uffiċċji amministrattivi u waqt l-inkjesti amministrattivi fi Stati Membri oħra. Biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet tat-taxxa billi jiġu provduti b'aktar riżorsi tekniċi u umani biex jivverifikaw il-provvisti transfruntiera, jenħtieġ li jkun hemm awditi konġunti li jippermettu lill-uffiċjali minn żewġ Stati Membri jew aktar, jagħmlu parti minn tim wieħed ta' awditjar u li jieħdu sehem attiv f'inkjesta amministrattiva konġunta, fi spirtu kooperattiv u produttiv u skont it-termini miftehma mill-Istati Membri sabiex tiġi identifikata u miġġielda l-frodi tal-VAT transfruntiera li attwalment qed iddgħajjef il-bażijiet tat-taxxa tal-Istati Membri. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 13 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(13) Biex jiġu miġġielda l-aktar skemi serji ta' frodi transfruntiera, jenħtieġ li jiġu ċċarati u msaħħa l-governanza, il-kompiti u l-funzjonament tal-Eurofisc. Jenħtieġ li l-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc ikunu jistgħu jaċċessaw, jiskambjaw, jipproċessaw u janalizzaw malajr l-informazzjoni kollha meħtieġa u jikkoordinaw kull azzjoni ta' segwitu. Huwa wkoll meħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' awtoritajiet oħra involuti fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' skambju ta' informazzjoni mmirata mal-Europol u mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi. Għalhekk, jenħtieġ li l-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc ikunu jistgħu jikkondividu, spontanjament jew fuq talba, informazzjoni u għarfien mal-Europol u mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi. Dan jippermetti li l-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc jirċievu dejta u għarfien miżmuma mill-Europol u mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi sabiex jiġu identifikati dawk li tassew iwettqu l-attivitajiet ta' frodi tal-VAT. |
(13) Biex jiġu miġġielda l-aktar skemi serji ta' frodi transfruntiera, jenħtieġ li jiġu ċċarati u msaħħa l-governanza, il-kompiti u l-funzjonament tal-Eurofisc. Jenħtieġ li l-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc ikunu jistgħu jaċċessaw, jiskambjaw, jipproċessaw u janalizzaw malajr l-informazzjoni kollha meħtieġa u jikkoordinaw kull azzjoni ta' segwitu. Huwa wkoll meħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' awtoritajiet oħra involuti fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' skambju ta' informazzjoni mmirata mal-Europol u mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi. Għalhekk, jenħtieġ li l-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc jikkondividu, spontanjament jew fuq talba, informazzjoni u għarfien mal-Europol, mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u, għall-Istati Membri parteċipanti, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, b'mod speċjali għas-suspett ta' frodi tal-VAT 'il fuq minn ċertu ammont. Dan jippermetti li l-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc jirċievu dejta u għarfien miżmuma mill-Europol u mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi sabiex jiġu identifikati dawk li tassew iwettqu l-attivitajiet ta' frodi tal-VAT. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 15 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(15) L-organizzazzjoni tat-trażmissjoni tat-talbiet għal rifużjonijiet tal-VAT — skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE, toffri l-opportunità li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet kompetenti biex jirkupraw djun tal-VAT mhux imħallsa fl-Istat Membru ta' stabbiliment. |
(15) L-organizzazzjoni tat-trażmissjoni tat-talbiet għal rifużjonijiet tal-VAT — skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE toffri l-opportunità li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet kompetenti biex jirkupraw obbligazzjonijiet ta' taxxa mhux imħallsa fl-Istat Membru ta' stabbiliment. | ||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta' rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23). |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta' rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23). | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 16 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(16) Biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi serja transfruntiera tal-VAT, jenħtieġ li l-Istati Membri parteċipanti fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jikkomunikaw lil dak l-uffiċċju, inkluż permezz tal-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc, informazzjoni dwar l-aktar reati serji tal-VAT kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36. |
(16) Biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi transfruntiera serja tal-VAT, jenħtieġ li l-Istati Membri parteċipanti fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jikkomunikaw fi żmien utli lil dak l-uffiċċju, inkluż permezz tal-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc, informazzjoni dwar l-aktar reati serji tal-VAT kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36. | ||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||
36 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29). |
36 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29). | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 18 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(18) Il-Kummissjoni jista' jkollha aċċess biss għall-informazzjoni kkomunikata jew miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 meta dan ikun meħtieġ għall-kura, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi ospitati mill-Kummissjoni u użati mill-Istati Membri għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
(18) Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha aċċess għall-informazzjoni kkomunikata jew miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 meta dan ikun meħtieġ għall-kura, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi ospitati mill-Kummissjoni u użati mill-Istati Membri għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, u biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq żjarat fl-Istati Membri biex tevalwa kif jaħdmu l-arranġamenti ta' kooperazzjoni amministrattiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 19 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(19) Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, huwa xieraq li jitqiesu l-limitazzjonijiet ta' ċerti drittijiet u obbligi stabbiliti bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37, biex jitħarsu l-interessi msemmija fl-Artikolu 23(1)(e) ta' dak ir-Regolament. Dawn il-limitazzjonijiet huma meħtieġa u proporzjonali meta jitqies it-telf ta' dħul potenzjali għall-Istati Membri u l-importanza kruċjali li din l-informazzjoni ssir disponibbli sabiex il-ġlieda kontra l-frodi tkun effettiva. |
(19) Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, huwa xieraq li jitqiesu l-limitazzjonijiet ta' ċerti drittijiet u obbligi stabbiliti bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37, biex jitħarsu l-interessi msemmija fl-Artikolu 23(1)(e) ta' dak ir-Regolament. Dawn il-limitazzjonijiet huma meħtieġa u proporzjonali meta jitqies it-telf ta' dħul potenzjali għall-Istati Membri u l-importanza kruċjali li din l-informazzjoni ssir disponibbli sabiex il-ġlieda kontra l-frodi tkun effettiva. Jenħtieġ li limitazzjonijiet bħal dawn, madankollu, ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv u dawn iridu jilħqu l-istandards għoljin meħtieġa mill-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, kwalunkwe att ta' implimentazzjoni futur għal dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u Council.37a | ||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||
37 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). |
37 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
37a Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1). | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 20a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(20a) Fid-dawl tan-numru żgħir ta' Stati Membri li jippubblikaw stimi ta' telf tal-VAT minħabba frodi intrakomunitarja, id-disponibbiltà ta' dejta komparabbli dwar frodi intrakomunitarja tal-VAT se tikkontribwixxi għal kooperazzjoni mmirata aħjar bejn l-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa approċċ statistiku komuni biex jikkwantifikaw u janalizzaw il-frodi tal-VAT. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 7 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-UE għandu jkollha mekkaniżmi ta' kontroll effikaċi. Għaldaqstant huwa importanti li Stat Membru wieħed jitħalla jitlob li ssir inkjesta amministrattiva u li jipparteċipa fiha. L-uffiċjali tal-Istat rikjedenti ta' spiss ikunu jafu l-aħjar il-fajl u għalhekk huwa essenzjali li jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv fl-ispezzjoni, filwaqt li jiġu rrispettati r-regoli tad-dritt nazzjonali tal-pajjiż ikkonċernat. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Fil-kuntest tal-iżvilupp tal-mini-one-stop-shop, parti sostanzjali mill-VAT tal-Istati se tinġabar fi Stati Membri oħrajn. Għaldaqstant huwa essenzjali li l-UE jkollha mekkaniżmi ta' kontroll effikaċi. Għaldaqstant qed jiġi propost li Stat Membru wieħed jitħalla jitlob li ssir inkjesta amministrattiva u li jipparteċipa fiha. L-uffiċjali tal-Istat rikjedenti jkunu jafu l-aħjar il-fajl u għalhekk huwa essenzjali li jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv fl-ispezzjoni, filwaqt li jiġu rrispettati r-regoli tad-dritt tal-pajjiż ikkonċernat. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 12a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 13 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid) Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt e | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt f | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt e Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 17 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 21 – paragrafu 1a | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b – punt i Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt e – punt i | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b – punt i Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt e – punt ii | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 21 – paragrafu 2a – subparagrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 21 – paragrafu 2a – subparagrafu 1 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 21 – paragrafu 2a – subparagrafu 1 – punt c | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 21 – paragrafu 2a – subparagrafu 1 – punt d – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 21 – paragrafu 2a – subparagrafu 1 – punt d – punt i | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 21 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt i | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 28 – paragrafu 2a | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 33 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b – punt i Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b – punt ii Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt d | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 34 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 35 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt c Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 36 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt c Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 36 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa essenzjali li jkun previst skambju ta' informazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet bejn il-Eurofisc u l-Europol. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 48 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 49 – paragrafu 2a – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18a (ġdid) Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 49a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18b (ġdid) Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 50 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19 – punt a Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 55 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 55 – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||
|
NOTA SPJEGATTIVA
Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) hija sors importanti ta' dħul mit-taxxa għall-Istati Membri. Madankollu l-pajjiżi qed jitilfu minn dak id-dħul minħabba frodi. Fil-kuntest tal-VAT, il-frodi tat-taxxa transfruntiera hija waħda mill-problemi ewlenin li qed jiffaċċjaw l-Istati Membri. Is-sistema attwali tat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri ma tistax tlaħħaq mal-veloċità dejjem akbar tal-ekonomija.
Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex jiġu megħjuna jiġġieldu l-frodi tal-VAT b'mod aktar faċli, rapidu u effiċjenti. Madankollu, kien hemm bżonn ta' xi titjib.
Ir-Rapporteur jemmen li l-proposta leġiżlattiva teħtieġ issib bilanċ ġust bejn it-talbiet għal informazzjoni u l-analiżi tagħha minn naħa u l-protezzjoni tad-data u l-privatezza min-naħa l-oħra. B'hekk, ġew introdotti diversi emendi li l-għan tagħhom huwa li jiġu definiti b'mod aktar ċar il-konfini operattivi tal-Eurofisc kif ukoll l-ipproċessar u l-użu ta' informazzjoni mill-awtoritajiet. Ġew introdotti r-riferimenti għal-leġiżlazzjoni rilevanti fil-qasam tal-protezzjoni tad-data.
Bl-istess mod, il-proposta ġiet imtejba sabiex jintlaħaq bilanċ aħjar bejn l-interessi u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet rikjedenti u dawk rikjesti. Mingħajr ma ġiet imminata l-kapaċità tal-awtoritajiet rikjedenti biex iniedu inkjesti amministrattivi, id-drittijiet tal-awtoritajiet rikjesti issa huma definiti aktar. Barra minn hekk, mekkaniżmu aktar simplifikat dwar kif l-Istati Membri jittrattaw l-obbligazzjonijiet pendenti tal-VAT ġie introdott. Minħabba l-iżvilupp tal-fajl rispettiv, ir-Rapporteur ħassar id-dispożizzjonijiet relatati mal-persuna taxxabbli ċertifikata.
B'emendi żgħar oħra, ir-Rapporteur ħadem biex ikompli jtejjeb u jiċċara l-ispirtu tal-proposta.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Proposta emendata għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 rigward miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud |
||||
Referenzi |
COM(2017)0706 – C8-0441/2017 – COM(2017)0567 – C8-0362/2017 – 2017/0248(CNS) |
||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
23.10.2017 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 26.10.2017 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 26.10.2017 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
JURI 20.11.2017 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Roberts Zīle 14.12.2017 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
16.5.2018 |
18.6.2018 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
19.6.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
51 2 3 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, David Coburn, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Alex Mayer, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrea Cozzolino, Ashley Fox, Doru-Claudian Frunzulică, Syed Kamall, Alain Lamassoure, Thomas Mann, Luigi Morgano, Michel Reimon, Joachim Starbatty |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jens Gieseke, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Rupert Matthews |
||||
Data tat-tressiq |
22.6.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
51 |
+ |
|
ALDE |
Thierry Cornillet, Petr Ježek, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells |
|
ECR |
Ashley Fox, Syed Kamall, Rupert Matthews, Stanisław Ożóg, Joachim Starbatty, Kay Swinburne |
|
ENF |
Barbara Kappel |
|
GUE/NGL |
Martin Schirdewan, Miguel Viegas |
|
PPE |
Burkhard Balz, Markus Ferber, Jens Gieseke, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan |
|
S&D |
Hugues Bayet, Pervenche Berès, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Doru-Claudian Frunzulică, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Luigi Morgano, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker |
|
VERTS/ALE |
Sven Giegold, Philippe Lamberts, Michel Reimon, Ernest Urtasun |
|
2 |
- |
|
EFDD |
David Coburn, Marco Valli |
|
3 |
0 |
|
EFDD |
Bernard Monot |
|
ENF |
Gerolf Annemans, Marco Zanni |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni