Proċedura : 2017/2278(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0229/2018

Testi mressqa :

A8-0229/2018

Dibattiti :

PV 04/10/2018 - 4
CRE 04/10/2018 - 4

Votazzjonijiet :

PV 04/10/2018 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0378

RAPPORT     
PDF 849kWORD 77k
27.6.2018
PE 618.122v01-00 A8-0229/2018

dwar il-pakkett tal-istrateġija dwar l-akkwist pubbliku

(2017/2278 (INI))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Carlos Coelho

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 POŻIZZJONI FIL-FORMA TA' EMENDI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pakkett tal-istrateġija dwar l-akkwist pubbliku

(2017/2278(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar "Nagħmlu l-Akkwist Pubbliku jaħdem fl-Ewropa u għaliha" (COM(2017)0572),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar "Għajnuna għall-investiment permezz ta' valutazzjoni volontarja ex-ante tal-aspetti tal-akkwist f'każijiet ta' proġetti infrastrutturali kbar" (COM(2017)0573),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1805 tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-professjonalizzazzjoni tal-akkwist pubbliku – Il-bini ta' struttura għall-professjonalizzazzjoni tal-akkwist pubbliku (C(2017)6654)(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni(4),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar ir-reviżjoni tal-applikazzjoni prattika tad-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist (ESPD)(COM(2017)0242),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku(5),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ottubru 2017 dwar il-Valutazzjoni tal-Istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika, skont id-Direttiva 2014/55/UE (COM(2017)0590),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Frar 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali kif ukoll il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0229/2018),

A.  billi għad irid jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-akkwist pubbliku sabiex jikkontribwixxi għall-bini ta' ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva, u billi aktar minn 250 000 awtorità pubblika fl-Unjoni jonfqu madwar 14 % tal-PDG, jew kważi EUR 2 000 biljun, kull sena fuq ix-xiri ta' servizzi, xogħlijiet u provvisti;

B.  billi l-akkwist pubbliku jinvolvi l-infiq ta' ammont konsiderevoli ta' flus il-kontribwenti, li jfisser li l-infiq għandu jsir b'mod etiku, bi trasparenza u integrità u bl-aktar mod effiċjenti, kemm f'termini tal-ispejjeż kif ukoll tal-kwalità mogħtija, sabiex jiġu pprovduti prodotti u servizzi ta' kwalità liċ-ċittadini;

C.  billi regoli dwar l-akkwist pubbliku implimentati korrettament huma għodda kruċjali għas-servizz ta' suq uniku aktar b'saħħtu u sabiex jiżdiedu l-kumpaniji tal-UE u l-impjiegi fl-Unjoni, u billi l-użu intelliġenti tal-akkwist pubbliku jista' jkun għodda strateġika biex jinkisbu l-għanijiet tal-UE ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u b'hekk tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni lejn katini tal-provvista u mudelli ta' negozju aktar sostenibbli;

D.  billi, fir-rigward tat-traspożizzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni sħaħ tad-dritt tal-UE huma essenzjali sabiex ikun eħfef u irħas għall-intrapriżi żgħar u medji biex jagħmlu offerti għall-kuntratti pubbliċi, b'rispett sħiħ tal-prinċipji tal-UE tat-trasparenza u l-kompetizzjoni;

E.  billi l-Kummissjoni nediet konsultazzjoni mmirata fuq l-abbozz ta' Gwida dwar l-Akkwist Pubbliku tal-Innovazzjoni fit-3 ta' Ottubru 2017 u konsultazzjoni mmirata dwar il-kamp ta' applikazzjoni u l-istruttura ta' gwida tal-Kummissjoni dwar l-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli fis-7 ta' Diċembru 2017;

F.  billi skont stħarriġ tal-2016, kif imsemmi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2017)0572, erba' Stati Membri biss iddependew fuq teknoloġiji diġitali għall-passi ewlenin kollha fl-akkwist pubbliku, bħal notifika elettronika, aċċess elettroniku għad-dokumenti tal-akkwist, sottomissjoni elettronika, evalwazzjoni elettronika, għoti elettroniku, ordni elettroniku, fatturazzjoni elettronika u pagament elettorniku;

G.  billi skont l-iskeda informattiva tematika tas-Semestru Ewropew dwar l-akkwist pubbliku ta' Novembru 2017, l-għadd ta' proċeduri ta' akkwist b'offerta waħda biss żdied minn 14 % għal 29 % għall-perjodu 2006-2016, u billi, skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2017)0572, "L-SMEs jirbħu 45 % biss mill-valur tal-kuntratti pubbliċi 'l fuq mil-limiti tal-UE, li huwa ferm inqas minn kemm jiswew fl-ekonomija";

H.  billi r-regoli l-ġodda introdotti mid-direttivi tal-2014, peress li jiffaċilitaw l-akkwist pubbliku u jimponu aktar kontrolli, għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal ekonomija sostenibbli, aktar soċjali, innovattiva u inklużiva;

I.  billi, skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2017)0572, 55 % tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku għadhom jużaw l-orħos prezz bħala l-uniku kriterju ta' għażla, minflok, pereżempju, kriterji ambjentali u soċjali strateġiċi oħra;

J.  billi l-Unjoni Ewropea hija impenjata favur l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) tan-Nazzjonijiet Uniti;

K.  billi huwa ta' importanza kruċjali li l-fornituri jkollhom fiduċja li s-sistemi tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni joffru proċeduri diġitali sempliċi u aċċessibbli, trasparenza sħiħa u integrità u sigurtà tad-data;

Qafas leġiżlattiv u implimentazzjoni

1.  Jilqa', kważi erba' snin wara li ġiet konkluża r-reviżjoni estensiva tal-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, is-sett ta' miżuri mhux leġiżlattivi proposti mill-Kummissjoni u jistenna li dan joħloq impetu għal implimentazzjoni aħjar;

2.  Jinsab ferm diżappuntat bil-pass li bih ħafna Stati Membri ttrasponew id-direttivi tal-2014 fil-qasam tal-akkwist pubbliku u bil-ħafna dewmien, filwaqt li jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni kellha tibda proċeduri ta' ksur kontra ċerti Stati Membri; jitlob l-ikkompletar rapidu tat-traspożizzjoni fl-Istati Membri kollha mingħajr ebda dewmien ulterjuri;

3.  Jinsab imħasseb dwar is-sett ta' skadenzi li jmiss ipprovduti mid-direttivi fir-rigward tal-akkwist elettroniku u t-tranżizzjoni tal-Istati Membri lejn akkwist elettroniku sħiħ, inkluża l-fatturazzjoni elettronika; jenfasizza l-ħtieġa li l-aġenda diġitali tal-Istati Membri tinkludi l-promozzjoni ta' akkwist-e sħiħ;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza malajr il-Gwida dwar l-Akkwist Pubbliku tal-Innovazzjoni u l-Gwida dwar l-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli, sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali rispettivi fl-Istati Membri;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni torganizza aħjar u b'mod aktar ċar il-gwidi u għodod oħrajn żviluppati sabiex jgħinu lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-akkwist pubbliku, b'mod aktar aċċessibbli u faċli għall-utent li joffri ħarsa ġenerali tajba lill-prattikanti kollha, filwaqt li tagħti attenzjoni wkoll lil-lingwi disponibbli;

6.  Jilqa' l-gwida l-ġdida dwar l-akkwist pubbliku għall-prattikanti ta' Frar 2018, imfassla sabiex tgħin lill-uffiċjali pubbliċi lokali, reġjonali u nazzjonali jiżguraw proċeduri ta' akkwist pubbliku effiċjenti u trasparenti għal proġetti ffinanzjati mill-UE;

Akkwist strateġiku u kkoordinat

7.  Jirrimarka li l-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni, aktar minn qatt qabel, tippermetti li l-akkwist pubbliku jintuża bħala strument strateġiku biex jippromwovi l-għanijiet ta' politika tal-UE u jħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu dak kollu li jistgħu minnu; ifakkar li l-akkwist pubbliku huwa wkoll għodda importanti fil-livell reġjonali u f'dak lokali biex jikkomplementa l-istrateġiji lokali u reġjonali u jinkoraġġixxi seduti pubbliċi u konsultazzjonijiet mal-utenti finali tal-prodotti u s-servizzi;

8.  Jitlob l-użu estensiv ta' akkwist innovattiv biex jinkiseb tkabbir intelliġenti, ekoloġiku u inklużiv u biex tissaħħaħ l-ekonomija ċirkolari; jissottolinja l-importanza tal-ekonomija ċirkolari u f'dan ir-rigward, il-possibbiltajiet ġodda offruti mid-direttivi l-ġodda dwar l-akkwist pubbliku fir-rigward tal-oġġetti u s-servizzi użati mill-ġdid, imsewwija, manifatturati mill-ġdid, rinnovati u prodotti u soluzzjonijiet oħra sostenibbli u effiċjenti fir-riżorsi;

9.  Jistieden lill-Istati Membri jużaw l-akkwist pubbliku b'mod strateġiku sabiex jippromwovu ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva, anke għall-SMEs u l-intrapriżi soċjali; jenfasizza li dan jirrikjedi li l-Istati Membri jindikaw sistematikament politiki bħal dawn fl-ogħla livell u jappoġġjaw, għal dan il-għan, lill-akkwirenti u l-prattikanti fl-amministrazzjoni pubblika;

10.  Jirrimarka l-importanza li l-kundizzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti ma jkunux ta' piż żejjed, sabiex l-aċċess għall-kuntratti pubbliċi jibqa' possibbli għall-kumpaniji kollha, inklużi l-SMEs;

11.  Jilqa' l-eżempju tal-adozzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali tal-Akkwist Pubbliku u jħeġġeġ lil aktar Stati Membri jsegwu dan l-eżempju bħala mezz kif jimmodernizzaw u jissimplifikaw is-sistemi tal-akkwist pubbliku tagħhom u b'hekk isaħħu l-effiċjenza tagħhom; Jenfasizza li l-akkwist pubbliku huwa qasam trażversali għal diversi setturi tal-amministrazzjoni pubblika, u għalhekk huwa essenzjali li , minbarra l-koordinazzjoni, ikun hemm struttura ta' governanza li tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati ewlenin sabiex id-deċiżjonijiet fundamentali jkunu jistgħu jittieħdu b'mod aktar kollaborattiv u jiġu aċċettati minn dawk kollha involuti;

12.  Jilqa' l-fatt li ħafna Stati Membri għamlu dispożizzjonijiet għall-użu tal-kriterji tal-kwalità (inkluż l-aqwa rapport bejn il-prezz u l-kwalità) u jinkoraġġixxi l-applikazzjoni sistematika tagħhom; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kontraenti japplikaw kriterji oħrajn minbarra dawk tal-orħos prezz jew il-kosteffettività biss, b'kunsiderazzjoni tal-aspetti kwalitattivi, ambjentali u/jew soċjali;

13.  Filwaqt li jirrikonoxxi li f'xi każijiet il-prezz baxx jirrifletti soluzzjonijiet innovattivi u ġestjoni effiċjenti, jinsab imħasseb dwar l-użu eċċessiv tal-orħos prezz bħala l-kriterju primarju ta' għotja f'numru ta' Stati Membri mingħajr kunsiderazzjoni tal-kwalità, is-sostenibbiltà u l-inklużjoni soċjali, u għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri janalizzaw u jirrappurtaw dwar ir-raġunijiet għal din is-sitwazzjoni u jipproponu soluzzjonijiet xierqa fejn ikun neċessarju;

14.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li prattiki tal-akkwist pubbliku jkunu konformi mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu konsultazzjoni mal-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom f'dan ir-rigward;

15.  Jitlob l-adozzjoni ta' kodiċi ta' etika Ewropew għall-akkwist pubbliku għad-diversi atturi fil-proċess tal-akkwist;

16.  Jenfasizza li huwa importanti li l-awtoritajiet kontraenti jikkunsidraw iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-prodotti, inkluż l-impatt tagħhom fuq l-ambjent, fid-deċiżjonijiet tax-xiri tagħhom, fejn ikun xieraq u jistieden lill-Kummissjoni tgħin fl-iżvilupp ta' metodoloġiji bil-għan li timplimenta l-kunċett ta' "spejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja";

17.  Jinnota li kunsiderazzjonijiet innovattivi, soċjali u ambjentali huma kriterji tal-għoti leġittimi u essenzjali fl-akkwist pubbliku, u li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jsegwu wkoll għanijiet ekoloġiċi, innovattivi jew soċjali permezz ta' speċifikazzjonijiet maħsuba sewwa u billi jippermettu offerti varjanti b'mod mhux diskriminatorju, dment li dawn il-karatteristiċi jkunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u jkunu proporzjonati mal-valur u l-objettivi tiegħu;

18.  Ifakkar li l-qafas leġiżlattiv għall-akkwist pubbliku tal-Unjoni jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li l-kuntratturi u s-subkuntratturi jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol li japplikaw fil-post fejn jitwettqu x-xogħlijiet, jiġu pprovduti s-servizzi jew jiġu prodotti jew fornuti l-prodotti, kif stipulat fil-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, fid-dritt tal-Unjoni u dik nazzjonali kif ukoll fil-ftehimiet kollettivi konklużi skont id-dritt u l-prattiki nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li dan l-obbligu jiġi ssodisfat mill-Istati Membri fit-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-direttivi tal-2014, u tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam;

19.  Jirrikonoxxi li valutazzjoni kwalitattiva tal-offerti tirrikjedi akkwirenti kwalifikati u jistieden lill-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri fit-tixrid tal-metodoloġiji u l-prattiki tal-evalwazzjoni, partikolarment permezz tal-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' ħidma u korsijiet ta' taħriġ; jenfasizza li tali assistenza għandha tkun disponibbli fil-livelli amministrattivi kollha meta jsir l-akkwist;

20.  Jirrimarka li akkwist pubbliku soċjalment responsabbli jrid jikkunsidra l-ktajjen tal-provvista u r-riskji assoċjati mal-iskjavitù tad-dinja moderna, id-dumping soċjali u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem. jinnota li jridu jsiru sforzi biex jiġi żgurat li l-prodotti u s-servizzi akkwistati permezz tal-akkwist pubbliku ma jkunux prodotti b'mod li jikser id-drittijiet tal-bniedem. Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet sostantivi dwar l-etika fil-ktajjen tal-provvista fil-gwida l-ġdida tagħha dwar il-kunsiderazzjonijiet soċjali fl-akkwist pubbliku;

21.  Jilqa' l-isforzi ta' bosta Stati Membri biex jistabbilixxu awtoritajiet li jkunu responsabbli mill-koordinazzjoni tal-akkwist u jirrikonoxxi li dan jikkontribwixxi għat-twettiq ta' akkwist strateġiku u effiċjenti;

22.  Jitlob li aktar Stati Membri jużaw il-vantaġġi tax-xiri ċentrali u l-aggregazzjoni tal-akkwist pubbliku u jinnota li l-Korpi Ċentrali għall-Akkwisti jistgħu u għandhom iħaffu t-tixrid tal-għarfien espert, tal-aħjar prattiki u tal-innovazzjoni;

23.  Jenfasizza li, speċjalment bil-għan li titrawwem l-innovazzjoni, huwa importanti li l-awtoritajiet kontraenti jinteraġixxu mas-suq u jagħmlu użu biżżejjed mill-fażi ta' qabel l-akkwist bħala tħejjija għall-passi li jmiss; jemmen li l-fażi ta' qabel l-akkwist hija wkoll fażi essenzjali biex jiġi appoġġjat ukoll l-involviment tal-SMEs;

24.  Iqis li l-proċedura ta' sħubija l-ġdida se tikkontribwixxi għat-trawwim tal-innovazzjoni u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kontraenti jikkooperaw mas-suq bil-għan li jiżviluppaw prodotti, xogħlijiet jew servizzi innovattivi li sa issa għadhom ma jeżistux; jilqa' f'dan ir-rigward il-fatt li sal-lum inbdew 17-il proċedura ta' sħubija għall-innovazzjoni;

25.  Jilqa' l-valutazzjoni volontarja ex-ante tal-aspetti tal-akkwist għal proġetti infrastrutturali kbar, kif propost mill-Kummissjoni, u jistieden lill-Kummissjoni timplimenta rapidament il-helpdesk, il-mekkaniżmu ta' notifika l-mekkaniżmu tal-iskambju ta' informazzjoni, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-kunfidenzjalità;

Id-diġitalizzazzjoni u l-ġestjoni tajba tal-proċeduri ta' akkwist

26.  Jiddispjaċih dwar l-adozzjoni bil-mod tat-teknoloġiji diġitali fl-akkwist pubbliku fl-Unjoni u jistieden lill-Istati Membri jistinkaw għal trasformazzjoni diġitali rapida tal-proċeduri u għall-introduzzjoni ta' proċessi elettroniċi għall-istadji ewlenin kollha, jiġifieri min-notifika, l-aċċess għall-offerti u s-sottomissjoni għall-evalwazzjoni, sal-għoti ta' kuntratt, l-ordni, il-fatturazzjoni u l-ħlas;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw il-Formoli elettroniċi sa mhux aktar tard minn tmiem l-2018;

28.  Ifakkar li l-akkwist elettroniku joffri firxa ta' benefiċċji importanti bħalma huma iffrankar sinifikanti għall-partijiet kollha, proċessi simplifikati u mqassra, tnaqqis fil-burokrazija u fil-piżijiet amministrattivi, aktar trasparenza, aktar innovazzjoni kif ukoll aċċess aħjar tal-SMEs għas-swieq tal-akkwist pubbliku;

29.  Jaqbel mal-Kummissjoni li r-reġistri tal-kuntratti jistgħu jkunu għodda kosteffiċjenti għall-ġestjoni tal-kuntratti, għat-titjib tat-trasparenza, tal-integrità u tad-data u għal governanza aħjar tal-akkwist pubbliku;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-possibbiltà li ssir interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali tal-kuntratti ma' Tenders Electronic Daily (TED) biex jitneħħa l-obbligu impost fuq l-awtoritajiet kontraenti li jippubblikaw l-istess informazzjoni f'żewġ sistemi;

31.  Jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet li jistgħu jinħolqu għall-offerenti, u speċjalment l-SMEs, fir-rigward tar-rekwiżiti għaċ-ċertifikati u l-firem u jinkoraġġixxi reġim ta' rekwiżiti ħfief f'dan ir-rigward, flimkien mal-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta' darba biss sabiex jitnaqqas il-piż għall-offerenti;

32.  Jenfasizza li l-Istati Membri kollha għandhom ikunu f'pożizzjoni li jipprovdu d-data neċessarja kollha dwar l-implimentazzjoni tal-akkwist pubbliku, inkluża data dwar offerti, proċeduri u kuntratti u informazzjoni statistika, anki sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta s-suq uniku dwar l-akkwist;

33.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-użu innovattiv tad-data b'format miftuħ, peress li tali data hija essenzjali għal kwalunkwe gvern biex jimmaniġġja l-amministrazzjoni pubblika tiegħu u, fl-istess ħin, tippermetti li l-kumpaniji jisfruttaw il-potenzjal ekonomiku tagħha, filwaqt li jħeġġeġ ukoll it-trasparenza u r-responsabbiltà fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi li jittrattaw l-akkwist pubbliku. Jirrimarka li tali data trid tkun ippubblikata bir-rispett dovut tal-prinċipju tal-proporzjonalità u f'konformità mal-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u s-segretezza tan-negozju;

Is-suq uniku u l-aċċess imtejjeb għall-akkwist

34.  Jirrimarka li proċeduri kompetittivi ta' offerti huma ta' importanza vitali fl-akkwist pubbliku u jinnota b'dispjaċir tnaqqis fl-intensità tal-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku fl-Unjoni fis-snin reċenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirreġistraw perċentwal għoli ta' avviżi ma' offerent wieħed biss sabiex jindirizzaw il-problema;

35.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-proċeduri konġunti ta' akkwist, inklużi dawk transfruntiera, kif iffaċilitati mir-regoli riveduti tal-UE, u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ profond f'dan il-qasam; iqis li tali proċeduri madankollu m'għandhomx jirriżultaw f'kuntratti ta' daqs tali li l-SMEs effettivament jiġu esklużi milli jiġu kkunsidrati fl-aktar stadju bikri tal-proċess;

36.  Jiddispjaċih li l-SMEs u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali għadhom qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet sabiex jaċċedu għall-akkwist pubbliku u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-effettività tal-miżuri pprovduti mid-direttivi tal-2014 u tressaq soluzzjonijiet ġodda, jekk ikun meħtieġ;

37.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni fil-prattika tal-prinċipju ta' "applika jew spjega" li jinsab fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2014/24/UE, li jirrikjedi li l-awtoritajiet kontraenti jipprovdu indikazzjoni tar-raġunijiet ewlenin għad-deċiżjoni tagħhom li ma jissuddividux f'lottijiet, li jridu jiġu spjegati b'mod sistematiku fid-dokumenti tal-akkwist jew fir-rapport individwali;

38.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-offerti, pereżempju, permezz tal-qsim obbligatorju f'lottijiet meta jkun possibbli jew billi jqiegħdu limitu fuq il-fatturat meħtieġ għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-offerti; jenfasizza li l-qsim ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku f'lottijiet irawwem il-kompetizzjoni fis-suq u jevita wkoll ir-riskju ta' dipendenza fuq fornitur wieħed; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw servizzi ta' konsulenza u taħriġ għall-SMEs biex jiġi żgurat li dawn jipparteċipaw aħjar fil-proċessi tal-offerti;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza b'mod partikolari l-ostakli għall-akkwist pubbliku transfruntier li jirriżulta minn ostakli lingwistiċi, legali jew oħrajn u tipproponi soluzzjonijiet jew tintervjeni sabiex tiggarantixxi akkwist transfruntier funzjonali;

40.  Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-interoperabbiltà fil-prodotti u s-servizzi mixtrija u li jiġi evitat l-intrappolament tal-bejjiegħa, u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri f'dan il-qasam;

41.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' data ċara u kkonsolidata tal-akkwist pubbliku fl-UE u jinnota li hija meħtieġa data affidabbli dwar l-aċċess għall-akkwist pubbliku sabiex tiġi vverifikata r-responsabbiltà tal-awtoritajiet pubbliċi u li din hija mezz ta' kif jiġu miġġielda l-frodi u l-korruzzjoni;

42.  Jaċċetta l-eżitu tal-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rimedji u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tipproponix reviżjoni leġiżlattiva, iżda jitlob li titkompla l-kooperazzjoni tal-korpi ta' analiżi nazzjonali u li tingħata aktar gwida mill-Kummissjoni dwar id-direttivi;

43.  Jiddispjaċih li d-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku fil-Qasam tad-Difiża għadha ma tatx ir-riżultati mixtieqa, b'mod partikolari fir-rigward tal-proġetti infrastrutturali transnazzjonali, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom bil-għan li jimplimentaw aħjar ir-regoli applikabbli bħalissa;

44.  Jenfasizza l-importanza tat-trasparenza u n-natura nondiskriminatorja tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku; ifakkar fl-importanza li jkun hemm proċeduri ta' appell adegwati fis-seħħ u fl-importanza li jingħata aċċess għal gwida dwar kif jitnieda appell;

L-akkwist pubbliku internazzjonali

45.  Jitlob li tittieħed azzjoni mill-Unjoni sabiex ittejjeb l-aċċess tal-fornituri tal-UE għal swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi, billi s-suq tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni huwa wieħed mill-aktar miftuħin fid-dinja;

46.  Jesprimi tħassib dwar il-kompetizzjoni inġusta fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku b'riżultat ta' interferenza mill-Istat ma' kompetituri minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari, iżda mhux biss, għas-suq tal-vetturi elettriċi u tal-batteriji; iqis li hija meħtieġa rabta bejn l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ u l-prattiki tal-akkwist pubbliku;

47.  Jenfasizza li s-swieq tal-akkwist pubbliku huma ta' importanza ekonomika kbira, billi huwa stmat li n-nefqa tal-akkwisti tirrappreżenta 20 % tal-PDG globali, u jenfasizza li t-titjib tal-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku f'pajjiżi terzi u l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-kumpaniji Ewropej jistgħu għalhekk ikunu mexxejja prinċipali għat-tkabbir fil-kummerċ tal-prodotti u s-servizzi filwaqt li jwasslu għal għażla akbar u valur aħjar għall-kontribwenti fl-UE u fil-pajjiżi terzi;

48.  Jirrimarka li s-swieq tal-akkwist pubbliku f'pajjiżi terzi ta' spiss huma de jure u/jew de facto pprojbiti għall-offerenti tal-UE; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiġbor u tipprovdi data aħjar dwar il-proċeduri ta' akkwist pubbliku internazzjonali; ifakkar li l-Kummissjoni tistma li attwalment aktar minn nofs is-suq globali tal-akkwisti jinsab magħluq għall-kompetizzjoni internazzjonali libera minħabba miżuri protezzjonisti, li qegħdin jiżdiedu globalment, filwaqt li valur ta' madwar EUR 352 biljun huwa miftuħ għall-offerenti minn pajjiżi membri tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi tad-WTO; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tindirizza dan l-iżbilanċ mingħajr ma tirrikorri għal miżuri protezzjonisti; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-kumpaniji Ewropej jingħataw aċċess għas-suq simili għal dak li jgawdu minnu l-kompetituri barranin tagħna fis-suq tal-UE u jinnota li l-istrument ta' akkwist internazzjonali (IPI) propost jista', taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun mezz biex jinħoloq ingranaġġ għal aċċess akbar għas-suq;

49.  Jilqa' l-fatt li wieħed mis-sitt oqsma ta' prijorità għall-azzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku huwa t-titjib tal-aċċess għas-swieq tal-akkwist; jisħaq li t-titjib tal-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku f'pajjiżi terzi, inkluż fil-livell subnazzjonali, jikkostitwixxi interess aggressiv essenzjali għall-UE fin-negozjati kummerċjali, billi bosta kumpaniji tal-UE huma kompetittivi ħafna f'diversi setturi; jisħaq li l-akkwist pubbliku għandu jiġi inkluż f'kull ftehim kummerċjali futur bil-ħsieb li tiġi mmassimizzata l-parteċipazzjoni tal-kumpaniji Ewropej f'sejħiet għal offerti barranin; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-swieq tal-akkwist pubbliku li jinsabu fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-UE u l-implimentazzjoni xierqa tagħhom; ifakkar li l-ftehimiet kummerċjali għandhom jintużaw sabiex itejbu l-aċċess ta' pajjiżi terzi għas-swieq ta' akkwist pubbliku u li dan l-aċċess imtejjeb għas-swieq tal-akkwist ta' pajjiżi terzi, u r-regoli msaħħa għal proċeduri ta' akkwist moderni, effiċjenti u trasparenti, li huma kruċjali għall-iżgurar ta' valur aħjar għall-finanzi pubbliċi, għandhom ikunu elementi ewlenin f'kull ftehim kummerċjali konkluż mill-UE filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ l-objettivi leġittimi tal-politika pubblika minquxa fid-direttivi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku; jenfasizza li operaturi ekonomiċi ta' pajjiżi terzi jridu jikkonformaw mal-kriterji soċjali u ambjentali Ewropej għall-għoti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku, kif stabbilit fid-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE, u jinkoraġġixxi, b'konformità ma' dan, l-użu tal-kriterju MEAT (l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża) meta jingħataw dawn il-kuntratti; jinnota li l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles bilaterali u subreġjonali mhux dejjem jiggarantixxu aċċess sħiħ għas-swieq ta' akkwist; jitlob lill-Kummissjoni tinnegozja l-akbar aċċess possibbli għas-swieq ta' akkwist pubbliku f'pajjiżi terzi;

50.  Jenfasizza li kwalunkwe strateġija sabiex jinfetħu s-swieq tal-akkwist pubbliku f'pajjiżi terzi trid tindirizza b'mod konkret l-ostakli u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għas-swieq billi huma partikolarment żvantaġġati fir-rigward tad-dħul fis-swieq ta' akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi, filwaqt li l-effetti fuq l-SMEs tal-esponiment għal kompetituri ġodda minn pajjiżi terzi jridu jingħataw kunsiderazzjoni xierqa; jappella lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-inklużjoni ta' proċeduri ta' akkwist favorevoli għall-SMEs (inklużi inizjattivi transfruntiera u t-tqassim tal-offerti fi gruppi) fil-ftehimiet kummerċjali; jenfasizza l-benefiċċji li jistgħu jinkisbu, b'mod partikolari mill-SMEs, permezz tad-diġitalizzazzjoni u l-użu tal-akkwist-e fil-proċessi kollha ta' akkwist pubbliku ma' pajjiżi terzi;

51.  Jirrimarka li l-ekonomiji emerġenti prinċipali, bħall-Brażil, iċ-Ċina, l-Indja u r-Russja, għadhom ma jifformawx parti mill-GPA, filwaqt li ċ-Ċina u r-Russja jinsabu uffiċjalment fil-proċess li jaderixxu, u jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi u tippromwovi lill-pajjiżi terzi fl-isforzi tagħhom biex jissieħbu fil-GPA, billi l-ftehimiet multilaterali u plurilaterali huma l-aħjar mod kif jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fit-tul; jenfasizza li l-ftehimiet kummerċjali bilaterali, b'dispożizzjonijiet ambizzjużi ta' akkwist li jirrispettaw il-prinċipji sottostanti tal-GPA, jistgħu jkunu pass 'il quddiem għal kooperazzjoni multilaterali msaħħa;

52.  Jenfasizza l-importanza li l-GPA mhux biss jipprevedi aċċess de jure għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi, iżda wkoll itejbu t-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-proċeduri ta' akkwist; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-iżvilupp ta' standards globali u konverġenti għal akkwist trasparenti bħala għodda importanti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; b'mod aktar speċifiku, jitlob lill-Kummissjoni tfittex li fil-ftehimiet kummerċjali jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar regoli konġunti għall-akkwist pubbliku li jippermettu r-rapportar tal-korruzzjoni, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u t-tisħiħ tal-integrità u t-trasparenza għall-offerenti.

Professjonalizzazzjoni

53.  Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-professjonalizzazzjoni u jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali bħala prijorità; jissuġġerixxi li kull pjan għandu jiddifferenzja bejn tipi ta' akkwist, b'mod partikolari peress li l-aċċess tal-SMEs għas-servizzi u l-infrastruttura diġitali jista' jiġi ffaċilitat b'mod differenti mill-aċċess tal-akkwist fil-każ ta' kuntratti infrastrutturali kbar;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-mezzi għal appoġġ finanzjarju mill-fondi tal-Unjoni bil-għan li tappoġġja l-azzjonijiet rilevanti dwar il-professjonalizzazzjoni fl-Istati Membri;

55.  Jesprimi dispjaċir dwar il-livell baxx ta' professjonalizzazzjoni fost dawk responsabbli għall-akkwist pubbliku u jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-ħiliet ta' kull min hu involut fl-istadji kollha tal-proċess ta' akkwist pubbliku;

56.  Jenfasizza li kemm l-akkwirenti kif ukoll il-fornituri għandhom ikunu mħarrġa b'mod adegwat sabiex jaħdmu b'mod effiċjenti fl-istadji kollha tal-akkwist, u li trid tingħata attenzjoni lil-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika u lill-kriterji ta' kwalità, inklużi kriterji soċjali u ambjentali, fir-rigward tal-professjonalizzazzjoni; jemmen li permezz tat-titjib tal-mod kif l-awtoritajiet pubbliċi jikkunsidraw x'se jakkwistaw u kif se jakkwistawh, ikunu jistgħu jinkisbu riżultati aħjar; mingħajr preġudizzju għall-proċedura nnegozjata, jiddispjaċih li ħafna drabi l-akkwist pubbliku jista' jinkiseb minn impriżi b'aktar esperjenza, li jassistu fil-fażi ta' tfassil ta' kuntratt ta' akkwist u konsegwentement ikunu jinsabu f'pożizzjoni saħansitra aħjar biex finalment jirbħu l-kuntatt;

57.  Jitlob lill-Istati Membri jinkoraġġixxu lill-universitajiet biex ikomplu jiżviluppaw l-korsijiet universitarji fil-liġi Ewropea tal-akkwist pubbliku u biex itejbu t-taħriġ u l-ġestjoni tal-karriera tal-professjonisti fis-settur tal-akkwist pubbliku, inklużi dawk li jaħdmu f'SMEs, anke fir-rigward tal-iżvilupp u l-użu ta' għodod tal-IT; jappoġġja l-ħolqien ta' qafas komuni Ewropew tal-ħiliet tekniċi u tal-informatika rilevanti;

°

°  °

58.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 259, 7.10.2017, p. 28.

(2)

ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.

(3)

ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.

(4)

ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1.

(5)

ĠU L 133, 6.5.2014, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Fil-bidu tal-2014, il-koleġiżlaturi tal-UE kkonkludew ir-reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku. Din ir-riforma estensiva, neċessità fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea kif identifikat mill-Att dwar is-Suq Uniku tal-2011, kienet maħsuba biex isservi direttament l-Istrateġija Ewropa 2020 u biex tikkontribwixxi b'mod konsiderevoli għat-tkabbir u l-kompetittività tal-Unjoni.

F'dak iż-żmien, il-Parlament kien sodisfatt b'mod raġonevoli bl-eżitu tan-negozjati. Huwa ġġieled bil-qawwa kollha – u rnexxielu – sabiex jara li d-Direttivi l-ġodda jipprovdu lill-Istati Membri bl-għodod sabiex jimmodernizzaw ix-xiri pubbliku, jittrasformaw b'mod diġitali l-akkwist pubbliku u jimxu mis-sempliċi regolamentazzjoni tal-akkwist pubbliku għall-implimentazzjoni ta' akkwist pubbliku strateġiku.

Madankollu, id-Direttivi tabilħaqq qegħdin joffru għażliet u opportunitajiet għall-Istati Membri; iżda huwa f'idejn kull pajjiż li jagħmel l-għażliet tiegħu. Bħalissa, madwar erba' snin wara l-adozzjoni formali tad-Direttivi, ma hemm ebda stampa ċara, u lanqas ħarsa ġenerali lejn kif id-Direttivi jiġu trasposti u implimentati fl-Istati Membri differenti. Sfortunatament, dan huwa dovut ukoll għall-fatt li kien hemm dewmien konsiderevoli fir-rigward tat-traspożizzjoni f'ħafna Stati Membri - anki sal-punt li l-Kummissjoni kellha tibda proċeduri ta' ksur għal ftit minnhom.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur jilqa' s-sett ta' miżuri mhux vinkolanti proposti mill-Kummissjoni fit-3 ta' Ottubru 2017 u l-istrateġija aġġornata tagħha dwar l-akkwist pubbliku għall-Unjoni; dan jista' jistimula l-implimentazzjoni aħjar tar-regoli tal-akkwist pubbliku fl-Istati Membri u jaċċellera r-riformi nazzjonali kif meħtieġ.

Madankollu, ir-Rapporteur jixtieq jirrimarka li l-Parlament jirriżerva d-dritt tiegħu li jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex fi kwalunkwe ħin tipproponi miżuri leġiżlattivi, jekk tinħass il-ħtieġa għat-titjib tal-Qafas tal-Akkwist Pubbliku.

Id-Direttivi tal-2014 huma opportunità għall-Istati Membri sabiex jimmodernizzaw ir-regoli tagħhom dwar ix-xiri pubbliku. Għaldaqstant, fost ir-rekwiżiti ċari tad-Direttivi hemm id-diġitalizzazzjoni tal-akkwist (akkwist elettroniku mill-bidu sat-tmiem), kif ukoll is-simplifikazzjoni massima. Din hija opportunità

- għal aktar trasparenza;

- għal aktar effiċjenza;

- għal inqas burokrazija;

- għal suq uniku aktar b'saħħtu.

Barra minn hekk, id-Direttivi l-ġodda mhux biss jistabbilixxu r-regoli li jeħtieġ li jikkonformaw magħhom l-awtoritajiet pubbliċi sabiex jiġġustifikaw kif jonfqu flus il-kontribwenti. Aktar minn kwalunkwe żmien ieħor, id-Direttivi jipprovdu opportunitajiet enormi għall-Istati Membri sabiex jilħqu l-għanijiet strateġiċi u jsegwu l-politiki permezz tan-nefqa pubblika. L-akkwist pubbliku mhuwiex sempliċi għodda proċedurali maħsuba biex tirregola x-xiri pubbliku ta' prodotti, servizzi jew xogħlijiet. Huwa jista' jkun strument għall-Istati Membri, pereżempju:

- sabiex jippromwovu l-innovazzjoni;

- sabiex jippromwovu ekonomija ekoloġika u ċirkolari;

- sabiex isegwu għanijiet soċjali bħal dawk għall-benefiċċju tal-persuni b'diżabilità jew anzjani;

- sabiex jappoġġjaw l-intrapriżi żgħar u medji.

Ir-Rapporteur huwa mħasseb dwar il-pass li bih l-Istati Membri qegħdin jimmodernizzaw il-qafas tal-akkwist pubbliku tagħhom u l-fond intenzjonat tar-riformi. Għalhekk, huwa jieħu din l-opportunità sabiex jistieden lill-Istati Membri

-  jimxu, fejn xieraq, mill-kriterju tal-aktar prezz baxx għall-aktar offerti ekonomikament vantaġġużi u l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja; jinkoraġġixxu, mill-ogħla livell statali, lix-xerrejja u lill-prattikanti nazzjonali jadottaw dan l-approċċ;

-  jappoġġjaw il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-offerti, pereżempju, permezz tal-qsim obbligatorju f'lottijiet;

-  jaċċelleraw id-diġitalizzazzjoni tal-istadji kollha fil-proċess tal-akkwist;

-  jimplimentaw għodod ta' trasparenza, bħal reġistri tal-kuntratt u sistemi li jaqdu l-prinċipju ta' darba biss;

-  jiżviluppaw Strateġiji Nazzjonali tal-Akkwist Pubbliku, inklużi pjanijiet komprensivi tal-professjonalizzazzjoni;

-  jiġbru u janalizzaw sistematikament id-data dwar l-akkwist pubbliku;

-  jisfruttaw aħjar il-vantaġġi tal-akkwist ċentrali u tal-Korpi Ċentrali għall-Akkwisti;

-  jużaw il-fażi ta' qabel l-akkwist u l-proċedura tas-sħubija għall-innovazzjoni ġdida għal xiri innovattiv;

-  jieħdu miżuri drastiċi bil-għan li jżidu l-akkwist pubbliku transfruntier u l-akkwist kooperattiv;

Ir-Rapporteur jistieden ukoll lill-Kummissjoni

-  tidentifika l-possibbiltajiet disponibbli għal fondi tal-Unjoni bil-għan li tappoġġja l-azzjonijiet rilevanti dwar il-professjonalizzazzjoni fl-Istati Membri;

-  tiffoka fuq il-helpdesk għall-valutazzjoni ex ante volontarja tal-aspetti tal-akkwist f'każijiet ta' proġetti infrastrutturali kbar bħala prijorità;

-  tadotta malajr il-gwida dwar l-innovazzjoni u l-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli;

-  torganizza l-gwida disponibbli kollha u materjal ieħor b'mod faċli għall-utent li joffri ħarsa ġenerali tajba lill-prattikanti;

-  tassisti lill-Istati Membri bil-metodoloġiji dwar l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja;

-  tiżgura l-implimentazzjoni f'waqtha tal-formoli-e.


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċieva kontribut mingħand dawn l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

Il-Prof. Dr Christopher Bovis, l-Università ta' Hull

Il-Prof. Dr Jörg Becker, l-Università ta' Münster

Is-Sur Jaime Quesado, il-President tal-Entità tas-Servizzi Kondiviżi tal-Gvern Portugiż

Is-Sur Joan Prummel, Konsulent mill-Organizzazzjoni Olandiża Rijkswaterstaat

Is-Sa. Baiba A. Rubesa, uffiċjal kap eżekuttiv ta' Rail Baltica

Is-Sur Thomas Solbach, il-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Enerġija

Business Europe

UEAPME (Assoċjazzjoni Ewropea tal-Artiġjanat u tal-Intrapriżi Żgħar u Medji)

Eurocities

OpenPEPPOL (Akkwist Pubbliku Pan-Ewropew Online)

Il-Kunsill tal-Ewropa tal-Periti/Il-Kamra Federali tal-periti Ġermaniżi

RESAH (In-Netwerk tal-Akkwisti tal-Isptarijiet) / L-assoċjazzjoni EHPPA

IFPSM (Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġestjoni tal-Katina tal-Provvista u x-Xiri)


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (24.5.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-pakkett tal-istrateġija dwar l-akkwist pubbliku

(2017/2278(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Daniel Caspary

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jisħaq li s-swieq tal-akkwist pubbliku huma ta' importanza ekonomika kbira, billi huwa stmat li n-nefqa tal-akkwisti tirrappreżenta 20 % tal-PDG globali, u jisħaq li t-titjib tal-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku f'pajjiżi terzi u l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-kumpaniji Ewropej ewlenin jistgħu għalhekk ikunu mexxejja prinċipali għat-tkabbir tal-prodotti u s-servizzi filwaqt li jwasslu għal għażla akbar u valur aħjar għall-kontribwenti fl-UE u fil-pajjiżi terzi;

2.  Jindika li s-swieq tal-akkwist pubbliku f'pajjiżi terzi ta' spiss huma de jure u/jew de facto pprojbiti għall-offerenti tal-UE; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiġbor u tipprovdi data aħjar dwar il-proċeduri ta' akkwist pubbliku internazzjonali; ifakkar li l-Kummissjoni tistima li attwalment aktar minn nofs is-suq globali tal-akkwisti jinsab magħluq għall-kompetizzjoni internazzjonali libera minħabba miżuri protezzjonisti, li qegħdin jiżdiedu globalment, filwaqt li valur ta' madwar EUR 352 biljun huwa miftuħ għall-offerenti minn pajjiżi membri tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) tad-WTO; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tindirizza dan l-iżbilanċ mingħajr ma tirrikorri għal miżuri protezzjonisti; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-kumpaniji Ewropej jingħataw aċċess għas-suq simili għal dak li jgawdu minnu l-kompetituri barranin tagħna fis-suq tal-UE u jinnota li l-istrument ta' akkwist internazzjonali (IPI) propost jista', taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun mezz biex jinħoloq ingranaġġ għal aċċess akbar għas-suq;

3.  Jilqa' l-fatt li wieħed mis-sitt oqsma ta' prijorità għall-azzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku huwa t-titjib tal-aċċess għas-swieq tal-akkwist; jisħaq li t-titjib tal-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku f'pajjiżi terzi, inkluż fil-livell subnazzjonali, jikkostitwixxi interess aggressiv essenzjali għall-UE fin-negozjati kummerċjali, billi bosta kumpaniji tal-UE huma kompetittivi ħafna f'diversi setturi; jisħaq li l-akkwist pubbliku għandu jiġi inkluż f'kull ftehim kummerċjali futur bil-ħsieb li tiġi mmassimizzata l-parteċipazzjoni tal-kumpaniji Ewropej f'sejħiet għal offerti barranin; jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-swieq tal-akkwist pubbliku li jinsabu fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-UE u l-implimentazzjoni xierqa tagħhom; ifakkar li l-ftehimiet kummerċjali għandhom jintużaw sabiex itejbu l-aċċess għas-swieq ta' akkwist fir-rigward tal-pajjiżi terzi u jfakkar li dan l-aċċess imtejjeb, u r-regoli msaħħa għal proċeduri ta' akkwist moderni, effiċjenti u trasparenti, li huma kruċjali għall-iżgurar ta' valur aħjar għall-finanzi pubbliċi, għandu jkun element ewlieni f'kull ftehim kummerċjali konkluż mill-UE filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ l-objettivi leġittimi tal-politika pubblika minquxa fid-direttivi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku; jisħaq li operaturi ekonomiċi ta' pajjiżi terzi għandhom jikkonformaw mal-kriterji soċjali u ambjentali Ewropej għall-għoti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku, kif stabbilit fid-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE, u jinkoraġġixxi, b'konformità ma' dan, l-użu tal-kriterju tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża (MEAT) meta jingħataw dawn il-kuntratti; jinnota li l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles bilaterali u subreġjonali mhux dejjem jiggarantixxu aċċess sħiħ għas-swieq ta' akkwist; jitlob lill-Kummissjoni tinnegozja l-akbar aċċess possibbli għas-swieq ta' akkwist pubbliku f'pajjiżi terzi;

4.  Jenfasizza li kwalunkwe strateġija sabiex jinfetħu s-swieq ta' akkwist pubbliku f'pajjiżi terzi għandha tindirizza b'mod konkret l-ostakli u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għas-swieq billi huma partikolarment żvantaġġati fir-rigward tad-dħul fis-swieq ta' akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi; iqis li l-effetti tal-esponiment fuq l-SMEs għal kompetituri ġodda minn terzi pajjiżi iridu jingħataw ukoll kunsiderazzjoni xierqa; jappella lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-inklużjoni ta' proċeduri ta' akkwist favorevoli għall-SMEs (inklużi inizjattivi transkonfinali u t-tqassim tal-offerti fi gruppi) fil-ftehimiet kummerċjali; jisħaq fuq il-benefiċċji potenzjali, b'mod partikolari għall-SMEs, tad-diġitalizzazzjoni permezz ta' akkwist-e fil-proċessi kollha ta' akkwist pubbliku ma' pajjiżi terzi;

5.  Jindika li l-ekonomiji emerġenti prinċipali, bħall-Brażil, iċ-Ċina, l-Indja u r-Russja, għadhom ma jifformawx parti mill-GPA, filwaqt li ċ-Ċina u r-Russja jinsabu uffiċjalment fil-proċess li jaderixxu, u jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi u tippromwovi lill-pajjiżi terzi fl-isforzi tagħhom biex jissieħbu fil-GPA, billi l-ftehimiet multilaterali u plurilaterali huma l-aħjar mod kif jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fit-tul; jisħaq li l-ftehimiet kummerċjali bilaterali, b'dispożizzjonijiet ambizzjużi ta' akkwist li jirrispettaw il-prinċipji sottostanti tal-GPA, jistgħu jkunu pass 'il quddiem għal kooperazzjoni multilaterali msaħħa;

6.  Jevidenzja l-importanza li l-GPA mhux biss jipprevedi aċċess de jure għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi, iżda wkoll itejbu t-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-proċeduri ta' akkwist; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-iżvilupp ta' standards globali u konverġenti għal akkwist trasparenti bħala għodda importanti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jitlob lill-Kummissjoni, b'mod aktar speċifiku, biex tfittex li fil-ftehimiet kummerċjali jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar regoli konġunti għall-akkwist pubbliku li jippermettu r-rapportar tal-korruzzjoni, is-semplifikazzjoni tal-proċeduri u t-tisħiħ tal-integrità u t-trasparenza għall-offerenti.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

17.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Nadja Hirsch, Yannick Jadot, France Jamet, Jude Kirton-Darling, Patricia Lalonde, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Artis Pabriks, Franck Proust, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Goffredo Maria Bettini, Klaus Buchner, Sajjad Karim, Emmanuel Maurel, Fernando Ruas, Jarosław Wałęsa

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Marietje Schaake

ECR

David Campbell Bannerman, Sajjad Karim, Emma McClarkin, Joachim Starbatty

EFDD

Tiziana Beghin, William (The Earl of) Dartmouth

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Artis Pabriks, Franck Proust, Viviane Reding, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Goffredo Maria Bettini, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

3

-

ENF

France Jamet, Danilo Oscar Lancini

GUE/NGL

Helmut Scholz

4

0

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur

S&D

Emmanuel Maurel

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Yannick Jadot

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


POŻIZZJONI FIL-FORMA TA' EMENDI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (20.3.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-pakkett tal-istrateġija dwar l-akkwist pubbliku

(2017/2278(INI))

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Abbozz ta' rapport

Kunsiderazzjoni 9a (ġdida)

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

-  wara li kkunsidra l-istrument volontarju ta' Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (APE),

Emenda    2

Abbozz ta' rapport

Premessa Ba (ġdida)

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ba.  billi l-akkwist pubbliku huwa għodda strateġika użata biex jinkisbu l-għanijiet, tal-UE, ta' tkabbir ambjentali u soċjalment inklużiv;

Emenda    3

Abbozz ta' rapport

Premessa Ca (ġdida)

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ca.  billi, fir-rigward tat-traspożizzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni sħaħ tad-dritt tal-UE huma essenzjali sabiex ikun eħfef u irħas għall-intrapriżi żgħar u medji biex jagħmlu offerti għall-kuntratti pubbliċi, bir-rispett sħiħ lejn il-prinċipji tal-UE tat-trasparenza u l-kompetizzjoni;

Emenda    4

Abbozz ta' rapport

Premessa E

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

E.  billi skont id-data tal-2016, jidher li erba' Stati Membri biss jiddependu fuq teknoloġiji diġitali għall-passi ewlenin kollha fl-akkwist pubbliku;

E.  billi skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2016, erba' Stati Membri biss iddependew fuq teknoloġiji diġitali għall-passi ewlenin kollha fl-akkwist pubbliku, bħal notifika-e, aċċess-e għad-dokumenti tal-akkwist, sottomissjoni-e, evalwazzjoni-e, għoti-e, ordni-e, fatturazzjoni-e u pagament-e;

Emenda    5

Abbozz ta' rapport

Premessa F

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

F.  billi skont l-iskeda informattiva tematika tas-Semestru Ewropew dwar l-akkwist pubbliku ta' Novembru 2017, l-għadd ta' proċeduri ta' akkwist b'offerta waħda biss żdied minn 14 % għal 29 % għall-perjodu 2006-2016;

F.  billi skont l-iskeda informattiva tematika tas-Semestru Ewropew dwar l-akkwist pubbliku ta' Novembru 2017, l-għadd ta' proċeduri ta' akkwist b'offerta waħda biss żdied minn 14 % għal 29 % għall-perjodu 2006-2016, u billi, skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, "L-SMEs jirbħu 45 % biss mill-valur tal-kuntratti pubbliċi 'l fuq mil-limiti tal-UE, li huwa ferm inqas minn kemm jiswew fl-ekonomija";

Emenda    6

Abbozz ta' rapport

Premessa Ia (ġdida)

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ia.  billi l-akkwist pubbliku jista' joffri stimolu importanti, mil-lat tad-domanda, għall-użu u l-produzzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi u emissjonijiet żero, u b'hekk jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet globali mit-trasport;

Emenda    7

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 1

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon, kważi erba' snin wara li ġiet konkluża r-reviżjoni estensiva tal-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, is-sett ta' miżuri mhux leġiżlattivi proposti mill-Kummissjoni u jittama li dan joħloq impetu għal implimentazzjoni aħjar;

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon, kważi erba' snin wara li ġiet konkluża r-reviżjoni estensiva tal-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, is-sett ta' miżuri mhux leġiżlattivi proposti mill-Kummissjoni u jistenna li dan joħloq impetu għal implimentazzjoni aħjar;

Emenda    8

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 2

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

2.  Huwa diżappuntat bil-pass li bih ħafna Stati Membri ttrasponew id-direttivi tal-2014 fil-qasam tal-akkwist pubbliku u bil-ħafna dewmien, filwaqt li jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni kellha tibda l-proċedura ta' ksur għal numru żgħir ta' Stati Membri;

2.  Huwa diżappuntat bil-pass li bih ħafna Stati Membri ttrasponew id-direttivi tal-2014 fil-qasam tal-akkwist pubbliku u bil-ħafna dewmien, filwaqt li jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni kellha tibda l-proċedura ta' ksur għal xi Stati Membri fir-rigward tal-infurzar tal-acquis fuq is-suq uniku, l-industrija, l-intraprenditorija u l-SMEs, li mistennija joħolqu suq intern approfondit u ġust b'bażi industrijali msaħħa;

Emenda    9

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 2a (ġdid)

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

2a.  Jinsab imħasseb dwar każijiet ta' dewmien fit-traspożizzjoni tad-direttivi tal-2014 f'xi Stati Membri, u jistieden lill-Istati Membri biex jevitaw miżuri li jżidu l-ammont ta' burokrazija sabiex jiġi garantit suq uniku ġust tal-akkwist pubbliku;

Emenda    10

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 7

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

7.   Jirrimarka li l-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni, aktar minn qatt qabel, tippermetti li l-akkwist pubbliku jintuża bħala strument strateġiku biex jippromwovi l-għanijiet ta' politika u jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jieħdu dak kollu li jistgħu minnu;

7.  Jirrimarka li l-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni, aktar minn qatt qabel, tippermetti li l-akkwist pubbliku jintuża bħala strument strateġiku biex jippromwovi l-għanijiet ta' politika u jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jieħdu dak kollu li jistgħu minnu; ifakkar li fil-livell reġjonali kif ukoll f'dak lokali, l-akkwist pubbliku huwa għodda importanti biex jagħti risposta għall-istrateġiji reġjonali u lokali, li huma ambjentalment u soċjalment sostenibbli;

Emenda    11

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 7a (ġdid)

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

7a.  Jistieden biex isir użu estensiv mill-akkwist innovattiv għall-implimentazzjoni ta' tkabbir ambjentali u soċjalment inklużiv;

Emenda    12

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 8

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

8.  Jistieden lill-Istati Membri jużaw l-akkwist pubbliku b'mod strateġiku sabiex jippromwovu ekonomija sostenibbli, ċirkolari u soċjalment responsabbli, kif ukoll l-innovazzjoni, it-tkabbir tal-SMEs u l-kompetizzjoni; jenfasizza li dan jirrikjedi li l-Istati Membri jindikaw politiki bħal dawn fl-ogħla livell u jappoġġjaw, għal dan il-għan, lill-akkwirenti u l-prattikanti fl-amministrazzjoni pubblika;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jużaw l-akkwist pubbliku b'mod strateġiku sabiex jippromwovu ekonomija innovattiva, sostenibbli, ċirkolari u soċjalment responsabbli, li tippromwovi t-tkabbir tal-SMEs u l-kompetizzjoni; jenfasizza li dan jirrikjedi li l-Istati Membri jindikaw politiki bħal dawn fl-ogħla livell u jappoġġjaw, għal dan il-għan, lill-akkwirenti u l-prattikanti fl-amministrazzjoni pubblika;

Emenda    13

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 10

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

10.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ħafna Stati Membri għamlu dispożizzjonijiet sabiex jaċċettaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża (MEAT) u jinkoraġġixxi l-applikazzjoni sistematika tagħha;

10.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ħafna Stati Membri għamlu dispożizzjonijiet sabiex jaċċettaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża (MEAT) u jinkoraġġixxi l-applikazzjoni sistematika tagħha; jevidenzja l-importanza tal-kriterji ekoloġiċi fl-MEAT;

Emenda    14

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 11

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

11.  Filwaqt li jirrikonoxxi li f'xi każijiet il-prezz baxx jirrifletti soluzzjonijiet innovattivi u ġestjoni effiċjenti, huwa mħasseb dwar l-użu eċċessiv tal-aktar prezz baxx bħala kriterju ta' għotja f'numru ta' Stati Membri u, għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri janalizzaw ir-raġuni wara din is-sitwazzjoni;

11.  Filwaqt li jirrikonoxxi li f'xi każijiet il-prezz baxx jirrifletti soluzzjonijiet innovattivi u ġestjoni effiċjenti, huwa mħasseb dwar l-użu eċċessiv tal-aktar prezz baxx bħala kriterju ta' għotja prinċipali mingħajr riflessjoni meqjusa ta' kriterji oħra f'għadd ta' Stati Membri u, għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri janalizzaw ir-raġuni wara din is-sitwazzjoni;

Emenda    15

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 12a (ġdid)

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

12a.  Jissottolinja li, fl-applikazzjoni tal-LCC, ix-xerrejja pubbliċi għandhom iqisu l-ispejjeż tal-użu, tal-manutenzjoni u tar-rimi tar-riżorsi, li ma jkunux riflessi fil-prezz tax-xiri, speċjalment billi hemm potenzjal enormi għall-iffrankar tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott, xogħol jew servizz, permezz ta' ffrankar fuq l-użu tal-enerġija, l-ilma u l-fjuwil, fuq il-manutenzjoni u s-sostituzzjoni kif ukoll fuq l-ispejjeż tar-rimi, fost affarijiet oħra;

Emenda    16

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 13

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

13.  Jinnota li kunsiderazzjonijiet innovattivi, soċjoekonomiċi u ambjentali huma kriterji tal-għoti leġittimi fl-akkwist pubbliku, iżda li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jsegwu wkoll għanijiet ekoloġiċi, innovattivi jew soċjali permezz ta' speċifikazzjonijiet maħsuba sewwa u billi jippermettu offerti varjanti;

13.  Jevidenzja li kunsiderazzjonijiet innovattivi, soċjoekonomiċi u ambjentali huma kriterji tal-għoti importanti fl-akkwist pubbliku, iżda li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jsegwu wkoll għanijiet ekoloġiċi, sostenibbli, innovattivi jew soċjali permezz ta' speċifikazzjonijiet maħsuba sewwa u billi jippermettu offerti varjanti; ifakkar fil-possibbiltà li jintużaw il-kriterji tal-kwalità bħala l-kriterji tal-għoti, pereżempju fil-promozzjoni tal-ikel prodott lokalment;

Emenda    17

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 13a (ġdid)

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

13a.  Jissottolinja li l-politiki tal-akkwist pubbliku għandhom rwol importanti fit-trawwim tal-akkwist ta' prodotti agrikoli u alimentari mill-produtturi lokali, u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex tappoġġja ktajjen qosra tal-provvista alimentari u biex tivvaluta l-impatt tagħhom fuq l-ekonomija rurali;

Emenda    18

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 13a (ġdid)

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

13a.  Jinnota l-importanza tal-finanzjament għall-proġetti infrastrutturali tat-trasport ekoloġiku, pereżempju l-infrastruttura għall-karburanti alternattivi, u l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri; jisħaq li l-kriterji tal-għoti għall-ksib ta' finanzjament tal-UE għandhom jinkludu l-obbligu li juru kif il-proġett propost ser jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-miri dwar il-klima;

Emenda    19

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 13a (ġdid)

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

13a.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tad-Direttiva dwar Vetturi Nodfa (li temenda d-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija) u l-inklużjoni ta' miri ta' akkwist vinkolanti għall-2025 u l-2030, li ser iżidu l-użu fis-suq ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi u emissjonijiet żero u ser jikkontribwixxu għall-isforz tal-Unjoni lejn mobilità b'livell baxx ta' emissjonijiet;

Emenda    20

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 16

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

16.  Jitlob li aktar Stati Membri jużaw il-vantaġġi tax-xiri ċentrali u l-aggregazzjoni tal-akkwist pubbliku u jinnota li l-Korpi Ċentrali għall-Akkwisti jistgħu jħaffu t-tixrid tal-għarfien espert, tal-aħjar prattiki u tal-innovazzjoni;

16.  Jitlob li aktar Stati Membri jużaw il-vantaġġi tax-xiri ċentrali u l-aggregazzjoni tal-akkwist pubbliku u jinnota li l-Korpi Ċentrali għall-Akkwisti jistgħu u għandhom jħaffu t-tixrid tal-għarfien espert, tal-aħjar prattiki u tal-innovazzjoni;

Emenda    21

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 19a (ġdid)

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

19a.  Jesprimi tħassib dwar kompetizzjoni inġusta fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku bħala riżultat ta' interferenza mill-Istat ma' kompetituri minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari, iżda mhux limitat, għas-suq tal-vetturi elettriċi u tal-batteriji; iqis li hija meħtieġa rabta bejn l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ u l-prattiki tal-akkwist pubbliku;

Emenda    22

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 25

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

25.  Jinnota b'dispjaċir tnaqqis fl-intensità tal-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku fl-Unjoni fis-snin riċenti u jħeġġeġ lill-Istati Membri jirreġistraw perċentwal għoli ta' avviżi ma' offerent wieħed biss sabiex jindirizzaw il-problema;

25.  Jinnota b'dispjaċir tnaqqis fl-intensità tal-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku fl-Unjoni fis-snin reċenti u jħeġġeġ b'mod partikolari lil dawk l-Istati Membri b'perċentwal għoli ta' avviżi ma' offerent wieħed biss sabiex jindirizzaw il-problema billi jtejbu l-aċċess għall-offerti għall-akkwist pubbliku;

Emenda    23

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 26

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

26.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex iżidu l-proċeduri konġunti ta' akkwist, inklużi dawk transkonfinali, kif iffaċilitati mir-regoli riveduti tal-UE, u jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ tekniku f'dan il-qasam;

26.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex iżidu l-proċeduri konġunti ta' akkwist, inklużi dawk transkonfinali, kif iffaċilitati mir-regoli riveduti tal-UE, u jappella lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ profond f'dan il-qasam;

Emenda    24

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 27

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

27.  Jiddispjaċih li l-SMEs għadhom qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet sabiex jaċċessaw l-akkwist pubbliku u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-effettività tal-miżuri pprovduti mid-direttivi tal-2014 u tressaq soluzzjonijiet ġodda, jekk ikun meħtieġ;

27.  Jiddispjaċih li l-SMEs għadhom qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet sabiex jaċċessaw l-akkwist pubbliku u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-effettività, l-effiċjenza u l-kwalità tal-miżuri pprovduti mid-direttivi tal-2014 u tressaq soluzzjonijiet ġodda, hekk kif ir-rieżami juri l-ħtieġa li dan isir;

Emenda    25

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 28

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

28.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-offerti, pereżempju, permezz tal-qsim obbligatorju f'lottijiet;

28.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw il-parteċipazzjoni tal-SMEs fis-swieq tal-akkwist, lil hinn ukoll mill-fruntieri nazzjonali tagħhom, pereżempju, permezz tal-qsim obbligatorju f'lottijiet, l-istabbiliment ta' limitu fuq il-fatturat meħtieġ għall-parteċipazzjoni fi proċedura tal-offerti, tnaqqis fir-rekwiżiti ta' dokumentazzjoni jew l-involviment tal-SMEs f'konsultazzjonijiet bikrija dwar is-suq; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw servizzi ta' konsulenza u taħriġ għall-SMEs biex jiġi żgurat li dawn jipparteċipaw aħjar fil-proċessi tal-offerti;

Emenda    26

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 29

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza b'mod partikolari l-impedimenti għall-akkwist pubbliku transkonfinali li jirriżultaw minn ostakoli lingwistiċi u tipproponi soluzzjonijiet;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza b'mod partikolari l-impedimenti għall-akkwist pubbliku transkonfinali li jirriżultaw minn ostakli lingwistiċi, legali jew oħrajn u tipproponi soluzzjonijiet jew tintervjeni sabiex tiggarantixxi akkwist transfruntier funzjonali;

Emenda    27

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 37a (ġdid)

Abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

37a.   Jevidenzja l-importanza tat-trasparenza u n-natura nondiskriminatorja tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku; ifakkar fl-importanza li jkun hemm proċeduri ta' appell adegwati fis-seħħ u l-importanza li jingħata aċċess għal gwida dwar kif jitnieda appell;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

19.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Dita Charanzová, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Nosheena Mobarik, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Biljana Borzan, Birgit Collin-Langen, Marc Tarabella, Kerstin Westphal


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

28

+

ALDE

Dita Charanzová, Jasenko Selimovic

ECR

Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt

EFDD

Marco Zullo

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Ivan Štefanec, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu

S&D

Biljana Borzan, Nicola Danti, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Marc Tarabella, Kerstin Westphal

VERTS/ALE

Pascal Durand, Igor Šoltes

2

-

EFDD

John Stuart Agnew

ENF

Mylène Troszczynski

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Awwissu 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza