RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali
29.6.2018 - (COM(2016)0593 – C8-0383/2016 – 2016/0280(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Axel Voss
Rapporteur għal opinjoni (*):
Catherine Stihler, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura
- 001-086 (PDF - 1660 KB)
- 001-086 (DOC - 235 KB)
- 087-091 (PDF - 443 KB)
- 087-091 (DOC - 34 KB)
- 092-096 (PDF - 379 KB)
- 092-096 (DOC - 76 KB)
- 097-101 (PDF - 373 KB)
- 097-101 (DOC - 74 KB)
- 102-105 (PDF - 358 KB)
- 102-105 (DOC - 72 KB)
- 106-111 (PDF - 392 KB)
- 106-111 (DOC - 77 KB)
- 112-117 (PDF - 372 KB)
- 112-117 (DOC - 73 KB)
- 118-119 (PDF - 352 KB)
- 118-119 (DOC - 72 KB)
- 120-123 (PDF - 476 KB)
- 120-123 (DOC - 77 KB)
- 124-125 (PDF - 362 KB)
- 124-125 (DOC - 73 KB)
- 126-127 (PDF - 358 KB)
- 126-127 (DOC - 72 KB)
- 128-129 (PDF - 344 KB)
- 128-129 (DOC - 69 KB)
- 130-130 (PDF - 333 KB)
- 130-130 (DOC - 66 KB)
- 131-136 (PDF - 399 KB)
- 131-136 (DOC - 80 KB)
- 137-145 (PDF - 403 KB)
- 137-145 (DOC - 48 KB)
- 146-152 (PDF - 385 KB)
- 146-152 (DOC - 40 KB)
- 153-161 (PDF - 388 KB)
- 153-161 (DOC - 52 KB)
- 162-165 (PDF - 377 KB)
- 162-165 (DOC - 74 KB)
- 166-169 (PDF - 416 KB)
- 166-169 (DOC - 79 KB)
- 170-178 (PDF - 397 KB)
- 170-178 (DOC - 54 KB)
- 179-186 (PDF - 382 KB)
- 179-186 (DOC - 48 KB)
- 187-193 (PDF - 392 KB)
- 187-193 (DOC - 41 KB)
- 194-203 (PDF - 396 KB)
- 194-203 (DOC - 49 KB)
- 204-208 (PDF - 383 KB)
- 204-208 (DOC - 35 KB)
- 209-214 (PDF - 397 KB)
- 209-214 (DOC - 39 KB)
- 215-224/REV1 (PDF - 485 KB)
- 215-224/REV1 (DOC - 64 KB)
- 225-234 (PDF - 445 KB)
- 225-234 (DOC - 87 KB)
- 235-244 (PDF - 430 KB)
- 235-244 (DOC - 85 KB)
- 245-252 (PDF - 425 KB)
- 245-252 (DOC - 88 KB)
- 253-257 (PDF - 141 KB)
- 253-257 (DOC - 77 KB)
- 258-261 (PDF - 129 KB)
- 258-261 (DOC - 76 KB)
- 262-268 (PDF - 152 KB)
- 262-268 (DOC - 46 KB)
- 269-270 (PDF - 132 KB)
- 269-270 (DOC - 75 KB)
- 271-271 (PDF - 435 KB)
- 271-271 (DOC - 108 KB)
- 272-272 (PDF - 119 KB)
- 272-272 (DOC - 60 KB)
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
- OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
- PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
- VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali
(COM(2016)0593 – C8-0383/2016 – 2016/0280(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0593),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0383/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2017[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0245/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Id-direttivi tal-Unjoni li ġew adottati fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jipprovdu livell għoli ta' ħarsien għad-detenturi tad-drittijiet u joħolqu qafas li fih jista' jsir dan l-isfruttament ta' xogħlijiet u materji oħra. Dan il-qafas legali armonizzat jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern; jistimula l-innovazzjoni, il-kreattività, l-investiment u l-produzzjoni ta' kontenut ġdid, anki fl-ambjent diġitali. Il-protezzjoni mogħtija minn dan il-qafas legali tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet tal-Unjoni ta' rispett u promozzjoni tad-diversità kulturali, filwaqt li fl-istess ħin tressaq il-wirt kulturali komuni Ewropew fuq quddiem nett. L-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-Unjoni tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha. |
(2) Id-direttivi tal-Unjoni li ġew adottati fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern, jipprovdu livell għoli ta' ħarsien għad-detenturi tad-drittijiet, jiffaċilitaw l-ikklerjar tad-drittijiet u joħolqu qafas li fih jista' jsir dan l-isfruttament ta' xogħlijiet u materji protetti oħra. Dan il-qafas legali armonizzat jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb ta' suq intern tassew integrat; jistimula l-innovazzjoni, il-kreattività, l-investiment u l-produzzjoni ta' kontenut ġdid, anki fl-ambjent diġitali, bil-ħsieb li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern. Il-protezzjoni mogħtija minn dan il-qafas legali tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet tal-Unjoni ta' rispett u promozzjoni tad-diversità kulturali, filwaqt li fl-istess ħin tressaq il-wirt kulturali komuni Ewropew fuq quddiem nett. L-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-Unjoni tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha. |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) L-evoluzzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji diġitali biddlet il-mod kif ix-xogħlijiet u materjal protett ieħor jinħolqu, jiġu prodotti, distribwiti u użati. Mudelli kummerċjali ġodda u atturi ġodda li qed jinħolqu. L-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti mill-Unjoni fil-qafas tad-drittijiet tal-awtur jibqgħu sodi. Madankollu, għad hemm inċertezza legali, għad-detenturi tad-drittijiet u l-utenti, fir-rigward ta' ċerti użi, inkluż l-użu transfruntier ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fl-ambjent diġitali. Kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Lejn qafas tad-drittijiet tal-awtur aktar modern u Ewropew"26, f'xi oqsma huwa meħtieġ li l-qafas tad-drittijiet tal-awtur attwali tal-Unjoni jiġi addattat u supplimentat. Din id-Direttiva tistipula regoli biex jiġu adattati ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għall-ambjenti diġitali u transfruntiera kif ukoll miżuri biex jiġu faċilitati ċerti prattiki ta' liċenzjar fir-rigward tat-tixrid tax-xogħlijiet li mhumiex fis-suq u d-disponibbiltà online ta' xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand bil-ħsieb li jiġi żgurat aċċess aktar wiesgħa għall-kontenut. Sabiex jinkiseb il-funzjonament tajjeb tas-suq għad-drittijiet tal-awtur, għandu jkun hemm ukoll regoli dwar id-drittijiet f'pubblikazzjonijiet, dwar l-użu ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor mill-fornituri tal-ħzin tas-servizzi online u l-għoti ta' aċċess għal kontenut mtella' tal-utent u dwar it-trasparenza ta' kuntratti tal-awturi u tal-artisti. |
(3) L-evoluzzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji diġitali biddlet il-mod kif ix-xogħlijiet u materjal protett ieħor jinħolqu, jiġu prodotti, distribwiti u użati, u l-leġiżlazzjoni rilevanti trid tħejji ruħha għall-futur sabiex ma tirrestrinġix l-iżvilupp teknoloġiku. Mudelli kummerċjali ġodda u atturi ġodda li qed jinħolqu. L-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti mill-Unjoni fil-qafas tad-drittijiet tal-awtur jibqgħu sodi. Madankollu, għad hemm inċertezza legali, għad-detenturi tad-drittijiet u l-utenti, fir-rigward ta' ċerti użi, inkluż l-użu transfruntier ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fl-ambjent diġitali. Kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Lejn qafas tad-drittijiet tal-awtur aktar modern u Ewropew"26, f'xi oqsma huwa meħtieġ li l-qafas tad-drittijiet tal-awtur attwali tal-Unjoni jiġi addattat u supplimentat. Din id-Direttiva tistipula regoli biex jiġu adattati ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għall-ambjenti diġitali u transfruntiera kif ukoll miżuri biex jiġu faċilitati ċerti prattiki ta' liċenzjar fir-rigward tat-tixrid tax-xogħlijiet li mhumiex fis-suq u d-disponibbiltà online ta' xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand bil-ħsieb li jiġi żgurat aċċess aktar wiesgħa għall-kontenut. Sabiex jinkiseb il-funzjonament tajjeb u ġust tas-suq għad-drittijiet tal-awtur, jenħtieġ li jkun hemm ukoll regoli dwar l-eżerċizzju u l-infurzar tal-użu ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fuq il-pjattaformi tal-fornituri tas-servizzi online u dwar it-trasparenza tal-kuntratti tal-awturi u tal-artisti u tal-kontabbiltà li għandha rabta mal-isfruttament ta' xogħlijiet protetti skont dawk il-kuntratti. |
__________________ |
__________________ |
26 COM(2015) 626 finali. |
26 COM(2015) 626 finali. |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Din id-Direttiva hija bbażata fuq, u tikkumplimenta, ir-regoli stabbiliti fid-Direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewsropew u tal-Kunsill28, id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30, id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31 u d-Direttiva 2014/26/UE o tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32. |
(4) Din id-Direttiva hija bbażata fuq, u tikkomplementa, ir-regoli stabbiliti fid-Direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27a, id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30, id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31 u d-Direttiva 2014/26/UE o tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32. |
_________________ |
_________________ |
27 Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20–28). |
27 Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20-28). |
|
27a Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern ("Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku") (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1). |
28 Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10–19). |
28 Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10–19). |
29 Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28–35). |
29 Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28–35). |
30 Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16–22). |
30 Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16–22). |
31 Id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 2012.10.27, p. 5–12). |
31 Id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 2012.10.27, p. 5–12). |
32 Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72–98). |
32 Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72–98). |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Fl-oqsma tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali, it-teknoloġiji diġitali jippermettu tipi ta' użi ġodda li mhumiex koperti b'mod ċar mir-regoli attwali tal-Unjoni dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet. Barra minn hekk, in-natura fakultattiva tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti fid-Direttivi 2001/29/KE, 96/9/KE u 2009/24/KE f'dawn l-oqsma jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern. Dan huwa partikolarment rilevanti fir-rigward ta' użi transfruntieri, li qed isiru dejjem aktar importanti fl-ambjent diġitali. Għalhekk, eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet eżistenti fil-liġi tal-Unjoni li huma relevanti għar-riċerka xjentifika, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid fid-dawl ta' dawn l-użi l-ġodda. Eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet mandatorji għall-użu ta' teknoloġiji tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta fil-qasam tar-riċerka xjentifika, illustrazzjoni għal tagħlim fl-ambjent diġitali u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali għandhom jiġu introdotti. Għal użi li ma jkunux koperti minn eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista f'din id-Direttiva, l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet fil-liġi tal-Unjoni eżistenti għandhom jibqgħu japplikaw. Id-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE għandhom jiġu adattati. |
(5) Fl-oqsma tar-riċerka, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali, it-teknoloġiji diġitali jippermettu tipi ta' użi ġodda li mhumiex koperti b'mod ċar mir-regoli attwali tal-Unjoni dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet. Barra minn hekk, in-natura fakultattiva tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti fid-Direttivi 2001/29/KE, 96/9/KE u 2009/24/KE f'dawn l-oqsma jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern. Dan huwa partikolarment rilevanti fir-rigward ta' użi transfruntieri, li qed isiru dejjem aktar importanti fl-ambjent diġitali. Għalhekk, eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet eżistenti fil-liġi tal-Unjoni li huma relevanti għall-innovazzjoni, ir-riċerka xjentifika, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid fid-dawl ta' dawn l-użi l-ġodda. Eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet mandatorji għall-użu ta' teknoloġiji tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta fil-qasam tal-innovazzjoni u r-riċerka xjentifika, illustrazzjoni għal tagħlim fl-ambjent diġitali u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali għandhom jiġu introdotti. Għal użi li ma jkunux koperti minn eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista minn din id-Direttiva, l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet fil-liġi tal-Unjoni eżistenti għandhom jibqgħu japplikaw. Għalhekk, jenħtieġ li l-eċċezzjonijiet eżistenti li jiffunzjonaw tajjeb f'dawn l-oqsma jitħallew ikomplu jkunu disponibbli fl-Istati Membri, sakemm ma jirrestrinġux il-kamp ta' applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet jew tal-limitazzjonijiet previsti minn din id-Direttiva. Id-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE jenħtieġ li jiġu adattati. |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Dawn l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom l-gġan li jiksbu bilanċ ġust bejn id-drittijiet u l-interessi tal-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet, minn naħa, u dawk tal-utenti min-naħa l-oħra. Dawn jistgħu jiġu applikati biss f'ċerti każijiet speċjali li ma jkunux konfliġġenti mal-isfruttar normali tax-xogħol jew tal-materjal protett ieħor u li ma jippreġudikawx l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet b'mod li ma jkunx raġonevoli. |
(6) Dawn l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom l-għan li jiksbu bilanċ ġust bejn id-drittijiet u l-interessi tal-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet, minn naħa, u dawk tal-utenti min-naħa l-oħra. Dawn jistgħu jiġu applikati biss f'ċerti każijiet speċjali li ma jkunux konfliġġenti mal-isfruttar normali tax-xogħol jew tal-materjal protett ieħor u li ma jippreġudikawx l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet b'mod li ma jkunx raġonevoli. |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Teknoloġiji ġodda jippermettu l-analiżi komputazzjonali awtomatizzata ta' informazzjoni f'forma diġitali, bħat-test, il-ħsejjes, l-immaġni jew id-dejta, ġeneralment magħruf bħala l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. Dawn it-teknoloġiji jippermettu lir-riċerkaturi li jipproċessaw ammonti kbar ta' informazzjoni biex jiksbu għarfien ġdid u jiskopru xejriet ġodda. Filwaqt li t-teknoloġiji tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta huma prevalenti fl-ekonomija diġitali, hemm rikonoxximent mifrux li l-estrazzjoni tat-test u ta' dejta b'mod partikolari tista' tibbenefika lill-komunità tar-riċerka u b'hekk tinkoraġġixxi l-innovazzjoni. Madankollu, fl-Unjoni, organizzazzjonijiet ta' riċerka bħall-universitajiet u l-istituti ta' riċerka qed iħabbtu wiċċhom ma' inċertezza legali dwar sa fejn ikunu jistgħu jwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta tal-kontenut. F'ċerti każijiet, l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta tista' tinvolvi atti protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew bid-dritt tal-bażi tad-dejta sui generis, b'mod partikolari r-riproduzzjoni ta' xogħlijiet jew materji oħra u/jew l-estrazzjoni tal-kontenut minn bażi tad-dejta. Fejn ma hemm l-ebda eċċezzjoni jew limitazzjoni li tapplika, awtorizzazzjoni biex jitiwettqu tali atti tkun meħtieġa mid-detenturi tad-drittijiet. L-estrazzjoni tat-test u tad-dejta tista' titwettaq ukoll b'rabta ma' fatti jew dejta sempliċi li mhumiex protetti bid-drittijiet tal-awtur u f'dawn il-każijiet l-ebda awtorizzazzjoni ma tkun meħtieġa. |
(8) Teknoloġiji ġodda jippermettu l-analiżi komputazzjonali awtomatizzata ta' informazzjoni f'forma diġitali, bħat-test, il-ħsejjes, l-immaġni jew id-dejta, ġeneralment magħruf bħala l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. L-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta tippermetti l-qari u l-analiżi ta' ammonti kbar ta' informazzjoni maħżuna b'mod diġitali biex jinkiseb għarfien ġdid u jiġu skoperti xejriet ġodda. Filwaqt li t-teknoloġiji tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta huma prevalenti fl-ekonomija diġitali, hemm rikonoxximent mifrux li l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta b'mod partikolari tista' tibbenefika lill-komunità tar-riċerka u b'hekk tinkoraġġixxi l-innovazzjoni. Madankollu, fl-Unjoni, organizzazzjonijiet ta' riċerka bħall-universitajiet u l-istituti ta' riċerka qed iħabbtu wiċċhom ma' inċertezza legali dwar sa fejn ikunu jistgħu jwettqu estrazzjoni ta' testi u ta' dejta tal-kontenut. F'ċerti każijiet, l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta tista' tinvolvi atti protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew bid-dritt tal-bażi tad-dejta sui generis, b'mod partikolari r-riproduzzjoni ta' xogħlijiet jew materji oħra u/jew l-estrazzjoni tal-kontenut minn bażi tad-dejta. Fejn ma hemm l-ebda eċċezzjoni jew limitazzjoni li tapplika, awtorizzazzjoni biex jitiwettqu tali atti tkun meħtieġa mid-detenturi tad-drittijiet. L-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta tista' titwettaq ukoll b'rabta ma' fatti jew dejta sempliċi li mhumiex protetti bid-drittijiet tal-awtur u f'dawn il-każijiet l-ebda awtorizzazzjoni ma tkun meħtieġa. |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 8a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Biex isseħħ l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta, fil-biċċa l-kbira huwa neċessarju l-ewwel nett li dak li jkun ikollu aċċess għall-informazzjoni u mbagħad li jirriproduċiha. B'mod ġenerali, huwa biss wara li dik l-informazzjoni tiġi normalizzata li din tkun tista' tiġi pproċessata permezz tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. Ladarba jkun hemm aċċess legali għall-informazzjoni, huwa meta dik l-informazzjoni tkun qed tiġi normalizzata li l-użu protett bid-drittijiet tal-awtur iseħħ, peress li dan iwassal għal riproduzzjoni billi jinbidel il-format tal-informazzjoni jew billi l-informazzjoni tiġi estratta minn bażi tad-dejta għal ġo format li jista' jiġi soġġett għall-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. Il-proċessi rilevanti għad-drittijiet tal-awtur fl-użu tat-teknoloġija tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta konsegwentement mhumiex il-proċess tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta nnifisu li jikkonsisti fil-qari u l-analiżi ta' informazzjoni normalizzata maħżuna b'mod diġitali, iżda huma l-proċess tal-aċċessar u l-proċess li bih l-informazzjoni tiġi normalizzata sabiex tippermetti l-analiżi komputazzjonali awtomatizzata tagħha, sa fejn dan il-proċess ikun jinvolvi l-estrazzjoni minn bażi tad-dejta jew riproduzzjonijiet. L-eċċezzjonijiet għall-finijiet ta' estrazzjoni ta' testi u ta' dejta li għalihom tiddisponi din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu mifhuma li qed jirreferu għal tali proċessi rilevanti għad-drittijiet tal-awtur li huma neċessarji biex tkun tista' ssir l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. Fejn il-liġi eżistenti dwar id-drittijiet tal-awtur kienet inapplikabbli għall-użi tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta, tali użi jenħtieġ li jibqgħu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Din l-inċertezza legali għandha tiġi indirizzata billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt ta' riproduzzjoni kif ukoll id-dritt li ma titħalliex issir estrazzjoni minn bażi tad-dejta. L-eċċezzjoni l-ġdida għandha tkun bla ħsara għall-eċċezzjoni obbligatorja eżistenti dwar atti temporanji ta' riproduzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, li għandhom ikomplu japplikaw għal tekniki tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta li ma jinvolvux it-teħid ta' kopji li jmorru lil hinn mill-ambitu ta' din l-eċċezzjoni. L-organizzazzjonijiet ta' riċerka għandhom jibbenefikaw ukoll mill-eżenzjoni meta jkunu involuti fis-sħubijiet pubbliċi-privati. |
(10) Din l-inċertezza legali jenħtieġ li tiġi indirizzata billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għall-organizzazzjonijiet ta' riċerka għad-dritt ta' riproduzzjoni kif ukoll għad-dritt li ma titħalliex issir estrazzjoni minn bażi tad-dejta. L-eċċezzjoni l-ġdida għandha tkun bla ħsara għall-eċċezzjoni obbligatorja eżistenti dwar atti temporanji ta' riproduzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, li għandhom ikomplu japplikaw għal tekniki tal-estrazzjoni ta' testi ta' dejta li ma jinvolvux it-teħid ta' kopji li jmorru lil hinn mill-ambitu ta' din l-eċċezzjoni. Jenħtieġ li l-istabbilimenti edukattivi u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali li jmexxu riċerka xjentifika wkoll ikunu koperti mill-eċċezzjoni dwar l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta sakemm ir-riżultati tar-riċerka ma jkunux għall-benefiċċju ta' xi impriża li teżerċita influwenza deċiżiva fuq tali organizzazzjonijiet b'mod partikolari. F'każ li r-riċerka titwettaq fil-qafas ta' sħubija pubblika privata, jenħtieġ li l-impriża li tkun qed tipparteċipa fis-sħubija pubblika privata wkoll ikollha l-aċċess leġittimu għax-xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. Ir-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet li jsiru għall-finijiet ta' estrazzjoni ta' testi u ta' dejta jenħtieġ li jiġu maħżuna b'mod sikur u b'tali mod li jiżgura li l-kopji jintużaw biss għall-iskop ta' riċerka xjentifika. |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Sabiex jinkoraġġixxu l-innovazzjoni wkoll fis-settur privat, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddisponu għal eċċezzjoni li tmur lil hinn mill-eċċezzjoni obbligatorja kemm-il darba l-użu tax-xogħlijiet u materjal tematiku ieħor imsemmija fiha ma jkunux ġew espressament riservati mid-detenturi tad-drittijiet tagħhom inkluż permezz ta' mezzi li jistgħu jinqraw mill-magni. |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Filwaqt li programmi ta' edukazzjoni u ta' tagħlim mill-bogħod transfruntier ħafna drabi huma żviluppati f'livell ogħla ta' edukazzjoni, l-għodod u r-riżorsi diġitali qed jintużaw dejjem aktar fil-livelli edukattivi kollha, b'mod partikolari biex itejbu u jsaħħu l-esperjenza tat-tagħlim. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista f'din id-Direttiva għandhom għalhekk jibbenefikaw lill-istabbilimenti edukattivi kollha fl-edukazzjoni primarja, sekondarja, vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja sa fejn huma jwettqu attivitajiet edukattivi għal skop mhux kummerċjali. L-istruttura organizzattiva u l-mezzi ta' ffinanzjar ta' stabbiliment edukattivi mhumiex il-fatturi deċiżivi biex jiddeterminaw in-natura mhux kummerċjali tal-attività. |
(15) Filwaqt li programmi ta' edukazzjoni u ta' tagħlim mill-bogħod transfruntier ħafna drabi huma żviluppati f'livell ogħla ta' edukazzjoni, l-għodod u r-riżorsi diġitali qed jintużaw dejjem aktar fil-livelli edukattivi kollha, b'mod partikolari biex itejbu u jsaħħu l-esperjenza tat-tagħlim. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista minn din id-Direttiva għandhom għalhekk jibbenefikaw lill-istabbilimenti edukattivi kollha fl-edukazzjoni primarja, sekondarja, vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja sa fejn huma jwettqu attivitajiet edukattivi għal skop mhux kummerċjali. L-istruttura organizzattiva u l-mezzi ta' ffinanzjar ta' stabbiliment edukattivi mhumiex il-fatturi deċiżivi biex jiddeterminaw in-natura mhux kummerċjali tal-attività. Fejn l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali ikunu qed jaħdmu biex jilħqu objettiv edukattiv u jkunu involuti f'attivitajiet ta' tagħlim, għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jqisu lil dawk l-istituzzjonijiet bħala stabbiliment edukattiv skont din l-eċċezzjoni safejn għandhom x'jaqsmu l-attivitajiet tagħhom ta' tagħlim. |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri l-użi diġitali ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, bħal pereżempju l-użu ta' partijiet jew siltiet ta' xogħlijiet biex isostnu, isaħħu jew jikkumplimentaw it-tagħlim, inklużi attivitajiet ta' tagħlim relatati. L-użu tax-xogħlijiet jew suġġett ieħor skont l-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandhom ikunu biss fil-kuntest ta' attivitajiet ta' taħriġ u tagħlim imwettqa taħt ir-responsabbiltà ta' stabbilimenti edukattivi, inkluż matul l-eżamijiet, u jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop ta' dawn l-attivitajiet. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri ż-żewġ użi permezz ta' mezzi diġitali fil-klassi u użi online permezz ta' netwerk elettroniku sigur tal-istabbiliment edukattiv, li l-aċċess għalihom għandhom ikunu protetti, b'mod partikolari permezz ta' proċeduri ta' awtentikazzjoni. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tinftiehem bħala li tkopri l-ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità fil-kuntest ta' illustrazzjoni għat-tagħlim. |
(16) L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri l-użi diġitali ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor biex isostnu, isaħħu jew jikkomplementaw it-tagħlim, inklużi attivitajiet ta' tagħlim relatati. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni ta' użu jenħtieġ li jingħataw kemm-il darba x-xogħol jew suġġett tematiku ieħor użat jindika s-sors, inkluż l-isem tal-awtur, sakemm ma jirriżultax li dan ma jkunx possibbli għal raġunijiet ta' prattikabbiltà. L-użu tax-xogħlijiet jew suġġett ieħor skont l-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandhom ikunu biss fil-kuntest ta' attivitajiet ta' taħriġ u tagħlim imwettqa taħt ir-responsabbiltà ta' stabbilimenti edukattivi, inkluż matul l-eżamijiet, u jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop ta' dawn l-attivitajiet. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri ż-żewġ użi permezz ta' mezzi diġitali fejn l-attività tat-tagħlim tiġi pprovduta b'mod fiżiku, inkluż meta din issir barra mill-bini tal-istabbiliment edukattiv, permezz fil-libreriji jew fl-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, kemm-il darba l-użu jsir taħt ir-responsabbiltá tal-istabbiliment edukattiv, u użi online permezz tal-ambjent elettroniku sigur tal-istabbiliment edukattiv, li l-aċċess għalihom jenħtieġ li jkun protett, b'mod partikolari permezz ta' proċeduri ta' awtentikazzjoni. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tinftiehem bħala li tkopri l-ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà fil-kuntest ta' illustrazzjoni għat-tagħlim. |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 16a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) B'ambjent elettroniku sikur jenħtieġ li dak li jkun jifhem ambjent diġitali ta' għoti u teħid ta' tagħlim, li l-aċċess għalih huwa limitat permezz ta' proċedura ta' awtentikazzjoni xierqa għall-persunal tat-tagħlim tal-istabbiliment tat-tagħlim u għat-tfal tal-iskola jew l-istudenti li jkunu rreġistrati fi programm ta' studju. |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Arranġamenti differenti, ibbażati fuq l-implimentazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fid-Direttiva 2001/29/KE jew fuq ftehimiet ta' liċenzjar li jkopru aktar użi, huma fis-seħħ f'għadd ta' Stati Membri sabiex jiġi ffaċilitat l-użu edukattiv ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. Arranġamenti bħal dawn normalment ikunu ġew żviluppati wara li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet edukattivi u livelli differenti ta' edukazzjoni. Billi huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-ambitu obbligatorju ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni fir-rigward ta' użi u attivitajiet ta' tagħlim diġitali transfruntier, il-modalitajiet ta' implimentazzjoni jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, sakemm dawn ma jfixklux l-applikazzjoni effettiva tal-eċċezzjoni jew limitazzjoni jew użi transfruntieri. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri li jibnu fuq l-arranġamenti eżistenti konklużi fil-livell nazzjonali. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissuġġettaw l-applikazzjoni ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni, b'mod sħiħ jew parzjalment, id-disponibbiltà ta' liċenzji adegwati, li tkopri mill-inqas l-istess użu bħal dawk permessi taħt din l-eċċezzjoni. Dan il-mekkaniżmu jista', pereżempju, jippermetti li tingħata preċedenza għal liċenzji għal materjali li huma primarjament maħsuba għas-suq edukattiv. Sabiex jiġi evitat li tali mekkaniżmu jirriżulta f'inċertezza legali jew piż amministrattiv għall-istabbilimenti edukattivi, l-Istati Membri li jadottaw dan l-approċċ għandhom jieħu miżuri konkreti biex jiżguraw li skemi ta' liċenzjar li jippermettu użi diġitali ta' xogħlijiet jew materji oħra għall-fini ta' illustrazzjoni għat-tagħlim ikunu faċilment disponibbli u li l-istituzzjonijiet edukattivi jkunu konxji mill-eżistenza ta' tali skemi ta' liċenzjar. |
(17) Arranġamenti differenti, ibbażati fuq l-implimentazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fid-Direttiva 2001/29/KE jew fuq ftehimiet ta' liċenzjar li jkopru aktar użi, huma fis-seħħ f'għadd ta' Stati Membri sabiex jiġi ffaċilitat l-użu edukattiv ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. Arranġamenti bħal dawn normalment ikunu ġew żviluppati wara li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet edukattivi u livelli differenti ta' edukazzjoni. Billi huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-ambitu obbligatorju ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni fir-rigward ta' użi u attivitajiet ta' tagħlim diġitali transfruntier, il-modalitajiet ta' implimentazzjoni jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, sakemm dawn ma jfixklux l-applikazzjoni effettiva tal-eċċezzjoni jew limitazzjoni jew użi transfruntieri. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri li jibnu fuq l-arranġamenti eżistenti konklużi fil-livell nazzjonali. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissuġġettaw l-applikazzjoni ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni, b'mod sħiħ jew parzjalment, għad-disponibbiltà ta' liċenzji adegwati. Tali liċenzji jistgħu jieħdu s-sura ta' ftehimiet ta' liċenzjar kollettiv, ftehimiet ta' liċenzjar kollettiv estiż u liċenzji li jiġu nnegozjati b'mod kollettiv bħalma huma l-"liċenzji ġenerali", ħalli jiġi evitat li l-istabbilimenti edukattivi jkollhom jinnegozjaw individwalment mad-detenturi tad-drittijiet. Liċenzji bħal dawn jenħtieġ li jkunu affordabbli u jkopru mill-inqas l-istess użu bħal dawk permessi taħt din l-eċċezzjoni. Dan il-mekkaniżmu, pereżempju, jkun jippermetti li tingħata preċedenza lil-liċenzji għal materjali li huma primarjament maħsuba għas-suq edukattiv, jew għat-tagħlim fl-istabbilimenti edukattivi jew għall-partituri. Sabiex jiġi evitat li tali mekkaniżmu jirriżulta f'inċertezza legali jew piż amministrattiv għall-istabbilimenti edukattivi, l-Istati Membri li jadottaw dan l-approċċ għandhom jieħu miżuri konkreti biex jiżguraw li tali skemi ta' liċenzjar li jippermettu użi diġitali ta' xogħlijiet jew materji oħra għall-fini ta' illustrazzjoni għat-tagħlim ikunu faċilment disponibbli u li l-istituzzjonijiet edukattivi jkunu konxji mill-eżistenza ta' tali skemi ta' liċenzjar. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddisponu għal sistemi biex jiżguraw li jkun hemm kumpens ġust għad-detenturi tad-drittijiet għall-użi skont dawk l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jużaw sistemi li ma joħolqux piż amministrattiv, bħalma huma s-sistemi li jipprevedu pagamenti li jsiru darba. |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 17a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17a) Sabiex tiġi garantita ċertezza legali meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni soġġetta għad-disponibbiltà ta' liċenzji adegwati, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat taħt liema kundizzjonijiet stabbiliment edukattiv jista' juża xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protetti taħt dik l-eċċezzjoni, u, min-naħa l-oħra, meta dan jenħtieġ li jaġixxi taħt skema ta' liċenzjar. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda proposta hija meħtieġa sabiex tingħata ċertezza legali f'każijiet fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni soġġetta għad-disponibbiltà ta' liċenzji adegwati. | |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Att ta' preservazzjoni jista' jirrikjedi riproduzzjoni ta' xogħol jew materja oħra fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali u b'hekk l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet rilevanti. L-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali huma involuti fil-preservazzjoni tal-kollezzjonijiet tagħhom għall-ġenerazzjonijiet futuri. It-teknoloġiji diġitali joffru modi ġodda biex jiġi ppreservat il-wirt kulturali li jinsab f'dawk il-kollezzjonijiet, iżda dawn joħolqu wkoll sfidi ġodda. Minħabba dawn l-isfidi l-ġodda, jenħtieġ li l-qafas legali kurrenti jiġi addattat billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt ta' riproduzzjoni sabiex ikunu permessi dawk l-atti ta' preservazzjoni. |
(18) Att ta' preservazzjoni ta' biċċa xogħol jew ta' materjal tematiku ieħor fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali tista' tirrikjedi riproduzzjoni u konsegwentement tirrikjedi l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet rilevanti. L-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali huma involuti fil-preservazzjoni tal-kollezzjonijiet tagħhom għall-ġenerazzjonijiet futuri. It-teknoloġiji diġitali joffru modi ġodda biex jiġi ppreservat il-wirt kulturali li jinsab f'dawk il-kollezzjonijiet, iżda dawn joħolqu wkoll sfidi ġodda. Minħabba dawn l-isfidi l-ġodda, jenħtieġ li l-qafas legali kurrenti jiġi addattat billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt tar-riproduzzjoni sabiex ikunu permessi dawk l-atti ta' preservazzjoni minn tali istituzzjonijiet. |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Approċċi differenti fl-Istati Membri għal atti ta' preservazzjoni minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jfixklu l-kooperazzjoni transfruntiera u l-kondiviżjoni tal-mezzi ta' preservazzjoni minn istituzzjonijiet għall-wirt kulturali fis-suq intern, li jwasslu għal użu mhux effiċjenti tar-riżorsi. |
(19) Approċċi differenti fl-Istati Membri għall-atti ta' riproduzzjoni għall-preservazzjoni jfixklu l-kooperazzjoni transfruntiera, il-mezzi ta' preservazzjoni u l-istabbiliment ta' netwerks ta' preservazzjoni transfruntiera fl-organizzazzjonijiet tas-suq intern li huma impenjati fil-preservazzjoni, sitwazzjoni li twassal għall-użu mhux effiċjenti tar-riżorsi. Dan jista' jkollu impatt negattiv fuq il-preservazzjoni tal-wirt kulturali. |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jipprevedu eċċezzjoni li tippermetti li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jirriproduċu xogħlijiet u materjal tematiku ieħor permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom għal skopijiet ta' preservazzjoni, pereżempju biex tiġi indirizzata l-obsolexxenza teknoloġika jew id-degradazzjoni ta' sostenni oriġinali. Eċċezzjoni bħal din għandha tippermetti li jsiru kopji bl-għodod, mezzi jew teknoloġija ta' preservazzjoni xierqa, fl-għadd meħtieġ u fi kwalunkwe punt fil-ħajja tax-xogħol jew materja oħra sa kemm ikun meħtieġ biex tkun prodotta kopja għal finijiet ta' preservazzjoni biss. |
(20) Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jipprevedu eċċezzjoni li tippermetti li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jirriproduċu xogħlijiet u materjal tematiku ieħor permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom għal skopijiet ta' preservazzjoni, biex tiġi indirizzata l-obsolexxenza teknoloġika jew id-degradazzjoni ta' sostenni oriġinali jew biex jiġu assigurati x-xogħlijiet. Eċċezzjoni bħal din għandha tippermetti li jsiru kopji bl-għodod, mezzi jew teknoloġija ta' preservazzjoni xierqa, bi kwalunkwe format jew mezz, fl-għadd meħtieġ, fi kwalunkwe punt fil-ħajja ta' biċċa xogħol jew materjal tematiku ieħor u sakemm ikun meħtieġ biex tkun prodotta kopja għall-finijiet ta' preservazzjoni biss. L-arkivji tal-organizzazzjonijiet tar-riċerka jew tal-organizzazzjonijiet tas-servizz pubbliku tax-xandir jenħtieġ li jitqiesu bħala istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u għalhekk benefiċjarji ta' din l-eċċezzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri, għall-fini ta' din l-eċċezzjoni, ikunu jistgħu jżommu dispożizzjonijiet biex jittrattaw il-galleriji aċċessibbli għall-pubbliku bħala mużewijiet. |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, xogħlijiet jew materji oħra għandhom jitqiesu li jkunu permanentement fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali meta kopji huma proprjetà ta' jew miżmuma b'mod permanenti fl-istituzzjoni tal-wirt kulturali, pereżempju bħala riżultat ta' trasferiment tas-sjieda jew ftehimiet ta' liċenzjar. |
(21) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, xogħlijiet jew materji oħra jenħtieġ li jitqiesu li jkunu permanentement fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali jew ta' librerija meta kopji ta' tali xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor huma proprjetà ta' jew miżmuma b'mod permanenti minn dawk l-organizzazzjonijiet, pereżempju bħala riżultat ta' trasferiment tas-sjieda, ftehimiet ta' liċenzjar, depożitu legali jew selfa fit-tul. Ix-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jaċċessaw b'mod temporanju permezz ta' server ta' parti terza ma jitqisux bħala li huma permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom. |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 21a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21a) B'segwitu għall-iżviluppi teknoloġiċi, ħarġu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jippermettu lill-utenti tagħhom itellgħu jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni kontenut f'forom differenti u għal finijiet differenti bħall-illustrazzjoni ta' idea, il-kritika, il-parodija jew saħansitra l-pastiċċ. Dan il-kontenut jista' jinkludi siltiet qosra ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protetti diġà eżistenti li tali utenti jistgħu jkunu mmodifikaw, ikkombinaw jew b'xi mod ieħor ittrasformaw. |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 21b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21b) Minkejja ċerta sovrappożizzjoni mal-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet eżistenti, bħalma huma dawk għall-kwotazzjoni u l-parodija, il-kontenut imtella' jew imqiegħed għad-dispożizzjoni minn utent li jinkludi b'mod raġonevoli siltiet ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protetti, mhuwiex kollu kopert mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29/KE. Tali sitwazzjoni toħloq inċertezza legali kemm għall-utenti kif ukoll għall-pretendenti. Għalhekk hemm bżonn li tiġi pprovduta eċċezzjoni speċifika ġdida li tippermetti l-użi leġittimi ta' siltiet ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protetti diġà eżistenti fil-kontenut li jittella' jew li jitqiegħed għad-dispożizzjoni mill-utenti. Meta l-kontenut iġġenerat jew imqiegħed għad-dispożizzjoni minn utent jinvolvi l-użu qasir u proporzjonat ta' kwotazzjoni jew ta' silta ta' xogħol jew materjal tematiku ieħor protetti għal skop leġittimu, jenħtieġ li tali użu jkun protett mill-eċċezzjoni prevista minn din id-Direttiva. Jenħtieġ li din l-eċċezzjoni tapplika biss f'ċerti każijiet speċjali li ma jkunux konfliġġenti mal-isfruttament normali tax-xogħol jew ta' materjal tematiku ieħor protett kkonċernat u li ma jippreġudikawx b'mod mhux raġonevoli l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet. Għall-fini tal-valutazzjoni ta' tali preġudizzju, huwa essenzjali li jiġu eżaminati l-grad ta' oriġinalità tal-kontenut ikkonċernat, it-tul jew il-firxa tal-kwotazzjoni jew tas-silta użata, in-natura professjonali tal-kontenut ikkonċernat jew il-grad ta' ħsara ekonomika, jekk ikun il-każ, filwaqt li ma tiġix prekluża t-tgawdija leġittima tal-eċċezzjoni. Jenħtieġ li din l-eċċezzjoni tkun bla preġudizzju għad-drittijiet morali tal-awturi tax-xogħol jew materjal tematiku ieħor protett. |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 21c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21c) Jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 13 ta' din id-Direttiva ma jkunux jistgħu jinvokaw għall-benefiċċju tagħhom l-eċċezzjoni prevista minn din id-Direttiva għall-użu ta' kwotazzjonijiet jew siltiet minn xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protetti fil-kontenut li jittella' jew li jitqiegħed għad-dispożizzjoni mill-utenti fuq dawk is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, sabiex titnaqqas il-portata tal-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 13 ta' din id-Direttiva. |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) L-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali għandhom jibbenefikaw minn qafas ċar għad-diġitalizzazzjoni u t-tixrid, inkluż bejn il-fruntieri, ta' xogħlijiet li mhumiex fil-kummerċ jew materja oħra. Madankollu, il-karatteristiċi partikolari tal-kollezzjonijiet ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq ifissru li l-kisba ta' kunsens minn qabel mid-detenturi tad-drittijiet individwali tista' tkun diffiċli ħafna. Dan jista' jkun minħabba, pereżempju, l-età tax-xogħlijiet jew materji oħra, il-valur kummerċjali limitat tagħhom u l-fatt li dawn qatt ma kienu maħsuba għall-użu kummerċjali. Għaldaqstant hu meħtieġ li jiġu previsti miżuri biex ikun iffaċilitat il-liċenzjar ta' drittijiet f'xogħlijiet li mhumiex fis-suq li jinsabu f'kollezzjonijiet ta' istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u b'hekk jippermettu l-konklużjoni ta' ftehimiet b'effett transfruntier fis-suq intern. |
(22) L-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali għandhom jibbenefikaw minn qafas ċar għad-diġitalizzazzjoni u t-tixrid, inkluż bejn il-fruntieri, ta' xogħlijiet li mhumiex fil-kummerċ jew materja oħra. Madankollu, il-karatteristiċi partikolari tal-kollezzjonijiet ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq ifissru li l-kisba ta' kunsens minn qabel mid-detenturi tad-drittijiet individwali tista' tkun diffiċli ħafna. Dan jista' jkun minħabba, pereżempju, l-età tax-xogħlijiet jew materji oħra, il-valur kummerċjali limitat tagħhom jew il-fatt li dawn qatt ma kienu maħsuba għall-użu kummerċjali jew qatt ma kienu fil-kummerċ. Għaldaqstant hu meħtieġ li jiġu previsti miżuri biex ikun iffaċilitat l-użu ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq li jinsabu f'kollezzjonijiet ta' istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u b'hekk jippermettu l-konklużjoni ta' ftehimiet b'effett transfruntier fis-suq intern. |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 22a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22a) Diversi Stati Membri diġà adottaw skemi ta' liċenzjar kollettiv, mandati legali jew preżunzjonijiet legali estiżi li jiffaċilitaw il-liċenzjar ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq. Madankollu, meta titqies il-varjetà tax-xogħlijiet u ta' materjal tematiku ieħor fil-kollezzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u l-varjanza bejn il-prattiki ta' mmaniġġjar kollettiv fl-Istati Membri kollha u fis-setturi tal-produzzjoni kulturali, tali miżuri jistgħu ma jipprovdux soluzzjoni fil-każijiet kollha, pereżempju, għax ma jkun hemm l-ebda prattika ta' mmaniġġjar kollettiv għal ċertu tip ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor. F'każijiet partikolari bħal dawn, huwa għalhekk meħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jitħallew jagħmlu x-xogħlijiet li mhumiex fis-suq li huma miżmuma fil-kollezzjoni permanenti tagħhom disponibbli online taħt eċċezzjoni għad-dritt tal-awtur u drittijiet relatati. Filwaqt li huwa essenzjali li l-kamp ta' applikazzjoni tal-eċċezzjoni obbligatorja l-ġdida jiġi armonizzat sabiex ikunu jistgħu jsiru użi transfruntiera ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq, jenħtieġ madankollu li l-Istati Membri jitħallew jużaw jew ikomplu jużaw l-arranġamenti ta' liċenzjar kollettiv estiż konklużi mal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali. Jenħtieġ li n-nuqqas ta' qbil dwar il-kundizzjonijiet tal-liċenzja ma jiġix interpretat bħala nuqqas ta' disponibbiltà ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq il-liċenzjar. Jenħtieġ li kwalunkwe użu li jsir taħt din l-eċċezzjoni jkun soġġett għall-istess rekwiżiti ta' nonparteċipazzjoni u pubbliċità bħall-użi awtorizzati permezz ta' mekkaniżmu tal-liċenzjar. Sabiex jiġi żgurat li l-eċċezzjoni tapplika biss meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet u sabiex tingħata ċertezza legali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw, b'konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-organizzazzjonijiet tal-wirt kulturali, u f'intervalli xierqa ta' żmien, għal liema setturi u għal liema tipi ta' xogħlijiet mhumiex disponibbli soluzzjonijiet xierqa bbażati fuq il-liċenzja, f'liema każ jenħtieġ li tapplika l-eċċezzjoni. |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) L-Istati Membri għandhom, fil-qafas stipulat f'din id-Direttiva, ikollhom il-flessibbiltà li jagħżlu t-tip speċifiku ta' mekkaniżmu li jippermetti l-liċenzjar għal xogħlijiet li mhumiex fis-suq biex jestendu għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, b'konformità mat-tradizzjonijiet legali, prattiċi jew ċirkustanzi tagħhom. Tali mekkaniżmi jistgħu jinkludu l-liċenzjar kollettiv estiż u preżunzjonijiet ta' rappreżentazzjoni. |
(23) L-Istati Membri għandhom, fil-qafas stipulat f'din id-Direttiva, ikollhom il-flessibbiltà li jagħżlu t-tip speċifiku ta' mekkaniżmu li jippermetti l-liċenzjar għal xogħlijiet li mhumiex fis-suq biex jestendu għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni rilevanti ta' mmaniġġjar kollettiv, b'konformità mat-tradizzjonijiet legali, il-prattiki jew iċ-ċirkustanzi tagħhom. Tali mekkaniżmi jistgħu jinkludu l-liċenzjar kollettiv estiż u preżunzjonijiet ta' rappreżentazzjoni. |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Għall-finijiet ta' dawk il-mekkaniżmi ta' liċenzjar, hija importanti sistema ta' mmaniġjar kollettiv li taħdem sew. Din is-sistema tinkludi b'mod partikolari regoli ta' governanza tajba, trasparenza u rappurtar, kif ukoll it-tqassim u l-pagamenti regolari, diliġenti u preċiżi ta' ammonti dovuti lil detenturi tad-drittijiet individwali, kif previst fid-Direttiva 2014/26/UE. Salvagwardji xierqa addizzjonali għandhom ikunu disponibbli għad-detenturi kollha tad-drittijiet, li għandhom jingħataw l-opportunità li jeskludu l-applikazzjoni ta' mekkaniżmi bħal dawn fir-rigward tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materji oħra protetti. Kundizzjonijiet mehmuża ma' dawn il-mekkaniżmi ma għandhomx jaffettwaw r-rilevanza prattika tagħhom għall-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali. |
(24) Għall-finijiet ta' dawk il-mekkaniżmi ta' liċenzjar, hija importanti sistema ta' mmaniġjar kollettiv li taħdem sew u jenħtieġ li tiġi mħeġġa mill-Istati Membri. Din is-sistema tinkludi b'mod partikolari regoli ta' governanza tajba, trasparenza u rappurtar, kif ukoll it-tqassim u l-pagamenti regolari, diliġenti u preċiżi ta' ammonti dovuti lil detenturi tad-drittijiet individwali, kif previst fid-Direttiva 2014/26/UE. Salvagwardji xierqa addizzjonali għandhom ikunu disponibbli għad-detenturi kollha tad-drittijiet, li għandhom jingħataw l-opportunità li jeskludu l-applikazzjoni ta' mekkaniżmi ta' liċenzjar bħal dawn jew ta' tali eċċezzjonijiet fir-rigward tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal tematiku ieħor protetti. Kundizzjonijiet mehmuża ma' dawn il-mekkaniżmi ma għandhomx jaffettwaw r-rilevanza prattika tagħhom għall-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali. |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) Wara li qieset il-varjetà ta' xogħlijiet u materja oħra f'kollezzjonijiet ta' istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, huwa importanti li l-mekkaniżmi ta' liċenzjar introdotti b'din id-Direttiva jkunu disponibbli u jistgħu jintużaw fil-prattika għal tipi differenti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, inklużi ritratti, reġistrazzjonijiet awdjo u xogħlijiet awdjoviżivi. Sabiex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet tal-kategoriji differenti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fir-rigward ta' mezzi ta' pubblikazzjoni u distribuzzjoni u biex ikun faċilitat l-użu ta' dawn il-mekkaniżmi, rekwiżiti u proċeduri speċifiċi għandhom mnejn jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-applikazzjoni prattika ta' dawk il-mekkaniżmi ta' liċenzjar. Huwa xieraq li l-Istati Membri jikkonsultataw lid-detenturi tad-drittijiet, lill-utenti u lill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv meta jagħmlu dan. |
(25) Wara li qieset il-varjetà ta' xogħlijiet u materja oħra f'kollezzjonijiet ta' istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, huwa importanti li l-mekkaniżmi ta' liċenzjar introdotti b'din id-Direttiva jkunu disponibbli u jistgħu jintużaw fil-prattika għal tipi differenti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, inklużi ritratti, reġistrazzjonijiet awdjo u xogħlijiet awdjoviżivi. Sabiex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet tal-kategoriji differenti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fir-rigward ta' modi ta' pubblikazzjoni u distribuzzjoni u biex ikun faċilitat kemm jistgħu jintużaw is-soluzzjonijiet dwar l-użu tax-xogħlijiet li mhumiex fis-suq li huma introdotti minn din id-Direttiva, jista' jkun li rekwiżiti u proċeduri speċifiċi jkollhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-applikazzjoni prattika ta' dawk il-mekkaniżmi ta' liċenzjar. Huwa xieraq li l-Istati Membri jikkonsultataw lid-detenturi tad-drittijiet, lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u lill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv meta jkunu qed jagħmlu dan. |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 26 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) Għal raġunijiet ta' kortesija internazzjonali, il-mekkaniżmi ta' liċenzjar għad-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq previsti f'din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, ixxandru għall-ewwel darba f'pajjiż terz jew, fil-każ ta' xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi, għal xogħlijiet li l-produttur tagħhom ikollu l-kwartieri ġenerali jew ir-residenza abitwali tiegħu f'pajjiż terz. Dawk il-mekkaniżmi ukoll ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ħlief meta jkunu ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, ixxandru għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru jew, fil-każ ta' xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi, għal xogħlijiet li l-kwartieri ġenerali jew ir-residenza abitwali tal-produttur tagħhom hija fi Stat Membru. |
(26) Għal raġunijiet ta' kortesija internazzjonali, il-mekkaniżmi ta' liċenzjar u l-eċċezzjoni għad-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq previsti f'din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, ixxandru għall-ewwel darba f'pajjiż terz jew, fil-każ ta' xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi, għal xogħlijiet li l-produttur tagħhom ikollu l-kwartieri ġenerali jew ir-residenza abitwali tiegħu f'pajjiż terz. Dawk il-mekkaniżmi ukoll ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ħlief meta jkunu ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, ixxandru għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru jew, fil-każ ta' xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi, għal xogħlijiet li l-kwartieri ġenerali jew ir-residenza abitwali tal-produttur tagħhom hija fi Stat Membru. |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 27 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Peress li l-proġetti ta' diġitazzjoni tal-massa jistgħu jinvolvu investimenti sinifikanti min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, kull liċenzja mogħtija skont il-mekkaniżmi previsti f'din id-Direttiva ma għandhomx iwaqqfuhom milli jiġġeneraw dħul raġonevoli sabiex ikopri l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tad-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta' xogħlijiet u materja oħra koperti mil-liċenzja. |
(27) Peress li l-proġetti ta' diġitazzjoni tal-massa jistgħu jinvolvu investimenti sinifikanti min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, kull liċenzja mogħtija skont il-mekkaniżmi previsti f'din id-Direttiva ma għandhomx iwaqqfuhom milli jkopru l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tad-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta' xogħlijiet u materja oħra koperti mil-liċenzja. |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 28 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(28) Informazzjoni dwar l-użu attwali u futur ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq u materja oħra min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali abbażi tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar previsti f'din id-Direttiva u l-arranġamenti fis-seħħ għad-detenturi tad-drittijiet kollha, biex tkun eskluża l-applikazzjoni ta' liċenzji għal xogħlijiet tagħhom jew materja oħra għandha tingħata pubbliċità xierqa. Dan huwa partikolarment importanti meta l-użu jsir bejn il-fruntieri fis-suq intern. Għaldaqstant huwa f'loku li jsir provvediment għall-ħolqien ta' portal online waħdani li jkun aċċessibbli pubblikament biex l-Unjoni tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku għal perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma jseħħ l-użu transfruntier. Skont ir-Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea huwa fdat b'ċerti kompiti u attivitajiet, iffinanzjati bl-użu tal-mezzi baġitarji proprji tiegħu, bil-għan li jiffaċilita u jappoġġa l-attivitajiet ta' awtoritajiet nazzjonali, tas-settur privat u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-ġlieda kontra, inkluż il-prevenzjoni ta', ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Huwa għalhekk xieraq li jiġi invokat dak l-Uffiċċju biex jiġi stabbilit u mmaniġjat il-portal Ewropew li jagħmel tali informazzjoni disponibbli. |
(28) Informazzjoni dwar l-użu attwali u futur ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq u materja oħra min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali abbażi tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar jew tal-eċċezzjoni previsti f'din id-Direttiva u l-arranġamenti fis-seħħ għad-detenturi tad-drittijiet kollha, biex tkun eskluża l-applikazzjoni ta' liċenzji jew tal-eċċezzjoni għax-xogħlijiet tagħhom jew materja oħra jenħtieġ li tingħata pubbliċità xierqa. Dan huwa partikolarment importanti meta l-użu jsir bejn il-fruntieri fis-suq intern. Għaldaqstant huwa f'loku li jsir provvediment għall-ħolqien ta' portal online waħdani li jkun aċċessibbli pubblikament biex l-Unjoni tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku għal perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma jseħħ l-użu transfruntier. Skont ir-Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea huwa fdat b'ċerti kompiti u attivitajiet, iffinanzjati bl-użu tal-mezzi baġitarji proprji tiegħu, bil-għan li jiffaċilita u jappoġġa l-attivitajiet ta' awtoritajiet nazzjonali, tas-settur privat u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-ġlieda kontra, inkluż il-prevenzjoni ta', ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Huwa għalhekk xieraq li jiġi invokat dak l-Uffiċċju biex jiġi stabbilit u mmaniġjat il-portal Ewropew li jagħmel tali informazzjoni disponibbli. |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 28a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28a) Sabiex jiġi żgurat li l-mekkaniżmi ta' liċenzjar stabbiliti għal xogħlijiet li mhumiex fis-suq ikunu rilevanti u jiffunzjonaw kif suppost, li d-detenturi tad-drittijiet jiġu protetti b'mod adegwat skont dawk il-mekkaniżmi, li l-liċenzji jiġu ppubbliċizzati kif xieraq u li tiġi żgurata ċ-ċarezza legali fir-rigward tar-rappreżentanza tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-kategorizzazzjoni tax-xogħlijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jrawmu djalogu speċifiku għas-settur bejn il-partijiet ikkonċernati. |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 30 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(30) Sabiex ikun iffaċilitat il-liċenzjar ta' drittijiet f'xogħlijiet awdjoviżivi għal pjattaformi video-on-demand, din id-Direttiva tirrikkjedi li l-Istati Membri jwaqqfu mekkaniżmu ta' negozjar li jippermetti lill-partijiet interessati li jixtiequ jikkonkludu ftehim sabiex iserrħu fuq l-għajnuna ta' korp imparzjali. Il-korp għandu jiltaqa' mal-partijiet u jgħin fin-negozjati billi jagħti pariri professjonali u esterni. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet tal-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' negozjar, inkluż iż-żmien u d-durata tal-għajnuna għan-negozjati u tal-ġarr tal-ispejjeż. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji jibqgħu proporzjonati biex jiggarantixxu l-effiċjenza tal-forum tan-negozjati. |
(30) Sabiex ikun iffaċilitat il-liċenzjar ta' drittijiet f'xogħlijiet awdjoviżivi għal pjattaformi video-on-demand, jenħtieġ li l-Istati Membri jwaqqfu mekkaniżmu ta' negozjar, immaniġġjat minn korp nazzjonali eżistenti jew li għadu kif ġie stabbilit, li jippermetti lill-partijiet li jixtiequ jikkonkludu ftehim iserrħu fuq l-għajnuna ta' korp imparzjali. Il-parteċipazzjoni f'dan il-mekkaniżmu ta' negozjar u l-konklużjoni sussegwenti ta' ftehimiet jenħtieġ li jkunu volontarji. Meta n-negozjar jinvolvi partijiet minn Stati Membri differenti, dawk il-partijiet jenħtieġ li jaqblu bejniethom minn qabel dwar l-Istat Membru kompetenti jekk jiġu li jiddeċiedu li jserrħu fuq il-mekkaniżmu ta' negozjar. Il-korp jenħtieġ li jiltaqa' mal-partijiet u jgħin fin-negozjati billi jagħti pariri professjonali, imparzjali u esterni. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet tal-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' negozjar, inklużi ż-żmien u d-durata tal-għajnuna għan-negozjati u l-qsim ta' kwalunkwe spejjeż li jirriżultaw, u l-kompożizzjoni ta' tali korpi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji jibqgħu proporzjonati biex jiggarantixxu l-effiċjenza tal-forum tan-negozjati. |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 30a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(30a) Il-preservazzjoni tal-wirt tal-Unjoni hija tal-akbar importanza u għandha tissaħħaħ għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet futuri. Jenħtieġ li dan jiġi realizzat b'mod partikolari permezz tal-protezzjoni tal-wirt ippubblikat. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jinħoloq depożitu legali tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-pubblikazzjonijiet li jirrigwardaw l-Unjoni, bħalma huma d-dritt tal-Unjoni, l-istorja u l-integrazzjoni tal-Unjoni, il-politiki tal-Unjoni u d-demokrazija tal-Unjoni, l-affarijiet istituzzjonali u parlamentari, u l-politika tal-Unjoni, u, permezz ta' hekk, ir-rekord intellettwali u l-wirt ippubblikat futur tal-Unjoni, jinġabru b'mod sistematiku. Wirt bħal dan jenħtieġ li mhux biss jiġi ppreservat permezz tal-ħolqien ta' arkivju tal-Unjoni għall-pubblikazzjonijiet li jittrattaw materji relatati mal-Unjoni, iżda jenħtieġ ukoll jitqiegħed għad-dispożizzjoni taċ-ċittadini u l-ġenerazzjonijiet futuri tal-Unjoni. Il-Librerija tal-Parlament Ewropew, bħala l-Librerija tal-unika istituzzjoni tal-Unjoni li tirrappreżenta b'mod dirett liċ-ċittadini tal-Unjoni, jenħtieġ li tintgħażel bħala l-librerija depożitarja tal-Unjoni. Sabiex ma jinħoloqx piż eċċessiv fuq il-pubblikaturi, l-istampaturi u l-importaturi, huma biss il-pubblikazzjonijiet elettroniċi, bħalma huma l-kotba elettroniċi, il-ġurnali elettroniċi u r-rivisti elettroniċi li jenħtieġ li jiġu ddepożitati fil-Librerija tal-Parlament Ewropew, li min-naħa tagħha għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-qarrejja l-pubblikazzjonijiet koperti mid-depożitu legali tal-Unjoni fil-Librerija tal-Parlament Ewropew għall-fini tar-riċerka jew tal-istudju u taħt il-kontroll tal-Librerija tal-Parlament Ewropew. Jenħtieġ li pubblikazzjonijiet bħal dawn ma jsirux disponibbli online esternament. |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Premessa 31 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(31) Stampa libera u pluralista hija essenzjali biex ikun żgurat ġurnaliżmu ta' kwalità u l-aċċess taċ-ċittadini għall-informazzjoni. Din tagħti kontribut fundamentali għal dibattitu pubbliku u għall-funzjonament tajjeb ta' soċjetà demokratika. Fit-tranżizzjoni mill-istampar għar-realtà diġitali, il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa qed jaffaċċjaw problemi fil-liċenzjar għall-użu online tal-pubblikazzjonijiet tagħhom u b'hekk jirkupraw l-investimenti tagħhom. Fin-nuqqas ta' rikonoxximent ta' pubblikaturi tal-istampa pubblikazzjonijiet bħala detenturi tad-drittijiet, il-liċenzjar u l-infurzar fl-ambjent diġitali huma ta' spiss kumplessi u ineffiċjenti. |
(31) Stampa libera u pluralista hija essenzjali biex ikun żgurat ġurnaliżmu ta' kwalità u l-aċċess taċ-ċittadini għall-informazzjoni. Din tagħti kontribut fundamentali għal dibattitu pubbliku u għall-funzjonament tajjeb ta' soċjetà demokratika. L-iżbilanċ li kulma jmur qed jikber bejn il-pjattaformi li għandhom is-saħħa u l-pubblikaturi tal-istampa, li jistgħu jkunu wkoll aġenziji tal-aħbarijiet, diġà wassal għal rigressjoni notevoli tal-pajsaġġ tal-midja fuq livell reġjonali. Fit-tranżizzjoni mill-istampar għar-realtà diġitali, il-pubblikaturi u l-aġenziji tal-aħbarijiet ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa qed jiffaċċjaw problemi fil-liċenzjar tal-użu online tal-pubblikazzjonijiet tagħhom u biex jirkupraw l-investimenti tagħhom. Fin-nuqqas ta' rikonoxximent ta' pubblikaturi tal-istampa pubblikazzjonijiet bħala detenturi tad-drittijiet, il-liċenzjar u l-infurzar fl-ambjent diġitali huma ta' spiss kumplessi u ineffiċjenti. |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Premessa 32 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(32) Il-kontribuzzjoni finanzjarja u organizzattiva tal-pubblikaturi fil-produzzjoni ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta u inkoraġġita aktar biex tkun żgurata s-sostenibilità tal-industrija tal-pubblikazzjoni. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta, fil-livell tal-Unjoni, protezzjoni legali armonizzata għall-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward ta' użi diġitali. Protezzjoni bħal din għandha tkun garantita b'mod effettiv permezz tal-introduzzjoni, fid-dritt tal-Unjoni, ta' drittijiet marbutin mad-drittijiet tal-awtur għar-riproduzzjoni u d-disponibbiltà għall-pubbliku ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi diġitali tagħhom. |
(32) Il-kontribuzzjoni finanzjarja u organizzattiva tal-pubblikaturi fil-produzzjoni ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta u inkoraġġita aktar biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-industrija tal-pubblikazzjoni u b'hekk biex tiġi ggarantita d-disponibbiltà ta' informazzjoni affidabbli. Għalhekk hemm il-ħtieġa li l-Istati Membri jipprovdu, fil-livell tal-Unjoni, protezzjoni legali għall-pubblikazzjonijiet tal-istampa fl-Unjoni għall-użi diġitali. Protezzjoni bħal din għandha tkun garantita b'mod effettiv permezz tal-introduzzjoni, fid-dritt tal-Unjoni, ta' drittijiet marbutin mad-drittijiet tal-awtur għar-riproduzzjoni u d-disponibbiltà għall-pubbliku ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi diġitali sabiex tinkiseb remunerazzjoni ġusta u proporzjonata għal tali użi. L-użi privati jenħtieġ li jiġu esklużi minn din ir-referenza. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-elenkar f'magna tat-tiftix ma jitqiesx bħala remunerazzjoni ġusta u proporzjonata. |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Premessa 33 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(33) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta' pubblikazzjoni tal-istampa b'mod li tħaddan biss pubblikazzjonijiet ġurnalistiċi, ippubblikat minn fornitur ta' servizz, perjodikament jew regolarment aġġornati fi kwalunkwe mezz tax-xandir, għall-finijiet ta' informazzjoni jew divertiment. Dawn il-pubblikazzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, gazzetti ta' kuljum, rivisti ta' kull ġimgħa jew ta' kull xahar jew siti tal-internet ta' interess speċjali jew tal-aħbarijiet. Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, ma għandhomx ikunu koperti mill-protezzjoni mogħtija lil pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva. Din il-protezzjoni ma testendix għall-atti ta' hyperlinking li ma jikkostitwux komunikazzjoni lill-pubbliku. |
(33) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta' pubblikazzjoni tal-istampa b'mod li tħaddan biss pubblikazzjonijiet ġurnalistiċi, ippubblikat minn fornitur ta' servizz, perjodikament jew regolarment aġġornati fi kwalunkwe mezz tax-xandir, għall-finijiet ta' informazzjoni jew divertiment. Dawn il-pubblikazzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, gazzetti ta' kuljum, rivisti ta' kull ġimgħa jew ta' kull xahar jew siti tal-internet ta' interess speċjali jew tal-aħbarijiet. Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, ma għandhomx ikunu koperti mill-protezzjoni mogħtija lil pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva. Din il-protezzjoni ma testendix għall-atti ta' hyperlinking. |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Premessa 34 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(34) Id-drittijiet mogħtija lill-edituri ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva għandhom ikollhom l-istess kamp ta' applikazzjoni bħad-drittijiet ta' riproduzzjoni u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku previsti fid-Direttiva 2001/29/KE, sa fejn għandhom x'jaqsmu l-użi diġitali. Dawn għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet bħal dawk applikabbli għad-drittijiet previsti fid-Direttiva 2001/29/KE inkluża l-eċċezzjoni għall-kwotazzjoni, magħmula pereżempju għal skopijiet ta' kritika jew ta' rieżami stabbiliti fl-Artikolu 5(3)(d) ta' din id-Direttiva. |
(34) Id-drittijiet mogħtija lill-edituri ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva għandhom ikollhom l-istess kamp ta' applikazzjoni bħad-drittijiet ta' riproduzzjoni u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku previsti fid-Direttiva 2001/29/KE, sa fejn għandhom x'jaqsmu l-użi diġitali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jissoġġettaw lil dawk id-drittijiet għall-istess dispożizzjonijiet dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet bħal dawk applikabbli għad-drittijiet previsti fid-Direttiva 2001/29/KE inkluża l-eċċezzjoni għall-kwotazzjoni li ssir għal skopijiet pereżempju ta' kritika jew ta' rieżami stabbiliti fl-Artikolu 5(3)(d) ta' dik id-Direttiva. |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Premessa 35 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(35) Il-protezzjoni mogħtija lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa b'din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet fix-xogħlijiet u materji oħra inkorporati hemmhekk, inkluż fir-rigward sa fejn l-awturi u d-detenturi tad-drittijiet oħra jistgħu jisfruttaw is-xogħlijiet jew materji oħra tagħhom indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li fihom huma inkorporati. Għaldaqstant, il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa ma għandhomx ikun jistgħu jinvokaw il-ħarsien li ngħataw kontra l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal arranġamenti kuntrattwali konklużi bejn il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa, fuq naħa, u l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet, fuq in-naħa l-oħra. |
(35) Il-protezzjoni mogħtija lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa b'din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet fix-xogħlijiet u materji oħra inkorporati hemmhekk, inkluż fir-rigward sa fejn l-awturi u d-detenturi tad-drittijiet oħra jistgħu jisfruttaw is-xogħlijiet jew materji oħra tagħhom indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li fihom huma inkorporati. Għaldaqstant, il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa ma għandhomx ikun jistgħu jinvokaw il-ħarsien li ngħataw kontra l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal arranġamenti kuntrattwali konklużi bejn il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa, fuq naħa, u l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet, fuq in-naħa l-oħra. Minkejja l-fatt li l-awturi tax-xogħlijiet inkorporati f'pubblikazzjoni tal-istampa jirċievu kumpens xieraq tal-użu li jsir mix-xogħlijiet tagħhom abbażi tat-termini għal-liċenzjar tax-xogħol tagħhom stess lill-pubblikatur tal-istampa, l-awturi li x-xogħol tagħhom huwa inkorporat f'pubblikazzjoni tal-istampa jenħtieġ li jkunu intitolati għal sehem xieraq tal-introjti addizzjonali ġodda li l-pubblikaturi tal-istampa jirċievu għal ċerti tipi ta' użu sekondarju tal-pubblikazzjonijiet tagħhom tal-istampa li jsir mill-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fir-rigward tad-drittijiet previsti fl-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva. L-ammont ta' kumpens attribwit lill-awturi jenħtieġ li jqis l-istandards speċifiċi tal-industrija f'dak li hu liċenzjar fir-rigward ta' xogħlijiet inkorporati f'pubblikazzjoni tal-istampa li huma aċċettati bħala xierqa fl-Istat Membru rispettiv; u jenħtieġ li l-kumpens attribwit lill-awturi ma jaffettwax it-termini tal-liċenzjar li dwarhom ikunu qablu bejniethom l-awtur u l-pubblikatur tal-istampa għall-użu tal-artikolu tal-awtur mill-pubblikatur tal-istampa. |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Premessa 36 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(36) Il-pubblikaturi, inklużi dawk ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa, kotba jew pubblikazzjonijiet xjentifiċi, ta' spiss joperaw fuq il-bażi tat-trasferiment tad-drittijiet tal-awtur permezz ta' ftehim kuntrattwali jew dispożizzjonijiet statutorji. F'dan il-kuntest, il-pubblikaturi jagħmlu investiment bl-għan li jisfruttaw ix-xogħlijiet li jinsabu fil-pubblikazzjonijiet tagħhom u jistgħu f'ċerti każijiet jiġu mċaħħda mid-dħul meta tali xogħlijiet jintużaw skont l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet bħal dawk għall-ikkuppjar privat u r-reprografija. F'għadd ta' Stati Membri l-kumpens għall-użu taħt dawn l-eċċezzjonijiet jinqasam bejn l-awturi u l-pubblikaturi. Sabiex titqies din is-sitwazzjoni u tittejjeb iċ-ċertezza legali għal dawk kollha kkonċernati, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu li, meta l-awtur jkun trasferixxa jew illiċenzja d-drittijiet tiegħu lil pubblikatur jew li b'xi mod ieħor ikkontribwixxa b'xogħlijiet tiegħu għal pubblikazzjoni u jkun hemm fis-seħħ sistemi għall-kumpens għall-ħsara kkawżata minn eċċezzjoni jew limitazzjoni, il-pubblikaturi huma intitolati jitolbu sehem ta' kumpens bħal dan, billi l-piż fuq il-pubblikatur biex jissostanzja t-talba tiegħu ma għandux jeċċedi dak li hu meħtieġ skont is-sistema fis-seħħ. |
(36) Il-pubblikaturi, inklużi dawk ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa, kotba, pubblikazzjonijiet xjentifiċi u pubblikazzjonijiet mużikali, joperaw fuq il-bażi ta' ftehim kuntrattwali mal-awturi. F'dan il-kuntest, il-pubblikaturi jagħmlu investiment u jakkwistaw drittijiet, f'xi oqsma inklużi drittijiet li jippretendu sehem mill-kumpens fi ħdan organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv konġunt ta' awturi u pubblikaturi, bl-għan li jisfruttaw ix-xogħlijiet u jistgħu għalhekk isibu ruħhom imċaħħda mid-dħul meta tali xogħlijiet jintużaw skont l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet bħal dawk għall-ikkuppjar privat u r-reprografija. F'għadd kbir ta' Stati Membri l-kumpens għall-użi taħt dawn l-eċċezzjonijiet jinqasam bejn l-awturi u l-pubblikaturi. Sabiex titqies din is-sitwazzjoni u sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali għall-partijiet kollha kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu permessi li jipprovdu sistema ekwivalenti ta' qsim tal-kumpens jekk kien hemm sistema bħal din li kienet operattiva f'dak l-Istat Membru qabel it-12 ta' Novembru 2015. Is-sehem bejn l-awturi u l-pubblikaturi ta' tali kumpens jista' jiġi ffissat fir-regoli interni tad-distribuzzjoni tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li tkun qed taġixxi b'mod konġunt f'isem l-awturi u l-pubblikaturi, jew iffissat mill-Istati Membri fil-liġi jew fir-regolamentazzjoni, skont is-sistema ekwivalenti li kienet operattiva f'dak l-istat Membru qabel it-12 ta' Novembru 2015. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti fl-Istati Membri li jirrigwardaw id-drittijiet ta' tislif pubbliku, il-ġestjoni tad-drittijiet li mhumiex ibbażati fuq eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur, bħalma huma l-iskemi ta' liċenzjar kollettiv estiż, jew li jirrigwardaw id-drittijiet ta' remunerazzjoni abbażi tad-dritt nazzjonali. |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Premessa 36a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(36a) L-industriji kulturali u kreattivi (CCIs) għandhom rwol essenzjali fir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa, huma xprun għat-tkabbir u huma f'pożizzjoni strateġika biex jiskattaw effetti sekondarji innovattivi f'setturi industrijali oħra. Barra minn hekk, is-CCIs huma xprun għall-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-ICT fl-Ewropa. L-industriji kulturali u kreattivi fl-Ewropa jipprovdu aktar minn 12-il miljun impjieg full-time, li jirrappreżentaw 7,5 % tal-forza tax-xogħol tal-Unjoni, u b'hekk joħolqu madwar EUR 509 biljun f'valur miżjud għall-PDG (5,3 % tal-GVA totali tal-UE). Il-protezzjoni tad-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati hija ċentrali għad-dħul tas-CCIs. |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Premessa 37 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(37) Matul dawn l-aħħar snin, il-funzjonament tas-suq tal-kontenut online sar iktar kumpless. Is-servizzi online li jipprovdu aċċess għall-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur mtella' mill-utenti tagħhom mingħajr l-involviment tad-detenturi tad-drittijiet mxew 'il quddiem u saru sors ewlenin ta' aċċess għall-kontenut online. Dan jaffettwa l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jiddeterminaw jekk, u taħt liema kundizzjonijiet, ix-xogħol tagħhom u materjaa oħra jintużawx kif ukoll il-possibbiltajiet tagħhom li jirċievu rimunerazzjoni xierqa għalih. |
(37) Matul dawn l-aħħar snin, il-funzjonament tas-suq tal-kontenut online sar iktar kumpless. Is-servizzi online li jipprovdu aċċess għall-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur mtella' mill-utenti tagħhom mingħajr l-involviment tad-detenturi tad-drittijiet mxew 'il quddiem u saru sors ewlenin ta' aċċess għall-kontenut online li hu protett bid-drittijiet tal-awtur. Is-servizzi online huma mezz kif jingħata aċċess usa' għal xogħlijiet kulturali u kreattivi u jiġu offruti opportunitajiet kbar biex l-industriji kulturali u kreattivi jiżviluppaw mudelli kummerċjali ġodda; Madankollu, għalkemm jippermettu d-diversità u l-faċilità tal-aċċess għall-kontenut, huma jiġġeneraw ukoll jiġġeneraw sfidi meta l-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur jittella' mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tad-detenturi tad-drittijiet. Dan jaffettwa l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jiddeterminaw jekk, ix-xogħol tagħhom u materjal tematiku ieħor jintużawx, u taħt liema kundizzjonijiet jintużaw, kif ukoll il-possibbiltajiet tagħhom li jirċievu remunerazzjoni xierqa għalihom, peress li xi servizzi tal-kontenut imtella' mill-utenti ma jidħlux fi ftehimiet ta' liċenzjar fuq il-bażi li huma jallegaw li huma koperti mill-eżenzjoni ta' "sfera ta' protezzjoni" spjegata fid-Direttiva 2000/31/KE. |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Premessa 37a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(37a) Ċerti servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, bħala parti mill-użu normali tagħhom, huma ddisinjati biex jagħtu aċċess lill-pubbliku għal kontenut jew materjal tematiku ieħor protetti mid-drittijiet tal-awtur imtella' mill-utenti tagħhom. Id-definizzjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online taħt din id-Direttiva jenħtieġ li tkopri l-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħhom huwa li jaħżnu u jagħti aċċess lill-pubbliku għal kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur li jkun ittella' / sar disponibbli mill-utenti tiegħu jew li jxandru tali kontenut permezz tal-istreaming u li jottimizzawh, inkluż, fost ħwejjeġ oħra, billi jippromwovu l-viżwalizzazzjoni, l-ittaggjar, il-kurazija, is-sekwenzjar tax-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li jkunu ttellgħu, ikun x'ikun il-mezz użat biex ittellgħu, u għalhekk jaġixxu b'mod attiv. Id-definizzjoni ta' fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online taħt din id-Direttiva ma tkoprix il-fornituri tas-servizzi li jaġixxu f'kapaċità ta' skop mhux kummerċjali bħalma huma l-enċiklopediji online, u l-fornituri tas-servizzi online fejn il-kontenut jittella' bl-awtorizzazzjoni tad-detenturi kkonċernati kollha tad-drittijiet, bħalma huma r-repożitorji edukattivi jew xjentifiċi. Il-fornituri ta' servizzi tal-cloud għall-użu individwali li ma jipprovdux aċċess dirett lill-pubbliku, il-pjattaformi tal-iżvilupp ta' softwer b'sors miftuħ, u s-swieq online li l-attività ewlenija tagħhom hija l-bejgħ bl-imnut online ta' oġġetti fiżiċi, jenħtieġ li ma jitqisux bħala fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online skont it-tifsira ta' din id-Direttiva; |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Premessa 38 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(38) Fejn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal xogħlijiet jew materja oħra protetta bid-drittijiet tal-awtur mtella' mill-utenti tagħhom, u għalhekk imorru lil hinn mis-sempliċi provvista ta' faċilitajiet fiżiċi u t-twettiq ta' att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku, huma obbligati li jikkonkludu kuntratti ta' liċenzja flimkien ma' detenturi tad-drittijiet, sakemm dawn ma jkunux eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà pprovduta fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
(38) Il-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online iwettqu att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u għalhekk huma responsabbli għall-kontenut tagħhom. Bħala konsegwenza, jenħtieġ li huma jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar ġusti u xierqa mad-detenturi tad-drittijiet. Għalhekk ma jistgħux jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista mill-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE. |
|
Jenħtieġ li d-detentur tad-drittijiet ma jkunx obbligat jikkonkludi ftehimiet ta' liċenzjar. |
Fir-rigward tal-Artikolu 14, għandu jiġi vverifikat jekk il-fornitur tas-servizz għandux rwol attiv, inkluż bit-titjib tal-preżentazzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet jew suġġetti jew il-promozzjoni tagħhom, tkun xi tkun in-natura tal-mezzi użati għal dan. |
Fir-rigward tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE, huwa meħtieġ li jiġi vverifikat jekk il-fornitur tas-servizzi għandux rwol attiv, inkluż billi jtejjeb il-preżentazzjoni tax-xogħlijiet jew materjal tematiku imtellgħin jew billi jippromwovihom, tkun xi tkun in-natura tal-mezzi użati għal dan. |
|
Fejn jiġu konklużi ftehimiet ta' liċenzjar, dawn jenħtieġ li jkopru wkoll, sal-istess punt u kamp ta' applikazzjoni, ir-responsabbiltà tal-utenti meta jkunu qegħdin jaġixxu f'kapaċità mhux kummerċjali. |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ta' kwalunkwe ftehim ta' liċenzjar, il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u li jagħtu aċċess lill-pubbliku għal ammonti kbar ta' xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materji oħra mtellgħa mill-utenti tagħhom għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw il-protezzjoni ta' xogħlijiet jew materja oħra, bħall-implimentazzjoni ta' teknoloġiji effettivi. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll meta l-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jkunu eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE. |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ta' kwalunkwe ftehim ta' liċenzjar, il-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw il-protezzjoni tax-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li jkunu ttellgħu mill-utenti tagħhom, bħal pereżempju billi jimplimentaw teknoloġiji effettivi. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll meta l-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jkunu eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE. |
|
F'każ li ma jkunx hemm ftehimiet mad-detenturi tad-drittijiet huwa raġonevoli wkoll li dak li jkun jistenna mill-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online li huma jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati li jwasslu għan-nondisponibbiltà, fuq dawk is-servizzi, ta' dawk ix-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li jkunu qed jiksru d-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati. Dawn il-fornituri tas-servizzi huma d-distributuri importanti tal-kontenut, u b'hekk iħallu impatt fuq l-isfruttament tal-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur. Jenħtieġ li dawn il-fornituri tas-servizzi jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw in-nondisponibbiltà tax-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor kif identifikati mid-detenturi tad-drittijiet. Jenħtieġ li dawn il-miżuri madankollu ma jwasslux għan-nondisponibbiltà tax-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li ma jiksrux id-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati mtellgħin mill-utenti. |
Emenda 43 Proposta għal direttiva Premessa 39 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(39) Kollaborazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu l-aċċess lill-pubbliku għal ammonti kbar ta' xogħlijiet jew materja oħra protetti bid-drittijiet tal-awtur imtellgħa mill-utenti u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom hija essenzjali għall-funzjonament tat-teknoloġiji, bħal teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut. F'każijiet bħal dawn, id-detenturi tad-drittijiet għandhom jipprovdu d-dejta neċessarja biex jippermettu li s-servizzi jidentifika l-kontenut tagħhom u s-servizzi għandhom ikunu trasparenti lejn id-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tat-teknoloġiji użati, biex jippermettu l-valutazzjoni ta' kemm dawn ikunu xierqa. Is-servizzi għandhom b'mod partikolari jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b'informazzjoni dwar it-tip ta' teknoloġiji użati, il-mod li fih jitħaddmu kif ukoll ir-rata ta' suċċess tagħhom għar-rikonoxximent ta' kontenut tad-detenturi tad-drittijiet. Dawk it-teknoloġiji għandhom jippermettu wkoll lid-detenturi tad-drittijiet li jiksbu l-informazzjoni mill-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni dwar l-użu tal-kontenut tagħhom kopert minn ftehim. |
(39) Il-kooperazzjoni bejn il-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online u d-detenturi tad-drittijiet hija essenzjali għall-funzjonament tal-miżuri. B'mod partikolari, jenħtieġ li d-detenturi tad-drittijiet jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online ħalli jippermettulhom jidentifikaw il-kontenut tagħhom meta jkunu qed japplikaw il-miżuri. Il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ li jkunu trasparenti lejn id-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tal-miżuri użati, ħalli jippermettu l-valutazzjoni ta' kemm dawn ikunu xierqa. Meta tkun qed issir valutazzjoni tal-proporzjonalità u l-effettività tal-miżuri implimentati, jenħtieġ li tingħata l-kunsiderazzjoni li tixraq lir-restrizzjonijiet u l-limitazzjonijiet teknoloġiċi kif ukoll lill-ammont jew lit-tip ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li jittellgħu mill-utenti tas-servizzi. B'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, fejn applikabbli, jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' miżuri min-naħa tal-fornituri tas-servizzi ma tkunx tikkonsisti f'obbligu ġenerali ta' monitoraġġ u jenħtieġ li tkun limitata għall-iżgurar tan-nondisponibbiltà ta' użi mhux awtorizzati fuq is-servizzi tagħhom ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protetti bid-drittijiet tal-awtur li jkunu speċifiċi u debitament notifikati. Meta jkunu qed jimplimentaw tali miżuri, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi wkoll jilħqu bilanċ bejn id-drittijiet tal-utenti u dawk tad-detenturi tad-drittijiet skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-miżuri applikati ma jirrikjedux l-identifikazzjoni tal-utenti individwali li jtellgħu kontenut u jenħtieġ li ma jinvolvux l-ipproċessar ta' dejta relatata ma' utenti individwali, b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/6791a u mad-Direttiva 2002/58/KE1b. Peress li l-miżuri użati mill-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online b'applikazzjoni ta' din id-Direttiva jista' jkollhom effett negattiv jew sproporzjonat fuq il-kontenut leġittimu li jittella' jew li jintwera mill-utenti, b'mod partikolari fejn il-kontenut ikkonċernat huwa kopert minn eċċezzjoni jew limitazzjoni, il-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online jenħtieġ li jkunu rekwiżiti li joffru mekkaniżmu ta' lmentar għall-benefiċċju tal-utenti li l-kontenut tagħhom ikun ġie affettwat mill-miżuri. Tali mekkaniżmu għandu jippermetti lill-utent jaċċerta ruħu għaliex il-kontenut ikkonċernat kien soġġett għal miżuri u kien jinkludi informazzjoni bażika dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet rilevanti applikabbli. Dan il-mekkaniżmu għandu jipprevedi standards minimi għall-ilmenti sabiex jiġi żgurat li d-detenturi ta' drittijiet jingħataw informazzjoni suffiċjenti sabiex jivvalutaw u jirrispondu għall-ilmenti. Jenħtieġ li d-detenturi tad-drittijiet jew rappreżentant iwieġbu għal kwalunkwe lment li jkunu rċevew f'ammont ta' żmien raġonevoli. Jenħtieġ li l-pjattaformi jew parti terza ta' fiduċja responsabbli għall-mekkaniżmu ta' rimedju jieħdu azzjoni korrettiva mingħajr dewmien żejjed fejn il-miżuri jirriżultaw li ma jkunux ġustifikati. |
|
__________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). |
|
1b Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37). |
Emenda 44 Proposta għal direttiva Premessa 39a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(39a) L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jeżisti mekkaniżmu intermedju li jippermetti lill-fornituri tas-servizzi u lid-detenturi tad-drittijiet ifittxu soluzzjoni amikevoli għal kull tilwima li tinħoloq mit-termini tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni tagħhom. Għal dan l-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru korp imparzjali li jkollu l-kompetenza u l-esperjenza rilevanti kollha meħtieġa sabiex jgħin lill-partijiet fir-riżoluzzjoni tat-tilwima tagħhom. |
Emenda 45 Proposta għal direttiva Premessa 39b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(39b) Is-suq tat-teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut diġà huwa żviluppat sew, u hu mistenni jikber f'ekonomija bbażata fuq id-dejta. L-eżistenza ta' teknoloġiji ta' dan it-tip u l-kompetizzjoni bejn il-fornituri tagħhom jenħtieġ għalhekk li joħolqu suq li hu ġust għall-impriżi kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom, li jiżgura li l-aċċess tal-SMEs għalihom ikun affordabbli u sempliċi. Madankollu, in-nuqqas ta' obbligi legali ċari li dawn it-teknoloġiji jintużaw jippermetti b'mod partikolari lill-operaturi dominanti tas-suq jirrifjutaw l-użu ta' dawk l-għodod li huma adegwati għall-finijiet tal-liċenzjar u tal-ġestjoni tad-drittijiet. |
Emenda 46 Proposta għal direttiva Premessa 39c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(39c) Bħala prinċipju, id-detenturi tad-drittijiet jenħtieġ li dejjem jirċievu remunerazzjoni ġusta u xierqa. L-awturi u l-artisti li jkunu kkonkludew kuntratti ma' intermedjarji, bħalma huma tikketti u produtturi, jenħtieġ li jirċievu remunerazzjoni ġusta u xierqa mingħandhom, jew permezz ta' ftehimiet individwali u/jew ftehimiet ta' negozjar kollettiv, ftehimiet ta' mmaniġġjar kollettiv jew regoli li għandhom effett simili, bħal pereżempju regoli komuni dwar ir-remunerazzjoni. Din ir-remunerazzjoni jenħtieġ li tissemma b'mod espliċitu fil-kuntratti skont kull mod ta' sfruttament, inkluż l-isfruttament online. L-Istati Membri jenħtieġ li jeżaminaw l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur u jenħtieġ li jitħallew jipprevedu li dik ir-remunerazzjoni hija meqjusa ġusta u xierqa jekk tiġi ddeterminata skont il-ftehim ta' negozjar kollettiv jew il-ftehim komuni dwar ir-remunerazzjoni. |
Emenda 47 Proposta għal direttiva Premessa 40 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(40) Ċerti detenturi tad-drittijiet bħal awturi u artisti jeħtieġu informazzjoni sabiex jivvalutaw il-valur ekonomiku tad-drittijiet tagħhom li huma armonizzati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan huwa speċjalment il-każ fejn dawn id-detenturi tad-drittijiet jagħtu liċenzja jew trasferiment ta' drittijiet għal remunerazzjoni. Peress li l-awturi u l-artisti aktarx li jkunu f'pożizzjoni kuntrattwali aktar dgħajfa huma jagħtu liċenzji jew jitrasferixxu d-drittijiet tagħhom, huma jkollhom bżonn informazzjoni biex jivvalutaw il-valur ekonomiku kontinwu tad-drittijiet tagħhom, meta mqabbla mar-remunerazzjoni li jirċievu għal-liċenzja tagħhom jew għat-trasferiment, iżda ħafna drabi jaffaċċjaw nuqqas ta' trasparenza. Għaldaqstant, l-iskambju ta' informazzjoni adegwata mill-kontropartijiet kuntrattwali tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu huwa importanti għat-trasparenza u l-bilanċ tas-sistema li biha titmexxa r-remunerazzjoni tal-awturi u l-artisti. |
(40) Ċerti detenturi tad-drittijiet bħal awturi u artisti jeħtieġu informazzjoni sabiex jivvalutaw il-valur ekonomiku tad-drittijiet tagħhom li huma armonizzati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan huwa speċjalment il-każ fejn dawn id-detenturi tad-drittijiet jagħtu liċenzja jew trasferiment ta' drittijiet għal remunerazzjoni. Peress li l-awturi u l-artisti aktarx li jkunu f'pożizzjoni kuntrattwali aktar dgħajfa huma jagħtu liċenzji jew jitrasferixxu d-drittijiet tagħhom, huma jkollhom bżonn informazzjoni biex jivvalutaw il-valur ekonomiku kontinwu tad-drittijiet tagħhom, meta mqabbla mar-remunerazzjoni li jirċievu għal-liċenzja tagħhom jew għat-trasferiment, iżda ħafna drabi jaffaċċjaw nuqqas ta' trasparenza. Għaldaqstant, il-kondiviżjoni ta' informazzjoni komprensiva u rilevanti mill-kontropartijiet kuntrattwali tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu huwa importanti għat-trasparenza u l-bilanċ tas-sistema li biha titmexxa r-remunerazzjoni tal-awturi u l-artisti. L-informazzjoni li l-awturi u l-artisti huma intitolati li jistennew jenħtieġ li tkun proporzjonata u tkopri l-modi kollha ta' sfruttament, id-dħul dirett u indirett iġġenerat, inkluż id-dħul mill-merchandising, u r-remunerazzjoni dovuta. L-informazzjoni dwar l-isfruttament jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar l-identità ta' kwalunkwe subdetentur ta' liċenzja jew subċessjonarju. L-obbligu tat-trasparenza jenħtieġ li madankollu japplika biss fejn għandhom x'jaqsmu d-drittijiet rilevanti tad-drittijiet tal-awtur. |
Emenda 48 Proposta għal direttiva Premessa 42 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(42) Ċerti kuntratti għall-isfruttament tad-drittijiet armonizzati fil-livell tal-Unjoni għandhom durata twila, li joffru ftit possibilitajiet għal awturi u artisti biex jinnegozjawhom mill-ġdid mal-kontropartijiet tagħhom jew mas-suċċessuri tagħhom fit-titolu. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli għall-kuntratti fl-Istati Membri, għandu jkun hemm mekkaniżmu ta' aġġustament tar-remunerazzjoni għal każijiet meta l-ħlas kien oriġinarjament miftiehem taħt liċenzja jew trasferiment ta' drittijiet huwa sproporzjonament baxx meta mqabbel mal-ammont tad-dħul rilevanti u l-benefiċċji li ġejjin mill-isfruttament tax-xogħol jew l-iffissar tal-prestazzjoni, inkluż fid-dawl li tiġi żgurata t-trasparenza permezz ta' din id-Direttiva. L-istudju tas-sitwazzjoni għandu jqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull każ kif ukoll l-ispeċifiċitajiet u l-prattiki tas-setturi ta' kontenut differeni. Meta l-partijiet ma jaqblux dwar l-aġġustament tar-remunerazzjoni, l-awtur jew l-artist għandhom jkollhom id-dritt li jressqu talba quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra. |
(42) Ċerti kuntratti għall-isfruttament tad-drittijiet armonizzati fil-livell tal-Unjoni għandhom durata twila, li joffru ftit possibilitajiet għal awturi u artisti biex jinnegozjawhom mill-ġdid mal-kontropartijiet tagħhom jew mas-suċċessuri tagħhom fit-titolu. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli għall-kuntratti fl-Istati Membri, għandu jkun hemm mekkaniżmu ta' aġġustament tar-remunerazzjoni għal każijiet meta r-remunerazzjoni oriġinarjament miftiehma taħt liċenzja jew trasferiment ta' drittijiet tkun sproporzjonament baxxa meta mqabbla mal-ammont tad-dħul dirett u indirett rilevanti u l-benefiċċji li ġejjin mill-isfruttament tax-xogħol jew l-iffissar tal-prestazzjoni, inkluż fid-dawl li tiġi żgurata t-trasparenza permezz ta' din id-Direttiva. L-istudju tas-sitwazzjoni jenħtieġ li jqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull każ, l-ispeċifiċitajiet u l-prattiki tas-setturi ta' kontenut differenti kif ukoll in-natura u l-kontribut għax-xogħol tal-awtur jew l-artist. Tali talba ta' aġġustament tal-kuntratt tista' ssir ukoll mill-organizzazzjoni li tirrappreżenta lill-awtur jew artist f'isimhom, sakemm it-talba ma tkunx ta' detriment għall-interessi tal-awtur jew l-artist. Meta l-partijiet ma jaqblux dwar l-aġġustament tar-remunerazzjoni, l-awtur jew l-artist jew organizzazzjoni rappreżentattiva maħtura minnhom jenħtieġ li, fuq talba tal-awtur jew l-artist, ikunu intitolati li jressqu talba quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra. |
Emenda 49 Proposta għal direttiva Premessa 43 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(43) L-awturi u l-artisti ta' spiss isibuha bi tqila biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom kontra l-imsieħba kuntrattwali tagħhom quddiem qorti jew tribunal. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal proċedura alternattiva għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li tindirizza talbiet relatati ma' obbligi tat-trasparenza u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratti. |
(43) L-awturi u l-artisti ta' spiss isibuha bi tqila biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom kontra l-imsieħba kuntrattwali tagħhom quddiem qorti jew tribunal. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu għal proċedura alternattiva għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li tindirizza talbiet relatati ma' obbligi tat-trasparenza u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratti. L-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-awturi u l-artisti, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u t-trejdjunjins, jenħtieġ li jkunu jistgħu jibdew tali proċeduri fuq talba tal-awturi u l-artisti. Id-dettalji dwar min ikun beda l-proċedura jenħtieġ li jibqgħu mhux żvelati. |
Emenda 50 Proposta għal direttiva Premessa 43a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(43a) Meta l-awturi u l-artisti jilliċenzjaw jew jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom, huma jistennew li xogħolhom jew il-prestazzjoni tagħhom jiġu sfruttati. Madankollu, ġieli jiġri li xogħlijiet jew prestazzjonijiet li jkunu ġew illiċenzjati jew trasferiti ma jiġu sfruttati xejn. Meta dawn id-drittijiet ikunu ġew trasferiti fuq bażi esklużiva, l-awturi u l-artisti ma jistgħux jirrikorru għand sieħeb ieħor biex jisfrutta x-xogħol tagħhom. F'każ bħal dan, u wara li jkun għadda perjodu ta' żmien raġonevoli, l-awturi u l-artisti jenħtieġ li jkollhom id-dritt tar-revoka li tippermettilhom jittrasferixxu jew jilliċenzjaw id-dritt tagħhom lil persuna oħra. Ir-revoka jenħtieġ li tkun possibbli wkoll meta d-destinatarju tat-trasferiment jew tal-liċenzja ma jkunx irrispetta l-obbligu tiegħu ta' rappurtar/trasparenza previst fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva. Ir-revoka jenħtieġ li tiġi kkunsidrata biss wara li jkunu ttieħdu l-passi kollha ta' riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim, partikolarment fir-rigward tar-rappurtar. Billi l-isfruttament tax-xogħlijiet jista' jvarja skont is-setturi, jistgħu jittieħdu dispożizzjonijiet speċifiċi fil-livell nazzjonali sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-setturi – bħal pereżempju s-settur awdjoviżiv – jew tax-xogħlijiet u l-perjodi ta' sfruttament antiċipati, u b'mod partikolari jiġu previsti limiti ta' żmien għad-dritt tar-revoka. Sabiex jiġu prevenuti l-abbużi u jitqies li hu meħtieġ ċertu ammont ta' żmien qabel ma xogħol jiġi fil-fatt sfruttat, l-awturi u l-artisti jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tar-revoka biss wara ċertu perjodu ta' żmien wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' liċenzjar jew tal-ftehim ta' trasferiment. Id-dritt nazzjonali jenħtieġ li jirregola l-eżerċizzju tad-dritt tar-revoka fil-każ ta' xogħlijiet li jinvolvu pluralità ta' awturi jew artisti, filwaqt li jqis l-importanza relattiva tal-kontributi individwali. |
Emenda 51 Proposta għal direttiva Premessa 43b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(43b) Sabiex tappoġġja l-applikazzjoni effettiva, fl-Istati Membri kollha, tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki u tippromwovi d-djalogu fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 52 Proposta għal direttiva Premessa 46 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(46) Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu b'konformità mad-Direttivi 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillu d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(46) Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, inkluż id-"dritt li tkun minsi", jenħtieġ li jiġu rrispettati. |
Emenda 53 Proposta għal direttiva Premessa 46a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(46a) Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-importanza tal-anonimità meta d-dejta personali tkun qed tiġi ttrattata għal finijiet kummerċjali. Flimkien ma' dan, jenħtieġ li tiġi promossa l-għażla "prestabbilita" ("by default") li ma tiġix kondiviża informazzjoni ma' oħrajn fir-rigward tad-data personali meta jkunu qed jintużaw interfaċċi ta' pjattaformi online. |
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni |
Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li għandhom l-għan li jkomplu jarmonizzaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fil-qafas tas-suq intern, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-użi diġitali u transfruntieri tal-kontenut protett. Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet, dwar il-faċilitazzjoni tal-liċenzji kif ukoll regoli li għandhom l-għan li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq għall-isfruttament tad-drittijiet u materji oħra. |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li għandhom l-għan li jkomplu jarmonizzaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fil-qafas tas-suq intern, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-użi diġitali u transfruntieri tal-kontenut protett. Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet, dwar il-faċilitazzjoni tal-liċenzji kif ukoll regoli li għandhom l-għan li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq għall-isfruttament tad-drittijiet u materji oħra. |
2. Ħlief għall-każi msemmija fl-Artikolu 6, din id-Direttiva għandha tħalli kif inhuma u ma għandha bl-ebda mod taffettwa r-regoli eżistenti stabbiliti fid-Direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttivi 96/9/KE, 2001/29/EC, 2006/115/EC, 2009/24/EC, 2012/28/EU u 2014/26/EU. |
2. Ħlief għall-każi msemmija fl-Artikolu 6, din id-Direttiva għandha tħalli kif inhuma u ma għandha bl-ebda mod taffettwa r-regoli eżistenti stabbiliti fid-Direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttivi 96/9/KE, 2000/31/KE, 2001/29/KE, 2006/115/KE, 2009/24/KE, 2012/28/UE u 2014/26/UE. |
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) "organizzazzjoni ta' riċerka" tfisser università, istitut tar-riċerka jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-għan primarju tagħha huwa li twettaq riċerka xjentifika jew li twettaq riċerka xjentifika u toffri servizzi edukattivi: |
(1) "organizzazzjoni ta' riċerka" tfisser università, inklużi l-libreriji tagħha, istitut tar-riċerka jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-għan primarju tagħha huwa li twettaq riċerka xjentifika jew li twettaq riċerka xjentifika u toffri servizzi edukattivi: |
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) fuq bażi mhux għall-profitt jew billi tinvesti mill-ġdid il-profitti kollha tagħha ta' riċerka xjentifika; jew |
(a) fuq bażi ta' mhux għall-profitt jew billi tinvesti mill-ġdid il-profitti kollha fir-riċerka xjentifika tagħha; jew |
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
b'tali mod li l-aċċess għar-riżultati ġġenerati mir-riċerka xjentifika ma jistgħux jitgawdew fuq bażi preferenzjali minn impriża li teżerċita influwenza deċiżiva fuq din l-organizzazzjoni; |
b'tali mod li l-aċċess għar-riżultati ġġenerati mir-riċerka xjentifika ma jistgħux jitgawdew fuq bażi preferenzjali minn impriża li teżerċita influwenza sinifikanti fuq din l-organizzazzjoni; |
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) "l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta" tfisser kwalunkwe tekniki analitiċi awtomatizzati għat-test u għad-dejta f'forma diġitali biex tkun ġenerata informazzjoni bħall-mudelli, ix-xejriet u l-korrelazzjonijiet; |
(2) "l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta" tfisser kwalunkwe teknika analitika awtomatizzata li tanalizza x-xogħlijiet u materji oħra f'forma diġitali biex tkun ġenerata informazzjoni, fosthom, imma mhux limitat għalihom, il-mudelli, ix-xejriet u l-korrelazzjonijiet; |
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) "pubblikazzjoni tal-istampa" tfisser l-iffissar ta' kollezzjoni ta' xogħlijiet letterarji ta' natura ġurnalistika, li tista' tinkludi wkoll ix-xogħlijiet jew materji oħra u tikkostitwixxi komponent individwali f'perjodiku jew f'pubblikazzjoni aġġornata regolarment taħt titlu wieħed, bħal f'gazzetta jew f'rivista ta' interess ġenerali jew speċjali, li għandhom jagħtu informazzjoni b'rabta ma' aħbarijiet jew suġġetti oħra u ppubblikati fi kwalunkwe mezz tax-xandir taħt l-inizjattiva, responsabbiltà editorjali u kontroll ta' fornitur ta' servizz. |
(4) "pubblikazzjoni tal-istampa" tfisser l-iffissar, mill-pubblikaturi jew l-aġenziji tal-aħbarijiet, ta' kollezzjoni ta' xogħlijiet letterarji ta' natura ġurnalistika, li tista' tinkludi wkoll ix-xogħlijiet jew materji oħra u tikkostitwixxi komponent individwali f'perjodiku jew f'pubblikazzjoni aġġornata regolarment taħt titlu wieħed, bħal f'gazzetta jew f'rivista ta' interess ġenerali jew speċjali, li għandhom jagħtu informazzjoni b'rabta ma' aħbarijiet jew suġġetti oħra u ppubblikati fi kwalunkwe mezz tax-xandir taħt l-inizjattiva, responsabbiltà editorjali u kontroll ta' fornitur ta' servizz. Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, ma għandhomx ikunu koperti minn din id-definizzjoni; |
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) "xogħlijiet li mhumiex fis-suq" tfisser: |
|
(a) xogħol sħiħ jew materjal tematiku ieħor fi kwalunkwe verżjoni jew manifestazzjoni li m'għadux disponibbli għall-pubbliku fi Stat Membru permezz tal-mezzi ta' kummerċ tas-soltu; |
|
(b) xogħol jew materjal tematiku ieħor li qatt ma kien fis-suq fi Stat Membru, sakemm, miċ-ċirkustanzi ta' dak il-każ, ma jirriżultax li l-awtur tiegħu jkun oġġezzjona li x-xogħol jew materjal tematiku ieħor jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku; |
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4b) "fornitur ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online" tfisser fornitur ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni li wieħed mill-għanijiet prinċipali tiegħu huwa li jaħżen u jagħti aċċess lill-pubbliku għal xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew għal materjal tematiku protetti ieħor mtellgħin mill-utenti tiegħu, li s-servizz jottimizza. Servizzi li jaġixxu f'kapaċità ta' skop mhux kummerċjali, bħall-enċiklopediji online, u l-fornituri ta' servizzi online fejn il-kontenut jittella' bl-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet kollha kkonċernati, bħalma huma r-repożitorji edukattivi jew xjentifiċi, m'għandhomx jitqiesu bħala fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online skont it-tifsira ta' din id-Direttiva. Il-fornituri tas-servizzi tal-cloud għall-użu individwali li ma jipprovdux aċċess dirett għall-pubbliku, il-pjattaformi tal-iżvilupp ta' softwer b'sors miftuħ, u s-swieq online li l-attività ewlenija tagħhom hija l-bejgħ bl-imnut online ta' oġġetti fiżiċi, m'għandhomx jitqiesu bħala fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online skont it-tifsira ta' din id-Direttiva; |
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4c) "servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni" tfisser servizz kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a; |
|
___________ |
|
1aId-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1). |
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4d) "servizz ta' referenzjar awtomatizzat tal-immaġnijiet" tfisser kwalunkwe servizz online li jirriproduċi jew ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, għal finijiet ta' indiċjar jew referenzjar, xogħlijiet grafiċi jew xogħlijiet tal-arti jew xogħlijiet fotografiċi miġbura b'mezzi awtomatizzati permezz ta' servizz online ta' parti terza. |
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Estrazzjoni ta' test u ta' dejta |
Estrazzjoni ta' testi u ta' dejta |
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u estrazzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet ta' riċerka sabiex iwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta ta' xogħlijiet jew materji oħra li għalih għandhom aċċess legali għall-fini tar-riċerka xjentifika. |
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li għalihom l-organizzazzjonijiet ta' riċerka għandhom aċċess legali u li jsiru sabiex titwettaq l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta għall-fini tar-riċerka xjentifika minn tali organizzazzjonijiet. |
|
L-Istati Membri għandhom jiddisponu għall-istabbilimenti edukattivi u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali li jwettqu riċerka xjentifika skont it-tifsira tal-punt (1)(a) jew (1)(b) tal-Artikolu 2, b'tali mod li l-aċċess għar-riżultati ġġenerati mir-riċerka xjentifika ma jistax jitgawda fuq bażi preferenzjali minn impriża li teżerċita influwenza deċiżiva fuq tali organizzazzjonijiet, biex tkun tista' tibbenefika wkoll mill-eċċezzjoni prevista f'dan l-Artikolu. |
|
1a. Ir-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet li jsiru għall-finijiet tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta għandhom jinħażnu b'mod sikur, pereżempju minn korpi fdati maħtura għal dan il-għan. |
2. Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli. |
2. Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli. |
3. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-dejta fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materji oħra . Dawn il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan. |
3. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-data fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materji oħra. Dawn il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan. |
4. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lid-detenturi tad-drittijiet u lill-organizzazzjonijiet ta' riċerka li jiddefinixxi l-aqwa prassi miftiehma dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3. |
4 L-Istati Membri jistgħu jkomplu jipprovdu eċċezzjonijiet għall-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta skont il-punt (a) tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/29/KE. |
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 3a |
|
Eċċezzjoni jew limitazzjoni fakultattivi għall-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta |
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu għal eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor aċċessibbli legalment li jiffurmaw parti mill-proċess tal-estrazzjoni ta' testi u ta' data, sakemm l-użu tax-xogħlijiet u materjal tematiku ieħor imsemmija fih ma ġiex espressament riżervat mid-detenturi tad-drittijiet tagħhom, fosthom l-użu b'mezz li jista' jinqara minn magna. |
|
2. Ir-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet li jsiru skont il-paragrafu1 m'għandhomx jintużaw għal skopijiet oħra għajr għall-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. |
|
3. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jipprovdu eċċezzjonijiet għall-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta f'konformità mal-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 2001/29/KE. |
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
L-użu ta' xogħlijiet u materji oħra f'attivitajiet ta' tagħlim diġitali u transfruntier |
L-użu ta' xogħlijiet u materji oħra f'attivitajiet ta' tagħlim diġitali u transfruntier |
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, skont l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva sabiex jippermettu l-użu diġitali ta' xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim, sa fejn ikun ġustifikat li jintlaħaq mill-iskop mhux kummerċjali, dment li l-użu: |
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, skont l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva sabiex jippermettu l-użu diġitali ta' xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim, sa fejn ikun ġustifikat li jintlaħaq mill-iskop mhux kummerċjali, dment li l-użu: |
(a) isir fi stabbiliment edukattiv jew permezz ta' netwerk elettroniku sigur, aċċessibbli biss mill-istabbilimenti edukattivi tal-istudenti u l-għalliema; |
(a) isir fi stabbiliment edukattiv, jew fi kwalunkwe post ieħor li fih issir l-attività tat-tagħlim taħt ir-responsabbiltà tal-istabbiliment edukattiv, jew permezz ta' ambjent elettroniku sigur, aċċessibbli biss mit-tfal tal-iskola jew mill-istudenti u l-persunal tat-tagħlim tal-istabbiliment edukattiv; |
(b) ikun akkumpanjat bl-indikazzjoni s-sors, inkluż l-isem tal-awtur, sakemm dan ma jkunx sar impossibbli. |
(b) ikun akkumpanjat minnindikazzjoni tas-sors, inkluż l-isem tal-awtur, sakemm dan ma jkunx impossibbli għal raġunijiet ta' prattiċità. |
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-eċċezzjoni adottata skont il-paragrafu 1 ma tapplikax b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' tipi speċifiċi ta' xogħlijiet jew materji ieħor, sal-punt li liċenzji adegwati li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 ikunu disponibbli faċilment fis-suq. |
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-eċċezzjoni adottata skont il-paragrafu 1 ma tapplikax b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' tipi speċifiċi ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor, bħalma hu l-materjal intenzjonat primarjament għas-suq edukattiv jew partituri, sal-punt li ftehimiet ta' liċenzjar adegwati li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 u li huma mfassla apposta għall-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet tal-istabbilimenti edukattivi jkunu disponibbli faċilment fis-suq. |
L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-viżibbiltà ta' liċenzji li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 għall-istabbilimenti edukattivi. |
L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-viżibbiltà ta' liċenzji li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 għall-istabbilimenti edukattivi. |
3. L-użu ta' xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim permezz ta' netwerks elettroniċi sikuri li jkunu ttieħdu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala li jseħħu biss fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-istabbiliment edukattiv. |
3. L-użu ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim permezz ta' ambjenti elettroniċi sikuri li jsir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu għandu jitqies bħala li jseħħ biss fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-istabbiliment edukattiv. |
4. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kumpens ġust għad-dannu mġarrab mid-detenturi tad-drittijiet minħabba l-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal ieħor protett skont il-paragrafu 1. |
4. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kumpens ġust għad-dannu mġarrab mid-detenturi tad-drittijiet minħabba l-użu tax-xogħlijiet jew ta' materjal tematiku ieħor tagħhom skont il-paragrafu 1. |
|
4a. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni jew għal-limitazzjoni adottata skont il-paragrafu 1 m'għandhiex tkun infurzabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tad-drittijiet ikollhom id-dritt li jagħtu liċenzji mingħajr royalties li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1, b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' tipi speċifiċi ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li huma jistgħu jagħżlu. |
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Il-preservazzjoni tal-wirt kulturali |
Il-preservazzjoni tal-wirt kulturali |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva, li jippermettu li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jagħmlu kopji ta' kwalunkwe xogħol jew materjaoħra li huma permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom, f'kull forma jew mezz, għall-iskop waħdieni tal-preservazzjoni ta' xogħlijiet bħal dawn jew materji oħra u sa fejn meħtieġ għal tali preservazzjoni. |
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva, li jippermettu li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jagħmlu kopji ta' kwalunkwe xogħol jew materjaoħra li huma permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom, f'kull forma jew mezz, għall-finijiet tal-preservazzjoni ta' xogħlijiet bħal dawn jew materji oħra u sa fejn meħtieġ għal tali preservazzjoni. |
|
1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe materjal li jirriżulta minn att ta' riproduzzjoni ta' materjal fid-dominju pubbliku m'għandux ikun soġġett għad-drittijiet tal-awtur jew għad-drittijiet relatati, sakemm din ir-riproduzzjoni hija riproduzzjoni fidila għall-finijiet ta' preservazzjoni tal-materjal oriġinali. |
|
1b. Kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 m'għandhiex tkun infurzabbli. |
Emenda 68 Proposta għal direttiva Artikolu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Dispożizzjonijiet komuni |
Dispożizzjonijiet komuni |
L-Artikolu 5(5) u l-ewwel, it-tielet u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/29/KE għandhom japplikaw l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti taħt dan it-Titolu. |
1. L-aċċess għall-kontenut kopert minn eċċezzjoni prevista f'din id-Direttiva ma għandux jagħti lill-utenti xi intitolament li jużuwh skont eċċezzjoni oħra. |
|
2. L-Artikolu 5(5) u l-ewwel, it-tielet, ir-raba' u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/29/KE għandhom japplikaw għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti taħt dan it-Titolu. |
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
L-użu ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali |
L-użu ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali |
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li meta organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, f'isem il-membri tagħha, tikkonkludi liċenzja mhux esklussiva għal skopijiet mhux kummerċjalima' istituzzjoni tal-wirt kulturali għad-diġitizzazzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-disponibbiltà ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materji oħra li jkunu permanentament fil-kollezzjoni tal-istituzzjoni, tali liċenzja mhux esklussiva tista' tiġi estiża jew preżunta li tapplika għal detenturi tad-drittijiet tal-istess kategorija bħal dawk koperti mil-liċenzja li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, sakemm: |
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li meta organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, f'isem il-membri tagħha, tikkonkludi liċenzja mhux esklussiva għal skopijiet mhux kummerċjalima' istituzzjoni tal-wirt kulturali għad-diġitizzazzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-disponibbiltà ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materji oħra li jkunu permanentament fil-kollezzjoni tal-istituzzjoni, tali liċenzja mhux esklussiva tista' tiġi estiża jew preżunta li tapplika għal detenturi tad-drittijiet tal-istess kategorija bħal dawk koperti mil-liċenzja li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, sakemm: |
(a) l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha, abbażi ta' mandati mid-detenturi tad-drittijiet, li jirrappreżentaw b'mod mifrux lid-detenturi tad-drittijiet fil-kategorija tax-xogħlijiet jew materji oħra u tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-liċenzja: |
(a) l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha, abbażi ta' mandati mid-detenturi tad-drittijiet, li jirrappreżentaw b'mod mifrux lid-detenturi tad-drittijiet fil-kategorija tax-xogħlijiet jew materji oħra u tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-liċenzja: |
(b) huwa garantit trattament ugwali lid-detenturi tad-drittijiet kollha f'dak li għandu x'jaqsam mat-termini tal-liċenzja; |
(b) huwa garantit trattament ugwali lid-detenturi tad-drittijiet kollha f'dak li għandu x'jaqsam mat-termini tal-liċenzja; |
(c) id-detenturi tad-drittijiet kollha jistgħu f'kull ħin joġġezzjona li xogħlijiet jew materji oħra tagħhom jitqiesu bħala li mhumiex fis-suq u jeskludu l-applikazzjoni tal-liċenzja għax-xogħlijiet jew materji oħra tagħom. |
(c) id-detenturi tad-drittijiet kollha jistgħu f'kull ħin joġġezzjona li xogħlijiet jew materji oħra tagħhom jitqiesu bħala li mhumiex fis-suq u jeskludu l-applikazzjoni tal-liċenzja għax-xogħlijiet jew materji oħra tagħom. |
|
1a. L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva, li tippermetti lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jagħmlu disponibbli online kopji ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq li jinsabu fil-kollezzjonijiet tagħhom b'mod permanenti, għal finijiet mhux għall-profitt, sakemm: |
|
(a) jiġi indikat l-isem tal-awtur jew kwalunkwe detentur tad-drittijiet identifikabbli ieħor, sakemm dan ma jirriżultax li jkun impossibbli; |
|
(b) id-detenturi kollha tad-drittijiet ikunu jistgħu fi kwalunkwe ħin joġġezzjonaw li x-xogħol jew materjal tematiku ieħor tagħhom jitqiesu bħala li mhumiex fis-suq u jeskludu l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni għax-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor tagħhom. |
|
1b. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-eċċezzjoni adottata skont il-paragrafu 1a ma tapplikax f'setturi jew għal tipi ta' xogħlijiet fejn huma disponibbli soluzzjonijiet xierqa bbażati fuq il-liċenzjar, inklużi iżda mhux biss, is-soluzzjonijiet previsti fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom, b'konsultazzjoni mal-awturi, detenturi oħra tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiddeterminaw id-disponibbiltà ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq il-liċenzjar kollettiv estiż għal setturi jew tipi ta' xogħlijiet speċifiċi. |
2. Xogħol jew materji oħra għandhom jitqiesu li mhumiex fis-suq meta x-xogħol jew materja oħra kollha, fit-traduzzjonijiet, verżjonijiet u manifestazzjonijiet kollha tagħhom, ma jkunux disponibbli għall-pubbliku permezz tal-mezzi tas-soltu tal-kummerċ u ma jistgħux jiġu mistennija li jkunu. |
2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu data limitu fir-rigward ta' sa meta jkun irid jiġi determinat jekk xogħol li kien preċedentement ikkummerċjalizzat hux meqjus bħala li mhuwiex fis-suq. |
L-Istati Membri għandhom, b'konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiżguraw li r-rekwiżiti użati biex jiġi ddeterminat jekk xogħlijiet u materji oħra jistgħux jiġu awtorizzati b'konformità mal-paragrafu 1 ma jmorrux lil hinn minn dak meħtieġ u raġonevoli u ma jipprekludix il-possibbiltà li jiddeterminaw l-istatus mhux kummerċjali ta' kollezzjoni bħala entità sħiħa, meta jista' jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew il-materji l-oħra fil-kollezzjoni mhumiex fis-suq. |
L-Istati Membri għandhom, b'konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiżguraw li r-rekwiżiti użati biex jiġi ddeterminat jekk xogħlijiet u materji oħra jistgħux jiġu awtorizzati b'konformità mal-paragrafu 1 jew użati skont il-paragrafu 1a imorrux lil hinn minn dak meħtieġ u raġonevoli u ma jipprekludix il-possibbiltà li jiddeterminaw l-istatus mhux kummerċjali ta' kollezzjoni bħala entità sħiħa, meta jista' jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew il-materji l-oħra fil-kollezzjoni mhumiex fis-suq. |
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li jittieħdu miżuri xierqa ta' reklamar dwar: |
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li jittieħdu miżuri xierqa ta' reklamar dwar: |
(a) il-proċess li bih xogħolijiet jew materji oħra jitqiesu bħala li mhumiex fis-suq; |
(a) il-proċess li bih xogħolijiet jew materji oħra jitqiesu bħala li mhumiex fis-suq; |
(b) il-liċenzja, u b'mod partikolari l-applikazzjoni tagħha għal detenturi tad-drittijiet mhux rappreżentati; |
(b) kwalunkwe liċenzja, u b'mod partikolari l-applikazzjoni tagħha għal detenturi tad-drittijiet mhux rappreżentati; |
(c) il-possibbiltà għad-detenturi tad-drittijiet li joġġezzjonaw, imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1; |
(c) il-possibbiltà għad-detenturi tad-drittijiet li joġġezzjonaw, imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u fil-punt (b) tal-paragrafu 1a; |
inkluż matul perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma xogħlijiet jew materji oħra, distribwiti jkunu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikata lill-pubbliku jew magħmula disponibbli. |
inkluż matul perjodu ta' mill-inqas sitt xhur qabel ma xogħlijiet jew materji oħra, distribwiti jkunu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikati lill-pubbliku jew magħmula disponibbli. |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma mfittxija minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li hija rappreżentattiv tal-Istat Membru fejn: |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma mfittxija minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li hija rappreżentattiv tal-Istat Membru fejn: |
(a) ix-xogħlijiet u l-fonogrammi li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, li xxandar għall-ewwel darba, ħlief għal xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi; |
(a) ix-xogħlijiet u l-fonogrammi li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, li xxandar għall-ewwel darba, ħlief għal xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi; |
(b) il-produtturi tax-xogħlijiet għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom jew ir-residenza abitwali tagħhom, fil-każ ta' xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi; or |
(b) il-produtturi tax-xogħlijiet għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom jew ir-residenza abitwali tagħhom, fil-każ ta' xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi; or |
(c) l-istituzzjoni tal-wirt kulturalitkun stabbilita, meta Stat Membru jew pajjiż terz ma jistax jiġi determinat, wara sforzi raġonevoli, skont il-punti (a) u (b). |
(c) l-istituzzjoni tal-wirt kulturalitkun stabbilita, meta Stat Membru jew pajjiż terz ma jistax jiġi determinat, wara sforzi raġonevoli, skont il-punti (a) u (b). |
5. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ħlief fejn japplikaw il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4. |
5. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ħlief fejn japplikaw il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4. |
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Użi transfruntieri |
Użi transfruntieri |
1. Ix-xogħlijiet jew materji oħra koperti b'liċenzja mogħtija b'konformità mal-Artikolu 7 tista' tintuża fl-istituzzjoni tal-wirt kulturali b'konformità mat-termini tal-liċenzja fl-Istati Membri kollha. |
1. Ix-xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materjal tematiku ieħor koperti bl-Artikolu 7 jistgħu jintużaw mill-istituzzjoni tal-wirt kulturali b'konformità ma' dak l-Artikolu fl-Istati Membri kollha. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tax-xogħlijiet jew materji oħra koperti b'liċenzja mogħtija b'konformità mal-Artikolu 7 u l-informazzjoni dwar il-possibbiltà li d-detenturi tad-drittijiet joġġezzjonaw msemmija fl-Artikolu 7(1)(c) għandhom ikunu pubblikament aċċessibbli f'portal online wieħed għal tal-anqas sitt xhur qabel ma jiġu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikata lill-pubbliku jew magħmula disponibbli fi Stati Membri oħra minbarra dak fejn tkun ingħatat il-liċenzja, u għat-tul ta' żmien kollu tal-liċenzja. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tax-xogħlijiet jew materji oħra koperti mill-Artikolu 7 u l-informazzjoni dwar il-possibbiltà li d-detenturi tad-drittijiet joġġezzjonaw imsemmija fl-Artikolu 7(1)(c) u fl-Artikolu 7(1a)(b) isiru aċċessibbli b'mod permanenti, faċli u effettiv f'portal online pubbliku wieħed għal tal-anqas sitt xhur qabel ma x-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor jiġu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikati lill-pubbliku jew magħmula disponibbli fi Stati Membri oħra minbarra dak fejn tkun ingħatat il-liċenzja, jew fil-każijiet koperti mill-Artikolu 7(1a) fejn l-istituzzjoni tal-wirt kulturali tkun stabbilita u għat-tul ta' żmien kollu tal-liċenzja. |
3. Il-portal msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi stabbilit u amministrat mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) Nru 386/2012. |
3. Il-portal msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi stabbilit u amministrat mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) Nru 386/2012. |
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu regolari bejn l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet, u kull parti interessata rilevanti oħra, li fuq bażi settorjali jrawmu r-rilevanza u l-utilità tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 7(1), jiżguraw l-effettività tas-salvagwardji għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu, notevolment fir-rigward tal-miżuri ta' pubbliċità, u, jekk ikun il-każ jassistu fl-istabbiliment tar-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2). |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu regolari bejn l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet, u kull parti interessata rilevanti oħra, li fuq bażi settorjali jrawmu r-rilevanza u l-utilità tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 7(1) u l-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1a), jiżguraw l-effettività tas-salvagwardji għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu, notevolment fir-rigward tal-miżuri ta' pubbliċità, u, jekk ikun il-każ jassistu fl-istabbiliment tar-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2). |
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Mekkaniżmi ta' negozjar |
Mekkaniżmu ta' negozjar |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-partijiet li jixtiequ jikkonkludu ftehim bl-iskop li jagħmlu disponibbli xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand jiffaċċjaw diffikultajiet li jirrigwardaw il-ħruġ ta' liċenzji ta' drittijiet, jistgħu jiddependu fuq l-assistenza ta' korp imparzjali b'esperjenza rilevanti. Dak il-korp għandu jipprovdi assistenza fin-negozjati u biex jintlaħaq ftehim. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-partijiet li jixtiequ jikkonkludu ftehim bl-iskop li jagħmlu disponibbli xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand jiffaċċjaw diffikultajiet li jirrigwardaw il-ħruġ ta' liċenzji ta' drittijiet awdjoviżivi, jistgħu jiddependu fuq l-assistenza ta' korp imparzjali b'esperjenza rilevanti. Il-korp imparzjali maħluq jew maħtur mill-Istat Membru għall-finijiet ta' dan l-Artikolu għandu jipprovdi assistenza lill-partijiet fin-negozjati u jgħinhom jilħqu ftehim. |
Sa mhux aktar tard minn [id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)] l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-entità msemmija fil-paragrafu 1. |
Sa mhux aktar tard minn [id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)], l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-korp li joħolqu jew jaħtru skont l-ewwel paragrafu. |
|
Sabiex tiġi inkoraġġita d-disponibbiltà tax-xogħlijiet awdjoviżivi fuq il-pjattaformi ta' video-on-demand, l-Istati Membri għandhom irawmu d-djalogu bejn l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-awturi, il-produtturi, il-pjattaformi ta' video-on-demand u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. |
Emenda 73 Proposta għal direttiva Titolu III – Kapitolu 2a (ġdid) – Artikolu 10a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
KAPITOLU 2a |
|
Aċċess għall-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni |
|
Artikolu 10a |
|
Depożitu Legali tal-Unjoni |
|
1. Kwalunkwe pubblikazzjoni elettronika li tittratta kwistjonijiet relatati mal-Unjoni bħalma huma d-dritt tal-Unjoni, l-istorja u l-integrazzjoni tal-Unjoni, il-politiki tal-Unjoni u d-demokrazija tal-Unjoni, l-affarijiet istituzzjonali u parlamentari, u l-politika, li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fl-Unjoni għandha tkun soġġetta għal Depożitu Legali tal-Unjoni. |
|
2. Il-Librerija tal-Parlament Ewropew għandha tkun intitolata li tiġi kkonsenjata, mingħajr ħlas, kopja waħda ta' kull pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. |
|
3. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-pubblikaturi, l-istampaturi u l-importaturi tal-pubblikazzjonijiet għax-xogħlijiet li huma jippubblikaw, jistampaw jew jimportaw fl-Unjoni. |
|
4. Mill-jum tal-konsenja lil-Librerija tal-Parlament Ewropew, il-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru parti mill-kollezzjoni permanenti tal-Librerija tal-Parlament Ewropew. Huma għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-utenti fil-bini tal-Librerija tal-Parlament Ewropew esklussivament għall-fini ta' riċerka jew studju minn riċerkaturi akkreditati u taħt il-kontroll tal-Librerija tal-Parlament Ewropew. |
|
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti biex tispeċifika l-modalitajiet relatati mal-konsenja lil-Librerija tal-Parlament Ewropew tal-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. |
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Il-protezzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi diġitali |
Il-protezzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi diġitali |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa bid-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-użu diġitali tal-pubblikazzjonijiet stampati tagħhom. |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa id-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE sabiex ikunu jistgħu jiksbu remunerazzjoni ġusta u proporzjonata għall-użu diġitali tal-pubblikazzjonijiet stampati tagħhom mill-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. |
|
1a. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jimpedixxu l-użu leġittimu privat u mhux kummerċjali ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa minn utenti individwali. |
2. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iħallu kif inhuma u ma għandhom bl-ebda mod jaffettwaw kwalunkwe dritt previst fid-dritt tal-Unjoni lill-awturi u lil detenturi oħra tad-drittijiet, fir-rigward ta' xogħolhom u materji oħra inklużi f'pubblikazzjoni tal-istampa. Dawn id-drittijiet ma jistgħux jiġu invokati kontra dawn l-awturi u detenturi tad-drittijiet oħra u, b'mod partikolari, ma jistgħux jiġu miċħuda mid-dritt tagħhom li jisfruttaw ix-xogħlijiet tagħhom u materji oħra indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li jkunu jinstabu fihom. |
2. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iħallu kif inhuma u ma għandhom bl-ebda mod jaffettwaw kwalunkwe dritt previst fid-dritt tal-Unjoni lill-awturi u lil detenturi oħra tad-drittijiet, fir-rigward ta' xogħolhom u materji oħra inklużi f'pubblikazzjoni tal-istampa. Dawn id-drittijiet ma jistgħux jiġu invokati kontra dawn l-awturi u detenturi tad-drittijiet oħra u, b'mod partikolari, ma jistgħux jiġu miċħuda mid-dritt tagħhom li jisfruttaw ix-xogħlijiet tagħhom u materji oħra indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li jkunu jinstabu fihom. |
|
2a. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jiġu estiżi għall-atti ta' hyperlinking: |
3. L-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2001/29/KE u d-Direttiva 2012/28/UE għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1. |
3. L-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2001/29/KE u d-Direttiva 2012/28/UE għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1. |
4. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiskadu 20 sena wara l-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjoni tal-istampa. Dan it-terminu għandu jiġi kkalkulat mill-ewwel jum ta' Jannar tas-sena ta' wara d-data tal-pubblikazzjoni. |
4. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiskadu 20 sena wara l-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjoni tal-istampa. Dan it-terminu għandu jiġi kkalkulat mill-ewwel jum ta' Jannar tas-sena ta' wara d-data tal-pubblikazzjoni. |
|
Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 m'għandux japplika b'effett retroattiv. |
|
4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi jirċievu sehem xieraq mid-dħul addizzjonali li l-pubblikaturi tal-istampa jirċievu għall-użu ta' pubblikazzjoni tal-istampa mill-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. |
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Talbiet għal kumpens ġust |
Talbiet għal kumpens ġust |
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li meta l-awtur ikun ittrasferixxa jew illiċenzja d-dritt lil pubblikatur, tali trasferiment jew liċenzja jikkostitwixxu bażi ġuridika suffiċjenti biex il-pubblikatur jitlob sehem mill-kumpens għall-użi tax-xogħlijiet li saru skont eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt trasferit jew liċenzjat. |
L-Istati Membri b'sistemi ta' kondiviżjoni tal-kumpens bejn l-awturi u l-pubblikaturi għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet jistgħu jipprevedu li meta l-awtur ikun ittrasferixxa jew illiċenzja d-dritt lil pubblikatur, tali trasferiment jew liċenzja jikkostitwixxu bażi ġuridika suffiċjenti biex il-pubblikatur jitlob sehem mill-kumpens għall-użi tax-xogħlijiet li saru skont eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt trasferit jew liċenzjat, sakemm sistema ekwivalenti ta' kondiviżjoni tal-kumpens kienet qed topera f'dak l-Istat Membru qabel it-12 ta' Novembru 2015. |
|
L-ewwel paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti fl-Istati Membri li jirrigwardaw id-drittijiet ta' tislif pubbliku, il-ġestjoni ta' drittijiet mhumiex ibbażati fuq eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur, bħalma huma l-iskemi ta' liċenzjar kollettiv estiż, jew li jirrigwardaw id-drittijiet ta' remunerazzjoni abbażi tad-dritt nazzjonali. |
Emenda 76 Proposta għal direttiva Kapitolu 1a (ġdid) – Artikolu 12a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
KAPITOLU 1a |
|
Protezzjoni tal-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi |
|
Artikolu 12a |
|
Protezzjoni tal-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi |
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi d-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/115/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 165(1) tat-TFUE jgħid li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-kwistjonijiet sportivi Ewropej. Il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali tal-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi diġà ġiet prevista fil-premessa 52 tad-Direttiva 2010/13/UE u ġiet appoġġjata mill-Parlament Ewropew f'diversi rapporti dwar l-isport. Fil-Kawżi Magħquda C-403/08 u C-429/08, FAPL, EU:C:2011:631, il-Qorti sostniet li l-avvenimenti sportivi għandhom karattru uniku u oriġinali li jistħoqqlu protezzjoni komparabbli għall-protezzjoni tax-xogħlijiet. Sal-lum, ħames Stati Membri taw dritt relatat lill-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi. | |
Emenda 77 Proposta għal direttiva Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
L-użu ta' kontenut protett minn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jagħtu aċċess għal ammonti kbar ta' xogħlijiet u materji oħra mtella' mill-utenti tagħhom |
L-użu ta' kontenut protett minn fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online |
|
-1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2001/29/KE, il-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online iwettqu att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u għandhom jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar ġusti u xierqa mad-detenturi tad-drittijiet, sakemm id-detentur tad-drittijiet ma jkunx jixtieq jagħti liċenzja jew inkella l-liċenzji ma jkunux disponibbli. Il-ftehimiet ta' liċenzjar konklużi mill-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online mad-detenturi tad-drittijiet għandhom ikopru r-responsabbiltà għax-xogħlijiet imtella' mill-utenti tas-servizzi tagħhom skont it-termini u l-kundizzjonijiet spjegati fil-ftehim ta' liċenzjar, sakemm dawk l-utenti ma jaġixxux għal skopijiet kummerċjali jew mhumiex id-detenturi tad-drittijiet jew ir-rappreżentanti tagħhom. |
1. Fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal ammonti kbar ta' xogħlijiet jew materji oħra mtella' mill-utenti tagħhom għandhom, b'kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, jieħdu miżuri biex jiżguraw il-funzjonament ta' ftehimiet konklużi ma' detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materji oħra jew biex jipprevjenu d-disponibbiltà fuq is-servizzi tagħhom ta' xogħlijiet jew materji oħra identifikati mid-detenturi tad-drittijiet permezz ta' kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz. Dawk il-miżuri, bħall-użu ta' teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut effettivi, għandhom ikunu xierqa u proporzjonati. Il-fornituri tas-servizz għandhom jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b'informazzjoni xierqa dwar l-iskjerament u l-implimentazzjoni tal-miżuri, kif ukoll, fejn rilevanti, rappurtar adegwat dwar ir-rikonoxximent u l-użu ta' xogħlijiet u materji oħra. |
1. Il-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online msemmija fil-paragrafu -1 għandhom, b'kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw il-funzjonament tal-ftehimiet ta' liċenzjar fejn dawn ikunu ġew konklużi mad-detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal tematiku ieħor tagħhom fuq dawk is-servizzi. |
|
Fl-assenza ta' ftehimiet ta' liċenzjar mad-detenturi tad-drittijiet, il-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online għandhom jieħdu, b'kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, il-miżuri xierqa u proporzjonati li jwasslu għan-nondisponibbiltà fuq dawk is-servizzi ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li jiksru d-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati, filwaqt li xogħlijiet u materjal tematiku ieħor li ma jiksrux id-drittijiet għandhom jibqgħu disponibbli. |
|
1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online imsemmija fil-paragrafu -1 għandhom japplikaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 abbażi tal-informazzjoni rilevanti pprovduta mid-detenturi tad-drittijiet. |
|
Il-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online għandhom ikunu trasparenti lejn id-detenturi tad-drittijiet u għandhom jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar il-miżuri użati, l-implimentazzjoni tagħhom u meta jkun rilevanti, għandhom jirraportaw perjodikament dwar l-użu tax-xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. |
|
1b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-implimentazzjoni ta' tali miżuri għandha tkun proporzjonata u tilħaq bilanċ bejn id-drittijiet fundamentali tal-utenti u tad-detenturi tad-drittijiet u, b'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, fejn applikabbli, m'għandhiex timponi fuq il-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online l-obbligu ġenerali li jissorveljaw l-informazzjoni li huma jittrażmettu jew jaħżnu. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ipoġġu fis-seħħ mekkaniżmi ta' ilmenti u rimedji li huma disponibbli għall-utenti f'każ ta' tilwim dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. |
2. Sabiex jiġu prevenuti l-użi ħżiena jew il-limitazzjonijiet fl-eżerċiżżju tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur, Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ipoġġu fis-seħħ mekkaniżmi effettivi u veloċi ta' lmenti u rimedji li jkunu disponibbli għall-utenti f'każ ta' tilwim dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Kull ilment imressaq taħt mekkaniżmi tali għandu jiġi pproċessat mingħajr dewmien żejjed. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom raġonevolment jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom biex jiġi evitat li l-ilmenti jiġu mwarrba b'mod arbitrarju. |
|
Barra minn hekk, b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jirrikjedu l-identifikazzjoni tal-utenti individwali u l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-utenti jkollhom aċċess għal qorti jew għal xi awtorità ġudizzjarja rilevanti oħra biex isostnu l-użu ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet tal-awtur. |
3. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, meta jkun jixraq, il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni permezz ta' djalogu mal-partijiet interessati biex jiddefinixxu l-aħjar prassi, bħal teknoloġiji għall-għarfien tal-kontenut xierqa u proporzjonati, filwaqt li titqies, fost l-oħrajn, in-natura tas-servizzi, id-disponibbiltà tat-tekonoloġiji u l-effettività tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. |
3. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, meta jkun jixraq, il-kooperazzjoni bejn il-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online, l-utenti u d-detenturi tad-drittijiet permezz ta' djalogu mal-partijiet interessati biex jiddefinixxu l-aħjar prassi għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 b'mod li jkun proporzjonat u effiċjenti, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, in-natura tas-servizzi, id-disponibbiltà tat-tekonoloġiji u l-effettività tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. |
Emenda 78 Proposta għal direttiva Artikolu 13a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 13a |
|
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li t-tilwimiet bejn is-suċċessuri fit-titolu u s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni f'dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) ikunu jistgħu jiġu soġġetti għal sistema alternattiva ta' soluzzjoni tat-tilwim. |
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jinnominaw korp imparzjali bl-għarfien espert meħtieġ, bil-għan li jgħinu lill-partijiet isolvu t-tilwimiet tagħhom taħt din is-sistema. |
|
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-istabbiliment ta' dan il-korp mhux aktar tard minn (id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)). |
Emenda 79 Proposta għal direttiva Artikolu 13b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 13b |
|
L-użu ta' kontenut protett minn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jipprovdu referenzjar ta' immaġni awtomatizzat |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li awtomatikament jirriproduċu jew jirreferu għal ammonti sinifikanti ta' xogħlijiet viżivi protetti bid-drittijiet tal-awtur u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku għall-finijiet ta' indiċjar u ta' referenzjar jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar ġusti u bbilanċjati ma' kwalunkwe detentur tad-drittijiet li jitlob dan sabiex jiżguraw ir-remunerazzjoni ġusta tad-detentur tad-drittijiet. Tali remunerazzjoni tista' tiġi ġestita mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tad-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati. |
Emenda 80 Proposta għal direttiva Kapitolu 3 –Artikolu -14 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu -14 |
|
Il-prinċipju ta' remunerazzjoni ġusta u proporzjonata |
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu remunerazzjoni ġusta u proporzjonata għall-isfruttament tax-xogħlijiet u materjal tematiku ieħor tagħhom, fosthom għall-isfruttament online tagħhom. Dan il-ħsieb jista' jintlaħaq f'kull settur permezz ta' taħlita ta' ftehimiet, inklużi ftehimiet ta' negozjar kollettiv, u mekkaniżmi ta' remunerazzjoni statutorja. |
|
2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika fejn awtur jew artist jagħti d-dritt ta' użu mhux esklussiv għall-benefiċċju tal-utenti kollha mingħajr ħlas. |
|
3. L-Istati Membri għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur fl-inkoraġġiment tar-remunerazzjoni proporzjonata għad-drittijiet mogħtija mill-awturi u l-artisti. |
|
4. Il-kuntratti għandhom jispeċifikaw ir-remunerazzjoni applikabbli għal kull mod ta' sfruttament. |
Emenda 81 Proposta għal direttiva Artikolu 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Obbligu tat-trasparenza |
L-obbligu tat-trasparenza |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari u meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur, informazzjoni f'waqtha, adegwata u suffiċjenti dwar l-isfruttar tax-xogħlijiet u l-wirjiet tagħhom minn dawk li lilhom ikunu llliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-modi ta' sfruttament, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari u mhux anqas minn darba fis-sena, u filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur u l-importanza relattiva ta' kull kontribut individwali, informazzjoni f'waqtha, preċiża, rilevanti u komprensiva dwar l-isfruttar tax-xogħlijiet u tal-prestazzjonijiet tagħhom mingħand dawk li lilhom ikunu lliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-modi ta' sfruttament, id-dħul dirett u indirett iġġenerat, u r-remunerazzjoni dovuta. |
|
1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn id-detentur ta' liċenzja jew ċessjonarju tad-drittijiet tal-awturi u tal-artisti sussegwentement jilliċenzjaw dawk id-drittijiet lil parti oħra, tali parti għandha tikkondividi l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 mad-detentur ta' liċenzja jew ċessjonarju. |
|
Id-detentur ewlieni ta' liċenzja jew ċessjonarju għandhom jgħaddu l-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-awtur jew artist. Dik l-informazzjoni għandha tkun mingħajr tibdil, ħlief fil-każ ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva kif definita mid-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, li, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 16a, tista' tkun soġġetta għal ftehim ta' nonżvelar, bil-għan li tiġi ppreservata l-kompetizzjoni ġusta. Fejn id-detentur ewlieni ta' liċenzja jew ċessjonarju ma jipprovdux l-informazzjoni kif imsemmi f'dan is-subparagrafu b'mod f'waqtu, l-awtur jew artist għandu jkun intitolat li jitlob dik l-informazzjoni direttament mingħand is-subdetentur tal-liċenzja. |
2. L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv u għandu jiżgura livell xieraq ta' trasparenza f'kull settur. Madankollu, f'dawk il-każijiet fejn il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu jkun sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-obbligu fil-paragrafu 1, dment li dak l-obbligu jibqa' l-istess u li jiżgura livell xieraq ta' trasparenza. |
2. L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv u għandu jiżgura livell għoli ta' trasparenza f'kull settur. Madankollu, f'dawk il-każijiet fejn il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu jkun sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-obbligu fil-paragrafu 1, dment li dak l-obbligu jibqa' l-istess u li jiżgura livell għoli ta' trasparenza. |
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu fil-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-kontribuzzjoni ta' awtur jew artist ma tkunx sinifikanti fil-kuntest tal-ħidma globali jew il-prestazzjoni. |
|
4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal entitajiet soġġetti għall-obbligi tat-trasparenza stabbilita bid-Direttiva 2014/26/UE. |
4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal entitajiet soġġetti għall-obbligi tat-trasparenza stabbiliti bid-Direttiva 2014/26/UE jew għal ftehimiet ta' negozjar kollettiv, fejn dawk l-obbligi jew ftehimiet jipprevedu rekwiżiti tat-trasparenza komparabbli għal dawk imsemmija fil-paragrafu 2. |
Emenda 82 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti huma intitolati li jitolbu aktar, remunerazzjoni xierqa mill-parti li magħha jkunu daħlu f'kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fl-assenza ta' ftehimiet ta' negozjar kollettiv li jipprevedu mekkaniżmu komparabbli, li l-awturi u l-artisti jew kwalunkwe organizzazzjoni rappreżentattiva li taġixxi f'isimhom ikunu intitolati jippretendu remunerazzjoni addizzjonali, xierqa u ġusta mill-parti li magħha jkunu daħlu f'kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul dirett jew indirett u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti derivati mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew tal-prestazzjonijiet. |
Emenda 83 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull tilwim dwar l-obbligu tat-trasparenza skont l-Artikolu 14 u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratt skont l-Artikolu 15 jistgħu jitressqu għal proċedura volontarja u alternattiva għar-riżulozzjoni tat-tilwim. |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull tilwim dwar l-obbligu tat-trasparenza skont l-Artikolu 14 u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratt skont l-Artikolu 15 jistgħu jitressqu għal proċedura volontarja u alternattiva għar-riżulozzjoni tat-tilwim. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-awturi u l-artisti jkunu jistgħu jagħtu bidu għal proċeduri tali fuq talba ta' awtur jew artist wieħed jew aktar. |
Emenda 84 Proposta għal direttiva Artikolu 16a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 16a |
|
Dritt tar-revoka |
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtur jew artist ikunu lliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom fir-rigward ta' xogħol jew materjal tematiku ieħor protetti fuq bażi esklussiva, l-awtur jew l-artist għandhom id-dritt tar-revoka fil-każ ta' nuqqas totali ta' sfruttament tax-xogħol jew materjal tematiku ieħor protetti jew fejn ikun hemm nuqqas kontinwu ta' rappurtar regolari skont l-Artikolu 14. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi li jqisu l-ispeċifiċitajiet ta' setturi u xogħlijiet differenti u l-perjodu ta' sfruttament antiċipat, u b'mod partikolari jipprevedu limiti ta' żmien għad-dritt tar-revoka. |
|
2. Id-dritt tar-revoka previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi eżerċitat unikament wara żmien raġonevoli mill-konklużjoni tal-ftehim ta' liċenzjar jew ta' trasferiment, u unikament b'notifika bil-miktub li tistabbilixxi skadenza xierqa sa meta għandu jsir l-isfruttament tad-drittijiet liċenzjati jew trasferiti. Wara li tgħaddi dik l-iskadenza, l-awtur jew l-artist jistgħu jagħżlu li jtemmu l-esklussività tal-kuntratt minflok ma jirrevokaw id-drittijiet. Fejn xogħol jew materjal tematiku ieħor jinkludu l-kontribut ta' diversi awturi jew artisti, l-eżerċizzju tad-dritt individwali tar-revoka ta' tali awturi jew artisti għandu jkun irregolat mid-dritt nazzjonali, li jistabbilixxi r-regoli dwar id-dritt tar-revoka għax-xogħlijiet kollettivi, filwaqt li jqis l-importanza relattiva tal-kontributi individwali. |
|
3. Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw jekk in-noneżerċizzju tad-drittijiet huwa fil-biċċa l-kbira dovut għal ċirkustanzi li l-awtur jew l-artist jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jirrimedjaw. |
|
4. Arranġamenti kuntrattwali jew arranġamenti oħra li jidderogaw mid-dritt tar-revoka għandhom ikunu legali unikament jekk ikunu konklużi permezz ta' ftehim li jkun ibbażat fuq ftehim ta' negozjar kollettiv. |
Emenda 85 Proposta għal direttiva Artikolu 17a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 17a |
|
L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet usa', kompatibbli mal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet li jeżistu fid-dritt tal-Unjoni, għall-użi koperti mill-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjoni previsti f'din id-Direttiva. |
Emenda 86 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 għandhom japplikaw ukoll għal pubblikazzjonijiet tal-istampa ppubblikati qabel [id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)]. |
imħassar |
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (14.6.2017)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali
(COM(2016)0593 – C8-0383/2016 – 2016/0280(COD))
Rapporteur għal opinjoni (*): Catherine Stihler(*) Proċedura b'kumitati assoċjati - Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Għalkemm direttivi differenti u l-qafas legali eżistenti tal-UE fil-qasam tal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur ikkontribwew għal titjib fil-funzjonament tas-suq intern u stimulaw l-innovazzjoni, il-kreattività, l-investiment u l-produzzjoni ta' kontenut ġdid fis-snin li għaddew, ir-"rivoluzzjoni diġitali" u l-iżviluppi mgħaġġla fit-teknoloġija li rriżultaw ħolqu sfidi enormi f'dan il-qasam.
L-evoluzzjonijiet kontinwi fis-suq ipproduċew, f'ċerti każijiet, bidliet radikali fil-mod kif id-diversi xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur huma maħluqa, prodotti, distribwiti u sfruttati. Il-ħolqien ta' mudelli ta' negozju differenti u t-talbiet emerġenti kienu jeħtieġu li l-qafas attwali dwar id-drittijiet tal-awtur jadotta tweġibiet xierqa għal dawn l-isfidi, li jagħmluh imħejji għall-futur u adatt għal realtajiet ġodda tas-suq kif ukoll għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini.
F'dan is-sens, ir-Rapporteur tilqa' b'sodisfazzjon il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali, li għandha l-għan li tipprovdi regoli ġodda li jindirizzaw dawn il-ħtiġijiet, bħal pereżempju l-adozzjoni ta' ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għall-ambjenti diġitali u transfruntiera, is-simplifikazzjoni tal-prattiki tal-liċenzjar, l-iżgurar ta' aċċess usa' lill-konsumaturi għall-kontenut u s-salvagwardjar ta' trasparenza akbar fil-kuntratti u r-remunerazzjoni tal-awturi u tal-artisti.
Madankollu, ir-Rapporteur temmen li t-test tal-proposta jista' jittejjeb f'għadd ta' aspetti u jiġi kkomplementat b'suġġerimenti aktar speċifiċi jew aktar ambizzjużi f'oħrajn. Għaldaqstant, il-proposta tagħha għal abbozz ta' opinjoni tintroduċi għadd ta' emendi mmirati bl-għan li ttejjeb, tiċċara u tespandi t-test propost tal-Kummissjoni.
Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet fil-qasam tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali
Ir-Rapporteur tilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tindirizza sfidi ġodda f'dan il-qasam, iżda temmen li kellu jintuża approċċ aktar ambizzjuż. B'mod partikolari, fir-rigward tal-eċċezzjoni dwar l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta (TDM) pprovduta fl-Artikolu 3 tad-Direttiva, ir-Rapporteur temmen li l-limitazzjoni tal-eċċezzjoni proposta tal-UE għal definizzjoni dejqa ta' organizzazzjonijiet ta' riċerka hija kontroproduttiva, u għaldaqstant tintroduċi regola sempliċi, li ma tagħmilx diskriminazzjoni bejn l-utenti jew l-iskopijiet u tiżgura użu strettament limitat u trasparenti ta' miżuri ta' protezzjoni teknoloġika fejn xieraq.
Barra minn hekk, fil-qasam tal-użu tax-xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fl-attivitajiet tat-tagħlim (l-Artikolu 4), ir-Rapporteur temmen li l-eċċezzjoni jenħtieġ li tibbenefika mhux biss lill-istabbilimenti edukattivi formali kollha fl-edukazzjoni primarja, sekondarja, vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja, iżda wkoll lil organizzazzjonijiet oħrajn bħal libreriji u istituzzjonijijiet oħrajn tal-wirt kulturali, li jipprovdu edukazzjoni mhux formali u informali. Ir-Rapporteur temmen li l-aħjar soluzzjoni hija li jkun hemm eċċezzjoni waħda u obbligatorja għat-tipi kollha ta' tagħlim, kemm diġitali kif ukoll mhux diġitali, formali u informali.
Rigward l-eċċezzjoni għall-preservazzjoni tal-wirt kulturali koperta fl-Artikolu 5, ir-Rapporteur tipproponi espansjoni ambizzjuża tal-ambitu ta' dan l-Artikolu, li tintroduċi diversi elementi ġodda. L-ewwel, l-abbozz ta' opinjoni jipproponi modifika fl-eċċezzjoni li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u l-istabbilimenti edukattivi jitħallew jirriproduċu xogħlijiet u materjal tematiku ieħor permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom sabiex iwettqu l-missjoni ta' interess pubbliku tagħhom fil-preservazzjoni, ir-riċerka, l-edukazzjoni, il-kultura u t-tagħlim.
Barra minn hekk, tliet eċċezzjonijiet ġodda huma proposti bl-għan li jiffavorixxu l-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u jħeġġu r-riċerka xjentifika u l-użu u l-aċċess għall-għarfien u l-wirt kulturali. Eċċezzjoni ġdida dwar il-konsenja tad-dokumenti mill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jew mill-istabbilimenti edukattivi u oħra dwar l-aċċess għall-finijiet ta' riċerka jew ta' studju privat fil-bini tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jew tal-istabbilimenti edukattivi ġew introdotti ma' dan il-għan. Barra minn hekk, ġiet introdotta wkoll eċċezzjoni dwar is-self lill-pubbliku ta' xogħlijiet letterarji bl-għan li jkun żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea jkollhom aċċess għal selezzjoni sħiħa ta' kotba u riżorsi oħrajn.
Xogħlijiet li mhumiex fis-suq
Ir-Rapporteur tintroduċi eċċezzjoni taħt l-Artikolu 7 li se tippermetti lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali li jqassmu, jikkomunikaw lill-pubbliku jew iqiegħdu għad-disponibbiltà xogħlijiet li mhumiex fis-suq, jew materjal tematiku ieħor li jkunu permanentament fil-kollezzjoni tal-istituzzjoni għal skopijiet mhux kummerċjali, b'konsiderazzjoni dovuta għall-iskemi ta' remunerazzjoni li jikkumpensaw kwalunkwe preġudizzju irraġonevoli għall-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-artisti u d-detenturi tad-drittijiet ikollhom id-dritt li joġġezzjonaw għal dan it-tqegħid għad-disponibbiltà, u jeżiġu li x-xogħol tagħhom jitneħħa minn fuq l-Internet.
Il-protezzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi diġitali
Ir-Rapporteur temmen li l-introduzzjoni ta' dritt tal-pubblikaturi tal-istampa taħt l-Artikolu 11 mhijiex iġġustifikata biżżejjed. Huwa minnu li l-pubblikaturi jistgħu jiffaċċjaw sfidi meta jinfurzaw id-drittijiet tal-awtur liċenzjati, iżda jenħtieġ li din il-kwistjoni tiġi indirizzata permezz ta' regolament ta' infurzar. Bidliet sempliċi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-Infurzar 2004/48/KE, li jagħmluha applikabbli wkoll għall-pubblikaturi tal-istampa, jagħtu l-mezzi meħtieġa u xierqa biex tissolva din il-kwistjoni. Ir-Rapporteur temmen li m'hemmx bżonn li jinħoloq dritt ġdid peress li l-pubblikaturi għandhom id-dritt sħiħ li joħorġu mill-ekosistema fi kwalunkwe ħin permezz ta' mezzi tekniċi sempliċi. Ir-Rapporteur hija mħassba wkoll dwar l-effett li l-ħolqien ta' dan id-dritt il-ġdid jista' jkollu fuq is-suq, peress li aktarx li ż-żieda ta' dan id-dritt iżżid saff ieħor fil-komplessità tal-ftehimiet dwar il-liċenzjar. Lanqas m'hemm garanzija li kwalunkwe żieda fir-remunerazzjoni tal-pubblikaturi tkun tista' tasal permezz tal-awturi. Hemm possibbilment modi aktar effettivi kif wieħed jippromwovi ġurnaliżmu u ppubblikar ta' kwalità għolja permezz ta' inċentivi fiskali minflok ma jiżdied saff ieħor ta' leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur.
Ċerti użi ta' kontenut protett minn servizzi online
Rigward l-Artikolu 13 (u l-premessi korrispondenti 37, 38 u 39) ir-Rapporteur temmen li l-kliem attwali mhuwiex kompatibbli mar-reġim ta' responsabbiltà limitata pprovdut fid-Direttiva 2000/31/KE (id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku), att leġiżlattiv li rriżulta ta' benefiċċju kbir għas-suq intern fl-isfera diġitali. Ir-Rapporteur tappoġġja bil-qawwa l-kunċett li d-distakk fil-valur irid jiġi indirizzat u tenfasizza li l-artisti u d-detenturi tad-drittijiet għandhom jirċievu kumpens ġust u bilanċjat għall-isfruttar tax-xogħlijiet tagħhom mill-fornituri tas-servizzi online. Madankollu, dan jenħtieġ li jinkiseb mingħajr l-impatti negattivi fuq l-ekonomija diġitali jew fuq il-libertajiet tal-internet tal-konsumaturi. Il-kliem attwali tal-Artikolu 13 ma rnexxilux jikseb dan. Rekwiżiti stretti deskritti fl-Artikolu jistgħu jservu bħala ostakolu għad-dħul fis-suq ta' negozji ġodda u dawk emerġenti. Huwa wkoll teknoloġikament speċifiku u s-suq jista' jirreaġixxi billi sempliċiment jibdel il-proċessi tekniċi jew ifassal mudelli ta' negozju ġodda li jisfidaw dan il-mod ta' kategorizzazzjoni spjegat. L-użu tal-iffiltrar jista' jagħmel ħsara lill-interessi tal-utenti, peress li hemm ħafna użi leġittimi tal-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur li t-teknoloġiji tal-iffiltrar spiss mhumiex avvanzati biżżejjed biex ikopruhom.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Id-direttivi tal-Unjoni li ġew adottati fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jipprovdu livell għoli ta' ħarsien għad-detenturi tad-drittijiet u joħolqu qafas li fih jista' jsir dan l-isfruttament ta' xogħlijiet u materji oħra. Dan il-qafas legali armonizzat jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern; jistimula l-innovazzjoni, il-kreattività, l-investiment u l-produzzjoni ta' kontenut ġdid, anki fl-ambjent diġitali. Il-protezzjoni mogħtija minn dan il-qafas legali tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet tal-Unjoni ta' rispett u promozzjoni tad-diversità kulturali, filwaqt li fl-istess ħin tressaq il-wirt kulturali komuni Ewropew fuq quddiem nett. L-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-Unjoni tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha. |
(2) Id-direttivi tal-Unjoni li ġew adottati fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jipprovdu livell għoli ta' ħarsien għad-detenturi tad-drittijiet u joħolqu qafas li fih jista' jsir dan l-isfruttament ta' xogħlijiet u materji oħra. Dan il-qafas legali armonizzat jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tassew integrat; jistimula l-innovazzjoni, il-kreattività, l-investiment u l-produzzjoni ta' kontenut ġdid, anki fl-ambjent diġitali. Il-protezzjoni mogħtija minn dan il-qafas legali tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet tal-Unjoni ta' rispett u promozzjoni tad-diversità kulturali, filwaqt li fl-istess ħin tressaq il-wirt kulturali komuni Ewropew fuq quddiem nett. L-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-Unjoni tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha. |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) L-evoluzzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji diġitali biddlet il-mod kif ix-xogħlijiet u materjal protett ieħor jinħolqu, jiġu prodotti, distribwiti u użati. Mudelli kummerċjali ġodda u atturi ġodda li qed jinħolqu. L-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti mill-Unjoni fil-qafas tad-drittijiet tal-awtur jibqgħu sodi. Madankollu, għad hemm inċertezza legali, għad-detenturi tad-drittijiet u l-utenti, fir-rigward ta' ċerti użi, inkluż l-użu transfruntier ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fl-ambjent diġitali. Kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Lejn qafas tad-drittijiet tal-awtur aktar modern u Ewropew"26, f'xi oqsma huwa meħtieġ li l-qafas tad-drittijiet tal-awtur attwali tal-Unjoni jiġi addattat u supplimentat. Din id-Direttiva tistipula regoli biex jiġu adattati ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għall-ambjenti diġitali u transfruntiera kif ukoll miżuri biex jiġu faċilitati ċerti prattiki ta' liċenzjar fir-rigward tat-tixrid tax-xogħlijiet li mhumiex fis-suq u d-disponibbiltà online ta' xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand bil-ħsieb li jiġi żgurat aċċess aktar wiesgħa għall-kontenut. Sabiex jinkiseb il-funzjonament tajjeb tas-suq għad-drittijiet tal-awtur, għandu jkun hemm ukoll regoli dwar id-drittijiet f'pubblikazzjonijiet, dwar l-użu ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor mill-fornituri tal-ħzin tas-servizzi online u l-għoti ta' aċċess għal kontenut mtella' tal-utent u dwar it-trasparenza ta' kuntratti tal-awturi u tal-artisti. |
(3) L-evoluzzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji diġitali biddlet il-mod kif ix-xogħlijiet u materjal tematiku ieħor protett jinħolqu, jiġu prodotti, distribwiti u użati, u l-leġiżlazzjoni rilevanti jeħtieġ li tħejji ruħha għall-futur sabiex ma tillimitax l-iżvilupp teknoloġiku. Mudelli kummerċjali ġodda u atturi ġodda li qed jinħolqu. L-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti mill-Unjoni fil-qafas tad-drittijiet tal-awtur jibqgħu sodi. Madankollu, għad hemm inċertezza legali, għad-detenturi tad-drittijiet u l-utenti, fir-rigward ta' ċerti użi, inkluż l-użu transfruntier ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fl-ambjent diġitali. Kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Lejn qafas tad-drittijiet tal-awtur aktar modern u Ewropew"26, f'xi oqsma huwa meħtieġ li l-qafas tad-drittijiet tal-awtur attwali tal-Unjoni jiġi addattat u supplimentat. Din id-Direttiva tistipula regoli biex jiġu adattati ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għall-ambjenti diġitali u transfruntiera kif ukoll miżuri biex jiġu faċilitati ċerti prattiki ta' liċenzjar fir-rigward tat-tixrid tax-xogħlijiet li mhumiex fis-suq u d-disponibbiltà online ta' xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand bil-ħsieb li jiġi żgurat aċċess aktar wiesgħa għall-kontenut. Sabiex jinkiseb il-funzjonament tajjeb u ġust tas-suq għad-drittijiet tal-awtur, jenħtieġ li jkun hemm ukoll regoli dwar l-użu ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor għand il-fornituri tas-servizzi online u dwar it-trasparenza ta' kuntratti tal-awturi u tal-artisti u tal-kontabilità li joriġina mill-isfruttament ta' xogħlijiet protetti skont dawk il-kuntratti. |
__________________ |
__________________ |
26 COM(2015) 626 final. |
26 COM(2015) 626 final. |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Din id-Direttiva hija bbażata fuq, u tikkumplimenta, ir-regoli stabbiliti fid-Direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30, id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31 u d-Direttiva 2014/26/UE o tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32. |
(4) Din id-Direttiva hija bbażata fuq, u tikkumplimenta, ir-regoli stabbiliti fid-Direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27a, id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30, id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31 u d-Direttiva 2014/26/UE o tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32. |
_________________ |
_________________ |
27 Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20-28). |
27 Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20-28). |
|
27a Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1). |
28 Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10–19). |
28 Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10–19). |
29 Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28–35). |
29 Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28–35). |
30 Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16–22). |
30 Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16–22). |
31 Id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 2012.10.27, p. 5-12). |
31 Id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 2012.10.27, p. 5-12). |
32 Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72–98). |
32 Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72–98). |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Dawn l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom l-għan li jiksbu bilanċ ġust bejn id-drittijiet u l-interessi tal-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet, minn naħa, u dawk tal-utenti min-naħa l-oħra. Dawn jistgħu jiġu applikati biss f'ċerti każijiet speċjali li ma jkunux konfliġġenti mal-isfruttar normali tax-xogħol jew tal-materjal protett ieħor u li ma jippreġudikawx l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet b'mod li ma jkunx raġonevoli. |
(6) Dawn l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom l-għan li jiksbu bilanċ ġust bejn id-drittijiet u l-interessi tal-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet, minn naħa, u dawk tal-utenti min-naħa l-oħra. Dawn jistgħu jiġu applikati biss f'ċerti każijiet speċjali li ma jkunux konfliġġenti mal-isfruttar normali tax-xogħol jew tal-materjal protett ieħor u li ma jippreġudikawx l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet b'mod li ma jkunx raġonevoli. Tali każijiet jikkonċernaw, b'mod partikolari, l-aċċess għall-edukazzjoni, l-għarfien u l-wirt kulturali u, bħala tali, huma fl-interess pubbliku. |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Teknoloġiji ġodda jippermettu l-analiżi komputazzjonali awtomatizzata ta' informazzjoni f'forma diġitali, bħat-test, il-ħsejjes, l-immaġni jew id-dejta, ġeneralment magħruf bħala l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. Dawn it-teknoloġiji jippermettu lir-riċerkaturi li jipproċessaw ammonti kbar ta' informazzjoni biex jiksbu għarfien ġdid u jiskopru xejriet ġodda. Filwaqt li t-teknoloġiji tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta huma prevalenti fl-ekonomija diġitali, hemm rikonoxximent mifrux li l-estrazzjoni tat-test u ta' dejta b'mod partikolari tista' tibbenefika lill-komunità tar-riċerka u b'hekk tinkoraġġixxi l-innovazzjoni. Madankollu, fl-Unjoni, organizzazzjonijiet ta' riċerka bħall-universitajiet u l-istituti ta' riċerka qed iħabbtu wiċċhom ma' inċertezza legali dwar sa fejn ikunu jistgħu jwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta tal-kontenut. F'ċerti każijiet, l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta tista' tinvolvi atti protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew bid-dritt tal-bażi tad-dejta sui generis, b'mod partikolari r-riproduzzjoni ta' xogħlijiet jew materji oħra u/jew l-estrazzjoni tal-kontenut minn bażi tad-dejta. Fejn ma hemm l-ebda eċċezzjoni jew limitazzjoni li tapplika, awtorizzazzjoni biex jitiwettqu tali atti tkun meħtieġa mid-detenturi tad-drittijiet. L-estrazzjoni tat-test u tad-dejta tista' titwettaq ukoll b'rabta ma' fatti jew dejta sempliċi li mhumiex protetti bid-drittijiet tal-awtur u f'dawn il-każijiet l-ebda awtorizzazzjoni ma tkun meħtieġa. |
(8) Teknoloġiji ġodda jippermettu l-analiżi komputazzjonali awtomatizzata ta' informazzjoni f'forma diġitali, bħat-test, il-ħsejjes, l-immaġni jew kwalunkwe tip ieħor ta' dejta, ġeneralment magħruf bħala l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. Dawn it-teknoloġiji jippermettu l-ipproċessar ta' ammonti kbar ta' informazzjoni maħżuna b'mod diġitali biex jiksbu għarfien ġdid u jiskopru xejriet ġodda. Filwaqt li t-teknoloġiji tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta huma prevalenti fl-ekonomija diġitali, hemm rikonoxximent mifrux li l-estrazzjoni tat-test u ta' dejta b'mod partikolari tista' tibbenefika lill-komunità tar-riċerka u b'hekk tinkoraġġixxi l-innovazzjoni. Madankollu, fl-Unjoni, l-individwi u l-entitajiet pubbliċi u privati li għandhom aċċess legali għall-kontenut qed iħabbtu wiċċhom ma' inċertezza legali dwar sa fejn ikunu jistgħu jwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta tal-kontenut. F'ċerti każijiet, l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta tista' tinvolvi atti protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew bid-dritt tal-bażi tad-dejta sui generis, b'mod partikolari r-riproduzzjoni ta' xogħlijiet jew materji oħra u/jew l-estrazzjoni tal-kontenut minn bażi tad-dejta. Fejn ma hemm l-ebda eċċezzjoni jew limitazzjoni li tapplika, awtorizzazzjoni biex jitwettqu tali atti tkun meħtieġa mid-detenturi tad-drittijiet. L-ebda awtorizzazzjoni mhi meħtieġa f'każijiet fejn l-estrazzjoni tat-test jew tad-dejta titwettaq b'rabta ma' fatti jew dejta sempliċi li mhumiex protetti bid-drittijiet tal-awtur. Id-dritt għall-qari huwa fil-fatt id-dritt għall-estrazzjoni. |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Id-dritt tal-Unjoni diġà jipprovdi ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet li jkopru l-użi għal finijiet ta' riċerka xjentifika li jistgħu japplikaw għal atti ta' estrazzjoni tat-est u tad-dejta. Madankollu, dawn l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet huma fakultattivi u mhux adattati kompletament għall-użu ta' teknoloġiji fir-riċerka xjentifika. Barra minn hekk, fejn ir-riċerkaturi jkollhom aċċess għal kontenut legali, pereżempju permezz ta' abbonamenti għal pubblikazzjonijiet jew liċenzji ta' aċċess miftuħ, it-termini tal-liċenzji jistgħu jeskludu l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta. Kulma jmur ir-riċerka qed issir dejjem aktar bl-għajnuna tat-teknoloġija diġitali, għalhekk hemm riskju li l-pożizzjoni kompetittiva tal-Unjoni bħala qasam ta' riċerka se tbati jekk ma jitteħdux il-passi biex tiġi indirizzata l-inċertezza legali għall-estrazzjoni tat-test u tad-dejta. |
(9) Id-dritt tal-Unjoni diġà jipprovdi ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet li jkopru l-użi għal finijiet ta' riċerka xjentifika li jistgħu japplikaw għal atti ta' estrazzjoni tat-test u tad-dejta. Madankollu, dawn l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet huma fakultattivi u mhux adattati kompletament għall-użu tat-teknoloġiji ta' estrazzjoni tat-test jew tad-dejta li huma rilevanti lil hinn mill-qasam tar-riċerka xjentifika. Barra minn hekk, fejn ikun hemm aċċess miksub b'mod legali għal kontenut, pereżempju permezz ta' abbonamenti għal pubblikazzjonijiet jew liċenzji ta' aċċess miftuħ, it-termini tal-liċenzji jistgħu jeskludu l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta. Kulma jmur ir-riċerka qed issir dejjem aktar bl-għajnuna tat-teknoloġija diġitali, għalhekk hemm riskju li l-pożizzjoni kompetittiva tal-Unjoni bħala qasam ta' riċerka u linji ta' azzjoni previsti fl-Aġenda Ewropea tax-Xjenza Miftuħa se tbati jekk ma jitteħdux il-passi biex tiġi indirizzata l-inċertezza legali fir-rigward tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta għall-utenti potenzjali kollha. Hu meħtieġ li d-dritt tal-Unjoni jirrikonoxxi li l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta qed tintuża dejjem aktar lil hinn mill-organizzazzjonijiet ta' riċerka formali u għal finijiet oħra għajr ir-riċerka xjentifika li madankollu jikkontribwixxu għall-innovazzjoni, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-interess pubbliku. |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Din l-inċertezza legali għandha tiġi indirizzata billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt ta' riproduzzjoni kif ukoll id-dritt li ma titħalliex issir estrazzjoni minn bażi tad-dejta. L-eċċezzjoni l-ġdida għandha tkun bla ħsara għall-eċċezzjoni obbligatorja eżistenti dwar atti temporanji ta' riproduzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, li għandhom ikomplu japplikaw għal tekniki tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta li ma jinvolvux it-teħid ta' kopji li jmorru lil hinn mill-ambitu ta' din l-eċċezzjoni. L-organizzazzjonijiet ta' riċerka għandhom jibbenefikaw ukoll mill-eżenzjoni meta jkunu involuti fis-sħubijiet pubbliċi-privati. |
(10) Din l-inċertezza legali għandha tiġi indirizzata billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt ta' riproduzzjoni kif ukoll id-dritt li ma titħalliex issir estrazzjoni minn bażi tad-dejta. Eċċezzjoni obbligatorja oħra jenħtieġ li tippermetti lill-organizzazzjonijiet ta' riċerka aċċess għal informazzjoni f'format li jippermettilha li tiġi soġġetta għall-estrazzjoni tat-test u tad-dejta. L-organizzazzjonijiet ta' riċerka jenħtieġ li jibbenefikaw ukoll mill-eċċezzjoni meta jkunu involuti fis-sħubijiet pubbliċi-privati, dment li dawn jinvestu mill-ġdid il-profitti tagħhom fir-riċerka. L-eċċezzjonijieti l-ġodda jenħtieġ li jkunu bla ħsara għall-eċċezzjoni obbligatorja eżistenti dwar atti temporanji ta' riproduzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, li jenħtieġ li jkomplu japplikaw għal tekniki tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta li ma jinvolvux it-teħid ta' kopji li jmorru lil hinn mill-ambitu ta' din l-eċċezzjoni. |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Organizzazzjonijiet ta' riċerka madwar l-Unjoni jinkludu varjetà wiesgħa ta' entitajiet li l-għan primarju tagħhom huwa li jiwettqu riċerka xjentifika jew li jagħmlu dan flimkien mal-provvista ta' servizzi edukattivi. Minħabba d-diversità ta' entitajiet bħal dawn, huwa importanti li jkun hemm fehim komuni tal-benefiċjarji tal-eċċezzjoni. Minkejja forom legali u strutturi differenti, organizzazzjonijiet ta' riċerka madwar l-Istati Membri ġeneralment għandhom bħala punt komuni li jaġixxu jew fuq bażi mhux għall-profitt jew fil-kuntest ta' missjoni ta' interess pubbliku rikonoxxut mill-Istat. Tali missjoni ta' interess pubbliku tista', pereżempju, tiġi riflessa permezz ta' finanzjament pubbliku jew permezz ta' dispożizzjonijiet f'liġijiet nazzjonali jew kuntratti pubbliċi. Fl-istess waqt, organizzazzjonijiet li fuqhom impriżi kummerċjali għandhom influwenza deċiżiva li tippermettilhom li jeżerċitaw kontroll minħabba sitwazzjonijiet struttutali bħall-kwalità tal-azzjonisti jew tal-membri, li jistgħu jirriżultaw f'aċċess preferenzjali għar-riżultati tar-riċerka, ma għandhomx jitqiesu bħala organizzazzjonijiet ta' riċerka għall-fini ta' din id-Direttiva. |
(11) Organizzazzjonijiet ta' riċerka madwar l-Unjoni jinkludu varjetà wiesgħa ta' entitajiet li jwettqu riċerka, inkluż is-settur pubbliku u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, li l-għan primarju tagħhom huwa li titwettaq riċerka xjentifika jew li jagħmlu dan flimkien mal-provvista ta' servizzi edukattivi. Minħabba d-diversità ta' entitajiet bħal dawn, huwa importanti li jkun hemm fehim komuni tal-benefiċjarji tal-eċċezzjoni. Minkejja forom legali u strutturi differenti, organizzazzjonijiet ta' riċerka madwar l-Istati Membri ġeneralment għandhom bħala punt komuni li jaġixxu jew fuq bażi mhux għall-profitt jew fil-kuntest ta' missjoni ta' interess pubbliku rikonoxxut mill-Istat. Tali missjoni ta' interess pubbliku tista', pereżempju, tiġi riflessa permezz ta' finanzjament pubbliku jew permezz ta' dispożizzjonijiet f'liġijiet nazzjonali jew kuntratti pubbliċi. Fl-istess waqt, organizzazzjonijiet li fuqhom impriżi kummerċjali għandhom influwenza deċiżiva li tippermettilhom li jeżerċitaw kontroll minħabba sitwazzjonijiet struttutali bħall-kwalità tal-azzjonisti jew tal-membri, li jistgħu jirriżultaw f'aċċess preferenzjali għar-riżultati tar-riċerka, ma għandhomx jitqiesu bħala organizzazzjonijiet ta' riċerka għall-fini ta' din id-Direttiva. |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Fid-dawl ta' numru potenzjalment għoli ta' talbiet għall-aċċess għal u downloads tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal ieħor protett, id-detenturi ta' drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri fejn ikun hemm riskju li s-sigurtà u l-integrità tas-sistema u/jew tal-bażijiet tad-dejta fejn ix-xogħlijiet jew materji ieħor huma ospitati jiġu mhedda. Dawk il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi żgurata s-sigurtà u l-integrità tas-sistema u ma għandux ifixkel l-applikazzjoni effettiva tal-eċċezzjoni. |
(12) Fid-dawl ta' numru potenzjalment għoli ta' talbiet għall-aċċess għal u downloads tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal ieħor protett, id-detenturi ta' drittijiet jenħtieġ li jitħallew japplikaw miżuri fejn ikun hemm riskju li s-sigurtà tas-sistema u/jew tal-bażijiet tad-dejta fejn ix-xogħlijiet jew materji ieħor huma ospitati jiġu mhedda. Dawk il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju, proporzjonat u effikaċi sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi żgurata s-sigurtà tas-sistema u ma għandux ifixkel l-applikazzjoni effettiva tal-eċċezzjoni u lanqas jimpedixxi r-riproduċibilità tar-riżultati tar-riċerka. |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Il-proċess tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta jinkludi tniżżil ta' xogħlijiet protetti u ta' materjal tematiku ieħor fuq skala sinifikanti. Għaldaqstant, il-ħżin u l-ikkuppjar tal-kontenut għandu jkun strettament limitat għal dak li hu neċessarju biex jiġu vverifikati r-riżultati. Kwalunkwe kopja maħżuna għandha titħassar wara perjodu ta' żmien raġonevoli bil-għan li jiġi evitat li dawn jintużaw f'każijiet mhux koperti mill-eċċezzjoni. |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) L-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 2001/29/KE jippermetti lill-Istati Membri li jintroduċu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet ta' riproduzzjoni, ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dispożizzjoni għall-pubbliku għall-għan uniku li, fost l-oħrajn, jkun hemm illustrazzjoni għat-tagħlim. Barra minn hekk, l-Artikoli 6(2)(b) u 9(b) tad-Direttiva 96/9/KE jippermettu l-użu ta' bażi tad-dejta u l-estrazzjoni jew l-użu mill-ġdid ta' parti sostanzjali tal-kontenut tagħha għall-finijiet ta' illustrazzjoni għat-tagħlim. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet kif japplikaw għall-użi diġitali mhijiex ċara. Barra minn hekk, hemm nuqqas ta' ċarezza dwar jekk dawn l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għandhomx japplikaw fejn it-tagħlim huwa pprovdut online u b'hekk mill-bogħod. Barra minn hekk, il-qafas attwali ma jipprovdix għal effett transfruntier. Din is-sitwazzjoni tista' tfixkel l-iżvilupp ta' attivitajiet ta' tagħlim diġitalment appoġġati u t-tagħlim mill-bogħod. Għalhekk, l-introduzzjoni ta' sistema ġdida ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni obbligatorja hija meħtieġa biex jiġi żgurat li stabbilimenti edukattivi jibbenefikaw minn ċertezza legali sħiħa meta jużaw xogħlijiet jew materji oħra, inklużi attivitajiet ta' tagħlim diġitali u online bejn il-fruntieri. |
(14) L-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 2001/29/KE jippermetti lill-Istati Membri li jintroduċu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet ta' riproduzzjoni, ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dispożizzjoni għall-pubbliku għall-għan uniku li, fost l-oħrajn, jkun hemm illustrazzjoni għat-tagħlim. Barra minn hekk, l-Artikoli 6(2)(b) u 9(b) tad-Direttiva 96/9/KE jippermettu l-użu ta' bażi tad-dejta u l-estrazzjoni jew l-użu mill-ġdid ta' parti sostanzjali tal-kontenut tagħha għall-finijiet ta' illustrazzjoni għat-tagħlim. Barra minn hekk, hemm nuqqas ta' ċarezza dwar jekk dawn l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għandhomx japplikaw fejn it-tagħlim huwa pprovdut online u b'hekk mill-bogħod. Barra minn hekk, il-qafas attwali ma jipprovdix għal effett transfruntier. Din is-sitwazzjoni tista' tfixkel l-iżvilupp ta' attivitajiet ta' tagħlim diġitalment appoġġati u t-tagħlim mill-bogħod. Għalhekk, l-introduzzjoni ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni obbligatorja ġdida hija meħtieġa biex tiġi żgurata ċertezza legali sħiħa meta jużaw xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor, inklużi fl-attivitajiet kollha ta' tagħlim diġitali u online bejn il-fruntieri. |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Filwaqt li programmi ta' edukazzjoni u ta' tagħlim mill-bogħod transfruntier ħafna drabi huma żviluppati f'livell ogħla ta' edukazzjoni, l-għodod u r-riżorsi diġitali qed jintużaw dejjem aktar fil-livelli edukattivi kollha, b'mod partikolari biex itejbu u jsaħħu l-esperjenza tat-tagħlim. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista f'din id-Direttiva għandhom għalhekk jibbenefikaw lill-istabbilimenti edukattivi kollha fl-edukazzjoni primarja, sekondarja, vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja sa fejn huma jwettqu attivitajiet edukattivi għal skop mhux kummerċjali. L-istruttura organizzattiva u l-mezzi ta' ffinanzjar ta' stabbiliment edukattivi mhumiex il-fatturi deċiżivi biex jiddeterminaw in-natura mhux kummerċjali tal-attività. |
(15) Filwaqt li programmi ta' tagħlim mill-bogħod, ta' tagħlim elettroniku u ta' edukazzjoni transfruntiera ħafna drabi huma żviluppati f'livell ogħla ta' edukazzjoni, l-għodod u r-riżorsi diġitali qed jintużaw dejjem aktar fil-livelli edukattivi kollha, b'mod partikolari biex itejbu u jsaħħu l-esperjenza tat-tagħlim. L-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni previsti f'din id-Direttiva jenħtieġ li għalhekk jibbenefikaw lill-istabbilimenti u l-attivitajiet edukattivi kollha inklużi dawk relatati mal-edukazzjoni primarja, sekondarja, vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja, kif ukoll għal organizzazzjonijiet involuti fl-attivitajiet ta' tagħlim inkluż fil-kuntest ta' edukazzjoni mhux formali jew informali rikonoxxuti mill-Istat Membru, sa fejn huma jwettqu attivitajiet edukattivi għal skop mhux kummerċjali. F'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għal kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ "ET2020", il-kontribuzzjoni tal-edukazzjoni informali u mhux formali, flimkien mal-edukazzjoni formali, jenħtieġ li tkun rikonoxxuta u żviluppata sabiex twassal l-objettivi tal-Unjoni. L-istruttura organizzattiva u l-mezzi ta' ffinanzjar ta' stabbiliment edukattivi mhumiex il-fatturi deċiżivi biex jiddeterminaw in-natura mhux kummerċjali tal-attività. |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri l-użi diġitali ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, bħal pereżempju l-użu ta' partijiet jew siltiet ta' xogħlijiet biex isostnu, isaħħu jew jikkumplimentaw it-tagħlim, inklużi attivitajiet ta' tagħlim relatati. L-użu tax-xogħlijiet jew suġġett ieħor skont l-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandhom ikunu biss fil-kuntest ta' attivitajiet ta' taħriġ u tagħlim imwettqa taħt ir-responsabbiltà ta' stabbilimenti edukattivi, inkluż matul l-eżamijiet, u jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop ta' dawn l-attivitajiet. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri ż-żewġ użi permezz ta' mezzi diġitali fil-klassi u użi online permezz ta' netwerk elettroniku sigur tal-istabbiliment edukattiv, li l-aċċess għalihom għandhom ikunu protetti, b'mod partikolari permezz ta' proċeduri ta' awtentikazzjoni. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tinftiehem bħala li tkopri l-ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità fil-kuntest ta' illustrazzjoni għat-tagħlim. |
(16) L-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni jenħtieġ li jkopru l-użi kollha ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, kemm diġitali jew mod ieħor, bħal pereżempju l-użu ta' partijiet jew siltiet ta' xogħlijiet biex isostnu, isaħħu jew jikkumplimentaw it-tagħlim, inklużi attivitajiet ta' tagħlim relatati. L-idea ta' "illustrazzjoni għat-tagħlim" spiss tiġi mifhuma bħala li tippermetti li għalliem juża xogħol biex jagħti eżempju u jispjega jew jappoġġja l-kors tiegħu. L-użu tax-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor skont l-eċċezzjoni jew limitazzjoni jenħtieġ li jkunu biss fil-kuntest ta' attivitajiet ta' taħriġ u tagħlim, inkluż matul l-eżamijiet, u jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop ta' dawn l-attivitajiet. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni jenħtieġ li tkopri kemm użi permezz offline bħal użi fil-klassi jew f'organizzazzjonijiet, bħal libreriji jew istituzzjonijiet tal-wirt kulturali oħra u użi online permezz ta' netwerk elettroniku sigur tal-istabbiliment edukattiv, li l-aċċess għalihom jenħtieġ li jkun protett, b'mod partikolari permezz ta' proċeduri ta' awtentikazzjoni. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tinftiehem bħala li tkopri l-ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità fil-kuntest ta' illustrazzjoni għat-tagħlim. |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Arranġamenti differenti, ibbażati fuq l-implimentazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fid-Direttiva 2001/29/KE jew fuq ftehimiet ta' liċenzjar li jkopru aktar użi, huma fis-seħħ f'għadd ta' Stati Membri sabiex jiġi ffaċilitat l-użu edukattiv ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. Arranġamenti bħal dawn normalment ikunu ġew żviluppati wara li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet edukattivi u livelli differenti ta' edukazzjoni. Billi huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-ambitu obbligatorju ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni fir-rigward ta' użi u attivitajiet ta' tagħlim diġitali transfruntier, il-modalitajiet ta' implimentazzjoni jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, sakemm dawn ma jfixklux l-applikazzjoni effettiva tal-eċċezzjoni jew limitazzjoni jew użi transfruntieri. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri li jibnu fuq l-arranġamenti eżistenti konklużi fil-livell nazzjonali. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissuġġettaw l-applikazzjoni ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni, b'mod sħiħ jew parzjalment, id-disponibbiltà ta' liċenzji adegwati, li tkopri mill-inqas l-istess użu bħal dawk permessi taħt din l-eċċezzjoni. Dan il-mekkaniżmu jista', pereżempju, jippermetti li tingħata preċedenza għal liċenzji għal materjali li huma primarjament maħsuba għas-suq edukattiv. Sabiex jiġi evitat li tali mekkaniżmu jirriżulta f'inċertezza legali jew piż amministrattiv għall-istabbilimenti edukattivi, l-Istati Membri li jadottaw dan l-approċċ għandhom jieħu miżuri konkreti biex jiżguraw li skemi ta' liċenzjar li jippermettu użi diġitali ta' xogħlijiet jew materji oħra għall-fini ta' illustrazzjoni għat-tagħlim ikunu faċilment disponibbli u li l-istituzzjonijiet edukattivi jkunu konxji mill-eżistenza ta' tali skemi ta' liċenzjar. |
(17) Arranġamenti differenti, ibbażati fuq l-implimentazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fid-Direttiva 2001/29/KE jew fuq ftehimiet kollettivi estiżi ta' liċenzjar, huma fis-seħħ f'għadd ta' Stati Membri sabiex jiġi ffaċilitat l-użu edukattiv ta' mill-inqas partijiet qosra jew estratti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. Arranġamenti bħal dawn normalment ikunu ġew żviluppati wara li jitqiesu l-limitazzjonijiet stipulati mil-lista magħluqa ta' eċċezzjonijiet voluntarji fil-livell tal-Unjoni, il-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet edukattivi u livelli differenti ta' edukazzjoni. Billi huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-ambitu obbligatorju ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni f'użi offline u online u partikolarment attivitajiet ta' tagħlim diġitali transfruntier, il-modalitajiet ta' implimentazzjoni jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, sakemm dawn ma jfixklux l-applikazzjoni effettiva tal-eċċezzjoni jew limitazzjoni jew użi transfruntieri. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri li jibnu fuq l-arranġamenti eżistenti konklużi fil-livell nazzjonali. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissuġġettaw l-applikazzjoni ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni, b'mod sħiħ jew parzjalment, id-disponibbiltà ta' liċenzji adegwati, li tkopri mill-inqas l-istess użu bħal dawk permessi taħt din l-eċċezzjoni. Kwalunkwe makkaniżmu ieħor ta' kumpens jenħtieġ li jkun limitat għal każijiet fejn hemm ir-riskju ta' ħsara irraġonevoli għall-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet. F'dawk il-każijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu kumpens għall-użi mwettqa taħt din l-eċċezzjoni. Dan il-mekkaniżmu jista', pereżempju, jippermetti li tingħata preċedenza għal liċenzji għal materjali li huma primarjament maħsuba għas-suq edukattiv. Sabiex jiġi evitat li tali mekkaniżmu jirriżulta f'inċertezza legali jew piż amministrattiv għall-istabbilimenti edukattivi, l-Istati Membri li jadottaw dan l-approċċ għandhom jieħu miżuri konkreti biex jiżguraw li skemi ta' liċenzjar li jippermettu użi diġitali ta' xogħlijiet jew materji oħra għall-fini ta' illustrazzjoni għat-tagħlim ikunu faċilment disponibbli u affordabbli, li jkopru l-użi kollha permessi mill-eċċezzjoni, u li l-istituzzjonijiet edukattivi jkunu konxji mill-eżistenza ta' tali skemi ta' liċenzjar. |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Att ta' preservazzjoni jista' jirrikjedi riproduzzjoni ta' xogħol jew materja oħra fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali u b'hekk l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet rilevanti. L-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali huma involuti fil-preservazzjoni tal-kollezzjonijiet tagħhom għall-ġenerazzjonijiet futuri. It-teknoloġiji diġitali joffru modi ġodda biex jiġi ppreservat il-wirt kulturali li jinsab f'dawk il-kollezzjonijiet, iżda dawn joħolqu wkoll sfidi ġodda. Minħabba dawn l-isfidi l-ġodda, jenħtieġ li l-qafas legali kurrenti jiġi addattat billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt ta' riproduzzjoni sabiex ikunu permessi dawk l-atti ta' preservazzjoni. |
(18) Att ta' preservazzjoni jista' jirrikjedi riproduzzjoni ta' xogħol jew materja oħra fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali u b'hekk l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet rilevanti. L-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali huma involuti fil-preservazzjoni tal-wirt kulturali għall-ġenerazzjonijiet futuri. It-teknoloġiji diġitali joffru modi ġodda biex jiġi ppreservat il-wirt kulturali li jinsab fil-kollezzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, iżda dawn joħolqu wkoll sfidi ġodda. Sfida waħda bħal din hija l-ġbir u l-preservazzjoni sistematiċi ta' xogħlijiet li mhumiex oriġinarjament ppubblikati b'mezzi analogi tradizzjonali, iżda li joriġinaw f'forma diġitali (l-hekk imsejħa xogħlijiet ta' oriġini diġitali) Billi l-pubblikaturi fl-Istati Membri huma tipikament obbligati jipprovdu kopja ta' referenza ta' kull xogħol ippubblikat lil ċerti istituzzjonijiet tal-wirt kulturali għal skopijiet ta' arkivjar, tali obbligi spiss ma japplikawx għal xogħlijiet imwielda diġitali. Fin-nuqqas tal-provvista ta' kopji ta' referenza mill-awturi jew il-pubblikaturi ta' xogħlijiet imwielda diġitali, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jitħallew jagħmlu riproduzzjonijiet ta' xogħlijiet imwielda diġitali fuq inizjattiva tagħhom stess kulmeta dawn ikunu disponibbli bil-miftuħ fl-internet, sabiex iżiduhom mal-kollezzjonijiet permanenti tagħhom. L-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali huma involuti wkoll fir-riproduzzjonijiet interni għal ħafna skopijiet differenti inklużi l-assikurazzjoni, l-ikklerjar tad-drittijiet tal-awtur, u s-self. Minħabba dawn l-isfidi l-ġodda possibbli, jenħtieġ li l-qafas legali kurrenti jiġi addattat billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt ta' riproduzzjoni. |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, xogħlijiet jew materji oħra għandhom jitqiesu li jkunu permanentement fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali meta kopji huma proprjetà ta' jew miżmuma b'mod permanenti fl-istituzzjoni tal-wirt kulturali, pereżempju bħala riżultat ta' trasferiment tas-sjieda jew ftehimiet ta' liċenzjar. |
(21) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor jenħtieġ li jitqiesu li jkunu permanentement fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali meta kopji huma proprjetà ta', miżmuma fuq self fit-tul jew miżmuma b'mod permanenti fl-istituzzjoni tal-wirt kulturali jew fl-istabbiliment edukattiv, pereżempju bħala riżultat ta' trasferiment tas-sjieda jew ftehimiet ta' liċenzjar. |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 31 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(31) Stampa libera u pluralista hija essenzjali biex ikun żgurat ġurnaliżmu ta' kwalità u l-aċċess taċ-ċittadini għall-informazzjoni. Din tagħti kontribut fundamentali għal dibattitu pubbliku u għall-funzjonament tajjeb ta' soċjetà demokratika. Fit-tranżizzjoni mill-istampar għar-realtà diġitali, il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa qed jaffaċċjaw problemi fil-liċenzjar għall-użu online tal-pubblikazzjonijiet tagħhom u b'hekk jirkupraw l-investimenti tagħhom. Fin-nuqqas ta' rikonoxximent ta' pubblikaturi tal-istampa pubblikazzjonijiet bħala detenturi tad-drittijiet, il-liċenzjar u l-infurzar fl-ambjent diġitali huma ta' spiss kumplessi u ineffiċjenti. |
(31) Stampa libera u pluralista hija essenzjali biex ikun żgurat ġurnaliżmu ta' kwalità u l-aċċess taċ-ċittadini għall-informazzjoni. Din tagħti kontribut fundamentali għal dibattitu pubbliku u għall-funzjonament tajjeb ta' soċjetà demokratika. Fit-tranżizzjoni mill-istampar għar-realtà diġitali, il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa investew enormement fid-diġitalizzazzjoni tal-kontenut tagħhom u minkejja dan qed jaffaċċjaw problemi fil-liċenzjar għall-użu online tal-pubblikazzjonijiet tagħhom u b'hekk jirkupraw l-investimenti tagħhom. Dan huwa minnu prinċipalment peress li xi aggregaturi tal-aħbarijiet u magni tat-tiftix jużaw kontenut tal-pubblikaturi tal-istampa mingħajr ma jiffirmaw ftehimiet ta' liċenzjar u mingħajr ma jħallsuhom ġustament. Il-pjattaformi diġitali, bħal aggregaturi ġodda u magni tat-tiftix, żviluppaw l-attivitajiet tagħhom fuq il-bażi tal-investiment mill-pubblikaturi tal-istampa fil-ħolqien ta' kontenut mingħajr ma kkontribwew għall-iżvilupp tiegħu. Dan joħloq theddida serja għall-impjiegi u r-remunerazzjoni ġusta tal-ġurnalisti u l-futur tal-pluraliżmu tal-midja. Fin-nuqqas ta' rikonoxximent ta' pubblikaturi tal-istampa pubblikazzjonijiet bħala detenturi tad-drittijiet, il-liċenzjar u l-infurzar fl-ambjent diġitali huma ta' spiss kumplessi u ineffiċjenti. |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 32 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(32) Il-kontribuzzjoni finanzjarja u organizzattiva tal-pubblikaturi fil-produzzjoni ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta u inkoraġġita aktar biex tkun żgurata s-sostenibilità tal-industrija tal-pubblikazzjoni. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta, fil-livell tal-Unjoni, protezzjoni legali armonizzata għall-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward ta' użi diġitali. Protezzjoni bħal din għandha tkun garantita b'mod effettiv permezz tal-introduzzjoni, fid-dritt tal-Unjoni, ta' drittijiet marbutin mad-drittijiet tal-awtur għar-riproduzzjoni u d-disponibbiltà għall-pubbliku ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi diġitali tagħhom. |
(32) Il-kontribuzzjoni finanzjarja u organizzattiva tal-pubblikaturi fil-produzzjoni ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta u inkoraġġita aktar biex tkun żgurata s-sostenibilità tal-industrija tal-pubblikazzjoni. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta, fil-livell tal-Unjoni, protezzjoni legali armonizzata għall-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward ta' użi diġitali. Protezzjoni bħal din għandha tkun garantita b'mod effettiv permezz tal-introduzzjoni, fid-dritt tal-Unjoni, ta' drittijiet marbutin mad-drittijiet tal-awtur għar-riproduzzjoni u d-disponibbiltà għall-pubbliku ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi stampat u diġitali tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li l-pubblikaturi jinvestu f'forom kemm għall-istampar kif ukoll diġitali tal-pubblikazzjonijiet, id-dritt tagħhom għandu jirrifletti din ir-realtà kif huwa diġà l-każ għal produtturi tal-kontenut oħra taħt id-Direttiva attwali 2001/29/KE. | |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 33 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(33) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta' pubblikazzjoni tal-istampa b'mod li tħaddan biss pubblikazzjonijiet ġurnalistiċi, ippubblikat minn fornitur ta' servizz, perjodikament jew regolarment aġġornati fi kwalunkwe mezz tax-xandir, għall-finijiet ta' informazzjoni jew divertiment. Dawn il-pubblikazzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, gazzetti ta' kuljum, rivisti ta' kull ġimgħa jew ta' kull xahar jew siti tal-internet ta' interess speċjali jew tal-aħbarijiet. Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, ma għandhomx ikunu koperti mill-protezzjoni mogħtija lil pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva. Din il-protezzjoni ma testendix għall-atti ta' hyperlinking li ma jikkostitwux komunikazzjoni lill-pubbliku. |
(33) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta' pubblikazzjoni tal-istampa b'mod li tħaddan biss pubblikazzjonijiet ġurnalistiċi, ippubblikat minn fornitur ta' servizz, perjodikament jew regolarment aġġornati fi kwalunkwe mezz tax-xandir, għall-finijiet ta' informazzjoni jew divertiment. Dawn il-pubblikazzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, gazzetti ta' kuljum, rivisti ta' kull ġimgħa jew ta' kull xahar jew siti tal-internet ta' interess speċjali jew tal-aħbarijiet. Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, ma għandhomx ikunu koperti mill-protezzjoni mogħtija lil pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva. Din il-protezzjoni ma testendix għall-atti ta' referenzjar ta' komputazzjoni jew ta' sistema ta' indiċjar bħalma hu l-hyperlinking. |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 34 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(34) Id-drittijiet mogħtija lill-edituri ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva għandhom ikollhom l-istess kamp ta' applikazzjoni bħad-drittijiet ta' riproduzzjoni u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku previsti fid-Direttiva 2001/29/KE, sa fejn għandhom x'jaqsmu l-użi diġitali. Dawn għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet bħal dawk applikabbli għad-drittijiet previsti fid-Direttiva 2001/29/KE inkluża l-eċċezzjoni għall-kwotazzjoni, magħmula pereżempju għal skopijiet ta' kritika jew ta' rieżami stabbiliti fl-Artikolu 5(3)(d) ta' din id-Direttiva. |
(34) Id-drittijiet mogħtija lill-edituri ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva jenħtieġ li jkollhom l-istess kamp ta' applikazzjoni bħad-drittijiet ta' riproduzzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku previsti fid-Direttiva 2001/29/KE, u d-drittijiet tal-kiri, is-self u d-distribuzzjoni previsti fid-Direttiva 2006/115/KE. Dawn għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet bħal dawk applikabbli għad-drittijiet previsti fid-Direttiva 2001/29/KE inkluża l-eċċezzjoni għall-kwotazzjoni, magħmula pereżempju għal skopijiet ta' kritika jew ta' rieżami stabbiliti fl-Artikolu 5(3)(d) ta' din id-Direttiva. |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 36 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(36) Il-pubblikaturi, inklużi dawk ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa, kotba jew pubblikazzjonijiet xjentifiċi, ta' spiss joperaw fuq il-bażi tat-trasferiment tad-drittijiet tal-awtur permezz ta' ftehim kuntrattwali jew dispożizzjonijiet statutorji. F'dan il-kuntest, il-pubblikaturi jagħmlu investiment bl-għan li jisfruttaw ix-xogħlijiet li jinsabu fil-pubblikazzjonijiet tagħhom u jistgħu f'ċerti każijiet jiġu mċaħħda mid-dħul meta tali xogħlijiet jintużaw skont l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet bħal dawk għall-ikkuppjar privat u r-reprografija. F'għadd ta' Stati Membri l-kumpens għall-użu taħt dawn l-eċċezzjonijiet jinqasam bejn l-awturi u l-pubblikaturi. Sabiex titqies din is-sitwazzjoni u tittejjeb iċ-ċertezza legali għal dawk kollha kkonċernati, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu li, meta l-awtur jkun trasferixxa jew illiċenzja d-drittijiet tiegħu lil pubblikatur jew li b'xi mod ieħor ikkontribwixxa b'xogħlijiet tiegħu għal pubblikazzjoni u jkun hemm fis-seħħ sistemi għall-kumpens għall-ħsara kkawżata minn eċċezzjoni jew limitazzjoni, il-pubblikaturi huma intitolati jitolbu sehem ta' kumpens bħal dan, billi l-piż fuq il-pubblikatur biex jissostanzja t-talba tiegħu ma għandux jeċċedi dak li hu meħtieġ skont is-sistema fis-seħħ. |
(36) Il-pubblikaturi, inklużi dawk ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa, kotba jew pubblikazzjonijiet xjentifiċi, ta' spiss joperaw fuq il-bażi tat-trasferiment tad-drittijiet tal-awtur permezz ta' ftehim kuntrattwali jew dispożizzjonijiet statutorji. F'dan il-kuntest, il-pubblikaturi jagħmlu investiment bl-għan li jisfruttaw ix-xogħlijiet li jinsabu fil-pubblikazzjonijiet tagħhom u jistgħu f'ċerti każijiet jiġu mċaħħda mid-dħul meta tali xogħlijiet jintużaw skont l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet bħal dawk għall-ikkuppjar privat u r-reprografija. F'għadd ta' Stati Membri l-kumpens għall-użu taħt dawn l-eċċezzjonijiet jinqasam bejn l-awturi u l-pubblikaturi. Sabiex titqies din is-sitwazzjoni u tittejjeb iċ-ċertezza legali għal dawk kollha kkonċernati, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li, meta l-awtur ikun trasferixxa jew illiċenzja d-drittijiet tiegħu lil pubblikatur jew li b'xi mod ieħor ikkontribwixxa b'xogħlijiet tiegħu għal pubblikazzjoni u jkun hemm fis-seħħ sistemi għall-kumpens għall-ħsara kkawżata minn eċċezzjoni jew limitazzjoni, il-pubblikaturi huma intitolati jitolbu sehem ta' kumpens bħal dan, billi l-piż fuq il-pubblikatur biex jissostanzja t-talba tiegħu ma għandux jeċċedi dak li hu meħtieġ skont is-sistema fis-seħħ. |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 37 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(37) Matul dawn l-aħħar snin, il-funzjonament tas-suq tal-kontenut online sar iktar kumpless. Is-servizzi online li jipprovdu aċċess għall-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur mtella' mill-utenti tagħhom mingħajr l-involviment tad-detenturi tad-drittijiet mxew 'il quddiem u saru sors ewlenin ta' aċċess għall-kontenut online. Dan jaffettwa l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jiddeterminaw jekk, u taħt liema kundizzjonijiet, ix-xogħol tagħhom u materjaa oħra jintużawx kif ukoll il-possibbiltajiet tagħhom li jirċievu rimunerazzjoni xierqa għalih. |
(37) L-evoluzzjoni tat-teknoloġiji diġitali wasslet għall-formazzjoni ta' mudelli ta' negozju ġodda u saħħet ir-rwol tal-internet bħala l-akbar suq prinċipali għad-distribuzzjoni ta' kontenut protett mid-drittijiet tal-awtur. Matul is-snin, is-servizzi online li jippermettu lill-utenti tagħhom itellgħu xogħlijiet u jagħmluhom aċċessibbli għall-pubbliku mxew 'il quddiem u saru sors importanti ta' aċċess għall-kontenut online, billi jippermettu d-diversità u l-faċilità tal-aċċess għall-kontenut iżda wkoll jiġġeneraw il-kontestazzjonijiet meta l-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur jittella' mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tad-detenturi tad-drittijiet. |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 37a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(37a) Illum il-ġurnata, il-kontenut kreattiv qed jintuża aktar minn qatt qabel. Dan huwa ffaċilitat permezz ta' pjattaformi u servizzi tal-aggregazzjoni tal-kontenut. Dawn huma mezz biex jingħata aċċess usa' għal xogħlijiet kulturali u kreattivi u joffru opportunitajiet kbar biex l-industriji kulturali u kreattivi jiżviluppaw mudelli kummerċjali ġodda. Fl-istess ħin, l-artisti u l-awturi qed isibuha diffiċli biex jaraw żieda komparabbli fid-dħul minn din iż-żieda fil-konsum. Waħda mir-raġunijiet għal dan tista' tkun in-nuqqas ta' ċarezza rigward l-istatus ta' dawn is-servizzi online taħt il-liġi tal-kummerċ elettroniku. Hemm bżonn ta' eżami dwar kif dan il-proċess jista' jiffunzjona b'aktar ċertezza legali u rispett lill-partijiet affettwati kollha inklużi artisti u utenti u huwa importanti biex tiġi żgurata t-trasparenza u kundizzjonijiet ugwali u ġusti għal kulħadd. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa gwida dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta' responsabbiltà intermedjarja sabiex tippermetti lil pjattaformi online jikkonformaw mar-responsabbiltajiet tagħhom u mar-regoli dwar ir-responsabbiltà, tittejjeb iċ-ċertezza legali, u tiżdied il-fiduċja tal-utenti; |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 38 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fejn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal xogħlijiet jew materja oħra protetta bid-drittijiet tal-awtur mtella' mill-utenti tagħhom, u għalhekk imorru lil hinn mis-sempliċi provvista ta' faċilitajiet fiżiċi u t-twettiq ta' att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku, huma obbligati li jikkonkludu kuntratti ta' liċenzja flimkien ma' detenturi tad-drittijiet, sakemm dawn ma jkunux eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà pprovduta fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
Fejn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni joffru lil utenti servizzi ta' ħżin tal-kontenut u jipprovdu aċċess lill-pubbliku għal kontenut u fejn din l-attività tikkostitwixxi att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u ma hijiex ta' natura sempliċement teknika, awtomatika u passiva, huma jenħtieġ li jkunu obbligati li jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar mad-detenturi tad-drittijiet, fir-rigward tax-xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal tematiku ieħor sakemm ma jkunux eliġibbli għall-eċċezzjonijiet ta' responsabbiltà previsti fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
__________________ |
__________________ |
34Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17/7/2000, p. 1-16). |
34Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17/7/2000, p. 1-16). |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 38 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fir-rigward tal-Artikolu 14, għandu jiġi vverifikat jekk il-fornitur tas-servizz għandux rwol attiv, inkluż bit-titjib tal-preżentazzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet jew suġġetti jew il-promozzjoni tagħhom, tkun xi tkun in-natura tal-mezzi użati għal dan. |
imħassar |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 38 - paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ta' kwalunkwe ftehim ta' liċenzjar, il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u li jagħtu aċċess lill-pubbliku għal ammonti kbar ta' xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materji oħra mtellgħa mill-utenti tagħhom għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw il-protezzjoni ta' xogħlijiet jew materja oħra, bħall-implimentazzjoni ta' teknoloġiji effettivi. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll meta l-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jkunu eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE. |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ta' kwalunkwe ftehim ta' liċenzjar, il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li huma attivament u direttament involuti fl-attività li biha l-utenti jtellgħu materjal u filwaqt li jagħmlu xogħlijiet disponibbli u jippromwovu xogħlijiet lill-pubbliku jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw il-protezzjoni tax-xogħlijiet jew ta' materjal tematiku ieħor. Tali miżuri jenħtieġ li jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li ma jimponux obbligu ġenerali fuq il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni sabiex jimmonitorjaw l-informazzjoni li huma jittrasmettu jew jaħżnu, kif imsemmi fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/KE. |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 38a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(38a) Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' tali miżuri, il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet tal-awtur tas-soċjetà tal-informazzjoni hija essenzjali. Id-detenturi tad-drittijiet jenħtieġ li jidentifikaw b'mod preċiż lill-fornituri tas-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni ix-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li fir-rigward tagħhom huma jgħidu li għandhom id-drittijiet tal-awtur. Id-detenturi tad-drittijiet jenħtieġ li jżommu r-responsabilità għat-talbiet magħmula minn partijiet terzi dwar l-użu ta' xogħlijiet li huma jkunu identifikaw bħala tagħhom fl-implimentazzjoni ta' kwalunkwe ftehim milħuq mal-fornitur tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 39 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(39) Kollaborazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu l-aċċess lill-pubbliku għal ammonti kbar ta' xogħlijiet jew materja oħra protetti bid-drittijiet tal-awtur imtellgħa mill-utenti u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom hija essenzjali għall-funzjonament tat-teknoloġiji, bħal teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut. F'każijiet bħal dawn, id-detenturi tad-drittijiet għandhom jipprovdu d-dejta neċessarja biex jippermettu li s-servizzi jidentifika l-kontenut tagħhom u s-servizzi għandhom ikunu trasparenti lejn id-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tat-teknoloġiji użati, biex jippermettu l-valutazzjoni ta' kemm dawn ikunu xierqa. Is-servizzi għandhom b'mod partikolari jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b'informazzjoni dwar it-tip ta' teknoloġiji użati, il-mod li fih jitħaddmu kif ukoll ir-rata ta' suċċess tagħhom għar-rikonoxximent ta' kontenut tad-detenturi tad-drittijiet. Dawk it-teknoloġiji għandhom jippermettu wkoll lid-detenturi tad-drittijiet li jiksbu l-informazzjoni mill-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni dwar l-użu tal-kontenut tagħhom kopert minn ftehim. |
imħassar |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 40 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(40) Ċerti detenturi tad-drittijiet bħal awturi u artisti jeħtieġu informazzjoni sabiex jivvalutaw il-valur ekonomiku tad-drittijiet tagħhom li huma armonizzati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan huwa speċjalment il-każ fejn dawn id-detenturi tad-drittijiet jagħtu liċenzja jew trasferiment ta' drittijiet għal remunerazzjoni. Peress li l-awturi u l-artisti aktarx li jkunu f'pożizzjoni kuntrattwali aktar dgħajfa huma jagħtu liċenzji jew jitrasferixxu d-drittijiet tagħhom, huma jkollhom bżonn informazzjoni biex jivvalutaw il-valur ekonomiku kontinwu tad-drittijiet tagħhom, meta mqabbla mar-remunerazzjoni li jirċievu għal-liċenzja tagħhom jew għat-trasferiment, iżda ħafna drabi jaffaċċjaw nuqqas ta' trasparenza. Għaldaqstant, l-iskambju ta' informazzjoni adegwata mill-kontropartijiet kuntrattwali tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu huwa importanti għat-trasparenza u l-bilanċ tas-sistema li biha titmexxa r-remunerazzjoni tal-awturi u l-artisti. |
(40) Ċerti detenturi tad-drittijiet bħal awturi u artisti jeħtieġu informazzjoni sabiex jivvalutaw il-valur ekonomiku tad-drittijiet tagħhom li huma armonizzati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan huwa speċjalment il-każ fejn dawn id-detenturi tad-drittijiet jagħtu liċenzja jew trasferiment ta' drittijiet għal remunerazzjoni. Peress li l-awturi u l-artisti huma f'pożizzjoni kuntrattwali aktar dgħajfa meta huma jagħtu liċenzji jew jitrasferixxu d-drittijiet tagħhom, huma jkollhom bżonn informazzjoni preċiża biex jivvalutaw il-valur ekonomiku kontinwu tad-drittijiet tagħhom, meta mqabbla mar-remunerazzjoni li jirċievu għal-liċenzja tagħhom jew għat-trasferiment, iżda ħafna drabi jaffaċċjaw nuqqas ta' trasparenza. Għaldaqstant, l-iskambju regolari ta' informazzjoni adegwata mill-kontropartijiet kuntrattwali diretti tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu huwa importanti għat-trasparenza u l-bilanċ tas-sistema li biha titmexxa r-remunerazzjoni tal-awturi u l-artisti. Jenħtieġ li l-obbligu ta' rapportar u trasparenza jsegwi x-xogħol fil-forom kollha ta' sfruttament u bejn il-fruntieri. |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 41 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(41) Meta jimplimentaw l-obbligi tat-trasparenza, għandhom jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tad-diversi setturi ta' kontenut u tad-drittijiet tal-awturi u l-artisti f'kull settur. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-partijiet interessati rilevanti kollha għax dan għandu jgħin biex jiġu determinati rekwiżiti speċifiċi għas-settur. In-negozjar kollettiv għandu jiġi kkunsidrat bħala alternattiva biex jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet interessati rilevanti dwar it-trasparenza. Biex il-prattiki attwali tar-rappurtar ikunu jistgħu jiġu adattati għall-obbligi tat-trasparenza, għandu jiġi previst perjodu tranżitorju. L-obbligi tat-trasparenza ma għandhomx bżonn japplikaw għal ftehimiet konklużi mal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv, bħal dawk li diġà huma soġġetti għall-obbligi tat-trasparenza skont id-Direttiva 2014/26/UE. |
(41) Meta jimplimentaw l-obbligi tat-trasparenza, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tad-diversi setturi ta' kontenut u tad-drittijiet tal-awturi u l-artisti f'kull settur, kif ukoll is-sinifikat tal-kontribut mill-awturi u mill-artisti għax-xogħol jew il-prestazzjoni ġenerali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonsultaw lill-partijiet interessati rilevanti kollha għax dan għandu jgħin biex jiġu determinati rekwiżiti speċifiċi għas-settur u dikjarazzjonijiet u proċeduri standard għar-rapportar. In-negozjar kollettiv għandu jiġi kkunsidrat bħala alternattiva biex jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet interessati rilevanti dwar it-trasparenza. Biex il-prattiki attwali tar-rappurtar ikunu jistgħu jiġu adattati għall-obbligi tat-trasparenza, għandu jiġi previst perjodu tranżitorju. L-obbligi tat-trasparenza ma għandhomx bżonn japplikaw għal ftehimiet konklużi mal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv sal-punt li l-obbligi tat-trasparenza kompletament ekwivalenti jeżistu skont id-Direttiva 2014/26/UE, |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 42 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(42) Ċerti kuntratti għall-isfruttament tad-drittijiet armonizzati fil-livell tal-Unjoni għandhom durata twila, li joffru ftit possibilitajiet għal awturi u artisti biex jinnegozjawhom mill-ġdid mal-kontropartijiet tagħhom jew mas-suċċessuri tagħhom fit-titolu. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli għall-kuntratti fl-Istati Membri, għandu jkun hemm mekkaniżmu ta' aġġustament tar-remunerazzjoni għal każijiet meta l-ħlas kien oriġinarjament miftiehem taħt liċenzja jew trasferiment ta' drittijiet huwa sproporzjonament baxx meta mqabbel mal-ammont tad-dħul rilevanti u l-benefiċċji li ġejjin mill-isfruttament tax-xogħol jew l-iffissar tal-prestazzjoni, inkluż fid-dawl li tiġi żgurata t-trasparenza permezz ta' din id-Direttiva. L-istudju tas-sitwazzjoni għandu jqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull każ kif ukoll l-ispeċifiċitajiet u l-prattiki tas-setturi ta' kontenut differeni. Meta l-partijiet ma jaqblux dwar l-aġġustament tar-remunerazzjoni, l-awtur jew l-artist għandhom jkollhom id-dritt li jressqu talba quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra. |
(42) Ċerti kuntratti għall-isfruttament tad-drittijiet armonizzati fil-livell tal-Unjoni għandhom durata twila, li joffru ftit possibilitajiet għal awturi u artisti biex jinnegozjawhom mill-ġdid mal-kontropartijiet tagħhom jew mas-suċċessuri tagħhom fit-titolu. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli għall-kuntratti fl-Istati Membri, jenħtieġ li jkun hemm mekkaniżmu ta' aġġustament tar-remunerazzjoni għal każijiet ta' suċċess mhux mistenni meta r-remunerazzjoni oriġinarjament miftiehma taħt liċenzja jew trasferiment ta' drittijiet tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mal-ammont tad-dħul nett dirett u indirett rilevanti li jkun ġej mill-isfruttament tax-xogħol jew l-iffissar tal-prestazzjoni, inkluż fid-dawl tat-trasparenza żgurata minn din id-Direttiva. L-istudju tas-sitwazzjoni jenħtieġ li jqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull każ kif ukoll l-ispeċifiċitajiet u l-prattiki tas-setturi ta' kontenut differeni. Meta tiġi vvalutata l-isproporzjonalità, jenħtieġ li jitqiesu ċ-ċirkostanzi xierqa ta' kull każ, inklużi n-natura u s-sinifikat tal-kontribut għall-awtur jew għall-artist għax-xogħol jew il-prestazzjoni ġenerali. Meta l-partijiet ma jaqblux dwar l-aġġustament tar-remunerazzjoni, l-awtur jew l-artist għandu jkollhom id-dritt li jressqu talba quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra. |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 43 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(43) L-awturi u l-artisti ta' spiss isibuha bi tqila biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom kontra l-imsieħba kuntrattwali tagħhom quddiem qorti jew tribunal. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu għal proċedura alternattiva għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li tindirizza talbiet relatati ma' obbligi tat-trasparenza u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratti. |
(43) L-awturi u l-artisti ta' spiss isibuha bi tqila jew ma jkunux jistgħu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom kontra l-imsieħba kuntrattwali tagħhom quddiem qorti jew tribunal. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu għal proċedura alternattiva effikaċi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li tindirizza talbiet relatati ma' obbligi tat-trasparenza u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratti. Jenħtieġ li jkun ukoll possibbli li jsir qbil dwar is-soluzzjoni tat-tilwim fi ftehimiet kollettivi. |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 1 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ħlief għall-każi msemmija fl-Artikolu 6, din id-Direttiva għandha tħalli kif inhuma u ma għandha bl-ebda mod taffettwa r-regoli eżistenti stabbiliti fid-Direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttivi 96/9/KE, 2001/29/EC, 2006/115/EC, 2009/24/EC, 2012/28/EU u 2014/26/EU. |
2. Ħlief għall-każijiet msemmija fl-Artikolu 6, din id-Direttiva għandha tħalli kif inhuma u ma għandha bl-ebda mod taffettwa r-regoli eżistenti stabbiliti fid-Direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttivi 96/9/KE, 2001/31/KE, 2001/29/KE, 2006/115/KE, 2009/24/KE, 2012/28/UE u 2014/26/UE. |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) "stabbiliment edukattiv" tfisser skola, kulleġġ, università, jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-għan primarju tagħha huwa li tipprovdi servizzi edukattivi: |
|
(a) fuq bażi mhux għall-profitt jew billi tinvesti mill-ġdid il-profitti kollha biex tipprovdi tali servizzi; jew |
|
(b) skont missjoni ta' interess pubbliku rikonoxxuta minn Stat Membru; |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) "l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta" tfisser kwalunkwe tekniki analitiċi awtomatizzati għat-test u għad-dejta f'forma diġitali biex tkun ġenerata informazzjoni bħall-mudelli, ix-xejriet u l-korrelazzjonijiet; |
(2) "l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta" tfisser kwalunkwe teknika analitika jew komputazzjonali awtomatizzata li tanalizza test jew dejta jew materjal tematiku ieħor f'forma diġitali biex tkun ġenerata informazzjoni inklużi, imma mhux biss, mudelli, xejriet u korrelazzjonijiet; |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) "istituzzjoni tal-wirt kulturali" tfisser librerija jew mużew aċċessibli għall-pubbliku, arkivju jew istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo; |
(3) "istituzzjoni tal-wirt kulturali" tfisser librerija jew mużew jew gallerija, stabbiliment edukattiv, aċċessibbli għall-pubbliku, arkivju jew istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo, jew xandar tas-servizz pubbliku; |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) "kontenut ġenerat mill-utent" tfisser immaġni, ġabra ta' immaġnijiet li jiċċaqilqu jew mingħajr ħoss, fonogramma, test, software, dejta, jew ġabra ta' dawn hawn fuq imsemmija, li jittellgħu fuq servizz online minn utent wieħed jew aktar; |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) “pubblikazzjoni tal-istampa” tfisser l-iffissar ta' kollezzjoni ta' xogħlijiet letterarji ta' natura ġurnalistika, li tista' tinkludi wkoll ix-xogħlijiet jew materji oħra u tikkostitwixxi komponent individwali f'perjodiku jew f'pubblikazzjoni aġġornata regolarment taħt titlu wieħed, bħal f'gazzetta jew f'rivista ta' interess ġenerali jew speċjali, li għandhom jagħtu informazzjoni b'rabta ma' aħbarijiet jew suġġetti oħra u ppubblikati fi kwalunkwe mezz tax-xandir taħt l-inizjattiva, responsabbiltà editorjali u kontroll ta' fornitur ta' servizz. |
imħassar |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) "xogħlijiet li mhumiex fis-suq" tfisser xogħol jew materjal tematiku ieħor li mhux disponibbli għall-pubbliku permezz ta' mezzi tal-kummerċ tas-soltu. Xogħlijiet li mhumiex fis-suq jinkludu kemm xogħlijiet li qabel kienu disponibbli fis-suq kif ukoll xogħlijiet li qatt ma kienu disponibbli fis-suq. |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 3 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u estrazzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet ta' riċerka sabiex iwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta ta' xogħlijiet jew materji oħra li għalih għandhom aċċess legali għall-fini tar-riċerka xjentifika. |
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet ta' riċerka u istituzzjonijiet tal-wirt kulturali sabiex iwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li għalihom ikunu akkwistaw jew għandhom aċċess legali għall-fini tar-riċerka xjentifika. |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 3 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli. |
2. Kull dispożizzjoni kuntrattwali jew protezzjoni teknika kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli. |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 3 - paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-dejta fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materji oħra . Dawn il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan. |
3. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri mmirati, proporzjonati, raġonevoli u mhux diskriminatorji biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-dejta fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor. Dawn il-miżuri għandhom ikunu raġonevoli u effiċjenti, ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan, jew ifixklu bla bżonn l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta. |
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 3 - paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lid-detenturi tad-drittijiet u lill-organizzazzjonijiet ta' riċerka li jiddefinixxi l-aqwa prassi miftiehma dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3. |
4. Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandhom jinkoraġġixxi lid-detenturi tad-drittijiet u lill-organizzazzjonijiet ta' riċerka li jiddefinixxi l-aqwa prassi miftiehma dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3. |
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 4 –Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-użu ta' xogħlijiet u materji oħra f'attivitajiet ta' tagħlim diġitali u transfruntier |
L-użu ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor f'attivitajiet edukattivi u ta' tagħlim |
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, skont l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva sabiex jippermettu l-użu diġitali ta' xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim, sa fejn ikun ġustifikat li jintlaħaq mill-iskop mhux kummerċjali, dment li l-użu: |
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, skont l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva sabiex jippermettu l-użu diġitali ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim, għal skopijiet edukattivi jew għar-riċerka xjentifika, sa fejn ikun ġustifikat li jintlaħaq mill-iskop mhux kummerċjali, dment li l-użu: |
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) isir fi stabbiliment edukattiv jew permezz ta' netwerk elettroniku sigur, aċċessibbli biss mill-istabbilimenti edukattivi tal-istudenti u l-għalliema; |
(a) isir fi stabbiliment edukattiv jew postijiet edukattivi oħra, bħal istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, li jkunu involuti f'attivitajiet ta' tagħlim, jew permezz ta' netwerk elettroniku sigur, aċċessibbli biss mill-istudenti jew l-għalliema tal-istabbiliment edukattiv, jew minn membri rreġistrati tal-istituzzjoni tal-wirt kulturali involuti fl-edukazzjoni mhux formali jew informali; |
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli. |
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 4 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-eċċezzjoni adottata skont il-paragrafu 1 ma tapplikax b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' tipi speċifiċi ta' xogħlijiet jew materji ieħor, sal-punt li liċenzji adegwati li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 ikunu disponibbli faċilment fis-suq. |
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-eċċezzjoni adottata skont il-paragrafu 1 ma tapplikax b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' tipi speċifiċi ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor, sal-punt li ftehimiet tal-liċenzjar kollettiv estiżi u ekwivalenti li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 ikunu affordabbli u disponibbli faċilment fis-suq. |
L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-viżibbiltà ta' liċenzji li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 għall-istabbilimenti edukattivi. |
L-Istati Membri li jagħmlu użu mid-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-viżibbiltà ta' liċenzji li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 għall-istabbilimenti edukattivi u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali. |
|
Mhux qabel ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar id-disponibbiltà ta' dawn il-liċenzji, bl-għan li jiġi propost titjib jekk ikun meħtieġ. |
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 4 - paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-użu ta' xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim permezz ta' netwerks elettroniċi sikuri li jkunu ttieħdu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala li jseħħu biss fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-istabbiliment edukattiv. |
3. L-użu ta' xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim permezz ta' netwerks elettroniċi sikuri li jkunu ttieħdu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala li jseħħu biss fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-istabbiliment edukattiv jew minn fejn toriġina l-attività edukattiva. |
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 4 - paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kumpens ġust għad-dannu mġarrab mid-detenturi tad-drittijiet minħabba l-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal ieħor protett skont il-paragrafu 1. |
4. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kumpens ġust għal kwalunkwe azzjoni irraġonevoli kuntrarja għall-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet b'rabta mal-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal tematiku ieħor protett skont il-paragrafu 1. |
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tad-drittijiet ikollhom id-dritt li jagħtu liċenzji mingħajr royalty li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1, b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' tipi speċifiċi ta' xogħlijiet ta' materjal tematiku ieħor li jistgħu jagħżlu. |
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 5 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva, li jippermettu li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jagħmlu kopji ta' kwalunkwe xogħol jew materjaoħra li huma permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom, f'kull forma jew mezz, għall-iskop waħdieni tal-preservazzjoni ta' xogħlijiet bħal dawn jew materji oħra u sa fejn meħtieġ għal tali preservazzjoni. |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva, li jippermettu li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jew l-istabbilimenti edukattivi, jagħmlu kopji ta' kwalunkwe xogħol jew materjal tematiku ieħor li huma permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom, f'kull forma jew mezz, sa fejn meħtieġ għal tali riproduzzjoni,għall-iskop li jwettqu l-missjoni ta' interess pubbliku tagħhom, b'mod individwali jew b'kollaborazzjoni ma' oħrajn, fil-preservazzjoni, ir-riċerka, il-kultura, l-edukazzjoni u t-tagħlim. |
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu li ladarba xogħol ikun fid-dominju pubbliku, jiġifieri d-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati f'xogħol ikunu skadew jew qatt ma eżistew, ir-riproduzzjonijiet leali sħaħ jew parzjali ta' dak ix-xogħol, irrispettivament mill-mod tar-riproduzzjoni u inkluża d-diġitalizzazzjoni, għandhom bl-istess mod ma jkunux soġġetti għad-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati. |
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 5a |
|
Il-libertà tal-panorama |
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE u l-punt (a) tal-Artikolu 5 u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, billi jippermettu r-riproduzzjoni u l-użu tax-xogħlijiet, bħal xogħlijiet ta' arkitettura jew skultura, magħmula biex jitqiegħdu permanentement f'postijiet pubbliċi. |
|
Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista f'dan l-Artikolu ma għandhiex tkun infurzabbli. |
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 5b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 5b |
|
Eċċezzjoni tal-kontenut maħluq mill-utent |
|
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Direttiva 2001/29/KE, punt (a) tal-Artikolu 5 u Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 13 ta' din id-Direttiva sabiex ikun permess l-użu diġitali ta' ċitazzjonijiet jew siltiet ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor inkluż f'kontenut maħluq mill-utenti għall-finijiet bħal kritika, reviżjoni, divertiment, illustrazzjoni, karikatura, parodija jew mimika, dment li ċ-ċitazzjonijiet jew is-siltiet: |
|
(a) jirreletaw ma' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li jkunu diġà saru disponibbli legalment għall-pubbliku; |
|
(b) ikunu akkumpanjati bl-indikazzjoni tas-sors, inkluż l-isem tal-awtur, sakemm dan ma jkunx sar impossibbli. kif ukoll |
|
(c) jintużaw skont prattika ġusta u b'mod li ma jestendix lil hinn mill-iskop li għalih dawn ikunu qegħdin jintużaw. |
|
2. Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli. |
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 6 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Artikolu 5(5) u l-ewwel, it-tielet u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/29/KE għandhom japplikaw l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti taħt dan it-Titolu. |
L-aċċess għall-kontenut permess minn eċċezzjoni jew limitazzjoni ma jagħtix lill-benefiċjarju tal-eċċezzjoni jew tal-limitazzjoni dritt li juża dan il-kontenut fil-kuntest previst minn eċċezzjoni jew limitazzjoni oħra. |
|
L-Artikolu 5(5) u l-ewwel, it-tielet, ir-raba' u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/29/KE għandhom japplikaw għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti taħt dan it-Titolu. |
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 7 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li meta organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, f'isem il-membri tagħha, tikkonkludi liċenzja mhux esklussiva għal skopijiet mhux kummerċjalima' istituzzjoni tal-wirt kulturali għad-diġitizzazzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-disponibbiltà ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materji oħra li jkunu permanentament fil-kollezzjoni tal-istituzzjoni, tali liċenzja mhux esklussiva tista' tiġi estiża jew preżunta li tapplika għal detenturi tad-drittijiet tal-istess kategorija bħal dawk koperti mil-liċenzja li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, sakemm: |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva sabiex jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jqassmu, jikkomunikaw lill-pubbliku jew jagħmlu disponibbli xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materjal tematiku ieħor li jkunu permanentament fil-kollezzjoni tal-istituzzjoni għal skopijiet mhux kummerċjali. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' dan il-paragrafu qabel it-22 ta' Diċembru 2020. Meta japplikaw l-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif xieraq l-iskemi ta' remunerazzjoni sabiex jikkompensaw għal kwalunkwe azzjoni irraġonevoli kuntrarja għall-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet, u jiżguraw li d-detenturi tad-drittijiet kollha jistgħu fi kwalunkwe ħin joġġezzjonaw għall-użu ta' kwalunkwe xogħol jew materjal tematiku ieħor tagħhom meqjusa li mhumiex fis-suq u jkunu jistgħu jeskludu l-użu tax-xogħlijiet jew ta' materjal tematiku ieħor tagħhom. Atti li altrimenti jkunu permessi taħt l-ewwel paragrafu ma għandhomx ikunu permessi jekk ikun hemm disponibbli liċenzji estiżi validi li jawtorizzaw l-atti inkwistjoni u l-istituzzjoni tal-wirt kulturali responsabbli għal dawk l-atti kienet taf jew missha kienet taf dwar dak il-fatt. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li meta organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, f'isem il-membri tagħha, tikkonkludi liċenzja mhux esklussiva għal skopijiet mhux kummerċjalima' istituzzjoni tal-wirt kulturali għad-diġitizzazzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-disponibbiltà ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materji oħra li jkunu permanentament fil-kollezzjoni tal-istituzzjoni, tali liċenzja mhux esklussiva tista' tiġi estiża jew preżunta li tapplika għal detenturi tad-drittijiet tal-istess kategorija bħal dawk koperti mil-liċenzja li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, sakemm: |
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 7 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Xogħol jew materji oħra għandhom jitqiesu li mhumiex fis-suq meta x-xogħol jew materja oħra kollha, fit-traduzzjonijiet, verżjonijiet u manifestazzjonijiet kollha tagħhom, ma jkunux disponibbli għall-pubbliku permezz tal-mezzi tas-soltu tal-kummerċ u ma jistgħux jiġu mistennija li jkunu. |
2. Xogħol jew materjal tematiku ieħor għandhom jitqiesu li mhumiex fis-suq meta x-xogħol jew materjal tematiku ieħor ma jkunux disponibbli permezz tal-mezzi tas-soltu fi kwalunkwe forma adatta għax-xogħol permanentament fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali. Xogħlijiet li mhumiex fis-suq jinkludu kemm xogħlijiet li qabel kienu disponibbli fis-suq kif ukoll xogħlijiet li qatt ma kienu disponibbli fis-suq. |
L-Istati Membri għandhom, b'konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiżguraw li r-rekwiżiti użati biex jiġi ddeterminat jekk xogħlijiet u materji oħra jistgħux jiġu awtorizzati b'konformità mal-paragrafu 1 ma jmorrux lil hinn minn dak meħtieġ u raġonevoli u ma jipprekludix il-possibbiltà li jiddeterminaw l-istatus mhux kummerċjali ta' kollezzjoni bħala entità sħiħa, meta jista' jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew il-materji l-oħra fil-kollezzjoni mhumiex fis-suq. |
L-Istati Membri għandhom, b'konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiżguraw li r-rekwiżiti użati biex jiġi ddeterminat jekk xogħlijiet u materjal tematiku ieħor jitqisux li mhumiex fis-suq ma jmorrux lil hinn minn dak meħtieġ u raġonevoli u proporzjonat u ma jipprekludix il-possibbiltà li jiddeterminaw l-istatus mhux kummerċjali ta' kollezzjoni bħala entità sħiħa, meta jista' jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew il-materjal tematiku l-ieħor fil-kollezzjoni mhumiex fis-suq. |
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-liċenzja, u b'mod partikolari l-applikazzjoni tagħha għal detenturi tad-drittijiet mhux rappreżentati; |
(b) kwalunkwe liċenzja, u b'mod partikolari l-applikazzjoni tagħha għal detenturi tad-drittijiet mhux rappreżentati; |
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-possibbiltà għad-detenturi tad-drittijiet li joġġezzjonaw, imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1; |
(c) il-possibbiltà għad-detenturi tad-drittijiet li joġġezzjonaw, imsemmija fil-paragrafu 2 u fil-punt (c) tal-paragrafu 4; |
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) ix-xogħlijiet u l-fonogrammi li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, li xxandar għall-ewwel darba, ħlief għal xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi; |
(a) il-parti l-kbira tax-xogħlijiet u tal-fonogrammi li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, li nħolqu jew ixxandru għall-ewwel darba, ħlief għal xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi; |
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) l-istituzzjoni tal-wirt kulturalitkun stabbilita, meta Stat Membru jew pajjiż terz ma jistax jiġi determinat, wara sforzi raġonevoli, skont il-punti (a) u (b). |
(c) l-istituzzjoni tal-wirt kulturali tkun stabbilita, meta Stat Membru jew pajjiż terz ma jistax jiġi determinat, wara sforzi ppruvati, skont il-punti (a) u (b). |
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 7 - paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ħlief fejn japplikaw il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4. |
imħassar |
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 8 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Ix-xogħlijiet jew materji oħra koperti b'liċenzja mogħtija b'konformità mal-Artikolu 7 tista' tintuża fl-istituzzjoni tal-wirt kulturali b'konformità mat-termini tal-liċenzja fl-Istati Membri kollha. |
1. Ix-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor użat b'konformità mal-Artikolu 7 jistgħu jintużaw fl-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali fl-Istati Membri kollha. |
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 8 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tax-xogħlijiet jew materji oħra koperti b'liċenzja mogħtija b'konformità mal-Artikolu 7 u l-informazzjoni dwar il-possibbiltà li d-detenturi tad-drittijiet joġġezzjonaw msemmija fl-Artikolu 7(1)(c) għandhom ikunu pubblikament aċċessibbli f'portal online wieħed għal tal-anqas sitt xhur qabel ma jiġu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikata lill-pubbliku jew magħmula disponibbli fi Stati Membri oħra minbarra dak fejn tkun ingħatat il-liċenzja, u għat-tul ta' żmien kollu tal-liċenzja. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tax-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor użati b'konformità mal-Artikolu 7 u l-informazzjoni dwar il-possibbiltà li d-detenturi tad-drittijiet joġġezzjonaw msemmija fl-Artikolu 7(2) u 4(c) għandhom ikunu pubblikament aċċessibbli f'portal online wieħed għal tal-anqas sitt xhur qabel ma jiġu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikata lill-pubbliku jew magħmula disponibbli fl-Istati Membri kollha. |
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 9 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu regolari bejn l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet, u kull parti interessata rilevanti oħra, li fuq bażi settorjali jrawmu r-rilevanza u l-utilità tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 7(1), jiżguraw l-effettività tas-salvagwardji għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu, notevolment fir-rigward tal-miżuri ta' pubbliċità, u, jekk ikun il-każ jassistu fl-istabbiliment tar-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2). |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu regolari bejn l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet, u kull parti interessata rilevanti oħra, li fuq bażi settorjali jrawmu r-rilevanza u l-utilità tal-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 7, inkluża r-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet fejn l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali f'konformità mal-Artikoli 7 u 8 ma jkunux permessi b'mod raġonevoli, sabiex jiżguraw l-effettività tas-salvagwardji għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu, notevolment fir-rigward tal-miżuri ta' pubbliċità, u, jekk ikun il-każ, sabiex jassistu fl-istabbiliment tar-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(6). |
Emenda 67 Proposta għal direttiva Titolu IV – Kapitolu 2 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ċerti użi ta' kontenut protett minn servizzi online |
Ċerti użi ta' kontenut protett online |
Emenda 68 Proposta għal direttiva Artikolu 13 –Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-użu ta' kontenut protett minn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jagħtu aċċess għal ammonti kbar ta' xogħlijiet u materji oħra mtella' mill-utenti tagħhom |
L-użu ta' kontenut protett minn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jagħtu aċċess għal ammonti kbar ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor |
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 13 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal ammonti kbar ta' xogħlijiet jew materji oħra mtella' mill-utenti tagħhom għandhom, b'kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, jieħdu miżuri biex jiżguraw il-funzjonament ta' ftehimiet konklużi ma' detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materji oħra jew biex jipprevjenu d-disponibbiltà fuq is-servizzi tagħhom ta' xogħlijiet jew materji oħra identifikati mid-detenturi tad-drittijiet permezz ta' kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz. Dawk il-miżuri, bħall-użu ta' teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut effettivi, għandhom ikunu xierqa u proporzjonati. Il-fornituri tas-servizz għandhom jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b'informazzjoni xierqa dwar l-iskjerament u l-implimentazzjoni tal-miżuri, kif ukoll, fejn rilevanti, rappurtar adegwat dwar ir-rikonoxximent u l-użu ta' xogħlijiet u materji oħra. |
1. Fejn fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni joffru lill-utenti servizzi ta' ħażna tal-kontenut u jipprovdu lill-pubbliku aċċess għall-kontenut u fejn tali attività mhijiex eliġibbli għall-eżenzjonijiet ta' responsabbiltà stipulati fid-Direttiva 2000/31/KE, huma għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw il-funzjonament ta' ftehimiet ta' liċenzjar konklużi ma' detenturi tad-drittijiet. L-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-utenti u m'għandhiex timponi obbligu ġenerali fuq il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni sabiex jagħmlu monitoraġġ tal-informazzjoni li huma jittrasmettu jew jaħżnu, f'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/KE. |
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Għall-fini li jiġi żgurat il-funzjonament tal-ftehimiet ta' liċenzjar, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u d-detenturi tad-drittijiet għandhom jikkooperaw ma' xulxin. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jidentifikaw b'mod preċiż lill-fornituri ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni x-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li fir-rigward tagħhom huma għandhom id-drittijiet tal-awtur. Il-fornituri ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni għandhom jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar il-miżuri użati u dwar il-preċiżjoni tal-funzjonament tagħhom kif ukoll, fejn rilevanti, perjodikament jirrappurtaw dwar ir-rikonoxximent u l-użu tax-xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. |
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 13 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ipoġġu fis-seħħ mekkaniżmi ta' ilmenti u rimedji li huma disponibbli għall-utenti f'każ ta' tilwim dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 f'kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet ipoġġu fis-seħħ mekkaniżmi ta' lmenti li huma disponibbli għall-utenti f'każ ta' tilwim dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' liċenzjar imsemmija fil-paragrafu 1. |
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jkollhom aċċess għal qorti jew awtorità kompetenti oħra għall-finijiet tal-affermazzjoni tad-dritt tagħhom ta' użu skont eċċezzjoni jew limitazzjoni u biex jappellaw kwalunkwe miżura ta' restrizzjoni maqbula skont il-paragrafu 3. |
Emenda 73 Proposta għal direttiva Artikolu 13 - paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, meta jkun jixraq, il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni permezz ta' djalogu mal-partijiet interessati biex jiddefinixxu l-aħjar prassi, bħal teknoloġiji għall-għarfien tal-kontenut xierqa u proporzjonati, filwaqt li titqies, fost l-oħrajn, in-natura tas-servizzi, id-disponibbiltà tat-tekonoloġiji u l-effettività tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. |
3. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, meta jkun jixraq, il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ir-rappreżentanti tal-utenti u d-detenturi tad-drittijiet permezz ta' djalogu mal-partijiet interessati biex jiddefinixxu l-aħjar prassi għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1. Il-miżuri meħuda għandhom ikunu xierqa u proporzjonati u għandhom iqisu, fost l-oħrajn, in-natura tas-servizzi, id-disponibbiltà tat-teknoloġiji u l-effettività tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. |
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 14 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari u meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur, informazzjoni f'waqtha, adegwata u suffiċjenti dwar l-isfruttar tax-xogħlijiet u l-wirjiet tagħhom minn dawk li lilhom ikunu llliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-modi ta' sfruttament, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari u mhux inqas minn darba fis-sena meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur, informazzjoni f'format miftuħ u li jinqara, preċiża, f'waqtha, adegwata u suffiċjenti dwar l-isfruttar u l-promozzjoni tax-xogħlijiet u l-wirjiet tagħhom minn dawk li lilhom ikunu llliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom, inklużi trasferenti jew detenturi ta' liċenzja sussegwenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-modi ta' promozzjoni, sfruttament, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut. |
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 14 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv u għandu jiżgura livell xieraq ta' trasparenza f'kull settur. Madankollu, f'dawk il-każijiet fejn il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu jkun sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-obbligu fil-paragrafu 1, dment li dak l-obbligu jibqa' l-istess u li jiżgura livell xieraq ta' trasparenza. |
2. L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv u għandu jiżgura livell għoli ta' trasparenza f'kull settur. Madankollu, f'dawk il-każijiet fejn il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu jkun sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-obbligu fil-paragrafu 1, bil-kundizzjoni li l-livell ta' sproporzjonalità jkun debitament ġustifikat, dment li dak l-obbligu jibqa' l-istess u li jiżgura livell xieraq ta' trasparenza. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dikjarazzjonijiet u proċeduri standard ta' rappurtar speċifiċi għas-settur jiġu żviluppati permezz ta' djalogu mal-partijiet ikkonċernati. |
Emenda 76 Proposta għal direttiva Artikolu 14 - paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu fil-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-kontribuzzjoni ta' awtur jew artist ma tkunx sinifikanti fil-kuntest tal-ħidma globali jew il-prestazzjoni. |
imħassar |
Emenda 77 Proposta għal direttiva Artikolu 15 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti huma intitolati li jitolbu aktar, remunerazzjoni xierqa mill-parti li magħha jkunu daħlu f'kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awturi u l-artisti, jew ir-rappreżentanti li huma jaħtru, huma intitolati li jitolbu aktar, remunerazzjoni ġusta u xierqa mill-parti li magħha jkunu daħlu f'kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet, jew mis-suċċessuri tagħhom fit-titolu, meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji mhux antiċipati rilevanti sussegwenti miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet. |
Emenda 78 Proposta għal direttiva Artikolu 18 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 għandhom japplikaw ukoll għal pubblikazzjonijiet tal-istampa ppubblikati qabel [id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)]. |
imħassar |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali |
||||
Referenzi |
COM(2016)0593 – C8-0383/2016 – 2016/0280(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 6.10.2016 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 6.10.2016 |
||||
Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
19.1.2017 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Catherine Stihler 11.10.2016 |
||||
Eżami fil-kumitat |
13.3.2017 |
24.4.2017 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
8.6.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 7 6 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Dita Charanzová, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White, Morten Løkkegaard, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Lucy Anderson, Pascal Arimont, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Kaja Kallas, Julia Reda, Marc Tarabella, Lambert van Nistelrooij, Sabine Verheyen |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Peter Jahr, Markus Pieper |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
19 |
+ |
|
PPE |
Pascal Arimont, Georges Bach, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Peter Jahr, Antonio López-Istúriz White, Markus Pieper, Jiří Pospíšil, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Lambert van Nistelrooij, Ivan Štefanec |
|
S&D |
Lucy Anderson, Nicola Danti, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Marc Tarabella |
|
7 |
- |
|
ALDE |
Dita Charanzová, Kaja Kallas |
|
ECR |
Daniel Dalton, Anneleen Van Bossuyt |
|
ENF |
Mylène Troszczynski |
|
Verts/ALE |
Julia Reda, Igor Šoltes |
|
6 |
0 |
|
ALDE |
Morten Løkkegaard |
|
EFDD |
Robert Jarosław Iwaszkiewicz |
|
PPE |
Sabine Verheyen |
|
S&D |
Evelyne Gebhardt, Virginie Rozière, Christel Schaldemose |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (01.8.2017)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali
(COM(2016)0593 – C8-0383/2016 – 2016/0280(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Zdzisław Krasnodębski
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Teknoloġiji ġodda jippermettu l-analiżi komputazzjonali awtomatizzata ta' informazzjoni f'forma diġitali, bħat-test, il-ħsejjes, l-immaġni jew id-dejta, ġeneralment magħruf bħala l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. Dawn it-teknoloġiji jippermettu lir-riċerkaturi li jipproċessaw ammonti kbar ta' informazzjoni biex jiksbu għarfien ġdid u jiskopru xejriet ġodda. Filwaqt li t-teknoloġiji tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta huma prevalenti fl-ekonomija diġitali, hemm rikonoxximent mifrux li l-estrazzjoni tat-test u ta' dejta b'mod partikolari tista' tibbenefika lill-komunità tar-riċerka u b'hekk tinkoraġġixxi l-innovazzjoni. Madankollu, fl-Unjoni, organizzazzjonijiet ta' riċerka bħall-universitajiet u l-istituti ta' riċerka qed iħabbtu wiċċhom ma' inċertezza legali dwar sa fejn ikunu jistgħu jwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta tal-kontenut. F'ċerti każijiet, l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta tista' tinvolvi atti protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew bid-dritt tal-bażi tad-dejta sui generis, b'mod partikolari r-riproduzzjoni ta' xogħlijiet jew materji oħra u/jew l-estrazzjoni tal-kontenut minn bażi tad-dejta. Fejn ma hemm l-ebda eċċezzjoni jew limitazzjoni li tapplika, awtorizzazzjoni biex jitiwettqu tali atti tkun meħtieġa mid-detenturi tad-drittijiet. L-estrazzjoni tat-test u tad-dejta tista' titwettaq ukoll b'rabta ma' fatti jew dejta sempliċi li mhumiex protetti bid-drittijiet tal-awtur u f'dawn il-każijiet l-ebda awtorizzazzjoni ma tkun meħtieġa. |
(8) Teknoloġiji ġodda jippermettu l-analiżi komputazzjonali awtomatizzata ta' informazzjoni f'forma diġitali, bħat-test, il-ħsejjes, l-immaġni jew id-dejta, ġeneralment magħruf bħala l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. Dawn it-teknoloġiji jippermettu l-ipproċessar ta' ammonti kbar ta' informazzjoni biex jiksbu għarfien ġdid u jiskopru xejriet ġodda. Filwaqt li t-teknoloġiji tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta huma prevalenti fl-ekonomija diġitali, hemm rikonoxximent mifrux li l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta b'mod partikolari tista' tibbenefika lill-komunità tar-riċerka u b'hekk tinkoraġġixxi l-innovazzjoni, it-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi. Madankollu, fl-Unjoni, organizzazzjonijiet ta' riċerka bħall-universitajiet u l-istituti ta' riċerka qed iħabbtu wiċċhom ma' inċertezza legali dwar sa fejn ikunu jistgħu jwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta tal-kontenut. F'ċerti każijiet, l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta tista' tinvolvi atti protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew bid-dritt tal-bażi tad-dejta sui generis, b'mod partikolari r-riproduzzjoni ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor u/jew l-estrazzjoni tal-kontenut minn bażi tad-dejta. Fejn ma hemm l-ebda eċċezzjoni jew limitazzjoni li tapplika, awtorizzazzjoni biex jitiwettqu tali atti tkun meħtieġa mid-detenturi tad-drittijiet. L-estrazzjoni tat-test u tad-dejta tista' titwettaq ukoll b'rabta ma' fatti jew dejta sempliċi li mhumiex protetti bid-drittijiet tal-awtur u f'dawn il-każijiet l-ebda awtorizzazzjoni ma tkun meħtieġa. |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Id-dritt tal-Unjoni diġà jipprovdi ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet li jkopru l-użi għal finijiet ta' riċerka xjentifika li jistgħu japplikaw għal atti ta' estrazzjoni tat-est u tad-dejta. Madankollu, dawn l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet huma fakultattivi u mhux adattati kompletament għall-użu ta' teknoloġiji fir-riċerka xjentifika. Barra minn hekk, fejn ir-riċerkaturi jkollhom aċċess għal kontenut legali, pereżempju permezz ta' abbonamenti għal pubblikazzjonijiet jew liċenzji ta' aċċess miftuħ, it-termini tal-liċenzji jistgħu jeskludu l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta. Kulma jmur ir-riċerka qed issir dejjem aktar bl-għajnuna tat-teknoloġija diġitali, għalhekk hemm riskju li l-pożizzjoni kompetittiva tal-Unjoni bħala qasam ta' riċerka se tbati jekk ma jitteħdux il-passi biex tiġi indirizzata l-inċertezza legali għall-estrazzjoni tat-test u tad-dejta. |
(9) Id-dritt tal-Unjoni diġà jipprovdi ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet li jkopru l-użi għal finijiet ta' riċerka xjentifika li jistgħu japplikaw għal atti ta' estrazzjoni tat-test u tad-dejta. Madankollu, dawn l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet huma fakultattivi u mhux adattati kompletament għall-użu ta' teknoloġiji fir-riċerka xjentifika. Barra minn hekk, fejn ir-riċerkaturi jkollhom aċċess għal kontenut legali, pereżempju permezz ta' abbonamenti għal pubblikazzjonijiet jew liċenzji ta' aċċess miftuħ, it-termini tal-liċenzji jistgħu jeskludu l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta. Kulma jmur ir-riċerka qed issir dejjem aktar bl-għajnuna tat-teknoloġija diġitali, għalhekk hemm riskju li l-pożizzjoni kompetittiva tal-Unjoni bħala qasam ta' riċerka u mexxejja tal-ekonomija tad-data se tbati jekk ma jitteħdux il-passi biex tiġi indirizzata l-inċertezza legali għall-estrazzjoni tat-test u tad-dejta. |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 9a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Id-dritt tal-Unjoni jenħtieġ li jqis li l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta għandha l-potenzjal enormi li tintuża kemm f'kuntesti ta' riċerka formali kif ukoll informali u jenħtieġ li jirrikonoxxi l-potenzjal tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta biex jistimula biżżejjed innovazzjoni, tkabbir u impjiegi. |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Din l-inċertezza legali għandha tiġi indirizzata billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt ta' riproduzzjoni kif ukoll id-dritt li ma titħalliex issir estrazzjoni minn bażi tad-dejta. L-eċċezzjoni l-ġdida għandha tkun bla ħsara għall-eċċezzjoni obbligatorja eżistenti dwar atti temporanji ta' riproduzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, li għandhom ikomplu japplikaw għal tekniki tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta li ma jinvolvux it-teħid ta' kopji li jmorru lil hinn mill-ambitu ta' din l-eċċezzjoni. L-organizzazzjonijiet ta' riċerka għandhom jibbenefikaw ukoll mill-eżenzjoni meta jkunu involuti fis-sħubijiet pubbliċi-privati. |
(10) Din l-inċertezza legali jenħtieġ li tiġi indirizzata billi tiġi prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt ta' riproduzzjoni kif ukoll id-dritt li ma titħalliex issir estrazzjoni minn bażi tad-dejta, inkluża data mhux ipproċessata. L-eċċezzjoni l-ġdida għandha tkun bla ħsara għall-eċċezzjoni obbligatorja eżistenti dwar atti temporanji ta' riproduzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, li għandhom ikomplu japplikaw għal tekniki tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta li ma jinvolvux it-teħid ta' kopji li jmorru lil hinn mill-ambitu ta' din l-eċċezzjoni. Il-parti l-kbira tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta li ssir fuq l-internet miftuħ ma tinvolvix kopji permanenti u għalhekk tvarja ħafna minn estrazzjoni tat-test u tad-dejta dwar pubblikazzjonijiet xjentifiċi. |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Organizzazzjonijiet ta' riċerka madwar l-Unjoni jinkludu varjetà wiesgħa ta' entitajiet li l-għan primarju tagħhom huwa li jiwettqu riċerka xjentifika jew li jagħmlu dan flimkien mal-provvista ta' servizzi edukattivi. Minħabba d-diversità ta' entitajiet bħal dawn, huwa importanti li jkun hemm fehim komuni tal-benefiċjarji tal-eċċezzjoni. Minkejja forom legali u strutturi differenti, organizzazzjonijiet ta' riċerka madwar l-Istati Membri ġeneralment għandhom bħala punt komuni li jaġixxu jew fuq bażi mhux għall-profitt jew fil-kuntest ta' missjoni ta' interess pubbliku rikonoxxut mill-Istat. Tali missjoni ta' interess pubbliku tista', pereżempju, tiġi riflessa permezz ta' finanzjament pubbliku jew permezz ta' dispożizzjonijiet f'liġijiet nazzjonali jew kuntratti pubbliċi. Fl-istess waqt, organizzazzjonijiet li fuqhom impriżi kummerċjali għandhom influwenza deċiżiva li tippermettilhom li jeżerċitaw kontroll minħabba sitwazzjonijiet struttutali bħall-kwalità tal-azzjonisti jew tal-membri, li jistgħu jirriżultaw f'aċċess preferenzjali għar-riżultati tar-riċerka, ma għandhomx jitqiesu bħala organizzazzjonijiet ta' riċerka għall-fini ta' din id-Direttiva. |
(11) Organizzazzjonijiet ta' riċerka madwar l-Unjoni jinkludu varjetà wiesgħa ta' entitajiet li l-għan primarju tagħhom huwa li jiwettqu riċerka xjentifika jew li jagħmlu dan flimkien mal-provvista ta' servizzi edukattivi. Minħabba d-diversità ta' entitajiet bħal dawn, huwa importanti li jkun hemm fehim komuni tal-benefiċjarji tal-eċċezzjoni. Minkejja forom legali u strutturi differenti, organizzazzjonijiet ta' riċerka madwar l-Istati Membri ġeneralment għandhom bħala punt komuni li jaġixxu jew fuq bażi mhux għall-profitt jew fil-kuntest ta' missjoni ta' interess pubbliku rikonoxxut mill-Istat. Tali missjoni ta' interess pubbliku tista', pereżempju, tiġi riflessa permezz ta' finanzjament pubbliku jew permezz ta' dispożizzjonijiet f'liġijiet nazzjonali jew kuntratti pubbliċi. Fl-istess waqt, organizzazzjonijiet li fuqhom impriżi kummerċjali għandhom influwenza deċiżiva li tippermettilhom li jeżerċitaw kontroll minħabba sitwazzjonijiet strutturali bħall-kwalità tal-azzjonisti jew tal-membri, li jistgħu jirriżultaw f'aċċess preferenzjali għar-riżultati tar-riċerka, ma għandhomx jitqiesu bħala organizzazzjonijiet ta' riċerka għall-fini ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet ta' riċerka jkopru l-universitajiet, inkluż inkubaturi ta' negozji ġodda kollegati ma' universitajiet u istituti ta' riċerka. |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Fid-dawl ta' numru potenzjalment għoli ta' talbiet għall-aċċess għal u downloads tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal ieħor protett, id-detenturi ta' drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri fejn ikun hemm riskju li s-sigurtà u l-integrità tas-sistema u/jew tal-bażijiet tad-dejta fejn ix-xogħlijiet jew materji ieħor huma ospitati jiġu mhedda. Dawk il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi żgurata s-sigurtà u l-integrità tas-sistema u ma għandux ifixkel l-applikazzjoni effettiva tal-eċċezzjoni. |
(12) Fid-dawl ta' numru potenzjalment għoli ta' talbiet għall-aċċess għal u downloads tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal ieħor protett, id-detenturi ta' drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri fejn ikun hemm riskju li s-sigurtà u l-integrità tas-sistema u/jew tal-bażijiet tad-dejta fejn ix-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor huma ospitati jiġu mhedda. Dawk il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi żgurata s-sigurtà u l-integrità tas-sistema u ma għandux ifixkel l-applikazzjoni effettiva tal-eċċezzjoni. Jenħtieġ li dawn il-miżuri ma jwaqqfux jew jeskludi l-kapaċità ta' żvilupp ta' għodda ta' estrazzjoni tat-test u tad-dejta differenti minn dawk offruti mid-detenturi tad-drittijiet sakemm is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u tal-bażijiet tad-dejta jkunu protetti. |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) M'hemm l-ebda bżonn li jkun prevedut kumpens għad-detenturi tad-drittijiet rigward użi fl-ambitu tal-eċċezzjoni tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta introdotta b'din id-Direttiva peress li fid-dawl tan-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-eċċezzjoni, il-ħsara għandha tkun minima. |
(13) M'hemm l-ebda bżonn li jkun prevedut kumpens għad-detenturi tad-drittijiet rigward użi fl-ambitu tal-eċċezzjoni tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta introdotta b'din id-Direttiva peress li ma għandu jkun hemm ebda preġudizzju irraġonevoli għall-interessi tad-detenturi tad-drittijiet. Apparti minn hekk, użu skont l-eċċezzjoni ta' estrazzjoni tat-test u tad-dejta mhuwiex kunfliġġenti mal-isfruttar normali ta' xogħlijiet li jitlob għal kumpens separat. |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) L-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 2001/29/KE jippermetti lill-Istati Membri li jintroduċu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet ta' riproduzzjoni, ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dispożizzjoni għall-pubbliku għall-għan uniku li, fost l-oħrajn, jkun hemm illustrazzjoni għat-tagħlim. Barra minn hekk, l-Artikoli 6(2)(b) u 9(b) tad-Direttiva 96/9/KE jippermettu l-użu ta' bażi tad-dejta u l-estrazzjoni jew l-użu mill-ġdid ta' parti sostanzjali tal-kontenut tagħha għall-finijiet ta' illustrazzjoni għat-tagħlim. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet kif japplikaw għall-użi diġitali mhijiex ċara. Barra minn hekk, hemm nuqqas ta' ċarezza dwar jekk dawn l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għandhomx japplikaw fejn it-tagħlim huwa pprovdut online u b'hekk mill-bogħod. Barra minn hekk, il-qafas attwali ma jipprovdix għal effett transfruntier. Din is-sitwazzjoni tista' tfixkel l-iżvilupp ta' attivitajiet ta' tagħlim diġitalment appoġġati u t-tagħlim mill-bogħod. Għalhekk, l-introduzzjoni ta' sistema ġdida ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni obbligatorja hija meħtieġa biex jiġi żgurat li stabbilimenti edukattivi jibbenefikaw minn ċertezza legali sħiħa meta jużaw xogħlijiet jew materji oħra, inklużi attivitajiet ta' tagħlim diġitali u online bejn il-fruntieri. |
(14) L-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 2001/29/KE jippermetti lill-Istati Membri li jintroduċu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet ta' riproduzzjoni, ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dispożizzjoni għall-pubbliku għall-għan uniku li jkun hemm illustrazzjoni għat-tagħlim jew għar-riċerka xjentifika. Barra minn hekk, l-Artikoli 6(2)(b) u 9(b) tad-Direttiva 96/9/KE jippermettu l-użu ta' bażi tad-dejta u l-estrazzjoni jew l-użu mill-ġdid ta' parti sostanzjali tal-kontenut tagħha għall-finijiet ta' illustrazzjoni għat-tagħlim. Flimkien ma' applikazzjoni mhux uniformi fl-Istati Membri, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet kif japplikaw għall-użi diġitali mhuwiex ċar. Barra minn hekk, hemm nuqqas ta' ċarezza dwar jekk dawn l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għandhomx japplikaw fejn it-tagħlim huwa pprovdut online u b'hekk mill-bogħod. Barra minn hekk, il-qafas attwali ma jipprovdix għal effett transfruntier. Din is-sitwazzjoni tista' tfixkel l-iżvilupp ta' attivitajiet ta' tagħlim diġitalment appoġġati u t-tagħlim mill-bogħod. Għalhekk, l-introduzzjoni ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni obbligatorja ġdida hija meħtieġa biex jiġi żgurat li stabbilimenti edukattivi jibbenefikaw minn ċertezza legali sħiħa meta jużaw xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor fl-attivitajiet kollha ta' tagħlim, inkluż dak online u bejn il-fruntieri. |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Filwaqt li programmi ta' edukazzjoni u ta' tagħlim mill-bogħod transfruntier ħafna drabi huma żviluppati f'livell ogħla ta' edukazzjoni, l-għodod u r-riżorsi diġitali qed jintużaw dejjem aktar fil-livelli edukattivi kollha, b'mod partikolari biex itejbu u jsaħħu l-esperjenza tat-tagħlim. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista f'din id-Direttiva għandhom għalhekk jibbenefikaw lill-istabbilimenti edukattivi kollha fl-edukazzjoni primarja, sekondarja, vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja sa fejn huma jwettqu attivitajiet edukattivi għal skop mhux kummerċjali. L-istruttura organizzattiva u l-mezzi ta' ffinanzjar ta' stabbiliment edukattivi mhumiex il-fatturi deċiżivi biex jiddeterminaw in-natura mhux kummerċjali tal-attività. |
(15) Filwaqt li programmi ta' edukazzjoni u ta' tagħlim mill-bogħod transfruntier ħafna drabi huma żviluppati f'livell ogħla ta' edukazzjoni, l-għodod u r-riżorsi diġitali qed jintużaw dejjem aktar fil-livelli edukattivi kollha, b'mod partikolari biex itejbu u jsaħħu l-esperjenza tat-tagħlim. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista f'din id-Direttiva jenħtieġ għalhekk li tibbenefikaw lill-istabbilimenti edukattivi kollha fl-edukazzjoni primarja, sekondarja, vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja, u fi programmi edukattivi ċertifikati rikonoxxuti mill-Istat Membru, kif ukoll istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u organizzazzjonijiet ta' riċerka, sa fejn huma jwettqu attivitajiet edukattivi għal skop mhux kummerċjali. L-istruttura organizzattiva u l-mezzi ta' ffinanzjar ta' stabbiliment edukattivi mhumiex il-fatturi deċiżivi biex jiddeterminaw in-natura mhux kummerċjali tal-attività. |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri l-użi diġitali ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, bħal pereżempju l-użu ta' partijiet jew siltiet ta' xogħlijiet biex isostnu, isaħħu jew jikkumplimentaw it-tagħlim, inklużi attivitajiet ta' tagħlim relatati. L-użu tax-xogħlijiet jew suġġett ieħor skont l-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandhom ikunu biss fil-kuntest ta' attivitajiet ta' taħriġ u tagħlim imwettqa taħt ir-responsabbiltà ta' stabbilimenti edukattivi, inkluż matul l-eżamijiet, u jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop ta' dawn l-attivitajiet. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri ż-żewġ użi permezz ta' mezzi diġitali fil-klassi u użi online permezz ta' netwerk elettroniku sigur tal-istabbiliment edukattiv, li l-aċċess għalihom għandhom ikunu protetti, b'mod partikolari permezz ta' proċeduri ta' awtentikazzjoni. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tinftiehem bħala li tkopri l-ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità fil-kuntest ta' illustrazzjoni għat-tagħlim. |
(16) Jenħtieġ li l-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni jkopru l-użi kollha ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, bħal pereżempju l-użu ta' partijiet jew siltiet ta' xogħlijiet biex isostnu, isaħħu jew jikkumplimentaw it-tagħlim, inklużi attivitajiet ta' tagħlim relatati. L-użu tax-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor skont l-eċċezzjoni jew limitazzjoni jenħtieġ li jkunu biss fil-kuntest ta' attivitajiet ta' taħriġ u tagħlim imwettqa taħt ir-responsabbiltà ta' stabbilimenti li joffru attivitjajiet edukattivi, inkluż matul l-eżamijiet, u jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop ta' dawn l-attivitajiet. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri ż-żewġ użi permezz ta' mezzi diġitali fil-klassi u użi online permezz ta' netwerk elettroniku sigur tal-istabbiliment edukattiv, li l-aċċess għalihom għandhom ikunu protetti, b'mod partikolari permezz ta' proċeduri ta' awtentikazzjoni. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tinftiehem bħala li tkopri l-ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità fil-kuntest ta' illustrazzjoni għat-tagħlim. |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Att ta' preservazzjoni jista' jirrikjedi riproduzzjoni ta' xogħol jew materja oħra fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali u b'hekk l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet rilevanti. L-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali huma involuti fil-preservazzjoni tal-kollezzjonijiet tagħhom għall-ġenerazzjonijiet futuri. It-teknoloġiji diġitali joffru modi ġodda biex jiġi ppreservat il-wirt kulturali li jinsab f'dawk il-kollezzjonijiet, iżda dawn joħolqu wkoll sfidi ġodda. Minħabba dawn l-isfidi l-ġodda, jenħtieġ li l-qafas legali kurrenti jiġi addattat billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt ta' riproduzzjoni sabiex ikunu permessi dawk l-atti ta' preservazzjoni. |
(18) Att ta' preservazzjoni jista' jirrikjedi riproduzzjoni ta' xogħol jew materjal tematiku ieħor fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali, organizzazzjoni ta' riċerka u stabbilimenti edukattivi u b'hekk l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet rilevanti. Dawn l-istituzzjonijiet huma involuti fil-preservazzjoni tal-kollezzjonijiet tagħhom għall-ġenerazzjonijiet futuri. It-teknoloġiji diġitali joffru modi ġodda biex jiġi ppreservat il-wirt kulturali li jinsab f'dawk il-kollezzjonijiet, iżda dawn joħolqu wkoll sfidi ġodda. Minħabba dawn l-isfidi l-ġodda, jenħtieġ li l-qafas legali kurrenti jiġi addattat billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt ta' riproduzzjoni sabiex ikunu permessi dawk l-atti ta' preservazzjoni. |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Approċċi differenti fl-Istati Membri għal atti ta' preservazzjoni minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jfixklu l-kooperazzjoni transfruntiera u l-kondiviżjoni tal-mezzi ta' preservazzjoni minn istituzzjonijiet għall-wirt kulturali fis-suq intern, li jwasslu għal użu mhux effiċjenti tar-riżorsi. |
(19) Approċċi differenti fl-Istati Membri għal atti ta' preservazzjoni, inkluża r-riproduzzjoni minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, organizzazzjonijiet ta' riċerka u stabbilimenti edukattivi jfixklu l-kooperazzjoni transfruntiera u l-kondiviżjoni tal-mezzi ta' preservazzjoni fis-suq intern, li jwasslu għal użu mhux effiċjenti tar-riżorsi. L-Istati Membri jenħtieġ li jiffaċilitaw il-kondiviżjoni transfruntiera tal-aħjar prattiki, ta' teknoloġiji ġodda u tekniki ta' preservazzjoni. |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jipprevedu eċċezzjoni li tippermetti li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jirriproduċu xogħlijiet u materjal tematiku ieħor permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom għal skopijiet ta' preservazzjoni, pereżempju biex tiġi indirizzata l-obsolexxenza teknoloġika jew id-degradazzjoni ta' sostenni oriġinali. Eċċezzjoni bħal din għandha tippermetti li jsiru kopji bl-għodod, mezzi jew teknoloġija ta' preservazzjoni xierqa, fl-għadd meħtieġ u fi kwalunkwe punt fil-ħajja tax-xogħol jew materja oħra sa kemm ikun meħtieġ biex tkun prodotta kopja għal finijiet ta' preservazzjoni biss. |
(20) Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jipprevedu eċċezzjoni li tippermetti li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-istabbilimenti edukattivi jirriproduċu xogħlijiet u materjal tematiku ieħor permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom għal skopijiet ta' preservazzjoni, pereżempju biex tiġi indirizzata l-obsolexxenza teknoloġika jew id-degradazzjoni ta' sostenni oriġinali. Jenħtieġ li dawn l-entitajiet jitħallew ukoll jagħmlu riproduzzjonijiet organizzattivi interni għal diversi skopijiet inklużi l-assikurazzjoni, l-ikklerjar tad-drittijiet u s-self. Eċċezzjoni bħal din għandha tippermetti li jsiru kopji bl-għodod, mezzi jew teknoloġija ta' preservazzjoni xierqa, fl-għadd meħtieġ u fi kwalunkwe punt fil-ħajja tax-xogħol jew materjal tematiku ieħor sakemm ikun meħtieġ biex tkun prodotta kopja għal tali riproduzzjoni. L-attivitajiet ta' riproduzzjoni jistgħu jitwetqqu bi sħab ma' istituzzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri. |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, xogħlijiet jew materji oħra għandhom jitqiesu li jkunu permanentement fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali meta kopji huma proprjetà ta' jew miżmuma b'mod permanenti fl-istituzzjoni tal-wirt kulturali, pereżempju bħala riżultat ta' trasferiment tas-sjieda jew ftehimiet ta' liċenzjar. |
(21) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor għandhom jitqiesu li jkunu permanentement fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali, l-organizzazzjoni tar-riċerka jew l-istabbiliment edukattiv meta kopji jkunu proprjetà ta' jew ikunu miżmuma fuq self fuq terminu twil jew ikunu miżmuma b'mod permanenti mill-entità, inkluż bi trasferiment tas-sjieda jew ftehimiet ta' liċenzjar. |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) L-Istati Membri għandhom, fil-qafas stipulat f'din id-Direttiva, ikollhom il-flessibbiltà li jagħżlu t-tip speċifiku ta' mekkaniżmu li jippermetti l-liċenzjar għal xogħlijiet li mhumiex fis-suq biex jestendu għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, b'konformità mat-tradizzjonijiet legali, prattiċi jew ċirkustanzi tagħhom. Tali mekkaniżmi jistgħu jinkludu l-liċenzjar kollettiv estiż u preżunzjonijiet ta' rappreżentazzjoni. |
(23) L-Istati Membri jenħtieġ li, fil-qafas stipulat f'din id-Direttiva, ikollhom il-flessibbiltà li jagħżlu t-tip speċifiku ta' mekkaniżmu li jippermetti l-liċenzjar għal xogħlijiet li mhumiex fis-suq biex jestendu għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li jew mhumiex rappreżentati jew mhumiex adegwatament rappreżentati mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, b'konformità mat-tradizzjonijiet legali, prattiki jew ċirkustanzi tagħhom. Tali mekkaniżmi jistgħu jinkludu l-liċenzjar kollettiv estiż u preżunzjonijiet ta' rappreżentazzjoni. |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) Wara li qieset il-varjetà ta' xogħlijiet u materja oħra f'kollezzjonijiet ta' istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, huwa importanti li l-mekkaniżmi ta' liċenzjar introdotti b'din id-Direttiva jkunu disponibbli u jistgħu jintużaw fil-prattika għal tipi differenti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, inklużi ritratti, reġistrazzjonijiet awdjo u xogħlijiet awdjoviżivi. Sabiex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet tal-kategoriji differenti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fir-rigward ta' mezzi ta' pubblikazzjoni u distribuzzjoni u biex ikun faċilitat l-użu ta' dawn il-mekkaniżmi, rekwiżiti u proċeduri speċifiċi għandhom mnejn jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-applikazzjoni prattika ta' dawk il-mekkaniżmi ta' liċenzjar. Huwa xieraq li l-Istati Membri jikkonsultataw lid-detenturi tad-drittijiet, lill-utenti u lill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv meta jagħmlu dan. |
(25) Wara li qieset il-varjetà ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor f'kollezzjonijiet ta' istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, huwa importanti li l-mekkaniżmi ta' liċenzjar introdotti b'din id-Direttiva jkunu disponibbli u jistgħu jintużaw fil-prattika għal tipi differenti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, inklużi ritratti, reġistrazzjonijiet awdjo u xogħlijiet awdjoviżivi. Sabiex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet tal-kategoriji differenti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fir-rigward ta' mezzi ta' pubblikazzjoni u distribuzzjoni u biex ikun faċilitat l-użu ta' dawn il-mekkaniżmi, rekwiżiti u proċeduri speċifiċi għandhom mnejn jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-applikazzjoni prattika ta' dawk il-mekkaniżmi ta' liċenzjar. Huwa xieraq li l-Istati Membri jikkonsultaw lid-detenturi tad-drittijiet, lill-istituzzjonijiet kulturali, lill-utenti u lill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv meta jagħmlu dan. |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 33 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(33) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta' pubblikazzjoni tal-istampa b'mod li tħaddan biss pubblikazzjonijiet ġurnalistiċi, ippubblikat minn fornitur ta' servizz, perjodikament jew regolarment aġġornati fi kwalunkwe mezz tax-xandir, għall-finijiet ta' informazzjoni jew divertiment. Dawn il-pubblikazzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, gazzetti ta' kuljum, rivisti ta' kull ġimgħa jew ta' kull xahar jew siti tal-internet ta' interess speċjali jew tal-aħbarijiet. Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, ma għandhomx ikunu koperti mill-protezzjoni mogħtija lil pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva. Din il-protezzjoni ma testendix għall-atti ta' hyperlinking li ma jikkostitwux komunikazzjoni lill-pubbliku. |
(33) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta' pubblikazzjoni tal-istampa b'mod li tħaddan biss pubblikazzjonijiet ġurnalistiċi, ippubblikat minn fornitur ta' servizz, perjodikament jew regolarment aġġornati fi kwalunkwe mezz tax-xandir, għall-finijiet ta' informazzjoni jew divertiment. Dawn il-pubblikazzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, gazzetti ta' kuljum, rivisti ta' kull ġimgħa jew ta' kull xahar jew siti tal-internet ta' interess speċjali jew tal-aħbarijiet. Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, jenħtieġ ukoll li jkunu koperti mill-protezzjoni mogħtija lil pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva. Din il-protezzjoni ma testendix għall-atti ta' hyperlinking li ma jikkostitwux komunikazzjoni lill-pubbliku. |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 33a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(33a) Jenħtieġ li d-drittijiet tal-pubblikaturi tal-istampa japplikaw mingħajr ħsara għad-drittijiet tal-individwi għar-riproduzzjoni, il-kommunikazzjoni jew l-għoti ta' links jew siltiet ta' pubblikazzjoni tal-istampa lill-pubbliku għall-użu privat jew għall-finijiet mhux ta' profitt u mhux kummerċjali. |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 34 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(34) Id-drittijiet mogħtija lill-edituri ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva għandhom ikollhom l-istess kamp ta' applikazzjoni bħad-drittijiet ta' riproduzzjoni u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku previsti fid-Direttiva 2001/29/KE, sa fejn għandhom x'jaqsmu l-użi diġitali. Dawn għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet bħal dawk applikabbli għad-drittijiet previsti fid-Direttiva 2001/29/KE inkluża l-eċċezzjoni għall-kwotazzjoni, magħmula pereżempju għal skopijiet ta' kritika jew ta' rieżami stabbiliti fl-Artikolu 5(3)(d) ta' din id-Direttiva. |
(34) Id-drittijiet mogħtija lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva jenħtieġ li jkollhom l-istess kamp ta' applikazzjoni bħad-drittijiet ta' riproduzzjoni u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku previsti fid-Direttiva 2001/29/KE. Dawn għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet bħal dawk applikabbli għad-drittijiet previsti fid-Direttiva 2001/29/KE inkluża l-eċċezzjoni għall-kwotazzjoni, magħmula pereżempju għal skopijiet ta' kritika jew ta' rieżami stabbiliti fl-Artikolu 5(3)(d) ta' din id-Direttiva. Il-protezzjoni mogħtija lill-pubblikazzjonijiet tal-istampa fl-ambitu ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika wkoll meta l-kontenut ikun iġġenerat awtomatikament minn, pereżempju, aggregaturi tal-aħbarijiet. |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 35 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(35) Il-protezzjoni mogħtija lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa b'din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet fix-xogħlijiet u materji oħra inkorporati hemmhekk, inkluż fir-rigward sa fejn l-awturi u d-detenturi tad-drittijiet oħra jistgħu jisfruttaw is-xogħlijiet jew materji oħra tagħhom indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li fihom huma inkorporati. Għaldaqstant, il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa ma għandhomx ikun jistgħu jinvokaw il-ħarsien li ngħataw kontra l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal arranġamenti kuntrattwali konklużi bejn il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa, fuq naħa, u l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet, fuq in-naħa l-oħra. |
(35) Il-protezzjoni mogħtija lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa b'din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax id-drittijiet tal-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet fix-xogħlijiet u materji oħra inkorporati hemmhekk, inkluż fir-rigward sa fejn l-awturi u d-detenturi tad-drittijiet oħra jistgħu jisfruttaw is-xogħlijiet jew materji oħra tagħhom indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li fihom huma inkorporati. Għaldaqstant, il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa ma għandhomx ikun jistgħu jinvokaw il-ħarsien li ngħataw kontra l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal arranġamenti kuntrattwali konklużi bejn il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa, fuq naħa, u l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet, fuq in-naħa l-oħra. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li sehem ġust tar-remunerazzjoni, li joħroġ mill-użu tad-drittijiet tal-pubblikaturi tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa, ikun attribwit lill-ġurnalisti, lill-awturi u detenturi tad-drittijiet oħrajn. |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 36a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(36a) L-industriji kulturali u kreattivi (CCIs) jiżvolġu rwol essenzjali fir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa, huma xprun għat-tkabbir u jinsabu f'pożizzjoni strateġika biex jistimulaw effetti innovattivi f'setturi industrijali oħra. Barra minn hekk, is-CCIs huma xprun għall-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-ICT fl-Ewropa. L-industriji kulturali u kreattivi fl-Ewropa jipprovdu aktar minn 12-il miljun impjieg full-time, li jirrappreżentaw 7,5 % tal-forza tax-xogħol tal-UE, u b'hekk joħolqu madwar EUR 509 biljun f'valur miżjud għall-PDG (5,3 % tal-GVA totali tal-UE). Il-protezzjoni tad-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati hija ċentrali għad-dħul tas-CCIs. |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 37 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(37) Matul dawn l-aħħar snin, il-funzjonament tas-suq tal-kontenut online sar iktar kumpless. Is-servizzi online li jipprovdu aċċess għall-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur mtella' mill-utenti tagħhom mingħajr l-involviment tad-detenturi tad-drittijiet mxew 'il quddiem u saru sors ewlenin ta' aċċess għall-kontenut online. Dan jaffettwa l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jiddeterminaw jekk, u taħt liema kundizzjonijiet, ix-xogħol tagħhom u materjaa oħra jintużawx kif ukoll il-possibbiltajiet tagħhom li jirċievu rimunerazzjoni xierqa għalih. |
(37) Matul dawn l-aħħar snin, il-funzjonament tas-suq tal-kontenut online sar iktar kumpless. Is-servizzi online li jipprovdu aċċess għall-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur imtella' mill-utenti tagħhom mingħajr l-involviment tad-detenturi tad-drittijiet imxew 'il quddiem u saru sors ewlenin ta' aċċess għall-kontenut online. Dan jaffettwa l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jiddeterminaw jekk, u taħt liema kundizzjonijiet, ix-xogħol tagħhom u materja oħra jintużawx kif ukoll il-possibbiltajiet tagħhom li jirċievu rimunerazzjoni xierqa għalih. Minkejja l-fatt li llum qed jiġi assorbit aktar kontenut kreattiv minn qatt qabel fuq servizzi bħal pjattaformi ta' kontenut u servizzi ta' aggregazzjoni tal-kontenut imtella' mill-utenti, is-setturi kreattivi ma rawx żieda komparabbli fid-dħul minn din iż-żieda fil-konsum. Waħda mir-raġunijiet ewlenin qed tiġi riferuta bħala trasferiment ta' valur li seħħ minħabba nuqqas ta' ċarezza rigward l-istatus ta' dawn is-servizzi online taħt il-liġi tad-dritt tal-awtur u tal-kummerċ elettroniku. Inħoloq suq inġust li qed jhedded l-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali u l-atturi ewlenin tiegħu: l-industriji kulturali u kreattivi. |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 37a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(37a) Il-pjattaformi diġitali huma mezz biex jingħata aċċess usa' għal xogħlijiet kulturali u kreattivi u joffru opportunitajiet kbar biex l-industriji kulturali u kreattivi jiżviluppaw mudelli kummerċjali ġodda. Għalhekk, hemm bżonn jitqies kif dan il-proċess jista' jiffunzjona b'aktar ċertezza legali u rispett għad-detenturi tad-drittijiet. Hija għalhekk tal-akbar importanza li jiġu żgurati t-trasparenza u kundizzjonijiet ekwi. Il-protezzjoni tad-detenturi tad-drittijiet fil-qafas tad-drittijiet tal-awtur u tal-proprjetà intellettwali hija meħtieġa sabiex tiżgura r-rikonoxximent tal-valuri u tistimola l-innovazzjoni, il-kreattività, l-investiment u l-produzzjoni tal-kontenut. |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 38 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fejn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal xogħlijiet jew materja oħra protetta bid-drittijiet tal-awtur mtella' mill-utenti tagħhom, u għalhekk imorru lil hinn mis-sempliċi provvista ta' faċilitajiet fiżiċi u t-twettiq ta' att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku, huma obbligati li jikkonkludu kuntratti ta' liċenzja flimkien ma' detenturi tad-drittijiet, sakemm dawn ma jkunux eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà pprovduta fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
Fejn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur imtella' mill-utenti tagħhom, u għalhekk imorru lil hinn mis-sempliċi provvista ta' faċilitajiet fiżiċi u t-twettiq ta' att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u att ta' riproduzzjoni, huma obbligati li jikkonkludu kuntratti ta' liċenzja flimkien ma' detenturi tad-drittijiet, sakemm dawn ma jkunux eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà pprovduta fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
__________________ |
__________________ |
34 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17/7/2000, p. 1-16). |
34 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17/7/2000, p. 1-16). |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 38 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fir-rigward tal-Artikolu 14, għandu jiġi vverifikat jekk il-fornitur tas-servizz għandux rwol attiv, inkluż bit-titjib tal-preżentazzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet jew suġġetti jew il-promozzjoni tagħhom, tkun xi tkun in-natura tal-mezzi użati għal dan. |
Fir-rigward tal-Artikolu 14, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk il-fornitur tas-servizz għandux rwol attiv, inkluż bit-titjib tal-preżentazzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet jew materjal tematiku mtella' jew il-promozzjoni tagħhom, tkun xi tkun in-natura tal-mezzi użati għal dan. Fornitur ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni għandu jkun obbligat jikseb liċenzji għal kontenut protett mid-dritt tal-awtur kemm jekk ikollu r-responsabbiltà editorjali għal dak il-kontenut u kemm jekk le. Jenħtieġ li l-liċenzji miksuba mill-fornituri ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet ikunu meqjusa li jkopru l-kontenut kollu ġġenerat mill-utenti tagħhom, inklużi l-utenti li jkunu qed jaġixxu għal skopijiet mhux kummerċjali. Dan jipprovdi ċertezza legali għall-utenti individwali ta' tali servizzi filwaqt li jikkjarifika r-responsabbiltà tal-pjattaformi. |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 38 - paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ta' kwalunkwe ftehim ta' liċenzjar, il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u li jagħtu aċċess lill-pubbliku għal ammonti kbar ta' xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materji oħra mtellgħa mill-utenti tagħhom għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw il-protezzjoni ta' xogħlijiet jew materja oħra, bħall-implimentazzjoni ta' teknoloġiji effettivi. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll meta l-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jkunu eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE. |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ta' kwalunkwe ftehim ta' liċenzjar, il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u li jagħtu aċċess lill-pubbliku għal ammonti sinifikanti ta' xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materjal tematiku ieħor imtella' mill-utenti tagħhom jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw il-protezzjoni ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll meta l-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jkunu eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE. |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 39 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(39) Kollaborazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu l-aċċess lill-pubbliku għal ammonti kbar ta' xogħlijiet jew materja oħra protetti bid-drittijiet tal-awtur imtellgħa mill-utenti u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom hija essenzjali għall-funzjonament tat-teknoloġiji, bħal teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut. F'każijiet bħal dawn, id-detenturi tad-drittijiet għandhom jipprovdu d-dejta neċessarja biex jippermettu li s-servizzi jidentifika l-kontenut tagħhom u s-servizzi għandhom ikunu trasparenti lejn id-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tat-teknoloġiji użati, biex jippermettu l-valutazzjoni ta' kemm dawn ikunu xierqa. Is-servizzi għandhom b'mod partikolari jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b'informazzjoni dwar it-tip ta' teknoloġiji użati, il-mod li fih jitħaddmu kif ukoll ir-rata ta' suċċess tagħhom għar-rikonoxximent ta' kontenut tad-detenturi tad-drittijiet. Dawk it-teknoloġiji għandhom jippermettu wkoll lid-detenturi tad-drittijiet li jiksbu l-informazzjoni mill-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni dwar l-użu tal-kontenut tagħhom kopert minn ftehim. |
(39) Kollaborazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu l-aċċess lill-pubbliku għal ammonti sinifikanti ta' xogħlijiet jew materja oħra protetti bid-drittijiet tal-awtur imtellgħa mill-utenti u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom hija essenzjali għall-implimentazzjoni effiċjenti ta' dawn il-miżuri. F'każijiet bħal dawn, id-detenturi tad-drittijiet jenħtieġ li jipprovdu d-dejta neċessarja biex jippermettu li s-servizzi jidentifikaw il-kontenut tagħhom u s-servizzi jenħtieġ li jkunu trasparenti lejn id-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tal-miżuri użati, biex jippermettu l-valutazzjoni ta' kemm dawn ikunu xierqa. Is-servizzi jenħtieġ li b'mod partikolari jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b'informazzjoni dwar it-tip ta' miżuri użati, il-mod li fih jitħaddmu kif ukoll ir-rata ta' suċċess tagħhom għar-rikonoxximent ta' kontenut tad-detenturi tad-drittijiet. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jippermettu wkoll lid-detenturi tad-drittijiet li jiksbu l-informazzjoni mill-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni dwar l-użu tal-kontenut tagħhom kopert minn ftehim. Madankollu, jenħtieġ li jiġu stabbiliti s-salvagwardji xierqa biex jiġi żgurat li l-miżuri applikati ma jiksrux id-drittijiet fundamentali tal-utenti tagħhom, jiġifieri d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom skont id-Direttiva 95/46/KE, id-Direttiva 2001/58/KE u r-Regolament (UE) 2016/679, kif ukoll il-libertà tagħhom li jirċievu jew jibagħtu informazzjoni, b'mod partikolari l-possibbiltà li jibbenefikaw minn eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet tal-awtur. |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 40 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(40) Ċerti detenturi tad-drittijiet bħal awturi u artisti jeħtieġu informazzjoni sabiex jivvalutaw il-valur ekonomiku tad-drittijiet tagħhom li huma armonizzati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan huwa speċjalment il-każ fejn dawn id-detenturi tad-drittijiet jagħtu liċenzja jew trasferiment ta' drittijiet għal remunerazzjoni. Peress li l-awturi u l-artisti aktarx li jkunu f'pożizzjoni kuntrattwali aktar dgħajfa huma jagħtu liċenzji jew jitrasferixxu d-drittijiet tagħhom, huma jkollhom bżonn informazzjoni biex jivvalutaw il-valur ekonomiku kontinwu tad-drittijiet tagħhom, meta mqabbla mar-remunerazzjoni li jirċievu għal-liċenzja tagħhom jew għat-trasferiment, iżda ħafna drabi jaffaċċjaw nuqqas ta' trasparenza. Għaldaqstant, l-iskambju ta' informazzjoni adegwata mill-kontropartijiet kuntrattwali tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu huwa importanti għat-trasparenza u l-bilanċ tas-sistema li biha titmexxa r-remunerazzjoni tal-awturi u l-artisti. |
(40) Ċerti detenturi tad-drittijiet bħal awturi u artisti jeħtieġu informazzjoni sabiex jivvalutaw il-valur ekonomiku tad-drittijiet tagħhom li huma armonizzati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan huwa speċjalment il-każ fejn dawn id-detenturi tad-drittijiet jagħtu liċenzja jew trasferiment ta' drittijiet għal remunerazzjoni. Peress li l-awturi u l-artisti jinsabu f'pożizzjoni kuntrattwali aktar dgħajfa meta jagħtu liċenzji jew jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom, huma jkollhom bżonn informazzjoni biex jivvalutaw il-valur ekonomiku kontinwu tad-drittijiet tagħhom, meta mqabbla mar-remunerazzjoni li jirċievu għal-liċenzja jew għat-trasferiment tagħhom, iżda ħafna drabi jaffaċċjaw nuqqas ta' trasparenza. Għaldaqstant, il-kondiviżjoni ta' informazzjoni adegwata mill-kontropartijiet kuntrattwali tagħhom u miċ-ċessjonarji jew mid-detenturi ta' liċenzja sussegwenti, kif ukoll mis-suċċessuri tagħhom fit-titolu hija importanti għat-trasparenza u l-bilanċ fis-sistema li biha titmexxa r-remunerazzjoni tal-awturi u l-artisti. Jenħtieġ li l-obbligu ta' rapportar u trasparenza jsegwi x-xogħol fil-forom kollha ta' sfruttament u minn naħa għall-oħra tal-fruntieri. |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 41 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(41) Meta jimplimentaw l-obbligi tat-trasparenza, għandhom jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tad-diversi setturi ta' kontenut u tad-drittijiet tal-awturi u l-artisti f'kull settur. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-partijiet interessati rilevanti kollha għax dan għandu jgħin biex jiġu determinati rekwiżiti speċifiċi għas-settur. In-negozjar kollettiv għandu jiġi kkunsidrat bħala alternattiva biex jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet interessati rilevanti dwar it-trasparenza. Biex il-prattiki attwali tar-rappurtar ikunu jistgħu jiġu adattati għall-obbligi tat-trasparenza, għandu jiġi previst perjodu tranżitorju. L-obbligi tat-trasparenza ma għandhomx bżonn japplikaw għal ftehimiet konklużi mal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv, bħal dawk li diġà huma soġġetti għall-obbligi tat-trasparenza skont id-Direttiva 2014/26/UE. |
(41) Meta jimplimentaw l-obbligi tat-trasparenza, jenħtieġ li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tad-diversi setturi ta' kontenut u tad-drittijiet tal-awturi u l-artisti f'kull settur. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonsultaw lill-partijiet interessati rilevanti kollha peress li dan għandu jgħin biex jiġu determinati rekwiżiti speċifiċi għas-settur, dikjarazzjonijiet u proċeduri standard għar-rapportar. In-negozjar kollettiv għandu jiġi kkunsidrat bħala alternattiva biex jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet interessati rilevanti dwar it-trasparenza. Biex il-prattiki attwali tar-rappurtar ikunu jistgħu jiġu adattati għall-obbligi tat-trasparenza, għandu jiġi previst perjodu tranżitorju. Jenħtieġ li l-obbligi tat-trasparenza ma jkollhomx bżonn japplikaw għal ftehimiet konklużi mal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv, bħal dawk li diġà huma soġġetti għall-obbligi tat-trasparenza skont id-Direttiva 2014/26/UE, bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jkunu ttrasponew id-Direttiva 2014/26/UE u jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li l-maniġment għall-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv kollha jitwettaq b'mod effettiv u ġust. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jaġixxu fl-aħjar interess tad-detenturi tad-drittijiet, filwaqt li jiżguraw distribuzzjoni preċiża u regolari tal-ħlas u l-produzzjoni ta' rapport annwali pubbliku dwar it-trasparenza, f'konformità mad-Direttiva 2014/26/UE. |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 46 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(46) Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandu jkun b'konformità mad-Direttivi 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36. |
(46) Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandu jkun b'konformità mad-Direttivi 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36. Jenħtieġ li fil-ġejjieni, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, inkluż id-"dritt li tkun minsi", jiġu rrispettati. |
_________________ |
_________________ |
35 Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31-50). Din id-Direttiva titħassar b'effett mill-25 ta' Mejju 2018 u għandha tinbidel bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1–88). |
35 Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31-50). Din id-Direttiva titħassar b'effett mill-25 ta' Mejju 2018 u għandha tinbidel bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1–88). |
36 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p 37-47), imsejħa, kif emendata bid-Direttivi 2006/24/KE u 2009/136/KE, "id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika". |
36 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p 37-47), imsejħa, kif emendata bid-Direttivi 2006/24/KE u 2009/136/KE, "id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika". |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 46a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(46a) Huwa importanti li jiġi enfasizzat kemm hi importanti l-anonimità meta tkun qed tiġi ttrattata dejta personali għal finijiet kummerċjali. Flimkien ma' dan, jenħtieġ li tiġi promossa l-għażla "prestabbilità" ("by default") li ma tiġix kondiviża informazzjoni ma' oħrajn fir-rigward tad-dejta personali meta jkunu qed jintużaw interfaċċi ta' pjattaformi online. |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. "organizzazzjoni ta' riċerka" tfisser università, istitut tar-riċerka jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-għan primarju tagħha huwa li twettaq riċerka xjentifika jew li twettaq riċerka xjentifika u toffri servizzi edukattivi: |
1. "organizzazzjoni ta' riċerka" tfisser università, inklużi inkubaturi ta' negozji ġodda kollegati ma' universitajiet, istitut tar-riċerka jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-għan primarju tagħha huwa li twettaq riċerka xjentifika jew li twettaq riċerka xjentifika u toffri servizzi edukattivi: |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) "kumpanija ġdida" tfisser, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, kwalunkwe kumpanija b'inqas minn 10 impjegati u fatturat annwali jew karta tal-bilanċ ta' inqas minn EUR 2 miljun u li ġiet stabbilita mhux aktar kmieni minn tliet snin qabel ma bbenefikat mill-eċċezzjoni fl-Artikolu 3, paragrafu 1. |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) "aċċess legali" tfisser aċċess għal kontenut miksub b'mod legali |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Estrazzjoni ta' test u ta' dejta |
Estrazzjoni ta' test u ta' dejta |
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u estrazzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet ta' riċerka sabiex iwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta ta' xogħlijiet jew materji oħra li għalih għandhom aċċess legali għall-fini tar-riċerka xjentifika. |
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet li jsiru minn organizzazzjonijiet ta' riċerka, minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u minn kumpaniji ġodda sabiex iwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li għalihom akkwistaw aċċess legali għall-finijiet ta' riċerka xjentifika. |
2. Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli. |
2. Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli. |
3. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-dejta fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materji oħra . Dawn il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan. |
3. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-dejta fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor. Dawn il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan u ma għandhomx jimpedixxu jew jirrestrinġu benefiċjarji mill-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 jew il-kapaċità tagħhom ta' żvilupp ta' għodda ta' estrazzjoni tat-test u tad-dejta differenti minn dawk offruti mid-detenturi tad-drittijiet. |
4. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lid-detenturi tad-drittijiet u lill-organizzazzjonijiet ta' riċerka li jiddefinixxi l-aqwa prassi miftiehma dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3. |
|
|
4a. Benefiċjarji tal-eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu qed iwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta għandhom japplikaw miżuri li jiżguraw li d-dejta estratta permezz tal-proċess tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta tinżamm b'mod sikur u ma tkunx qed tinħażen għal aktar żmien minn dak li hu meħtieġ għall-finijiet tar-riċerka. L-eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma taffettwax l-atti ta' estrazzjoni tat-test u tad-dejta mwettqa b'relazzjoni għal sempliċi fatti jew dejta li mhumiex protetti bid-drittijiet tal-awtur jew atti ta' estrazzjoni ta' test u dejta li ma tinvolvi ebda att ta' riproduzzjoni jew ta' estrazzjoni. L-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet jew l-awturi ta' bażijiet tad-dejta mhijiex meħtieġa għal atti ta' riproduzzjoni temporanja koperti minn eċċezzjonijiet skont il-liġi tal-Unjoni u għal atti ta' estrazzjoni li huma meħtieġa għall-finijiet ta' aċċess għal u l-użu normali tal-kontenut ta' bażijiet tad-dejta b'mod leġittimu. |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, skont l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva sabiex jippermettu l-użu diġitali ta' xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim, sa fejn ikun ġustifikat li jintlaħaq mill-iskop mhux kummerċjali, dment li l-użu: |
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, skont l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva sabiex jippermettu l-użu diġitali ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim jew għar-riċerka xjentifika, sa fejn ikun ġustifikat mill-iskop mhux kummerċjali li għandu jintlaħaq, dment li l-użu: |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) isir fi stabbiliment edukattiv jew permezz ta' netwerk elettroniku sigur, aċċessibbli biss mill-istabbilimenti edukattivi tal-istudenti u l-għalliema; |
(a) isir f'żona ta' tagħlim ta' stabbiliment edukattiv jew programm edukattiv ċertifikat rikonoxxut mill-Istat Membru, kif ukoll istituzzjoni tal-wirt kulturali jew organizzazzjoni ta' riċerka, jew permezz ta' netwerk elettroniku sigur, aċċessibbli biss mill-istudenti reġistrati u l-għalliema tagħhom; |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-viżibbiltà ta' liċenzji li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 għall-istabbilimenti edukattivi. |
L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-viżibbiltà tal-liċenzji, permezz ta' bażi tad-dejta li tkun faċilment aċċessibbli, li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 għall-istabbilimenti edukattivi. |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-użu ta' xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim permezz ta' netwerks elettroniċi sikuri li jkunu ttieħdu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala li jseħħu biss fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-istabbiliment edukattiv. |
3. L-użu ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim jew riċerka xjentifika permezz ta' netwerks elettroniċi sikuri li jkun sar f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu għandu jitqies bħala li jseħħ biss fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti l-istabbiliment edukattiv, il-programm edukattiv ċertifikat, l-istituzzjoni tal-wirt kulturali jew l-organizzazzjoni tar-riċerka. |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva, li jippermettu li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jagħmlu kopji ta' kwalunkwe xogħol jew materjaoħra li huma permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom, f'kull forma jew mezz, għall-iskop waħdieni tal-preservazzjoni ta' xogħlijiet bħal dawn jew materji oħra u sa fejn meħtieġ għal tali preservazzjoni. |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva, li jippermettu li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-istabbilimenti edukattivi jagħmlu kopji ta' kwalunkwe xogħol jew materjal tematiku ieħor li jkunu permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom, fi kwalunkwe format jew mezz, għall-fini uniku tal-preservazzjoni ta' tali xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor u sa fejn meħtieġ għal tali preservazzjoni, kif ukoll riproduzzjonijiet organizzattivi interni għall-finijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-missjonijiet ta' interess pubbliku tagħhom. |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom, b'konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiżguraw li r-rekwiżiti użati biex jiġi ddeterminat jekk xogħlijiet u materji oħra jistgħux jiġu awtorizzati b'konformità mal-paragrafu 1 ma jmorrux lil hinn minn dak meħtieġ u raġonevoli u ma jipprekludix il-possibbiltà li jiddeterminaw l-istatus mhux kummerċjali ta' kollezzjoni bħala entità sħiħa, meta jista' jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew il-materji l-oħra fil-kollezzjoni mhumiex fis-suq. |
L-Istati Membri għandhom, b'konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiżguraw li r-rekwiżiti użati biex jiġi ddeterminat jekk xogħlijiet u materjal tematiku ieħor jistgħux jiġu awtorizzati b'konformità mal-paragrafu 1 ma jmorrux lil hinn minn dak meħtieġ u raġonevoli u ma jipprekludix il-possibbiltà li jiddeterminaw l-istatus mhux kummerċjali ta' kollezzjoni bħala entità sħiħa, meta jista' jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor fil-kollezzjoni mhumiex fis-suq. Fil-każ li ma tkunx teżisti organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv jew li din ma tirrappreżentax adegwatament id-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu eċċezzjonijiet għall-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-istabbilimenti edukattivi, kemm formali kif ukoll mhux formali, biex iqassmu, jikkomunikaw jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni xogħlijiet li m'għadhomx fis-suq għal finijiet mhux kummerċjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw remunerazzjoni xierqa għal kwalunkwe dannu mhux raġonevoli għall-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet u jiżguraw li d-detenturi kollha tad-drittijiet jistgħu fi kwlaunkwe waqt joġġezzjonaw għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom. |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu regolari bejn l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet, u kull parti interessata rilevanti oħra, li fuq bażi settorjali jrawmu r-rilevanza u l-utilità tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 7(1), jiżguraw l-effettività tas-salvagwardji għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu, notevolment fir-rigward tal-miżuri ta' pubbliċità, u, jekk ikun il-każ jassistu fl-istabbiliment tar-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2). |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu regolari bejn l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet, u kull parti interessata rilevanti oħra, li fuq bażi settorjali jrawmu r-rilevanza u l-utilità tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 7(1), inkluża s-soluzzjoni ta' kwistjonijiet fejn l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali f'konformità mal-Artikoli 7 u 8 mhux qed ikunu raġonevolment permessi, u jiżguraw l-effettività tas-salvagwardji għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu, notevolment fir-rigward tal-miżuri ta' pubbliċità, u, jekk ikun il-każ, jassistu fl-istabbiliment tar-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2). |
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-protezzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi diġitali |
Il-protezzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa |
Ġustifikazzjoni | |
L-edizzjonijiet stampati ħaqqhom l-istess protezzjoni bħall-edizzjonijiet diġitali. Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali li jiġi żgurat li jingħataw drittijiet kemm għall-użu diġitali kif ukoll dak mhux diġitali u li jitneħħa kwalunkwe kliem li jista' jeskludi l-użu mhux diġitali. | |
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa bid-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-użu diġitali tal-pubblikazzjonijiet stampati tagħhom. |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa bid-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-użu tal-pubblikazzjonijiet stampati tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
L-edizzjonijiet stampati ħaqqhom l-istess protezzjoni bħall-edizzjonijiet diġitali. Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali li jiġi żgurat li jingħataw drittijiet kemm għall-użu diġitali kif ukoll dak mhux diġitali u li jitneħħa kwalunkwe kliem li jista' jeskludi l-użu mhux diġitali. | |
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma'għandhomx jestendu għal atti ta' hyperlinking, peress li dawn ma jikkostitwixxux komunikazzjoni lill-pubbliku. |
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sehem ġust mid-dħul mill-użu tad-drittijiet tal-pubblikaturi tal-istampa jkun attribwit lill-ġurnalisti. |
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li meta l-awtur ikun ittrasferixxa jew illiċenzja d-dritt lil pubblikatur, tali trasferiment jew liċenzja jikkostitwixxu bażi ġuridika suffiċjenti biex il-pubblikatur jitlob sehem mill-kumpens għall-użi tax-xogħlijiet li saru skont eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt trasferit jew liċenzjat. |
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li meta l-awtur ikun ittrasferixxa jew illiċenzja d-dritt lil pubblikatur, dan il-pubblikatur hu, bis-saħħa ta' dan, detentur ta' drittijiet rigward tali trasferiment jew liċenzja. Għalhekk, dan it-trasferiment ta' liċenzja jikkostitwixxi bażi ġuridika suffiċjenti biex il-pubblikatur jitlob sehem mill-kumpens għall-użi tax-xogħlijiet li saru taħt eċċezzjoni jew liċenzjar kollettiv statutorju jew limitazzjoni għad-dritt trasferit jew liċenzjat. |
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 13 –Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-użu ta' kontenut protett minn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jagħtu aċċess għal ammonti kbar ta' xogħlijiet u materji oħra mtella' mill-utenti tagħhom |
L-użu ta' kontenut protett minn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jagħtu aċċess għal ammonti sinifikanti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor mtella' mill-utenti tagħhom |
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal ammonti kbar ta' xogħlijiet jew materji oħra mtella' mill-utenti tagħhom għandhom, b'kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, jieħdu miżuri biex jiżguraw il-funzjonament ta' ftehimiet konklużi ma' detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materji oħra jew biex jipprevjenu d-disponibbiltà fuq is-servizzi tagħhom ta' xogħlijiet jew materji oħra identifikati mid-detenturi tad-drittijiet permezz ta' kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz. Dawk il-miżuri, bħall-użu ta' teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut effettivi, għandhom ikunu xierqa u proporzjonati. Il-fornituri tas-servizz għandhom jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b'informazzjoni xierqa dwar l-iskjerament u l-implimentazzjoni tal-miżuri, kif ukoll, fejn rilevanti, rappurtar adegwat dwar ir-rikonoxximent u l-użu ta' xogħlijiet u materji oħra. |
1. Fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu lill-pubbliku aċċess għal ammonti sinifikanti ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protetti bid-drittijiet tal-awtur imtella' mill-utenti tagħhom, u fejn dak il-ħżin u dik id-dispożizzjoni ta' aċċess jikkostitwixxu parti essenzjali tal-attivitajiet tagħhom, għandhom, b'kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw il-funzjonament ta' ftehimiet konklużi ma' detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal tematiku ieħor jew biex jipprevjenu d-disponibbiltà fuq is-servizzi tagħhom ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor identifikati mid-detenturi tad-drittijiet permezz ta' kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz. Fuq talba tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur, il-fornituri tas-servizz għandhom jipprovduhom b'informazzjoni xierqa dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri, kif ukoll, fejn rilevanti, rappurtar adegwat dwar ir-rikonoxximent u l-użu ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. |
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ipoġġu fis-seħħ mekkaniżmi ta' ilmenti u rimedji li huma disponibbli għall-utenti f'każ ta' tilwim dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ipoġġu fis-seħħ mekkaniżmi ta' ilmenti u rimedji li huma disponibbli għall-utenti f'każ ta' tilwim dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija f'dak il-paragrafu. Dawn il-mekkaniżmi għandhom b'mod partikolari jiżguraw li meta t-tneħħija tal-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1 ma tkunx iġġustifikata, il-kontenut inkwistjoni għandu jerġa' jittella' online fi żmien raġonevoli. |
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, meta jkun jixraq, il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni permezz ta' djalogu mal-partijiet interessati biex jiddefinixxu l-aħjar prassi, bħal teknoloġiji għall-għarfien tal-kontenut xierqa u proporzjonati, filwaqt li titqies, fost l-oħrajn, in-natura tas-servizzi, id-disponibbiltà tat-tekonoloġiji u l-effettività tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. |
3. Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, meta jkun jixraq, il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni permezz ta' djalogu mal-partijiet interessati biex jiddefinixxu l-aħjar prassi, għal miżuri msemmija fil-paragrafu 1 filwaqt li titqies, inter alia, in-natura tas-servizzi, id-disponibbiltà tat-tekonoloġiji u l-effettività tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. |
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal ammonti kbar ta' xogħlijiet jew materji oħra mtella' mill-utenti tagħhom għandhom, b'kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, jieħdu miżuri biex jiżguraw il-funzjonament ta' ftehimiet konklużi ma' detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materji oħra jew biex jipprevjenu d-disponibbiltà fuq is-servizzi tagħhom ta' xogħlijiet jew materji oħra identifikati mid-detenturi tad-drittijiet permezz ta' kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz. Dawk il-miżuri, bħall-użu ta' teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut effettivi, għandhom ikunu xierqa u proporzjonati. Il-fornituri tas-servizz għandhom jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b'informazzjoni xierqa dwar l-iskjerament u l-implimentazzjoni tal-miżuri, kif ukoll, fejn rilevanti, rappurtar adegwat dwar ir-rikonoxximent u l-użu ta' xogħlijiet u materji oħra. |
1. Fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protetti bid-drittijiet tal-awtur imtella' mill-utenti tagħhom, li b'hekk imorru lil hinn mis-sempliċi provvista ta' faċilitajiet fiżiċi u mit-twettiq ta' att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku mibdi mill-utenti tagħhom li jtellgħu dawn ix-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor, għandhom jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar mad-detenturi tad-drittijiet kemm għall-komunikazzjoni lill-pubbliku kif ukoll għad-drittijiet ta' riproduzzjoni, sakemm ma jkunux eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE. 2. L-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE m'għandhiex tapplika għall-attivitajiet tal-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jagħmlu xogħlijiet u materjal tematiku ieħor protett disponibbli għall-pubbliku u għandhom jiżvolġu rwol attiv, anke bl-ottimizzazzjoni tal-preżentazzjoni tax-xogħlijiet jew ta' materjal tematiku mtella' jew li jippromwovuhom. 3. Il-ftehimiet ta' liċenzjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li jkopru l-atti mwettqa mill-utenti tal-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni msemmija hawn fuq, sakemm l-utenti ma jkunux qed jaġixxu fuq bażi professjonali. 4. Fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu lill-pubbliku aċċess għal ammonti sinifikanti ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protetti bid-drittijiet tal-awtur imtella' mill-utenti tagħhom għandhom, b'kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, jieħdu miżuri biex jiżguraw il-funzjonament ta' ftehimiet konklużi ma' detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal tematiku ieħor jew biex jipprevjenu d-disponibbiltà fuq is-servizzi tagħhom ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor identifikati mid-detenturi tad-drittijiet permezz ta' kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz. Dawk il-miżuri, bħall-użu ta' teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut effettivi, għandhom ikunu xierqa u proporzjonati. Il-fornituri tas-servizz għandhom jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b'informazzjoni xierqa dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri, kif ukoll, fejn rilevanti, rappurtar adegwat u fil-ħin dwar ir-rikonoxximent u l-użu ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 4 ipoġġu fis-seħħ mekkaniżmi ta' ilmenti u rimedji li huma disponibbli għall-utenti f'każ ta' tilwim dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 4. 6. Il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri jkunu f'konformità sħiħa mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/KE u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. 7. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, meta jkun jixraq, il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni permezz ta' djalogu mal-partijiet interessati biex jiddefinixxu l-aħjar prassi, bħal teknoloġiji għall-għarfien tal-kontenut xierqa u proporzjonati, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, in-natura tas-servizzi, id-disponibbiltà tat-tekonoloġiji u l-effettività tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. |
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari u meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur, informazzjoni f'waqtha, adegwata u suffiċjenti dwar l-isfruttar tax-xogħlijiet u l-wirjiet tagħhom minn dawk li lilhom ikunu llliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-modi ta' sfruttament, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari u meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur, informazzjoni preċiża, f'waqtha, adegwata u suffiċjenti dwar l-isfruttar u l-promozzjoni tax-xogħlijiet inkluż xogħlijiet u wirjiet xjentifiċi tagħhom minn dawk li lilhom ikunu llliċenzjaw jew ittrasferew id-drittijiet tagħhom, inklużi trasferenti jew detenturi ta' liċenzja sussegwenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-modi ta' promozzjoni, sfruttament, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut. |
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv u għandu jiżgura livell xieraq ta' trasparenza f'kull settur. Madankollu, f'dawk il-każijiet fejn il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu jkun sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-obbligu fil-paragrafu 1, dment li dak l-obbligu jibqa' l-istess u li jiżgura livell xieraq ta' trasparenza. |
2. L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv u għandu jiżgura livell għoli ta' trasparenza f'kull settur, kif ukoll dritt tal-awturi u tal-artisti għall-awditjar. Madankollu, f'dawk il-każijiet fejn il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu jkun sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-obbligu fil-paragrafu 1, dment li dak l-obbligu jibqa' effettiv, infurzabbli u jiżgura livell xieraq ta' trasparenza. |
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dikjarazzjonijiet u proċeduri standard ta' rappurtar speċifiċi għas-settur jiġu żviluppati permezz ta' djalogu mal-partijiet interessati. |
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 14a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 14a |
|
Dritt irrevokabbli għal remunerazzjoni ġusta għall-awturi u l-artisti |
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awturi u l-artisti jittrasferixxu jew jassenjaw id-dritt tagħhom ta' tqegħid għad-dispożizzjoni lill-pubbliku, huma jżommu d-dritt li jiksbu remunerazzjoni ġusta derivata mill-isfruttar tax-xogħol tagħhom. |
|
2. Id-dritt ta' awtur jew artist li jikseb remunerazzjoni ekwa għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tax-xogħol tiegħu huwa inaljenabbli u ma jistax jiġi rrevokat. |
|
3. L-amministrazzjoni ta' dan id-dritt għal remunerazzjoni ġusta għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tax-xogħol ta' awtur jew artist għandha tkun f'idejn l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv tagħhom, sakemm ftehimiet kollettivi oħra, inklużi ftehimiet ta' mmaniġġjar kollettiv volontarju, jiggarantixxu tali remunerazzjoni għall-awturi, l-awturi awdjoviżivi u l-artisti għad-dritt tagħhom li jqiegħdu għad-dispożizzjoni. |
|
4. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jiġbru r-remunerazzjoni ġusta minn servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jqiegħdu x-xogħlijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti huma intitolati li jitolbu aktar, remunerazzjoni xierqa mill-parti li magħha jkunu daħlu f'kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti, jew ir-rappreżentanti li jaħtru, huma intitolati li jitolbu remunerazzjoni addizzjonali ġusta mill-parti li magħha jkunu daħlu f'kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet. |
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 15a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 15a |
|
Mekkaniżmu tat-treġġigħ lura ta' drittijiet |
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti li jkollhom relazzjoni kuntrattwali b'obbligi ta' ħlas kontinwu, jistgħu jtemmu l-kuntratt li bih huma jkunu lliċenzjaw jew ittrasferew id-drittijiet tagħhom meta jkun hemm nuqqas assolut ta' sfruttament tax-xogħlijiet u l-prestazzjonijiet tagħhom, nuqqas persistenti ta' ħlas tar-remunerazzjoni miftiehma jew nuqqas totali ta' rappurtar u trasparenza. |
|
2. Id-dritt li jintemm il-kuntratt dwar it-trasferiment jew il-liċenzjar ta' drittijiet jista' jiġi eżerċitat jekk, fi żmien sena min-notifika mill-artist jew l-awtur ta' din l-intenzjoni li jtemm il-kuntratt, il-parti kontraenti tonqos milli tissodisfa l-obbligu kuntrattwali tagħha fir-rigward tal-ħlas tar-remunerazzjoni miftiehma. Fir-rigward tan-nuqqas ta' sfruttar ta' xogħol u n-nuqqas totali ta' rappurtar u trasparenza, id-dritt ta' terminazzjoni tal-kuntratt dwar it-trasferiment jew il-liċenzjar ta' drittijiet jista' jiġi eżerċitat jekk, fi żmien ħames snin min-notifika mill-artist jew l-awtur tal-intenzjoni tiegħu li jtemm il-kuntratt, il-parti kontraenti tonqos milli tissodisfa l-obbligi kuntrattwali tagħha. |
|
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu fil-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-kontribuzzjoni ta' awtur jew artist ma tkunx sinifikanti fil-kuntest tal-ħidma globali jew tal-prestazzjoni. |
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull tilwim dwar l-obbligu tat-trasparenza skont l-Artikolu 14 u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratt skont l-Artikolu 15 jistgħu jitressqu għal proċedura volontarja u alternattiva għar-riżulozzjoni tat-tilwim. |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull tilwim dwar l-obbligu tat-trasparenza skont l-Artikolu 14 u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratt skont l-Artikolu 15 jistgħu jitressqu għal proċedura volontarja u alternattiva għar-riżulozzjoni tat-tilwim. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jistgħu jressqu t-tilwima b'mod anonimu permezz ta' persuna jew organizzazzjoni awtorizzata. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali |
||||
Referenzi |
COM(2016)0593 – C8-0383/2016 – 2016/0280(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 6.10.2016 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 6.10.2016 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Zdzisław Krasnodębski 1.12.2016 |
||||
Eżami fil-kumitat |
22.3.2017 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
11.7.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
39 18 6 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Zigmantas Balčytis, Nicolas Bay, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Roger Helmer, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Pascal Arimont, Pilar Ayuso, Pervenche Berès, Werner Langen, Florent Marcellesi, Marisa Matias, Maria Spyraki |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Czesław Hoc, Jan Huitema, Julia Reda, Yana Toom, Kazimierz Michał Ujazdowski, Julie Ward |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
39 |
+ |
|
ENF |
Angelo Ciocca, Barbara Kappel |
|
PPE |
Pascal Arimont, Bendt Bendtsen, Cristian-Silviu Buşoi, Christian Ehler, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Luděk Niedermayer, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Hermann Winkler, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera |
|
S&D |
Zigmantas Balčytis, Pervenche Berès, José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Dan Nica, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Julie Ward, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho |
|
18 |
- |
|
ALDE |
Fredrick Federley, Jan Huitema, Kaja Kallas, Morten Helveg Petersen, Yana Toom, Lieve Wierinck |
|
EFDD |
Roger Helmer, Dario Tamburrano |
|
ENF |
Nicolas Bay |
|
GUE/NGL |
Jaromír Kohlíček, Paloma López Bermejo, Marisa Matias, Neoklis Sylikiotis |
|
Verts/ALE |
Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Florent Marcellesi, Julia Reda, Claude Turmes |
|
6 |
0 |
|
ECR |
Edward Czesak, Ashley Fox, Czesław Hoc, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský, Kazimierz Michał Ujazdowski |
|
It-tifsira tas-simboli:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (4.9.2017)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali
(COM(2016)0593 – C8-0383/2016 – 2016/0280(COD))
Rapporteur: Marc Joulaud
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni tfittex li timmodernizza u tadatta r-regoli Ewropej dwar id-drittijiet tal-awtur għall-ambjent diġitali, sabiex b’hekk jissaħħaħ l-iżvilupp ta’ Suq Uniku Diġitali. L-iżviluppi teknoloġiċi matul l-aħħar żewġ deċennji biddlu drastikament kemm il-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi online kif ukoll l-imġiba online tal-konsumaturi, sabiex b’hekk dawn irriżultaw fil-bżonn li tal-inqas isir aġġornament ta’ partijiet mir-regoli eżistenti, li jmorru lura sal-2001.
Il-prinċipji ewlenin tad-drittijiet tal-awtur, bħall-bżonn ta’ livell għoli ta’ protezzjoni u remunerazzjoni ġusta tal-kreaturi u l-artisti, xorta waħda għadhom ferm rilevanti u jridu jiġu ppreservati, peress li dawn ippermettew lill-Unjoni Ewropea żżomm diversità kulturali rikka, li sal-lum tibqa' waħda mill-vantaġġi l-aktar apprezzati tagħha fil-bqija tad-dinja. Madankollu, l-iżvilupp ta’ servizzi diġitali li jiddependu fuq xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur ħoloq diffikultajiet tremendi għad-detenturi tad-drittijiet biex jikkontrollaw kif xieraq it-tixrid tax-xogħlijiet tagħhom u jiksbu remunerazzjoni ġusta għalihom.
Fl-istess ħin, sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-użi leġittimi tax-xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur, ġiet stabbilita lista ta’ eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet volontarji fid-Direttiva InfoSoc (2001/29/KE), li tiddefinixxi f’liema każijiet id-detentur tad-drittijiet ma kienx jeħtieġ kunsens minn qabel għall-użu tax-xogħol tiegħu. Dawn l-eċċezzjonijiet ġew definiti b’mod ġenerali, newtrali u fakultattivi mil-lat teknoloġiku, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jadattawhom għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali u għall-politiki kulturali tagħhom. Filwaqt li kienu fakultattivi, l-eċċezzjonijiet kienu, fil-biċċa l-kbira tagħhom, implimentati fl-Istati Membri u wrew li kienu effettivi, anke jekk l-applikazzjoni ta’ xi eċċezzjonijiet fl-ambjent diġitali qajmet xi inċertezzi.
Abbażi ta’ dawk l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreserva r-regoli eżistenti, peress li dawn għadhom rilevanti, iżda ddeċidiet li tindirizza l-problemi speċifiċi li jirriżultaw mir-rivoluzzjoni diġitali, b’mod partikolari fejn kien hemm effett transfruntier, billi tipprovdi eċċezzjonijiet obbligatorji mfassla biex jikkomplementaw dawk fid-Direttiva InfoSoc.
Għalhekk, il-proposta attwali hija bbażata fuq tliet pilastri, kull wieħed minnhom jindirizza l-kwistjonijiet identifikati f’qasam partikolari:
L-għan tal-ewwel pilastru huwa li jappoġġja l-attivitajiet ta’ interess pubbliku, bħar-riċerka, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali, li fih l-użu ta’ xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur huwa meħtieġ kuljum. Inħolqu eċċezzjonijiet obbligatorji biex tiġi pprovduta ċertezza legali għall-benefiċjarji fir-rigward tal-użi diġitali tax-xogħlijiet.
It-tieni pilastru huwa mfassal biex jgħin lis-settur tal-produzzjoni tal-kontenut isolvi d-diffikultajiet konsiderevoli tiegħu fin-negozjar tal-liċenzji, u possibbilment jirċievi remunerazzjoni negozjata b’mod ġust, għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom mis-servizzi online li jxerrduhom fuq skala massiva. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tipprovdi kjarifiki importanti dwar ir-reġim ta’ responsabbiltà tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni kif definit fid-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku (2000/31/KE), fejn tali servizzi jaħżnu u jipprovdu aċċess għal ammonti kbar ta’ xogħlijiet protetti mtellgħa mill-utenti tagħhom. F’tali ċirkustanzi, is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni għandhom jidħlu fi ftehimiet ta’ liċenzjar mad-detenturi tad-drittijiet u jistabbilixxu miżuri proporzjonati u adegwati biex jipproteġu x-xogħlijiet ikkonċernati, f’kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet.
It-tielet u l-aħħar pilastru huwa maħsub biex jibbilanċja r-relazzjoni bejn l-awturi u s-sħab kuntrattwali tagħhom. It-trasferiment jew il-liċenzjar tad-drittijiet mill-awturi u l-artisti għas-sħab kuntrattwali tagħhom huwa standard u prattika aċċettata b’mod ġenerali li jiżguraw il-finanzjament tal-ħolqien ta’ xogħlijiet. Kemm l-awturi kif ukoll l-artisti mhux dejjem jiksbu aċċess għad-dejta rigward il-mod li bih ix-xogħlijiet tagħhom jintużaw, jiġu promossi jew jiġġeneraw dħul sussegwentement, u b’hekk ikun diffiċli għalihom li jiddeterminaw jekk ir-remunerazzjoni tagħhom hijiex konformi mas-suċċess attwali tax-xogħol ikkonċernat. Għalhekk, fil-proposta tal-Kummissjoni, tressqu l-obbligi tat-trasparenza, il-possibbiltà ta’ aġġustament tar-remunerazzjoni u mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim.
Il-pożizzjoni ġenerali tar-Rapporteur
Ir-Rapporteur jappoġġa d-direzzjoni u l-approċċ xprunat mill-problemi tal-proposta tal-Kummissjoni u jqis li, filwaqt li r-regoli eżistenti dwar id-drittijiet tal-awtur jibqgħu validi għall-parti l-kbira, hemm bżonn ta’ regoli speċifiċi komplementari biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet ta’ użi diġitali tax-xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur.
L-għan tal-emendi huwa li jiġu kkjarifikati u speċifikati numru ta’ dispożizzjonijiet tal-proposta tal-Kummissjoni, kif ukoll li jissaħħu xi wħud minnhom fejn ikun raġonevoli u possibbli. Fl-istess ħin, ir-Rapporteur jixtieq jirrikonoxxi l-iżviluppi fl-imġiba tal-konsumaturi u jipprovdi garanziji dwar xi wħud mill-użi u l-prattiki ġodda li tfaċċaw flimkien mar-rivoluzzjoni diġitali.
Għal dan il-għan, ir-Rapporteur ressaq emendi relatati mal-erba' għanijiet ewlenin:
1. Il-provvista ta' ċertezza legali dwar eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet ġodda
Ir-Rapporteur jappoġġa l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet obbligatorji ġodda previsti f’din id-Direttiva sabiex jiġu appoġġjati l-attivitajiet ta’ interess pubbliku, bħall-edukazzjoni, ir-riċerka jew il-preservazzjoni tal-wirt kulturali. Tabilħaqq, il-benefiċċji potenzjali għas-soċjetà kollha kemm hi u l-iżvilupp ta’ prattiki transfruntiera jiġġustifikaw tali armonizzazzjoni u l-kamp ta’ applikazzjoni huwa preċiż biżżejjed biex id-detenturi tad-drittijiet jiġu protetti b’mod adegwat minn ħsara sproporzjonata.
Madankollu, fl-opinjoni tar-Rapporteur, il-proposta attwali ma tipprovdix ċarezza legali sħiħa fuq il-piż tal-partijiet involuti f’kull eċċezzjoni, li jipperikola l-effikaċja tagħhom u jxekkel l-implimentazzjoni armonizzata tagħhom. Għalhekk, ir-Rapporteur speċifika l-obbligi mill-partijiet rilevanti involuti fl-eċċezzjonijiet, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ ħsara għad-detenturi tad-drittijiet (Artikolu 3), tingħata ċertezza dwar l-użu ta’ liċenzji jew l-eċċezzjoni (Artikolu 4) u biex jiġu żgurati prattiki komuni (Artikolu 5).
2. Niċċaraw ir-respobabbiltajiet tal-pjattaformi u niżguraw kooperazzjoni ġusta mad-detenturi tad-drittijiet
Ir-Rapporteur jappoġġa bis-sħiħ l-objettivi u l-approċċ tal-proposta biex l-istatus ta’ ċerti kategoriji ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jiġi kkjarifikat b’mod li jkun konsistenti mad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u jikkomplementaha.
Madankollu, fl-opinjoni tar-Rapporteur, il-proposta ma tiddefinixxix il-portata tas-servizzi li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti tal-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva b’mod preċiż biżżejjed u b’hekk tinħoloq inċertezza legali. Fil-fehma tar-Rapporteur, b’mod simili, il-portata, in-natura u l-bażi tal-obbligi reċiproċi bejn id-detenturi tad-drittijiet u dawk is-servizzi mhumiex ċari biżżejjed.
L-opinjoni, għalhekk, tiċċara l-obbligi tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni previsti l-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva. Minflok ma tiffoka biss fuq il-karatteristiċi tekniċi tas-servizz (jiġifieri l-kunċett ta’ ħżin), l-opinjoni tibbaża l-obbligi tas-servizz fuq jekk huwa jwettaqx att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku jew le.
Għalhekk, is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu aċċess lill-pubbliku għal xogħlijiet jew materji oħra, imorru lil hinn mis-sempliċi provvista ta’ faċilitajiet fiżiċi u t-twettiq ta’ att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku, huma obbligati li jikkonkludu ftehimiet ta’ liċenzjar flimkien ma’ detenturi tad-drittijiet li jagħmlu t-talba. Fin-nuqqas ta’ ftehim jew fejn is-servizzi huma eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, xorta waħda huma obbligati jieħdu miżuri biex jipprevjenu l-inklużjoni illegali ta’ kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur. Dan l-approċċ għandu jipprovdi ċ-ċertezza tad-dritt meħtieġa sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu effettivi.
Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni aħjar u ġusta bejn il-pjattaformi u d-detenturi tad-drittijiet rilevanti, ir-Rapporteur ippropona mekkaniżmu alternattiv għas-soluzzjoni tat-tilwim biex tiġi solvuta kull diffikultà li tista’ tinqala’ bl-għajnuna ta’ korp imparzjali maħtur mill-Istati Membri.
3. Il-ħolqien ta’ pilastru ġdid biex jiġu protetti l-prattiki leġittimi tal-konsumaturi
Fil-fehma tar-Rapporteur, il-proposta ma tirrikonoxxix il-pożizzjoni li l-konsumaturi, bħala utenti tas-servizz, issa jokkupaw fl-ambjent diġitali. Għall-kuntrarju tas-sempliċi rwol passiv li kellhom qabel, issa saru kontributuri attivi u huma sors u riċevituri tal-kontenut fl-ekosistema diġitali. Tabilħaqq, is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jibbażaw id-disinn kollu, il-mudell kummerċjali u l-ottimizzazzjoni tas-servizzi tagħhom fuq ir-rwol doppju tal-utenti tagħhom. Mil-lat legali, ir-Rapporteur huwa tal-fehma wkoll li l-prattiki diġitali tal-utenti ma jibbenefikawx minn ċertezza legali skont ir-regoli attwali dwar id-drittijiet tal-awtur, b’mod partikolari l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet, u għalhekk, f’din id-Direttiva, jirrikjedu approċċ speċifiku u r-raba’ pilastru.
L-opinjoni, għalhekk, tikkompleta l-eċċezzjoni eżistenti tal-kwotazzjonijiet b’eċċezzjoni ġdida li tirregola użu diġitali mhux kummerċjali proporzjonat ta’ kwotazzjonijiet u siltiet ta’ xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur minn utenti individwali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 13, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu eċċezzjoni għal kontenut mtella’ mill-utenti fejn il-kontenut jintuża għal kritika, reviżjoni, bħala eżempju, karikatura, parodija jew pastiche.
Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur saħħaħ il-mekkaniżmu ta’ lment u ta’ rimedju fl-Artikolu 13 biex jiġi pprovdut livell minimu ta’ ċertezza legali għall-utenti fir-rigward tal-proċeduri.
4. L-awtorizzazzjoni lill-awturi u l-artisti biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom b’mod effettiv
Ir-Rapporteur ifaħħar l-isforzi li saru mill-proposta biex jiġu msaħħa d-drittijiet tal-awturi u l-artisti. Sabiex jiġi evitat kull effett ta’ skoraġġiment li jista’ jiddiswadi lill-awturi u lill-artisti milli jinfurzaw id-drittijiet tagħhom, ir-Rapporteur ippreveda li t-tilwim bejn l-awturi, l-artisti u s-sħab kuntrattwali tagħhom jista’ jinbeda fuq bażi individwali jew inkella kollettiva.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) L-evoluzzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji diġitali biddlet il-mod kif ix-xogħlijiet u materjal protett ieħor jinħolqu, jiġu prodotti, distribwiti u użati. Mudelli kummerċjali ġodda u atturi ġodda li qed jinħolqu. L-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti mill-Unjoni fil-qafas tad-drittijiet tal-awtur jibqgħu sodi. Madankollu, għad hemm inċertezza legali, għad-detenturi tad-drittijiet u l-utenti, fir-rigward ta’ ċerti użi, inkluż l-użu transfruntier ta’ xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fl-ambjent diġitali. Kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Lejn qafas tad-drittijiet tal-awtur aktar modern u Ewropew"26 , f'xi oqsma huwa meħtieġ li l-qafas tad-drittijiet tal-awtur attwali tal-Unjoni jiġi addattat u supplimentat. Din id-Direttiva tistipula regoli biex jiġu adattati ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għall-ambjenti diġitali u transfruntiera kif ukoll miżuri biex jiġu faċilitati ċerti prattiki ta' liċenzjar fir-rigward tat-tixrid tax-xogħlijiet li mhumiex fis-suq u d-disponibbiltà online ta’ xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand bil-ħsieb li jiġi żgurat aċċess aktar wiesgħa għall-kontenut. Sabiex jinkiseb il-funzjonament tajjeb tas-suq għad-drittijiet tal-awtur, għandu jkun hemm ukoll regoli dwar id-drittijiet f’pubblikazzjonijiet, dwar l-użu ta’ xogħlijiet u materjal tematiku ieħor mill-fornituri tal-ħzin tas-servizzi online u l-għoti ta' aċċess għal kontenut mtella’ tal-utent u dwar it-trasparenza ta’ kuntratti tal-awturi u tal-artisti. |
(3) L-evoluzzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji diġitali biddlet il-mod kif ix-xogħlijiet u materjal protett ieħor jinħolqu, jiġu prodotti, distribwiti u użati. Huwa essenzjali li l-leġiżlazzjoni rilevanti tkun valida għall-futur b’tali mod li ma tillimitax tali żviluppi teknoloġiċi. Mudelli kummerċjali ġodda u atturi ġodda li qed jinħolqu. L-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti mill-Unjoni fil-qafas tad-drittijiet tal-awtur jibqgħu sodi. Madankollu, għad hemm inċertezza legali, għad-detenturi tad-drittijiet u l-utenti, fir-rigward ta’ ċerti użi, inkluż l-użu transfruntier ta’ xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fl-ambjent diġitali. Kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Lejn qafas tad-drittijiet tal-awtur aktar modern u Ewropew"26, f'xi oqsma huwa meħtieġ li l-qafas tad-drittijiet tal-awtur attwali tal-Unjoni jiġi addattat u supplimentat. F’dan l-ambjent diġitali li dejjem jinbidel, il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-miżuri kollha possibbli li jimpedixxu l-użu illegali ta’ kontenut viżiv u awdjoviżiv protett bid-drittijiet tal-awtur għal skopijiet kummerċjali, permezz ta’ tekniki ta’ inkorporazzjoni jew ta’ inkwadrar. Barra minn hekk, din id-Direttiva tistipula regoli biex jiġu adattati ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għall-ambjenti diġitali u transfruntiera kif ukoll miżuri biex jiġu faċilitati ċerti prattiki ta' liċenzjar fir-rigward tat-tixrid tax-xogħlijiet li mhumiex fis-suq u d-disponibbiltà online ta’ xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand bil-ħsieb li jiġi żgurat aċċess aktar wiesa' għall-kontenut. Sabiex jinkiseb il-funzjonament tajjeb tas-suq għad-drittijiet tal-awtur, għandu jkun hemm ukoll regoli dwar id-drittijiet f’pubblikazzjonijiet, dwar l-użu ta’ xogħlijiet u materjal tematiku ieħor mill-fornituri tal-ħzin tas-servizzi online u l-għoti ta' aċċess għal kontenut mtella’ tal-utent u dwar it-trasparenza ta’ kuntratti tal-awturi u tal-artisti. |
_________________ |
_________________ |
26 COM(2015) 626 final. |
26 COM(2015) 626 final. |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 3a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Minkejja l-fatt li llum qed jiġi utilizzat aktar kontenut kreattiv minn qatt qabel permezz ta’ servizzi bħal pjattaformi ta’ kontenut u servizzi ta’ aggregazzjoni tal-kontenut imtellgħa mill-utenti, is-setturi kreattivi ma rawx żieda komparabbli fid-dħul. Konsegwentement, żviluppa dak li jissejjaħ "value gap", fejn is-servizzi ta’ pjattaforma jżommu l-valur tax-xogħlijiet kulturali u kreattivi, li qed jiġi ddevjat mill-kreaturi. It-trasferiment tal-valur ħoloq suq ineffiċjenti u inġust, u qed jhedded is-solidità fit-tul tas-setturi kulturali u kreattivi tal-Unjoni u s-suċċess tas-Suq Uniku Diġitali. B’hekk, l-eżenzjonijiet ta’ responsabbiltà jenħtieġ li japplikaw biss għal fornituri ta’ servizzi online ġenwinament newtrali u passivi, u mhux għal servizzi li għandhom rwol attiv fid-distribuzzjoni, il-promozzjoni u l-monetizzar tal-kontenut b'detriment tal-kreaturi. |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Fl-oqsma tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali, it-teknoloġiji diġitali jippermettu tipi ta’ użi ġodda li mhumiex koperti b’mod ċar mir-regoli attwali tal-Unjoni dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet. Barra minn hekk, in-natura fakultattiva tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti fid-Direttivi 2001/29/KE, 96/9/KE u 2009/24/KE f’dawn l-oqsma jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern. Dan huwa partikolarment rilevanti fir-rigward ta’ użi transfruntieri, li qed isiru dejjem aktar importanti fl-ambjent diġitali. Għalhekk, eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet eżistenti fil-liġi tal-Unjoni li huma relevanti għar-riċerka xjentifika, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid fid-dawl ta’ dawn l-użi l-ġodda. Eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet mandatorji għall-użu ta’ teknoloġiji tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta fil-qasam tar-riċerka xjentifika, illustrazzjoni għal tagħlim fl-ambjent diġitali u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali għandhom jiġu introdotti. Għal użi li ma jkunux koperti minn eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista f’din id-Direttiva, l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet fil-liġi tal-Unjoni eżistenti għandhom jibqgħu japplikaw. Id-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE għandhom jiġu adattati. |
(5) Fl-oqsma tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali, it-teknoloġiji diġitali jippermettu tipi ta’ użi ġodda li mhumiex koperti b’mod ċar mir-regoli attwali tal-Unjoni dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet. Barra minn hekk, in-natura fakultattiva tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti fid-Direttivi 2001/29/KE, 96/9/KE u 2009/24/KE f’dawn l-oqsma jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern. Dan huwa partikolarment rilevanti fir-rigward ta’ użi transfruntieri, li qed isiru dejjem aktar importanti fl-ambjent diġitali. Għalhekk, eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet eżistenti fil-liġi tal-Unjoni li huma relevanti għar-riċerka xjentifika, it-tagħlim, it-tagħlim b’distanza u bmetodoloġiji mħallta u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid fid-dawl ta’ dawn l-użi l-ġodda. Eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet mandatorji għall-użu ta’ teknoloġiji tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta fil-qasam tar-riċerka xjentifika, illustrazzjoni għal tagħlim fl-ambjent diġitali u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali għandhom jiġu introdotti. Għal użi li ma jkunux koperti minn eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista f’din id-Direttiva, l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet fil-liġi tal-Unjoni eżistenti għandhom jibqgħu japplikaw. Id-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE għandhom jiġu adattati b’mod korrispondenti.It-terminu “riċerka xjentifika” użat f’din id-Direttiva għandu jinftiehem li jirreferi għax-xjenzi naturali u għax-xjenzi umani. |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Id-dritt tal-Unjoni diġà jipprovdi ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet li jkopru l-użi għal finijiet ta’ riċerka xjentifika li jistgħu japplikaw għal atti ta’ estrazzjoni tat-est u tad-dejta. Madankollu, dawn l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet huma fakultattivi u mhux adattati kompletament għall-użu ta’ teknoloġiji fir-riċerka xjentifika. Barra minn hekk, fejn ir-riċerkaturi jkollhom aċċess għal kontenut legali, pereżempju permezz ta’ abbonamenti għal pubblikazzjonijiet jew liċenzji ta’ aċċess miftuħ, it-termini tal-liċenzji jistgħu jeskludu l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta. Kulma jmur ir-riċerka qed issir dejjem aktar bl-għajnuna tat-teknoloġija diġitali, għalhekk hemm riskju li l-pożizzjoni kompetittiva tal-Unjoni bħala qasam ta’ riċerka se tbati jekk ma jitteħdux il-passi biex tiġi indirizzata l-inċertezza legali għall-estrazzjoni tat-test u tad-dejta. |
(9) Id-dritt tal-Unjoni diġà jipprovdi ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet li jkopru l-użi għal finijiet ta’ riċerka xjentifika li jistgħu japplikaw għal atti ta’ estrazzjoni tat-est u tad-dejta. Madankollu, dawn l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet huma fakultattivi u mhux adattati kompletament għall-użu ta’ teknoloġiji fir-riċerka xjentifika. Barra minn hekk, fejn ir-riċerkaturi jkunu kisbu aċċess għal kontenut legali, pereżempju permezz ta’ abbonamenti għal pubblikazzjonijiet jew liċenzji ta' aċċess miftuħ, it-termini tal-liċenzji jistgħu jeskludu l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta. Kulma jmur ir-riċerka qed issir dejjem aktar bl-għajnuna tat-teknoloġija diġitali, għalhekk hemm riskju li l-pożizzjoni kompetittiva tal-Unjoni bħala qasam ta’ riċerka se tbati jekk ma jitteħdux il-passi biex tiġi indirizzata l-inċertezza legali għall-estrazzjoni tat-test u tad-dejta. |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Din l-inċertezza legali għandha tiġi indirizzata billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt ta’ riproduzzjoni kif ukoll id-dritt li ma titħalliex issir estrazzjoni minn bażi tad-dejta. L-eċċezzjoni l-ġdida għandha tkun bla ħsara għall-eċċezzjoni obbligatorja eżistenti dwar atti temporanji ta’ riproduzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, li għandhom ikomplu japplikaw għal tekniki tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta li ma jinvolvux it-teħid ta’ kopji li jmorru lil hinn mill-ambitu ta’ din l-eċċezzjoni. L-organizzazzjonijiet ta’ riċerka għandhom jibbenefikaw ukoll mill-eżenzjoni meta jkunu involuti fis-sħubijiet pubbliċi-privati. |
(10) Din l-inċertezza legali għandha tiġi indirizzata billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt ta’ riproduzzjoni kif ukoll id-dritt li ma titħalliex issir estrazzjoni minn bażi tad-dejta. L-eċċezzjoni l-ġdida għandha tkun bla ħsara għall-eċċezzjoni obbligatorja eżistenti dwar atti temporanji ta’ riproduzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, li għandhom ikomplu japplikaw għal tekniki tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta li ma jinvolvux it-teħid ta’ kopji li jmorru lil hinn mill-ambitu ta’ din l-eċċezzjoni. Sabiex jiġi evitat it-tixrid mhux ġustifikat tal-kontenut meħtieġ għall-estrazzjoni tat-test u tad-dejta, l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka għandhom ikunu permessi li jaħżnu u jippreservaw b’mod sikur ir-riproduzzjonijiet ta’ xogħlijiet jew materji oħra miksuba skont l-eċċezzjoni l-ġdida, għaż-żmien meħtieġ biex titwettaq ir-riċerka. Ir-riproduzzjonijiet ta’ xogħlijiet jew ta’ materji oħra għall-iskop ta’ estrazzjoni ta’ test u dejta għandhom jitħassru ladarba l-attivitajiet kollha meħtieġa għar-riċerka jkunu twettqu. L-organizzazzjonijiet ta’ riċerka għandhom jibbenefikaw ukoll mill-eżenzjoni meta jidħlu fi sħubijiet pubbliċi-privati, dment li l-atti dwar l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta mwettqa jkunu jirreletaw direttament mal-fini tar-riċerka mwettqa fis-sħubija kkonċernata. Fil-kuntest ta’ sħubijiet pubbliċi-privati, huwa meħtieġ li x-xogħlijiet jew materji oħra protetti bid-drittijiet tal-awtur użati skont l-eċċezzjoni jkunu legalment akkwistati minn qabel mis-sieħeb fis-settur privat. |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Fid-dawl ta’ numru potenzjalment għoli ta’ talbiet għall-aċċess għal u downloads tax-xogħlijiet tagħhom jew ta’ materjal ieħor protett, id-detenturi ta’ drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri fejn ikun hemm riskju li s-sigurtà u l-integrità tas-sistema u/jew tal-bażijiet tad-dejta fejn ix-xogħlijiet jew materji ieħor huma ospitati jiġu mhedda. Dawk il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi żgurata s-sigurtà u l-integrità tas-sistema u ma għandux ifixkel l-applikazzjoni effettiva tal-eċċezzjoni. |
(12) Fid-dawl ta’ numru potenzjalment għoli ta’ talbiet għall-aċċess għal u downloads tax-xogħlijiet tagħhom jew ta’ materjal ieħor protett, id-detenturi ta’ drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri, bħall-konferma tal-identifikazzjoni, fejn ikun hemm riskju li s-sigurtà u l-integrità tas-sistema u/jew tal-bażijiet tad-dejta fejn ix-xogħlijiet jew materji oħra huma ospitati jistgħu jiġu mhedda. Dawk il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati, ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi żgurata s-sigurtà u l-integrità tas-sistema u ma għandux ifixkel l-applikazzjoni effettiva tal-eċċezzjoni. |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) M’hemm l-ebda bżonn li jkun prevedut kumpens għad-detenturi tad-drittijiet rigward użi fl-ambitu tal-eċċezzjoni tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta introdotta b'din id-Direttiva peress li fid-dawl tan-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-eċċezzjoni, il-ħsara għandha tkun minima. |
imħassar |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) L-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 2001/29/KE jippermetti lill-Istati Membri li jintroduċu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet ta’ riproduzzjoni, ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dispożizzjoni għall-pubbliku għall-għan uniku li, fost l-oħrajn, jkun hemm illustrazzjoni għat-tagħlim. Barra minn hekk, l-Artikoli 6(2)(b) u 9(b) tad-Direttiva 96/9/KE jippermettu l-użu ta’ bażi tad-dejta u l-estrazzjoni jew l-użu mill-ġdid ta’ parti sostanzjali tal-kontenut tagħha għall-finijiet ta’ illustrazzjoni għat-tagħlim. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet kif japplikaw għall-użi diġitali mhijiex ċara. Barra minn hekk, hemm nuqqas ta’ ċarezza dwar jekk dawn l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għandhomx japplikaw fejn it-tagħlim huwa pprovdut online u b’hekk mill-bogħod. Barra minn hekk, il-qafas attwali ma jipprovdix għal effett transfruntier. Din is-sitwazzjoni tista’ tfixkel l-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ tagħlim diġitalment appoġġati u t-tagħlim mill-bogħod. Għalhekk, l-introduzzjoni ta’ sistema ġdida ta’ eċċezzjoni jew limitazzjoni obbligatorja hija meħtieġa biex jiġi żgurat li stabbilimenti edukattivi jibbenefikaw minn ċertezza legali sħiħa meta jużaw xogħlijiet jew materji oħra, inklużi attivitajiet ta’ tagħlim diġitali u online bejn il-fruntieri. |
(14) L-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 2001/29/KE jippermetti lill-Istati Membri li jintroduċu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet ta’ riproduzzjoni, ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dispożizzjoni għall-pubbliku għall-għan uniku li, fost l-oħrajn, ikun hemm illustrazzjoni għat-tagħlim. Barra minn hekk, l-Artikoli 6(2)(b) u 9(b) tad-Direttiva 96/9/KE jippermettu l-użu ta’ bażi tad-dejta u l-estrazzjoni jew l-użu mill-ġdid ta’ parti sostanzjali tal-kontenut tagħha għall-finijiet ta’ illustrazzjoni għat-tagħlim. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet kif japplikaw għall-użi diġitali mhijiex ċara. Barra minn hekk, hemm nuqqas ta’ ċarezza dwar jekk dawn l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għandhomx japplikaw fejn it-tagħlim huwa pprovdut online u b’hekk mill-bogħod. Barra minn hekk, il-qafas attwali ma jipprovdix għal effett transfruntier. Din is-sitwazzjoni tista’ tfixkel l-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ tagħlim diġitalment appoġġati u t-tagħlim mill-bogħod, li jistgħu jitwettqu ’l barra minn ambjenti ta’ tagħlim tradizzjonali u formali, u jinvolvu firxa usa’ ta’ fornituri. Għalhekk, l-introduzzjoni ta’ sistema ġdida ta’ eċċezzjoni jew limitazzjoni obbligatorja hija meħtieġa biex jiġi żgurat li stabbilimenti edukattivi u entitajiet ċertifikati mill-Istati Membri biex iwettqu attività ta’ tagħlim jibbenefikaw minn ċertezza legali sħiħa meta jużaw xogħlijiet jew materji oħra, inklużi attivitajiet ta’ tagħlim diġitali u online bejn il-fruntieri. |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Filwaqt li programmi ta’ edukazzjoni u ta’ tagħlim mill-bogħod transfruntier ħafna drabi huma żviluppati f’livell ogħla ta’ edukazzjoni, l-għodod u r-riżorsi diġitali qed jintużaw dejjem aktar fil-livelli edukattivi kollha, b’mod partikolari biex itejbu u jsaħħu l-esperjenza tat-tagħlim. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista f’din id-Direttiva għandhom għalhekk jibbenefikaw lill-istabbilimenti edukattivi kollha fl-edukazzjoni primarja, sekondarja, vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja sa fejn huma jwettqu attivitajiet edukattivi għal skop mhux kummerċjali. L-istruttura organizzattiva u l-mezzi ta’ ffinanzjar ta’ stabbiliment edukattivi mhumiex il-fatturi deċiżivi biex jiddeterminaw in-natura mhux kummerċjali tal-attività. |
(15) Filwaqt li programmi ta’ edukazzjoni u ta’ tagħlim mill-bogħod transfruntier ħafna drabi huma żviluppati f’livell ogħla ta’ edukazzjoni, l-għodod u r-riżorsi diġitali qed jintużaw dejjem aktar fil-livelli edukattivi kollha, b’mod partikolari biex itejbu u jsaħħu l-esperjenza tat-tagħlim. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista f’din id-Direttiva għandhom għalhekk jibbenefikaw lill-istabbilimenti edukattivi kollha rikonoxxuti mill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti u involuti fl-edukazzjoni primarja, sekondarja, vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja, kif ukoll fi kwalunkwe entità li tkun ċertifikata mill-Istat Membru li fih tkun stabbilita biex twettaq attivitajiet ta’ tagħlim speċifiku, sa fejn huma jwettqu attivitajiet edukattivi għal skop mhux kummerċjali. L-istruttura organizzattiva u l-mezzi ta’ ffinanzjar ta’ stabbiliment edukattiv jew ta’ entità ċertifikata mhumiex il-fatturi deċiżivi biex tiġi determinata n-natura mhux kummerċjali tal-attività. |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri l-użi diġitali ta’ xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, bħal pereżempju l-użu ta’ partijiet jew siltiet ta’ xogħlijiet biex isostnu, isaħħu jew jikkumplimentaw it-tagħlim, inklużi attivitajiet ta’ tagħlim relatati. L-użu tax-xogħlijiet jew suġġett ieħor skont l-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandhom ikunu biss fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ taħriġ u tagħlim imwettqa taħt ir-responsabbiltà ta’ stabbilimenti edukattivi, inkluż matul l-eżamijiet, u jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop ta’ dawn l-attivitajiet. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri ż-żewġ użi permezz ta’ mezzi diġitali fil-klassi u użi online permezz ta’ netwerk elettroniku sigur tal-istabbiliment edukattiv, li l-aċċess għalihom għandhom ikunu protetti, b’mod partikolari permezz ta’ proċeduri ta’ awtentikazzjoni. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tinftiehem bħala li tkopri l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità fil-kuntest ta’ illustrazzjoni għat-tagħlim. |
(16) L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri l-użi diġitali ta’ xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, bħal pereżempju l-użu ta’ partijiet jew siltiet ta’ xogħlijiet, bl-eċċezzjoni ta’ partituri, biex isostnu, isaħħu jew jikkumplimentaw it-tagħlim, inklużi attivitajiet ta’ tagħlim relatati. L-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu limiti xierqa f’dak li għandu x’jaqsam mal-ammont ta’ ċerti kategoriji ta’ xogħlijiet u ta’ materji oħra protetti li jistgħu jintużaw, sakemm limiti bħal dawn joħolqu bilanċ ġust bejn il-ħtiġijiet u l-interessi leġittimi tal-utenti u d-detenturi tad-drittijiet. L-użu tax-xogħlijiet jew suġġett ieħor jew siltiet minnhom taħt l-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni għandhom ikunu biss fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ taħriġ u tagħlim imwettqa taħt ir-responsabbiltà ta’ stabbilimenti edukattivi jew entitajiet ċertifikati, inkluż matul l-eżamijiet, u jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop ta’ dawn l-attivitajiet. L-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni għandha tkopri ż-żewġ użi permezz ta’ mezzi diġitali fl-ambjent li fih l-attività tat-tagħlim titwettaq, inkluż meta ssir barra l-bini tal-istabbiliment edukattiv jew l-entità ċertifikata li twettaqhom, u użi online permezz ta’ netwerk elettroniku sigur tal-istabbiliment edukattiv jew tal-entità ċertifikata, li l-aċċess għalihom għandu jkun protett, b’mod partikolari permezz ta’ proċeduri ta’ awtentikazzjoni. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tinftiehem bħala li tkopri l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità fil-kuntest ta’ illustrazzjoni għat-tagħlim. |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Arranġamenti differenti, ibbażati fuq l-implimentazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fid-Direttiva 2001/29/KE jew fuq ftehimiet ta’ liċenzjar li jkopru aktar użi, huma fis-seħħ f’għadd ta’ Stati Membri sabiex jiġi ffaċilitat l-użu edukattiv ta’ xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. Arranġamenti bħal dawn normalment ikunu ġew żviluppati wara li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet edukattivi u livelli differenti ta’ edukazzjoni. Billi huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-ambitu obbligatorju ta’ eċċezzjoni jew limitazzjoni fir-rigward ta’ użi u attivitajiet ta’ tagħlim diġitali transfruntier, il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, sakemm dawn ma jfixklux l-applikazzjoni effettiva tal-eċċezzjoni jew limitazzjoni jew użi transfruntieri. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri li jibnu fuq l-arranġamenti eżistenti konklużi fil-livell nazzjonali. B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissuġġettaw l-applikazzjoni ta’ eċċezzjoni jew limitazzjoni, b’mod sħiħ jew parzjalment, id-disponibbiltà ta’ liċenzji adegwati, li tkopri mill-inqas l-istess użu bħal dawk permessi taħt din l-eċċezzjoni. Dan il-mekkaniżmu jista’, pereżempju, jippermetti li tingħata preċedenza għal liċenzji għal materjali li huma primarjament maħsuba għas-suq edukattiv. Sabiex jiġi evitat li tali mekkaniżmu jirriżulta f’inċertezza legali jew piż amministrattiv għall-istabbilimenti edukattivi, l-Istati Membri li jadottaw dan l-approċċ għandhom jieħu miżuri konkreti biex jiżguraw li skemi ta’ liċenzjar li jippermettu użi diġitali ta’ xogħlijiet jew materji oħra għall-fini ta’ illustrazzjoni għat-tagħlim ikunu faċilment disponibbli u li l-istituzzjonijiet edukattivi jkunu konxji mill-eżistenza ta’ tali skemi ta’ liċenzjar. |
(17) Arranġamenti differenti, ibbażati fuq l-implimentazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fid-Direttiva 2001/29/KE jew fuq ftehimiet ta’ liċenzjar li jkopru aktar użi, huma fis-seħħ f’għadd ta’ Stati Membri sabiex jiġi ffaċilitat l-użu edukattiv ta’ xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. Arranġamenti bħal dawn normalment ikunu ġew żviluppati wara li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet edukattivi u livelli differenti ta’ edukazzjoni. Billi huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-ambitu obbligatorju ta’ eċċezzjoni jew limitazzjoni fir-rigward ta’ użi u attivitajiet ta’ tagħlim diġitali transfruntier, il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, sakemm dawn ma jfixklux l-applikazzjoni effettiva tal-eċċezzjoni jew limitazzjoni jew użi transfruntieri. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri li jibnu fuq l-arranġamenti eżistenti konklużi fil-livell nazzjonali. B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissuġġettaw l-applikazzjoni ta’ eċċezzjoni jew limitazzjoni, b’mod sħiħ jew parzjalment, id-disponibbiltà ta’ liċenzji adegwati, li tkopri mill-inqas l-istess użu bħal dawk permessi taħt din l-eċċezzjoni. Dan il-mekkaniżmu jista’, pereżempju, jippermetti li tingħata preċedenza għal liċenzji għal materjali li huma primarjament maħsuba għas-suq edukattiv, li għalih il-liċenzji huma faċilment disponibbli. Sabiex jiġi evitat li tali mekkaniżmu jirriżulta f’inċertezza legali jew piż amministrattiv għall-istabbilimenti edukattivi, l-Istati Membri li jadottaw dan l-approċċ għandhom jieħdu miżuri konkreti biex jiżguraw li skemi ta’ liċenzjar li jippermettu użi diġitali ta’ xogħlijiet jew materji oħra għall-fini ta’ illustrazzjoni għat-tagħlim ikunu faċilment disponibbli u li l-istituzzjonijiet edukattivi u l-entitajiet ċertifikati biex iwettqu attività ta’ tagħlim ikunu konxji mill-eżistenza ta’ tali skemi ta’ liċenzjar. Sabiex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ tali liċenzji għall-benefiċjarji, l-Istati Membri għandhom jużaw jew jiżviluppaw għodod adegwati, bħal pereżempju portal jew bażi tad-dejta uniċi. |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 17a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17a) Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali, f'każ li Stat Membru jiddeċiedi li jissottometti l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-disponibbiltà ta’ liċenzji adegwati, ikun meħtieġ li jiġi speċifikat taħt liema kundizzjonijiet stabbiliment edukattiv jew entità ċertifikata li twettaq attivitajiet ta’ tagħlim jistgħu jużaw xogħlijiet protetti jew materji oħra taħt l-eċċezzjoni u, mill-banda l-oħra, meta għandhom jaġixxu taħt skema ta’ liċenzjar. Għalhekk, meta stabbiliment edukattiv jew entità ċertifikata ma jistgħux isibu liċenzja li tkopri l-użu ta’ xogħol protett partikolari jew materji oħra permezz tal-għodda teknika maħluqa mill-Istat Membru biex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-iskemi ta’ liċenzjar li jkopru l-użu għall-attivitajiet tat-tagħlim, huma għandhom ikunu intitolati jużaw tali xogħol jew materji oħra fl-ambitu tal-eċċezzjoni. |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jipprevedu eċċezzjoni li tippermetti li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jirriproduċu xogħlijiet u materjal tematiku ieħor permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom għal skopijiet ta’ preservazzjoni, pereżempju biex tiġi indirizzata l-obsolexxenza teknoloġika jew id-degradazzjoni ta' sostenni oriġinali. Eċċezzjoni bħal din għandha tippermetti li jsiru kopji bl-għodod, mezzi jew teknoloġija ta' preservazzjoni xierqa, fl-għadd meħtieġ u fi kwalunkwe punt fil-ħajja tax-xogħol jew materja oħra sa kemm ikun meħtieġ biex tkun prodotta kopja għal finijiet ta' preservazzjoni biss. |
(20) Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jipprevedu eċċezzjoni li tippermetti li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jirriproduċu xogħlijiet u materjal tematiku ieħor permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom għal skopijiet ta’ preservazzjoni, pereżempju biex tiġi indirizzata l-obsolexxenza teknoloġika jew id-degradazzjoni ta' sostenni oriġinali jew għall-iskop ta’ diġitizzazzjoni. Eċċezzjoni bħal din għandha tippermetti li jsiru kopji fi kwalunkwe format jew medium bl-għodod, mezzi jew teknoloġija ta' preservazzjoni xierqa, fl-għadd meħtieġ u fi kwalunkwe punt fil-ħajja tax-xogħol jew materja oħra sa kemm ikun meħtieġ biex tkun prodotta kopja għal finijiet ta' preservazzjoni biss. Tali eċċezzjoni għandha tkopri kemm l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali li jżommu x-xogħlijiet jew materji oħra kif ukoll partijiet terzi li jingħataw l-inkariku minn tali istituzzjonijiet tal-wirt kulturali biex jirriproduċu x-xogħlijiet jew materji oħra fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni. |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 21a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21a) Wara żviluppi teknoloġiċi ġodda u l-imġiba li dejjem tevolvi tal-konsumatur, feġġew servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jippermettu lill-utenti jtellgħu kontenut f’diversi forom. Tali kontenut imtella’ mill-utenti kultant jinkludi siltiet qosra jew kwotazzjonijiet qosra minn xogħlijiet jew materji oħra protetti li jistgħu jinbidlu, jiġu kkombinati jew trasformati. Dan l-użu ta’ siltiet jew kwotazzjonijiet minn xogħlijiet jew materji oħra protetti fi ħdan kontenut imtella’ mill-utenti, għall-finijiet ta’ illustrazzjoni, karikatura, parodija, pastiche, kritika jew reviżjoni, issa nfirex sew online u, sakemm dak l-użu jkun proporzjonat u ma jikkawżax dannu ekonomiku sinifikanti lid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati, jista’ wkoll iservi biex jirreklama x-xogħol użat fi ħdan il-kontenut ikkonċernat. |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 21b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21b) Minkejja xi duplikazzjoni ma’ eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet eżistenti, kontenut imtella’ jew magħmul disponibbli minn utent li jinkludi siltiet qosra jew kwotazzjonijiet qosra minn xogħlijiet jew materji oħra protetti, mhuwiex kopert adegwatament mil-lista eżistenti ta’ eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet, u l-kwistjoni dwar kif tali kontenut jintuża ma tistax tiġi indirizzata biss permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali. Ċirkustanzi bħal dawn joħolqu inċertezza legali kemm għall-utenti kif ukoll għad-detenturi tad-drittijiet, u dan wassal għal frustrazzjoni u abbużi. Huwa għalhekk meħtieġ li l-eċċezzjonijiet eżistenti previsti fid-Direttiva 2001/29/KE jiġu kkomplementati, b’mod partikolari dawk relatati mal-kwotazzjoni u l-parodija, billi tiġi prevista eċċezzjoni speċifika ġdida li tawtorizza użi qosra, proporzjonati u mhux kummerċjali ta’ siltiet jew kwotazzjonijiet minn xogħolijiet jew materji oħra protetti fi ħdan kontenut mtella’ minn utent. |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 21c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21c) Meta kontenut mtella’ minn persuna fiżika jinvolvi użu qasir, proporzjonat u mhux kummerċjali għal skop leġittimu ta’ silta qasira jew kwotazzjoni qasira minn xogħol jew materji oħra, tali użu għandu jkun kopert mill-eċċezzjoni prevista f’din id-Direttiva. Din l-eċċezzjoni għandha tapplika biss f’ċerti każijiet speċjali li ma jkunux konfliġġenti ma’ użi normali tax-xogħol jew materji oħra kkonċernati u li ma jippreġudikawx b’mod mhux raġonevoli l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet. Għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ preġudizzju, il-grad ta’ oriġinalità tal-kontenut ikkonċernat, it-tul u l-firxa tas-silta jew tal-kwotazzjoni użati, jekk is-silta jew il-kwotazzjoni hijiex parti subordinata parti mill-kontenut ikkonċernat, in-natura professjonali tal-kontenut ikkonċernat u l-grad ta’ ħsara ekonomika għandhom jiġu eżaminati, fejn ikun rilevanti. Din l-eċċezzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet morali tal-awturi tax-xogħol jew ta’ materji oħra kkonċernati. |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 21d (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21d) Is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni ma għandhomx ikunu jistgħu jinvokaw għall-benefiċċju tagħhom l-eċċezzjoni prevista f’din id-Direttiva għall-użu ta’ siltiet qosra jew kwotazzjonijiet qosra minn xogħlijiet jew materji oħra protetti f’kontenut mtella’ mill-utenti, għall-iskop li jillimitaw ir-responsabbiltà tagħhom jew sal-punt estrem tal-obbligi tagħhom fil-qafas ta’ ftehimiet konklużi ma’ detenturi ta’ drittijiet skont l-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva. |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) L-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali għandhom jibbenefikaw minn qafas ċar għad-diġitalizzazzjoni u t-tixrid, inkluż bejn il-fruntieri, ta’ xogħlijiet li mhumiex fil-kummerċ jew materja oħra. Madankollu, il-karatteristiċi partikolari tal-kollezzjonijiet ta’ xogħlijiet li mhumiex fis-suq ifissru li l-kisba ta' kunsens minn qabel mid-detenturi tad-drittijiet individwali tista’ tkun diffiċli ħafna. Dan jista’ jkun minħabba, pereżempju, l-età tax-xogħlijiet jew materji oħra, il-valur kummerċjali limitat tagħhom u l-fatt li dawn qatt ma kienu maħsuba għall-użu kummerċjali. Għaldaqstant hu meħtieġ li jiġu previsti miżuri biex ikun iffaċilitat il-liċenzjar ta’ drittijiet f’xogħlijiet li mhumiex fis-suq li jinsabu f’kollezzjonijiet ta’ istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u b’hekk jippermettu l-konklużjoni ta’ ftehimiet b’effett transfruntier fis-suq intern. |
(22) L-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali għandhom jibbenefikaw minn qafas ċar għad-diġitalizzazzjoni u t-tixrid, inkluż bejn il-fruntieri, ta’ xogħlijiet li mhumiex fil-kummerċ jew materja oħra. Madankollu, il-karatteristiċi partikolari tal-kollezzjonijiet ta’ xogħlijiet li mhumiex fis-suq ifissru li l-kisba ta' kunsens minn qabel mid-detenturi tad-drittijiet individwali tista’ tkun diffiċli ħafna jew impossibbli. Dan jista’ jkun minħabba, pereżempju, l-età tax-xogħlijiet jew materji oħra, il-valur kummerċjali limitat tagħhom jew il-fatt li dawn qatt ma kienu maħsuba għall-użu kummerċjali jew qatt ma kienu fil-kummerċ. Għaldaqstant hu meħtieġ li jiġu previsti miżuri biex ikun iffaċilitat il-liċenzjar ta’ drittijiet f’xogħlijiet li mhumiex fis-suq li jinsabu f’kollezzjonijiet ta’ istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u b’hekk jippermettu l-konklużjoni ta’ ftehimiet b’effett transfruntier fis-suq intern. |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) L-Istati Membri għandhom, fil-qafas stipulat f’din id-Direttiva, ikollhom il-flessibbiltà li jagħżlu t-tip speċifiku ta’ mekkaniżmu li jippermetti l-liċenzjar għal xogħlijiet li mhumiex fis-suq biex jestendu għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, b'konformità mat-tradizzjonijiet legali, prattiċi jew ċirkustanzi tagħhom. Tali mekkaniżmi jistgħu jinkludu l-liċenzjar kollettiv estiż u preżunzjonijiet ta’ rappreżentazzjoni. |
(23) L-Istati Membri għandhom, fil-qafas stipulat f’din id-Direttiva, ikollhom il-flessibbiltà li jagħżlu t-tip speċifiku ta’ mekkaniżmu li jippermetti l-liċenzjar għal xogħlijiet li mhumiex fis-suq biex jestendu għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni rilevanti ta’ mmaniġġjar kollettiv, b'konformità mat-tradizzjonijiet legali, prattiċi jew ċirkustanzi tagħhom. Tali mekkaniżmi jistgħu jinkludu l-liċenzjar kollettiv estiż u preżunzjonijiet ta’ rappreżentazzjoni. |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Għall-finijiet ta’ dawk il-mekkaniżmi ta’ liċenzjar, hija importanti sistema ta' mmaniġjar kollettiv li taħdem sew. Din is-sistema tinkludi b’mod partikolari regoli ta’ governanza tajba, trasparenza u rappurtar, kif ukoll it-tqassim u l-pagamenti regolari, diliġenti u preċiżi ta' ammonti dovuti lil detenturi tad-drittijiet individwali, kif previst fid-Direttiva 2014/26/UE. Salvagwardji xierqa addizzjonali għandhom ikunu disponibbli għad-detenturi kollha tad-drittijiet, li għandhom jingħataw l-opportunità li jeskludu l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi bħal dawn fir-rigward tax-xogħlijiet tagħhom jew ta’ materji oħra protetti. Kundizzjonijiet mehmuża ma’ dawn il-mekkaniżmi ma għandhomx jaffettwaw r-rilevanza prattika tagħhom għall-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali. |
(24) Għall-finijiet ta’ dawk il-mekkaniżmi ta’ liċenzjar, hija importanti sistema ta' mmaniġjar kollettiv li taħdem sew u għandha tiġi mħeġġa mill-Istati Membri. Din is-sistema tinkludi b’mod partikolari regoli ta’ governanza tajba, trasparenza u rappurtar, kif ukoll it-tqassim u l-pagamenti regolari, diliġenti u preċiżi ta' ammonti dovuti lil detenturi tad-drittijiet individwali, kif previst fid-Direttiva 2014/26/UE. Salvagwardji xierqa addizzjonali għandhom ikunu disponibbli għad-detenturi kollha tad-drittijiet, li għandhom jingħataw l-opportunità li jeskludu l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi bħal dawn fir-rigward tax-xogħlijiet tagħhom jew ta’ materji oħra protetti. Kundizzjonijiet mehmuża ma’ dawn il-mekkaniżmi ma għandhomx jaffettwaw r-rilevanza prattika tagħhom għall-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali. |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 28a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28a) Sabiex jiġi żgurat li l-mekkaniżmi ta’ liċenzjar stabbiliti għal xogħlijiet li mhumiex fis-suq kummerċjali jkunu rilevanti u jiffunzjonaw kif xieraq, li d-detenturi tad-drittijiet ikunu protetti b’mod adegwat skont dawk il-mekkaniżmi, li l-liċenzji jiġu ppubbliċizzati kif xieraq u li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tar-rappreżentanza tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-kategorizzazzjoni tax-xogħlijiet, l-Istati Membri għandhom iħeġġu djalogu speċifiku għas-settur bejn il-partijiet ikkonċernati. Dawn għandhom, fejn meħtieġ, jiffaċilitaw id-djalogu biex jgħinu fl-istabbiliment ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, f’setturi fejn dawn għadhom ma jeżistux, billi jkopru d-drittijiet f’kull kategorija ta’ xogħlijiet. |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 30 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(30) Sabiex ikun iffaċilitat il-liċenzjar ta’ drittijiet f’xogħlijiet awdjoviżivi għal pjattaformi video-on-demand, din id-Direttiva tirrikkjedi li l-Istati Membri jwaqqfu mekkaniżmu ta’ negozjar li jippermetti lill-partijiet interessati li jixtiequ jikkonkludu ftehim sabiex iserrħu fuq l-għajnuna ta’ korp imparzjali. Il-korp għandu jiltaqa’ mal-partijiet u jgħin fin-negozjati billi jagħti pariri professjonali u esterni. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet tal-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ negozjar, inkluż iż-żmien u d-durata tal-għajnuna għan-negozjati u tal-ġarr tal-ispejjeż. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji jibqgħu proporzjonati biex jiggarantixxu l-effiċjenza tal-forum tan-negozjati. |
(30) Sabiex ikun iffaċilitat il-liċenzjar ta’ drittijiet f’xogħlijiet awdjoviżivi, id-drittijiet rilevanti huma kkonsolidati mal-produttur permezz tal-liġi jew b’kuntratt. Sabiex jiġu promossi d-diversità kulturali u d-disponibbiltà tax-xogħlijiet fuq pjattaformi video-on-demand, din id-Direttiva tirrikkjedi li l-Istati Membri jwaqqfu mekkaniżmu ta’ faċilitazzjoni li jkun immaniġġjat minn korp nazzjonali eżistenti jew stabbilit ġdid, li jippermetti lill-partijiet rilevanti li jixtiequ jikkonkludu ftehim għal-liċenzjar ta’ xogħlijiet awdjoviżivi għal pjattaformi tal-video-on-demand, iserrħu fuq l-għajnuna ta’ korp imparzjali. Meta n-negozjati jinvolvu partijiet minn Stati Membri differenti, dawn għandhom jaqblu minn qabel dwar liema Stat Membru għandu jkun kompetenti f’każ li l-mekkaniżmu ta’ faċilitazzjoni jkun rikjest. Il-korp għandu jiltaqa’ mal-partijiet u jiffaċilita n-negozjati billi jagħti pariri professjonali u esterni. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet tal-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ faċilitazzjoni, inkluż iż-żmien stipulat u d-durata tal-għajnuna għan-negozjati u d-diviżjoni ta’ kwalunkwe spiża li tiġġarrab. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji jibqgħu proporzjonati biex jiggarantixxu l-effiċjenza tal-forum ta’ faċilitazzjoni. Sabiex jiġi nkuraġġit l-isfruttament kontinwu tax-xogħlojiet awdjoviżivi fuq il-pjattaforma tal-video-on-demand, l-Istati Membri għandhom iħeġġu d-djalogu bejn l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-awturi, il-produtturi, il-pjattaformi tal-video-on-demand u partijiet interessati rilevanti oħra. |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 31 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(31) Stampa libera u pluralista hija essenzjali biex ikun żgurat ġurnaliżmu ta’ kwalità u l-aċċess taċ-ċittadini għall-informazzjoni. Din tagħti kontribut fundamentali għal dibattitu pubbliku u għall-funzjonament tajjeb ta’ soċjetà demokratika. Fit-tranżizzjoni mill-istampar għar-realtà diġitali, il-pubblikaturi ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa qed jaffaċċjaw problemi fil-liċenzjar għall-użu online tal-pubblikazzjonijiet tagħhom u b’hekk jirkupraw l-investimenti tagħhom. Fin-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ pubblikaturi tal-istampa pubblikazzjonijiet bħala detenturi tad-drittijiet, il-liċenzjar u l-infurzar fl-ambjent diġitali huma ta' spiss kumplessi u ineffiċjenti. |
(31) Stampa libera u pluralista hija essenzjali biex ikunu żgurati ġurnaliżmu ta’ kwalità u rimunerat b’mod ġust u l-aċċess taċ-ċittadini għall-informazzjoni. Din tagħti kontribut fundamentali għal dibattitu pubbliku u għall-funzjonament tajjeb ta’ soċjetà demokratika. Fit-tranżizzjoni mill-istampar għar-realtà diġitali, il-pubblikaturi ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa qed jaffaċċjaw problemi fil-liċenzjar għall-użu online tal-pubblikazzjonijiet tagħhom u b’hekk jirkupraw l-investimenti tagħhom. Is-servizzi online, bħal aggregaturi tal-aħbarijiet ġodda u l-magni tat-tiftix, żviluppaw dejjem aktar l-attivitajiet tagħhom billi jagħmlu profitti mill-kontenut tal-pubblikaturi tal-istampa. Dawn il-profitti mhumiex kondiviżi b’mod ġust mal-ġurnalisti u l-pubblikaturi. Fin-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ pubblikaturi ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa bħala detenturi tad-drittijiet, il-liċenzjar u l-infurzar fl-ambjent diġitali huma ta' spiss kumplessi u ineffiċjenti. |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 32 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(32) Il-kontribuzzjoni finanzjarja u organizzattiva tal-pubblikaturi fil-produzzjoni ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta u inkoraġġita aktar biex tkun żgurata s-sostenibilità tal-industrija tal-pubblikazzjoni. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta, fil-livell tal-Unjoni, protezzjoni legali armonizzata għall-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward ta’ użi diġitali. Protezzjoni bħal din għandha tkun garantita b’mod effettiv permezz tal-introduzzjoni, fid-dritt tal-Unjoni, ta’ drittijiet marbutin mad-drittijiet tal-awtur għar-riproduzzjoni u d-disponibbiltà għall-pubbliku ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi diġitali tagħhom. |
(32) Il-kontribuzzjoni finanzjarja u organizzattiva tal-pubblikaturi fil-produzzjoni ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta u inkoraġġita aktar biex tkun żgurata s-sostenibilità tal-industrija tal-pubblikazzjoni. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta, fil-livell tal-Unjoni, protezzjoni legali armonizzata għall-pubblikazzjonijiet tal-istampa. Protezzjoni bħal din għandha tkun garantita b’mod effettiv permezz tal-introduzzjoni, fid-dritt tal-Unjoni, ta’ drittijiet marbutin mad-drittijiet tal-awtur għar-riproduzzjoni u d-disponibbiltà għall-pubbliku ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa. |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 33 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(33) Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta’ pubblikazzjoni tal-istampa b’mod li tħaddan biss pubblikazzjonijiet ġurnalistiċi, ippubblikat minn fornitur ta’ servizz, perjodikament jew regolarment aġġornati fi kwalunkwe mezz tax-xandir, għall-finijiet ta’ informazzjoni jew divertiment. Dawn il-pubblikazzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, gazzetti ta’ kuljum, rivisti ta' kull ġimgħa jew ta' kull xahar jew siti tal-internet ta' interess speċjali jew tal-aħbarijiet. Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, ma għandhomx ikunu koperti mill-protezzjoni mogħtija lil pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva. Din il-protezzjoni ma testendix għall-atti ta’ hyperlinking li ma jikkostitwux komunikazzjoni lill-pubbliku. |
(33) Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta’ pubblikazzjoni tal-istampa b’mod li tħaddan biss pubblikazzjonijiet ġurnalistiċi professjonali, ippubblikat minn fornitur ta’ servizz, perjodikament jew regolarment aġġornati fi kwalunkwe mezz tax-xandir, għall-finijiet ta’ informazzjoni jew divertiment u li l-kredibbiltà tagħha f’għajnejn il-pubbliku tiddependi sa ċertu punt fuq l-isem tad-ditta speċifiku tagħhom. Dawn il-pubblikazzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, gazzetti ta’ kuljum, rivisti ta' kull ġimgħa jew ta' kull xahar jew siti tal-internet ta' interess speċjali jew tal-aħbarijiet. Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, ma għandhomx ikunu koperti mill-protezzjoni mogħtija lil pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva. Din il-protezzjoni ma testendix għall-atti ta’ hyperlinking, fejn tali atti ma jikkostitwixxux komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tad-Direttiva 2001/29/KE. |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 34 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(34) Id-drittijiet mogħtija lill-edituri ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva għandhom ikollhom l-istess kamp ta’ applikazzjoni bħad-drittijiet ta’ riproduzzjoni u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku previsti fid-Direttiva 2001/29/KE, sa fejn għandhom x’jaqsmu l-użi diġitali. Dawn għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet bħal dawk applikabbli għad-drittijiet previsti fid-Direttiva 2001/29/KE inkluża l-eċċezzjoni għall-kwotazzjoni, magħmula pereżempju għal skopijiet ta’ kritika jew ta’ rieżami stabbiliti fl-Artikolu 5(3)(d) ta’ din id-Direttiva. |
(34) Id-drittijiet mogħtija lill-pubblikaturi ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva għandhom ikollhom l-istess kamp ta’ applikazzjoni bħad-drittijiet ta’ riproduzzjoni u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku previsti fid-Direttiva 2001/29/KE. Dawn għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet bħal dawk applikabbli għad-drittijiet previsti fid-Direttiva 2001/29/KE inkluża l-eċċezzjoni għall-kwotazzjoni, magħmula pereżempju għal skopijiet ta’ kritika jew ta’ rieżami stabbiliti fl-Artikolu 5(3)(d) ta’ din id-Direttiva. Id-drittijiet mogħtija f'din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-awtur u ma għandhomx japplikaw għal użi leġittimi ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa minn utenti individwali li jaġixxu f’kapaċità privata u mhux kummerċjali. Il-protezzjoni mogħtija lill-pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva għandha tapplika għal kontenut iġġenerat awtomatikament minn att ta’ hyperlinking relatat ma’ pubblikazzjoni tal-istampa mingħajr ħsara għall-użu leġittimu ta’ kwotazzjonijiet. |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 35 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(35) Il-protezzjoni mogħtija lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa b'din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet fix-xogħlijiet u materji oħra inkorporati hemmhekk, inkluż fir-rigward sa fejn l-awturi u d-detenturi tad-drittijiet oħra jistgħu jisfruttaw is-xogħlijiet jew materji oħra tagħhom indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li fihom huma inkorporati. Għaldaqstant, il-pubblikaturi ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa ma għandhomx ikun jistgħu jinvokaw il-ħarsien li ngħataw kontra l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal arranġamenti kuntrattwali konklużi bejn il-pubblikaturi ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa, fuq naħa, u l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet, fuq in-naħa l-oħra. |
(35) Il-protezzjoni mogħtija lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa b'din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet fix-xogħlijiet u materji oħra inkorporati hemmhekk, inkluż fir-rigward sa fejn l-awturi u d-detenturi tad-drittijiet oħra jistgħu jisfruttaw is-xogħlijiet jew materji oħra tagħhom indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li fihom huma inkorporati. Għaldaqstant, il-pubblikaturi ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa ma għandhomx ikun jistgħu jinvokaw il-ħarsien li ngħataw kontra l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal arranġamenti kuntrattwali konklużi bejn il-pubblikaturi ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa, fuq naħa, u l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet, fuq in-naħa l-oħra. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li sehem ġust tar-remunerazzjoni ġejja mill-użi tad-drittijiet tal-pubblikaturi tal-istampa jkun attribwit lill-ġurnalisti. |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 36 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(36) Il-pubblikaturi, inklużi dawk ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa, kotba jew pubblikazzjonijiet xjentifiċi, ta’ spiss joperaw fuq il-bażi tat-trasferiment tad-drittijiet tal-awtur permezz ta’ ftehim kuntrattwali jew dispożizzjonijiet statutorji. F’dan il-kuntest, il-pubblikaturi jagħmlu investiment bl-għan li jisfruttaw ix-xogħlijiet li jinsabu fil-pubblikazzjonijiet tagħhom u jistgħu f’ċerti każijiet jiġu mċaħħda mid-dħul meta tali xogħlijiet jintużaw skont l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet bħal dawk għall-ikkuppjar privat u r-reprografija. F’għadd ta’ Stati Membri l-kumpens għall-użu taħt dawn l-eċċezzjonijiet jinqasam bejn l-awturi u l-pubblikaturi. Sabiex titqies din is-sitwazzjoni u tittejjeb iċ-ċertezza legali għal dawk kollha kkonċernati, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu li, meta l-awtur jkun trasferixxa jew illiċenzja d-drittijiet tiegħu lil pubblikatur jew li b'xi mod ieħor ikkontribwixxa b’xogħlijiet tiegħu għal pubblikazzjoni u jkun hemm fis-seħħ sistemi għall-kumpens għall-ħsara kkawżata minn eċċezzjoni jew limitazzjoni, il-pubblikaturi huma intitolati jitolbu sehem ta’ kumpens bħal dan, billi l-piż fuq il-pubblikatur biex jissostanzja t-talba tiegħu ma għandux jeċċedi dak li hu meħtieġ skont is-sistema fis-seħħ. |
(36) Il-pubblikaturi, inklużi dawk ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa, kotba jew pubblikazzjonijiet xjentifiċi, ta’ spiss joperaw fuq il-bażi tat-trasferiment tad-drittijiet tal-awtur permezz ta’ ftehim kuntrattwali jew dispożizzjonijiet statutorji. F’dan il-kuntest, il-pubblikaturi jagħmlu investiment bl-għan li jisfruttaw ix-xogħlijiet li jinsabu fil-pubblikazzjonijiet tagħhom u jistgħu f’ċerti każijiet jiġu mċaħħda mid-dħul meta tali xogħlijiet jintużaw skont l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet bħal dawk għall-ikkuppjar privat u r-reprografija. F’għadd ta’ Stati Membri l-kumpens għall-użu taħt dawn l-eċċezzjonijiet jinqasam bejn l-awturi u l-pubblikaturi. Sabiex titqies din is-sitwazzjoni u tittejjeb iċ-ċertezza legali għal dawk kollha kkonċernati, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li, meta l-awtur ikun trasferixxa jew illiċenzja d-drittijiet tiegħu lil pubblikatur jew li b'xi mod ieħor ikkontribwixxa b’xogħlijiet tiegħu għal pubblikazzjoni u jkun hemm fis-seħħ sistemi għall-kumpens għall-ħsara kkawżata minn eċċezzjoni jew limitazzjoni, il-pubblikaturi huma intitolati jitolbu sehem ta’ kumpens bħal dan. Il-piż fuq il-pubblikatur biex jissostanzja t-talba tiegħu ma għandux jeċċedi dak li hu meħtieġ skont is-sistema fis-seħħ. |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 37 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(37) Matul dawn l-aħħar snin, il-funzjonament tas-suq tal-kontenut online sar iktar kumpless. Is-servizzi online li jipprovdu aċċess għall-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur mtella’ mill-utenti tagħhom mingħajr l-involviment tad-detenturi tad-drittijiet mxew ’il quddiem u saru sors ewlenin ta’ aċċess għall-kontenut online. Dan jaffettwa l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jiddeterminaw jekk, u taħt liema kundizzjonijiet, ix-xogħol tagħhom u materjaa oħra jintużawx kif ukoll il-possibbiltajiet tagħhom li jirċievu rimunerazzjoni xierqa għalih. |
(37) Matul dawn l-aħħar snin, il-funzjonament tas-suq tal-kontenut online sar iktar kumpless. Is-servizzi online li jipprovdu aċċess għall-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur imtella’ mill-utenti tagħhom mingħajr l-involviment jew il-kunsens tad-detenturi tad-drittijiet imxew ’il quddiem u saru sors primarju ta’ aċċess għall-kontenut online. B’dan il-mod, tali servizzi jikkompetu b’mod inġust ma’ servizzi li l-kontenut tagħhom huwa liċenzjat direttament mid-detenturi tad-drittijiet, peress li dawn jagħmlu profitti minn kontenut li ma ħolqux huma u mhux dejjem jaqsmu dawk il-profitti b’mod ġust mal-persuni kkonċernati li jkunu kkreawh. Konsegwentement, is-servizzi online li jipprovdu aċċess għall-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur imtella’ mill-utenti tagħhom mingħajr l-involviment jew il-kunsens tad-detenturi tad-drittijiet ibaxxu l-valur ġenerali tal-kontenut kreattiv online. Filwaqt li jippermetti aċċess faċli għal kontenut varjat, dan jaffettwa l-kapaċità tad-detenturi tad-drittijiet li jiddeterminaw jekk, u taħt liema kundizzjonijiet, ix-xogħol tagħhom u materji oħra humiex qed jintużaw, kif ukoll l-ambitu tagħhom biex jiksbu rimunerazzjoni xierqa għalih, peress li xi servizzi ta’ kontenut imtella’ mill-utenti ma jidħlux fi ftehimiet ta’ liċenzjar fuq il-bażi tal-fatt li huma koperti mill-eżenzjoni ta’ protezzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE. |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 38 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(38) Fejn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal xogħlijiet jew materja oħra protetta bid-drittijiet tal-awtur mtella' mill-utenti tagħhom, u għalhekk imorru lil hinn mis-sempliċi provvista ta' faċilitajiet fiżiċi u t-twettiq ta' att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku, huma obbligati li jikkonkludu kuntratti ta' liċenzja flimkien ma' detenturi tad-drittijiet, sakemm dawn ma jkunux eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà pprovduta fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
(38) Fejn fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jaħżnu u/jew jipprovdu aċċess għall-pubbliku għal xogħlijiet jew materja oħra protetti bid-drittijiet tal-awtur imtella' mill-utenti tagħhom, u għalhekk imorru lil hinn mis-sempliċi provvista ta' faċilitajiet fiżiċi u t-twettiq kemm ta' att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u att ta' riproduzzjoni, huma għandhom ikunu obbligati li jikkonkludu kuntratti ta' liċenzja ġusti u bbilanċjati mad-detenturi tad-drittijiet li jitolbu tali ftehim, sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet u r-rimunerazzjoni ġusta tagħhom, sakemm dawn ma jkunux eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà pprovduta fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
Fir-rigward tal-Artikolu 14, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk il-fornitur tas-servizz għandux rwol attiv, inkluż bit-titjib tal-preżentazzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet jew materjal tematiku mtella' jew il-promozzjoni tagħhom, tkun xi tkun in-natura tal-mezzi użati għal dan. |
Fir-rigward tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE u l-eliġibbiltà għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fih, jeħtieġ li jiġi vverifikat il-limitu sa fejn jasal ir-rwol tal-fornitur tas-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni. Meta l-fornitur ikollu rwol attiv suffiċjenti, inkluż bit-titjib tal-preżentazzjoni tax-xogħlijiet jew materja mtellgħa jew il-promozzjoni tagħhom jew jisfruttahom kummerċjalment, tkun xi tkun in-natura tal-mezzi użati għal dan, il-fornitur ma għandux jibqa' jiġi kkunsidrat sempliċement bħala li jospita tali kontenut u għalhekk għandu jitqies ineliġibbli għall-eżenzjoni tar-responsabbiltà. |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ta’ kwalunkwe ftehim ta’ liċenzjar, il-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u li jagħtu aċċess lill-pubbliku għal ammonti kbar ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materji oħra mtellgħa mill-utenti tagħhom għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ xogħlijiet jew materja oħra, bħall-implimentazzjoni ta' teknoloġiji effettivi. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll meta l-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jkunu eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE. |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ta’ kwalunkwe ftehim ta’ liċenzjar, jew, fl-assenza ta’ tali ftehim, biex jiġi prevenut it-tqegħid għad-disponibbiltà fis-servizz tagħhom ta’ xogħlijiet jew materji oħra identifikati mid-detenturi tad-drittijiet, il-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u/jew li jagħtu aċċess lill-pubbliku għal ammonti sinifikanti ta’ xogħlijiet jew materja oħra protetti mtellgħa mill-utenti tagħhom għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati, b’kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ xogħlijiet jew materja oħra, bħall-implimentazzjoni ta' teknoloġiji effettivi, u jiffaċilitaw rappurtar effettiv u trasparenti lid-detenturi tad-drittijiet. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll meta l-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jkunu eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE. Dan l-obbligu ma għandux japplika għal swieq online. |
__________________ |
__________________ |
34 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17/7/2000, p. 1-16). |
34 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17/7/2000, p. 1-16). |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 39 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(39) Kollaborazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu l-aċċess lill-pubbliku għal ammonti kbar ta' xogħlijiet jew materja oħra protetti bid-drittijiet tal-awtur imtellgħa mill-utenti u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom hija essenzjali għall-funzjonament tat-teknoloġiji, bħal teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut. F’każijiet bħal dawn, id-detenturi tad-drittijiet għandhom jipprovdu d-dejta neċessarja biex jippermettu li s-servizzi jidentifika l-kontenut tagħhom u s-servizzi għandhom ikunu trasparenti lejn id-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tat-teknoloġiji użati, biex jippermettu l-valutazzjoni ta’ kemm dawn ikunu xierqa. Is-servizzi għandhom b’mod partikolari jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b’informazzjoni dwar it-tip ta’ teknoloġiji użati, il-mod li fih jitħaddmu kif ukoll ir-rata ta’ suċċess tagħhom għar-rikonoxximent ta’ kontenut tad-detenturi tad-drittijiet. Dawk it-teknoloġiji għandhom jippermettu wkoll lid-detenturi tad-drittijiet li jiksbu l-informazzjoni mill-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni dwar l-użu tal-kontenut tagħhom kopert minn ftehim. |
(39) Kollaborazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu l-aċċess lill-pubbliku għal ammonti sinifikanti ta' xogħlijiet jew materja oħra protetti bid-drittijiet tal-awtur imtellgħa mill-utenti u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom hija essenzjali biex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tat-teknoloġiji, bħal teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut. F’dawn il-każijiet, id-detenturi tad-drittijiet għandhom jipprovdu d-dejta neċessarja li tippermetti lis-servizzi li jidentifikaw il-kontenut tagħhom, bħal fajls ta’ referenza u metadejta. Huma għandhom jibagħtu d-dejta fil-ħin u f’format xieraq u din id-dejta għandha tkun kompluta u preċiża. Is-servizzi għandhom ikunu trasparenti lejn id-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tat-teknoloġiji użati, biex jippermettu l-valutazzjoni ta’ kemm dawn ikunu xierqa. Is-servizzi għandhom b’mod partikolari jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b’informazzjoni dwar it-tip ta’ teknoloġiji użati, il-mod li fih jitħaddmu kif ukoll ir-rata ta’ suċċess tagħhom għar-rikonoxximent ta’ kontenut tad-detenturi tad-drittijiet. Dawk it-teknoloġiji għandhom jippermettu wkoll lid-detenturi tad-drittijiet li jiksbu l-informazzjoni mill-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni dwar l-użu tal-kontenut tagħhom kopert minn ftehim. Meta jiġu vvalutati l-proporzjonalità u l-effettività tal-miżuri implimentati, ir-restrizzjonijiet u l-limitazzjonijiet teknoloġiċi għandhom jiġu kkunsidrati bil-mod dovut. Dawn it-teknoloġiji ma għandhomx jirrikjedu l-identifikazzjoni tal-utenti individwali li jtellgħu kontenut u ma għandhomx jinvolvu l-ipproċessar ta’ dejta relatata ma’ utenti individwali, f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE. Huma għandhom ikunu limitati għall-prevenzjoni tat-tqegħid għad-disponibbiltà mhux awtorizzat ta’ xogħlijiet speċifikament identifikati u notifikati kif xieraq abbażi tal-informazzjoni provduta mid-detenturi tad-drittijiet u għaldaqstant ma għandhomx iwasslu għal obbligu ġenerali ta’ monitoraġġ. |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 39a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(39a) Peress li l-miżuri u t-teknoloġiji implimentati mill-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jista’ jkollhom effett negattiv jew sproporzjonat fuq il-kontenut leġittimu li jittella’ jew li jintwera mill-utenti, b’mod partikolari meta l-kontenut ikkonċernat huwa kopert minn eċċezzjoni jew limitazzjoni, il-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni għandhom ikunu obbligati joffru mekkaniżmu ta’ lmentar għall-benefiċċju tal-utenti li l-kontenut tagħhom ikun ġie affettwat mill-miżuri. Tali mekkaniżmu għandu jippermetti lill-utent jaċċerta ruħu għaliex il-kontenut ikkonċernat kien soġġett għal miżuri u kien jinkludi informazzjoni bażika dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet rilevanti applikabbli. Dan il-mekkaniżmu għandu jipprevedi standards minimi għall-ilmenti sabiex jiġi żgurat li d-detenturi ta’ drittijiet jingħataw informazzjoni suffiċjenti sabiex jivvalutaw u jirrispondu għall-ilmenti. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jeżaminaw u jipproċessaw kwalunkwe lment li jkun wasal f’tul ta’ żmien raġonevoli u jieħdu azzjoni korrettiva meta l-miżuri juru li mhumiex ġustifikati. Kontenut imtella’ mill-utenti u maħżun jew ipprovdut fuq servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni jista’ jiġġenera dħul, inkluż meta tali kontenut jiġi affettwat minn miżuri applikati minn fornitur ta’ servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni. Waqt li tilwima dwar kontenut imtella’ mill-utenti tkun qed tiġi pproċessata u riżolta, tali dħul ma għandux jiġi attribwit jew imqassam lil min jużah jew lid-detentur tad-drittijiet ikkonċernat, sakemm it-tilwima tkun ġiet riżolta permezz ta’ mekkaniżmu ta’ lmenti u ta' rikors. |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Premessa 39b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(39b) Fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva fir-rigward ta’ ftehimiet u kooperazzjoni bejn fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u detenturi tad-drittijiet, u biex jiġu evitati proċedimenti legali mhux neċessarji, twal u għaljin, huwa meħtieġ li tiġi prevista proċedura intermedjarja li tippermetti lill-partijiet li jfittxu soluzzjoni bonarja għal kwalunkwe tilwima li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva preżenti. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw tali mekkaniżmu billi jaħtru korp imparzjali bl-esperjenza u l-kompetenza rilevanti sabiex jgħin lill-partijiet fir-riżoluzzjoni tat-tilwima tagħhom. |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Premessa 40 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(40) Ċerti detenturi tad-drittijiet bħal awturi u artisti jeħtieġu informazzjoni sabiex jivvalutaw il-valur ekonomiku tad-drittijiet tagħhom li huma armonizzati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan huwa speċjalment il-każ fejn dawn id-detenturi tad-drittijiet jagħtu liċenzja jew trasferiment ta’ drittijiet għal remunerazzjoni. Peress li l-awturi u l-artisti aktarx li jkunu f'pożizzjoni kuntrattwali aktar dgħajfa huma jagħtu liċenzji jew jitrasferixxu d-drittijiet tagħhom, huma jkollhom bżonn informazzjoni biex jivvalutaw il-valur ekonomiku kontinwu tad-drittijiet tagħhom, meta mqabbla mar-remunerazzjoni li jirċievu għal-liċenzja tagħhom jew għat-trasferiment, iżda ħafna drabi jaffaċċjaw nuqqas ta' trasparenza. Għaldaqstant, l-iskambju ta’ informazzjoni adegwata mill-kontropartijiet kuntrattwali tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu huwa importanti għat-trasparenza u l-bilanċ tas-sistema li biha titmexxa r-remunerazzjoni tal-awturi u l-artisti. |
(40) Ċerti detenturi tad-drittijiet bħal awturi u artisti jeħtieġu informazzjoni sabiex jivvalutaw il-valur ekonomiku tad-drittijiet tagħhom li huma armonizzati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan huwa speċjalment il-każ fejn dawn id-detenturi tad-drittijiet jagħtu liċenzja jew trasferiment ta’ drittijiet għal remunerazzjoni. Peress li l-awturi u l-artisti aktarx li jkunu f'pożizzjoni ta’ negozjar aktar dgħajfa huma jagħtu liċenzji jew jitrasferixxu d-drittijiet tagħhom permezz ta’ kunttratt, huma jkollhom bżonn informazzjoni biex jivvalutaw il-valur ekonomiku kontinwu tad-drittijiet tagħhom, meta mqabbla mar-remunerazzjoni li jirċievu għal-liċenzja tagħhom jew għat-trasferiment. Madankollu, ħafna drabi jaffaċċjaw nuqqas ta' trasparenza. Għaldaqstant, l-iskambju regolari ta’ informazzjoni adegwata u preċiża mill-kontropartijiet kuntrattwali diretti tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu huwa neċessarju għat-trasparenza u l-bilanċ tas-sistema li biha titmexxa r-remunerazzjoni tal-awturi u l-artisti. |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Premessa 41 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(41) Meta jimplimentaw l-obbligi tat-trasparenza, għandhom jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tad-diversi setturi ta’ kontenut u tad-drittijiet tal-awturi u l-artisti f’kull settur. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-partijiet interessati rilevanti kollha għax dan għandu jgħin biex jiġu determinati rekwiżiti speċifiċi għas-settur. In-negozjar kollettiv għandu jiġi kkunsidrat bħala alternattiva biex jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet interessati rilevanti dwar it-trasparenza. Biex il-prattiki attwali tar-rappurtar ikunu jistgħu jiġu adattati għall-obbligi tat-trasparenza, għandu jiġi previst perjodu tranżitorju. L-obbligi tat-trasparenza ma għandhomx bżonn japplikaw għal ftehimiet konklużi mal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv, bħal dawk li diġà huma soġġetti għall-obbligi tat-trasparenza skont id-Direttiva 2014/26/UE. |
(41) Meta jimplimentaw l-obbligi tat-trasparenza, għandhom jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tad-diversi setturi ta’ kontenut u tad-drittijiet tal-awturi u l-artisti f’kull settur. L-Istati Membri għandhom jagħmlu konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati rilevanti kollha għax dan għandu jgħin biex jiġu determinati rekwiżiti speċifiċi għas-settur u jistabbilixxu rekwiżiti u proċeduri standard ta’ rappurtar kif xieraq, inkluż permezz ta’ pproċessar awtomatizzat u l-użu ta’ identifikaturi internazzjonali. In-negozjar kollettiv għandu jiġi kkunsidrat bħala alternattiva biex jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet interessati rilevanti dwar it-trasparenza. Biex il-prattiki attwali tar-rappurtar ikunu jistgħu jiġu adattati għall-obbligi tat-trasparenza, għandu jiġi previst perjodu tranżitorju. L-obbligi tat-trasparenza ma għandhomx bżonn japplikaw għal ftehimiet konklużi mal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv, bħal dawk li diġà huma soġġetti għall-obbligi tat-trasparenza skont id-Direttiva 2014/26/UE, jew fejn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv eżistenti jipprovdu livell ekwivalenti ta’ trasparenza. |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Premessa 42 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(42) Ċerti kuntratti għall-isfruttament tad-drittijiet armonizzati fil-livell tal-Unjoni għandhom durata twila, li joffru ftit possibilitajiet għal awturi u artisti biex jinnegozjawhom mill-ġdid mal-kontropartijiet tagħhom jew mas-suċċessuri tagħhom fit-titolu. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli għall-kuntratti fl-Istati Membri, għandu jkun hemm mekkaniżmu ta’ aġġustament tar-remunerazzjoni għal każijiet meta l-ħlas kien oriġinarjament miftiehem taħt liċenzja jew trasferiment ta’ drittijiet huwa sproporzjonament baxx meta mqabbel mal-ammont tad-dħul rilevanti u l-benefiċċji li ġejjin mill-isfruttament tax-xogħol jew l-iffissar tal-prestazzjoni, inkluż fid-dawl li tiġi żgurata t-trasparenza permezz ta’ din id-Direttiva. L-istudju tas-sitwazzjoni għandu jqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ kif ukoll l-ispeċifiċitajiet u l-prattiki tas-setturi ta’ kontenut differeni. Meta l-partijiet ma jaqblux dwar l-aġġustament tar-remunerazzjoni, l-awtur jew l-artist għandhom jkollhom id-dritt li jressqu talba quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra. |
(42) Ħafna kuntratti għall-isfruttament tad-drittijiet armonizzati fil-livell tal-Unjoni huma għat-tul fin-natura tagħhom, u joffru ftit possibilitajiet għal awturi u artisti biex jinnegozjawhom mill-ġdid mal-kontropartijiet tagħhom jew mas-suċċessuri tagħhom fit-titolu. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli għall-kuntratti fl-Istati Membri, għandu jkun hemm mekkaniżmu ta’ aġġustament tar-remunerazzjoni għal każijiet meta awtur jew artist jistgħu jiddimostraw li l-ħlas oriġinarjament miftiehem taħt liċenzja jew trasferiment ta’ drittijiet huwa sproporzjonatament baxx meta mqabbel mal-ammont tad-dħul rilevanti u l-benefiċċji, bħal sussidji jew ishma ta’ ekwità, li ġejjin mill-isfruttament tax-xogħol jew l-iffissar tal-prestazzjoni, filwaqt li titqies it-trasparenza żgurata b’din id-Direttiva. L-istudju tas-sitwazzjoni għandu jqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ, ta’ kwalunkwe nefqa ġenwinament imġarrba fil-produzzjoni tax-xogħol jew il-prestazzjoni. kif ukoll l-ispeċifiċitajiet u l-prattiki tas-setturi ta’ kontenut differeni.L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-mekkaniżmu ta’ aġġustament meta l-kontribuzzjoni tal-awturi jew l-artisti ma tkunx sinifikanti, meta jitqies ix-xogħol jew il-prestazzjoni b’mod globali. Meta l-partijiet ma jaqblux dwar l-aġġustament tar-remunerazzjoni, l-awtur jew l-artist għandu jkollhom id-dritt li jressqu talba quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra. |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Premessa 42a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(42a) L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu d-dritt tal-awturi u l-artisti għal remunerazzjoni ġusta, proporzjonali u inaljenabbli għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tax-xogħlijiet tagħhom fis-servizzi fuq talba u għal atti ta’ riproduzzjoni li jinvolvu x-xogħol tagħhom f’dawn is-servizzi. Tali dritt għal remunerazzjoni ġusta għandha tiġi amministrata skont il-prattiki nazzjonali u rekwiżiti legali, mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmi eżistenti, bħal ftehimiet ta’ mmaniġġjar kollettiv volontarju jew liċenzji kollettivi estiżi. |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Premessa 43 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(43) L-awturi u l-artisti ta’ spiss isibuha bi tqila biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom kontra l-imsieħba kuntrattwali tagħhom quddiem qorti jew tribunal. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal proċedura alternattiva għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li tindirizza talbiet relatati ma’ obbligi tat-trasparenza u l-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-kuntratti. |
(43) L-awturi u l-artisti ta’ spiss isibuha bi tqila biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom kontra l-imsieħba kuntrattwali tagħhom quddiem qorti jew tribunal peress li t-tressiq ta’ azzjoni legali jista’ jinvolvi spejjeż sinifikanti u jista’ jkollu effett negattiv fuq il-kapaċità tagħhom li jidħlu f’relazzjonijiet kuntrattwali fil-futur. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu proċedura alternattiva għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li tindirizza talbiet minn awturi, artisti jew ir-rappreżentanti maħtura tagħhom u relatati ma’ obbligi tat-trasparenza, id-dritt inaljenabbli għar-remunerazzjoni u l-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-kuntratti. Tali mekkaniżmu għandu jservi għal pretensjonijiet individwali jew kollettivi, miġjuba direttament mill-awturi u mill-artisti kkonċernati jew permezz ta’ organizzazzjoni li taġixxi f’isimhom. Il-mekkaniżmu għandu wkoll ikun bi prezz raġonevoli. |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Premessa 43a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(43a) Sabiex tappoġġja l-applikazzjoni effettiva fost l-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki u tippromwovi djalogu fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li għandhom l-għan li jkomplu jarmonizzaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fil-qafas tas-suq intern, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-użi diġitali u transfruntieri tal-kontenut protett. Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet, dwar il-faċilitazzjoni tal-liċenzji kif ukoll regoli li għandhom l-għan li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq għall-isfruttament tad-drittijiet u materji oħra. |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li għandhom l-għan li jkomplu jarmonizzaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fil-qafas tas-suq intern, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-użi diġitali u transfruntieri tal-kontenut protett u l-bżonn ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-proprjetà intellettwali. Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet, dwar il-faċilitazzjoni tal-liċenzji kif ukoll regoli li għandhom l-għan li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq għall-isfruttament tad-drittijiet u materji oħra. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġi enfasizzat li l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, u l-funzjoni tagħha bħala fluss ta’ dħul għall-artisti, hija prinċipju fundamentali li jrid jitqies f’kull riforma tar-reġim. | |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) fuq bażi mhux għall-profitt jew billi tinvesti mill-ġdid il-profitti kollha tagħha ta’ riċerka xjentifika; jew |
(a) Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) “istituzzjoni tal-wirt kulturali” tfisser librerija jew mużew aċċessibli għall-pubbliku, arkivju jew istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo; |
(3) “istituzzjoni tal-wirt kulturali” tfisser entità li l-iskop ewlieni tagħha huwa l-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali, b’mod speċifiku librerija, mużew jew gallerija tal-arti aċċessibli għall-pubbliku, arkivju jew istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo; |
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) “pubblikazzjoni tal-istampa” tfisser l-iffissar ta' kollezzjoni ta' xogħlijiet letterarji ta' natura ġurnalistika, li tista' tinkludi wkoll ix-xogħlijiet jew materji oħra u tikkostitwixxi komponent individwali f'perjodiku jew f'pubblikazzjoni aġġornata regolarment taħt titlu wieħed, bħal f'gazzetta jew f'rivista ta' interess ġenerali jew speċjali, li għandhom jagħtu informazzjoni b'rabta ma' aħbarijiet jew suġġetti oħra u ppubblikati fi kwalunkwe mezz tax-xandir taħt l-inizjattiva, responsabbiltà editorjali u kontroll ta' fornitur ta' servizz. |
(4) “pubblikazzjoni tal-istampa” tfisser l-iffissar professjonali, taħt titlu wieħed, ta' kollezzjoni ta' xogħlijiet letterarji ta' natura ġurnalistika, prodotta minn awtur wieħed jew bosta awturi, li tista tinkludi wkoll xogħlijiet jew materja oħra u tikkostitwixxi komponent individwali fejn: |
|
(a) tidher f’perjodiku jew f’pubblikazzjoni aġġornata regolarment taħt titlu wieħed, bħal gazzetta jew rivista ta’ interess ġenerali jew speċjali; |
|
(b) l-iskop tagħha huwa li tipprovdi informazzjoni b’rabta ma’ aħbarijiet jew suġġetti oħra; u |
|
(c) tiġi ppubblikata fi kwalunkwe mezz tax-xandir taħt l-inizjattiva, ir-responsabbiltà editorjali u l-kontroll ta’ fornitur ta’ servizz. |
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta’ din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u estrazzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet ta’ riċerka sabiex iwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta ta’ xogħlijiet jew materji oħra li għalih għandhom aċċess legali għall-fini tar-riċerka xjentifika. |
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta’ din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u estrazzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet ta’ riċerka sabiex iwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta ta’ xogħlijiet jew materji oħra li għalih kisbu aċċess legali għall-fini tar-riċerka xjentifika. |
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-dejta fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materji oħra . Dawn il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan. |
3. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri proporzjonati biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-dejta fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materji oħra. Dawn il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan u ma għandhomx jimpedixxu jew jostakolaw lill-organizzazzjonijiet ta’ riċerka milli jgawdu l-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1. |
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lid-detenturi tad-drittijiet u lill-organizzazzjonijiet ta’ riċerka li jiddefinixxi l-aqwa prassi miftiehma dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3. |
4. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lid-detenturi tad-drittijiet u lill-organizzazzjonijiet ta' riċerka biex jaħdmu flimkien biex jiddefinixxu l-aħjar prattiki miftiehma dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 u kwalunkwe protokoll ta' estrazzjoni tat-test u tad-data. B’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattika u esperjenzi fl-Unjoni kollha. |
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kumpens ġust għad-detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet jew ta’ materji oħra protetti tagħhom skont il-paragrafu 1. |
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-a) hija magħmula minn stabbiliment edukattiv rikonoxxut mill-Istat Membru fejn huwa stabbilit jew minn entità ċertifikata mill-Istat Membru li fih huwa stabbilit biex iwettaq attivitajiet ta’ istruzzjoni; |
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) isir fi stabbiliment edukattiv jew permezz ta’ netwerk elettroniku sigur, aċċessibbli biss mill-istabbilimenti edukattivi tal-istudenti u l-għalliema; |
(a) isir fejn jitwettqu l-attivitajiet ta’ tagħlim jew permezz ta’ netwerk elettroniku sigur, aċċessibbli biss mill-istudenti tal-istabbiliment edukattiv jew tal-entità ċertifikata jew mill-persunal ta’ għalliema tal-istabbiliment tal-edukattiv jew entità ċertifikata li huma direttament involuti fl-attività ta’ tagħlim ikkonċernata; |
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) ikun limitat għad-durata ġustifikata mill-iskop illustrattiv; |
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu restrizzjonijiet proporzjonati fuq l-ammont ta’ xogħol li jista’ jintuża. Tali restrizzjonijiet għandhom iqisu l-ħtiġijiet u l-interessi leġittimi kemm tal-utenti kif ukoll tad-detenturi tad-drittijiet. |
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-eċċezzjoni adottata skont il-paragrafu 1 ma tapplikax b’mod ġenerali jew fir-rigward ta’ tipi speċifiċi ta’ xogħlijiet jew materji ieħor, sal-punt li liċenzji adegwati li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 ikunu disponibbli faċilment fis-suq. |
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-eċċezzjoni adottata skont il-paragrafu 1 ma tapplikax b’mod ġenerali jew fir-rigward ta’ tipi speċifiċi ta’ xogħlijiet jew materji oħra, sal-punt li liċenzji adegwati li tal-inqas jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 ikunu disponibbli faċilment fis-suq u adatti għall-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet tal-istabbilimenti edukattivi u l-entitajiet ċertifikati biex iwettqu attivitajiet ta’ tagħlim. |
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-viżibbiltà ta’ liċenzji li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 għall-istabbilimenti edukattivi. |
L-Istati Membri li jagħmlu użu mid-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-viżibbiltà tal-liċenzji li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 għall-istabbilimenti edukattivi u l-entitajiet ċertifikati biex iwettqu attivitajiet ta’ tagħlim. |
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jassistu b’mod attiv fl-iżgurar tad-disponibbiltà tal-liċenzji li tal-inqas jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 jew li jiffaċilitaw id-djalogu bejn id-detenturi tad-drittijiet u l-istabbilimenti edukattivi u l-entitajiet ċertifikati biex iwettqu attivitajiet ta’ tagħlim bil-għan li jistabbilixxu liċenzji speċifiċi li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1. |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liċenzji li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 jiġu publiċizzati b’mod adegwat permezz ta' għodod xierqa, bħal portal jew bażi ta' dejta uniċi aċċessibbli għal stabbilimenti edukattivi u entitajiet ċertifikati biex iwettqu attivitajiet ta’ tagħlim. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liċenzji disponibbli jkunu elenkati u jinżammu aġġornati fuq dawn l-għodod. |
|
Meta Stat Membru jkun għamel użu mid-dispożizzjoni fil-paragrafu 2 u liċenzja għall-użu diġitali ta’ xogħol ma tkunx murija fuq l-għodda msemmija fit-tieni subparagrafu, stabbiliment edukattiv jew entità ċertifikata biex twettaq attivitajiet ta’ tagħlim stabbiliti fit-territorju tiegħu għandhom ikunu koperti bl-eċċezzjoni prevista skont il-paragrafu 1. |
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli. |
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-użu ta’ xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta’ illustrazzjoni għat-tagħlim permezz ta’ netwerks elettroniċi sikuri li jkunu ttieħdu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala li jseħħu biss fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-istabbiliment edukattiv. |
3. L-użu ta’ xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta’ illustrazzjoni għat-tagħlim permezz ta’ netwerks elettroniċi sikuri li jkun sar f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu għandu jitqies bħala li seħħ biss fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-istabbiliment edukattiv jew l-entità ċertifikata biex twettaq attivitajiet ta’ tagħlim. |
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kumpens ġust għad-dannu mġarrab mid-detenturi tad-drittijiet minħabba l-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta’ materjal ieħor protett skont il-paragrafu 1. |
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprevedu kumpens ġust għad-detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet jew ta’ materji oħra protetti tagħhom skont il-paragrafu 1. |
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta’ din id-Direttiva, li jippermettu li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jagħmlu kopji ta’ kwalunkwe xogħol jew materjaoħra li huma permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom, f’kull forma jew mezz, għall-iskop waħdieni tal-preservazzjoni ta’ xogħlijiet bħal dawn jew materji oħra u sa fejn meħtieġ għal tali preservazzjoni. |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta’ din id-Direttiva, li tippermetti li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jagħmlu kopji ta’ jew jiddiġitizzaw kwalunkwe xogħol jew materji oħra li huma permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom, f’kull forma jew mezz, għall-iskop waħdieni tal-preservazzjoni ta’ xogħlijiet bħal dawn jew materji oħra u sa fejn meħtieġ għal tali preservazzjoni, mingħajr ma jimmodifikaw ix-xogħlijiet oriġinali lil hinn mill-grad neċessarju għall-preservazzjoni tagħhom. |
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta istituzzjoni tal-wirt kulturali tiddelega lil parti terza, inkluż fi Stat Membru ieħor, biex twettaq, taħt ir-responsabbiltà tagħha, att ta’ riproduzzjoni jew ta’ diġitizzazzjoni għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu għandha titqies li tapplika għal dak l-att ta’ riproduzzjoni jew ta’ diġitizzazzjoni, sakemm il-kopji kollha tax-xogħlijiet jew ta’ materji oħra jintbagħtu lura lill-istituzzjoni tal-wirt kulturali li qed tagħmel it-talba jew jitħassru. |
|
Kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli. |
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 5a |
|
L-użu ta’ siltiet jew kwotazzjonijiet qosra minn xogħlijiet jew materji oħra protetti bid-dritt tal-awtur f’kontenut imtella’ mill-utenti |
|
1. Fejn persuna fiżika tagħmel użu diġitali, mhux kummerċjali u proporzjonat ta’ siltiet qosra jew ta’ kwotazzjonijiet qosra minn xogħlijiet u materji oħra fil-ħolqien ta’ xogħol ġdid, li huwa jew hija jkunu tellgħu, għall-finijiet ta’ kritika, reviżjoni, illustrazzjoni, karikatura, parodija jew pastiche, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, il-punt (a) tal-Artikolu 5 u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva, dment li s-siltiet jew il-kwotazzjonijiet: |
|
(a) jirreletaw ma’ xogħlijiet jew materji oħra li jkunu diġà saru disponibbli legalment għall-pubbliku; |
|
(b) ikunu akkumpanjati bl-indikazzjoni tas-sors tagħhom, inkluż l-isem tal-awtur, sakemm dan ma jkunx sar impossibbli; u |
|
(c) jintużaw skont prattika ġusta u b’mod li ma jestendix lil hinn mill-iskop speċifiku li għalih dawn ikunu qegħdin jintużaw. |
|
2. Kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista f’dan l-Artikolu ma għandhiex tkun infurzabbli. |
|
3. Il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u/jew jipprovdu aċċess pubbliku għal xogħlijiet jew materji oħra protetti bid-drittijiet tal-awtur imtellgħa mill-utenti tagħhom, li b’hekk imorru lil hinn mis-sempliċi provvista ta’ faċilitajiet fiżiċi u t-twettiq ta’ att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku għandhom ikunu jistgħu jinvokaw għall-benefiċċju tagħhom l-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu sabiex jillimitaw ir-responsabbiltà tagħhom jew il-firxa tal-obbligi tagħhom taħt il-ftehimiet konklużi mad-detentuti tad-drittijiet bl-applikazzjoni tal-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva. |
|
4. L-eċċezzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjoni tal-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva. |
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Xogħol jew materji oħra għandhom jitqiesu li mhumiex fis-suq meta x-xogħol jew materja oħra kollha, fit-traduzzjonijiet, verżjonijiet u manifestazzjonijiet kollha tagħhom, ma jkunux disponibbli għall-pubbliku permezz tal-mezzi tas-soltu tal-kummerċ u ma jistgħux jiġu mistennija li jkunu. |
Xogħol jew materji oħra għandhom jitqiesu li mhumiex fis-suq meta x-xogħol jew materja oħra kollha, fil-verżjonijiet u l-manifestazzjonijiet kollha tagħhom, ma jkunux disponibbli għall-pubbliku permezz tal-mezzi tas-soltu tal-kummerċ u ma jistgħux jiġu mistennija li jkunu hekk fl-Istati Membri fejn l-organizzazzjoni kompetenti ta' mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjoni tal-wirt kulturali huma stabbiliti. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, xogħlijiet li qatt ma kienu fil-kummerċ, jew li qatt ma kienu intenzjonati li jkunu fil-kummerċ, għandhom ikunu trattati bħala li jinstabu barra mill-kummerċ. |
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom, b’konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiżguraw li r-rekwiżiti użati biex jiġi ddeterminat jekk xogħlijiet u materji oħra jistgħux jiġu awtorizzati b'konformità mal-paragrafu 1 ma jmorrux lil hinn minn dak meħtieġ u raġonevoli u ma jipprekludix il-possibbiltà li jiddeterminaw l-istatus mhux kummerċjali ta’ kollezzjoni bħala entità sħiħa, meta jista’ jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew il-materji l-oħra fil-kollezzjoni mhumiex fis-suq. |
L-Istati Membri għandhom, b’konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiżguraw li r-rekwiżiti użati biex jiġi ddeterminat jekk xogħlijiet u materji oħra huma barra mill-kummerċ jistgħux jiġu awtorizzati b'konformità mal-paragrafu 1 ma jmorrux lil hinn minn dak meħtieġ, proporzjonat, raġonevoli, jiġu mfassla għall-kategorija speċifika ta’ xogħlijiet jew materji oħra kkonċernati u ma jipprekludix il-possibbiltà li jiddeterminaw l-istatus mhux kummerċjali ta’ kollezzjoni bħala entità sħiħa, meta jista’ jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew il-materji l-oħra fil-kollezzjoni mhumiex fis-suq. |
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li jittieħdu miżuri xierqa ta’ reklamar dwar: |
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi ta’ reklamar dwar: |
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
inkluż matul perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma xogħlijiet jew materji oħra, distribwiti jkunu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikata lill-pubbliku jew magħmula disponibbli. |
inkluż għal perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma xogħlijiet jew materji oħra, distribwiti jkunu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikati lill-pubbliku jew magħmula disponibbli. |
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu regolari bejn l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet, u kull parti interessata rilevanti oħra, li fuq bażi settorjali jrawmu r-rilevanza u l-utilità tal-mekkaniżmi ta’ liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 7(1), jiżguraw l-effettività tas-salvagwardji għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija f’dan il-Kapitolu, notevolment fir-rigward tal-miżuri ta’ pubbliċità, u, jekk ikun il-każ jassistu fl-istabbiliment tar-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2). |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu regolari, speċifiku għas-settur bejn l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet, u kull parti interessata rilevanti oħra, li jrawmu r-rilevanza u l-utilità tal-mekkaniżmi ta’ liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 7(1), jiżguraw l-effettività tas-salvagwardji għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija f’dan il-Kapitolu, notevolment fir-rigward tal-miżuri ta’ pubbliċità, u, jekk ikun il-każ jassistu fl-istabbiliment tar-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2), b’mod partikolari rigward ir-rappreżentanza tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-kategorizzazzjoni tax-xogħlijiet. |
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw id-djalogu bejn id-detenturi tad-drittijiet bil-għan li jistabbilixxu organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li jkopru d-drittijiet rilevanti fil-kategorija tax-xogħlijiet tagħhom. |
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
B’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-Unjoni rigward ir-riżultati ta’ kwalunkwe djalogu stabbilit skont dan l-Artikolu. |
Emenda 68 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Mekkaniżmi ta' negozjar |
Appoġġ għad-disponibbiltà ta’ xogħlijiet awdjoviżivi |
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-partijiet li jixtiequ jikkonkludu ftehim bl-iskop li jagħmlu disponibbli xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand jiffaċċjaw diffikultajiet li jirrigwardaw il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ drittijiet, jistgħu jiddependu fuq l-assistenza ta’ korp imparzjali b’esperjenza rilevanti. Dak il-korp għandu jipprovdi assistenza fin-negozjati u biex jintlaħaq ftehim. |
1. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw id-disponibbiltà tax-xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi tal-video-on-demand billi jiżguraw li, fejn il-partijiet rilevanti li jixtiequ jikkonkludu ftehim bl-iskop li jagħmlu disponibbli xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand jiffaċċjaw diffikultajiet li jirrigwardaw il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ drittijiet, jistgħu, bi ftehim reċiproku, jiddependu fuq l-assistenza ta’ korp imparzjali b’esperjenza rilevanti li għandu jinħatar mill-Istati Membri għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.Dak il-korp għandu jipprovdi assistenza imparzjali fin-negozjati bil-għan li jiġu konklużi ftehimiet reċiprokament aċċettabbli. |
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. L-Istati Membri għandhom irawmu d-djalogu bejn l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-awturi, il-produtturi, il-pjattaformi tal-video-on-Demand u partijiet interessati rilevanti oħra. |
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-protezzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi diġitali |
Il-protezzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa |
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa bid-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-użu diġitali tal-pubblikazzjonijiet stampati tagħhom. |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa bid-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-użu tal-pubblikazzjonijiet stampati tagħhom. |
Emenda 73 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx jimpedixxu l-użu leġittimu privat u mhux kummerċjali tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa minn utenti individwali. |
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiskadu 20 sena wara l-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjoni tal-istampa. Dan it-terminu għandu jiġi kkalkulat mill-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni. |
4. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiskadu tmien snin wara l-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjoni tal-istampa. Dan it-terminu għandu jiġi kkalkulat mill-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni. |
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiżguraw li sehem ġust tar-remunerazzjoni mill-użi tad-drittijiet tal-pubblikaturi tal-istampa jiġi attribwit lill-ġurnalisti. |
Emenda 76 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li meta l-awtur ikun ittrasferixxa jew illiċenzja d-dritt lil pubblikatur, tali trasferiment jew liċenzja jikkostitwixxu bażi ġuridika suffiċjenti biex il-pubblikatur jitlob sehem mill-kumpens għall-użi tax-xogħlijiet li saru skont eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt trasferit jew liċenzjat. |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li meta l-awtur ikun ittrasferixxa, assenja jew illiċenzja dritt lil pubblikatur, dak il-pubblikatur għandu jitqies bħala detentur tad-dritt bis-saħħa u sal-limitu ta’ tali trasferiment, assenjazzjoni jew liċenzja.Għalhekk, tali trasferiment, assenjazzjoni jew liċenzja għandhom jikkostitwixxu bażi ġuridika suffiċjenti biex il-pubblikatur jitlob sehem mill-kumpens għall-użi tax-xogħlijiet li saru taħt eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt trasferit, assenjat jew liċenzjat. |
Emenda 77 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-użu ta’ kontenut protett minn fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jagħtu aċċess għal ammonti kbar ta’ xogħlijiet u materji oħra mtella’ mill-utenti tagħhom |
L-użu ta’ kontenut protett minn fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u/jew jagħtu aċċess għal ammonti sinifikanti ta’ xogħlijiet u materjal tematiku ieħor mtella’ mill-utenti tagħhom |
Emenda 78 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal ammonti kbar ta’ xogħlijiet jew materji oħra mtella’ mill-utenti tagħhom għandhom, b’kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, jieħdu miżuri biex jiżguraw il-funzjonament ta’ ftehimiet konklużi ma’ detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta’ materji oħra jew biex jipprevjenu d-disponibbiltà fuq is-servizzi tagħhom ta’ xogħlijiet jew materji oħra identifikati mid-detenturi tad-drittijiet permezz ta’ kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz. Dawk il-miżuri, bħall-użu ta’ teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut effettivi, għandhom ikunu xierqa u proporzjonati. Il-fornituri tas-servizz għandhom jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b’informazzjoni xierqa dwar l-iskjerament u l-implimentazzjoni tal-miżuri, kif ukoll, fejn rilevanti, rappurtar adegwat dwar ir-rikonoxximent u l-użu ta’ xogħlijiet u materji oħra. |
1. Fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u/jew jipprovdu aċċess pubbliku għal xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materji oħra mtellgħa mill-utenti tagħhom, u b’hekk imorru lil hinn mis-sempliċi provvista ta’ faċilitajiet fiżiċi u t-twettiq ta’ att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, għandhom jikkonkludu ftehimiet ta’ liċenzjar ġusti u bbilanċjati ma’ detenturi tad-drittijiet li jagħmlu t-talba. Skont il-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet, dawn il-fornituri ta’ servizzi għandhom, b’kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, jieħdu miżuri biex jiżguraw il-funzjonament effettiv u trasparenti tal-ftehimiet konklużi mad-detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew materji oħra. |
|
Fejn, fin-nuqqas ta’ talba mingħand id-detentur tad-dritt, l-ebda ftehim ta’ liċenzjar ma jiġi konkluż skont l-ewwel subparagrafu, jew fejn fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu ammonti sinifikanti ta’ xogħlijiet jew materji oħra protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew jipprovdu lill-pubbliku aċċess għalihom huma eliġibbli għal eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE, dawk il-fornituri għandhom jieħdu miżuri biex jipprevjenu d-disponibbiltà fuq is-servizzi ta’ xogħlijiet jew materji oħra tagħhom identifikati mid-detenturi tad-drittijiet permezz ta’ kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz. |
|
Dawk il-miżuri, bħall-użu ta’ teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut effettivi, għandhom ikunu xierqa, proporzjonati u konformi mal-istandards tal-industrija rilevanti. Il-fornituri tas-servizz għandhom jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b’informazzjoni xierqa dwar il-funzjonament u l-implimentazzjoni tal-miżuri, kif ukoll, fejn rilevanti, rappurtar adegwat dwar ir-rikonoxximent u l-użu ta’ xogħlijiet u materji oħra tad-detenturi tad-drittijiet. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jipprovdu lill-fornitur tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni bid-dejta rilevanti u meħtieġa sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tal-miżuri implimentati mill-fornitur f’konformità ma’ dan l-Artikolu. |
Emenda 79 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ipoġġu fis-seħħ mekkaniżmi ta’ ilmenti u rimedji li huma disponibbli għall-utenti f’każ ta’ tilwim dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi għad-detenturi tad-drittijiet biex jitolbu liċenzji u mekkaniżmi ta’ lmenti u rimedji li huma disponibbli għall-utenti f’każ ta’ tilwim dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari rigward l-applikazzjoni possibbli ta’ eċċezzjoni jew limitazzjoni għal kwalunkwe dritt li jkopri l-kontenut ikkonċernat. Meta tali mekkaniżmu jiġi attivat, kwalunkwe remunerazzjoni li tirriżulta mill-kontenut ikkontestat matul il-proċedura ma għandha titqassam lil ebda parti sakemm ma tkunx riżolta t-tilwima fil-qafas tal-mekkaniżmu. |
Emenda 80 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-mekkaniżmu ta’ lmenti u ta’ rimedji stabbilit skont l-ewwel subparagrafu għandu jiżgura li l-utenti u d-detenturi tad-drittijiet ikollhom aċċess għal informazzjoni suffiċjenti dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet rilevanti li jistgħu japplikaw b’relazzjoni mal-kontenut affettwat mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. |
Emenda 81 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kwalunkwe lment imressaq minn utent fil-qafas tal-mekkaniżmu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi pproċessat mid-detentur tad-drittijiet rilevanti f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Id-detentur tad-drittijiet għandu debitament jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu fir-rigward tal-ilment. |
Emenda 82 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Meta l-fornituri tas-soċjetà tal-informazzjoni jieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn il-miżuri għandhom ikunu f’konformità sħiħa mad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE. Miżuri għall-prevenzjoni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni mhux awtorizzat ta’ xogħlijiet jew materji oħra protetti bid-dritt tal-awtur għandhom ikunu limitati għal xogħlijiet speċifikament identifikati u debitament notifikati u ma għandhomx jikkonsistu f’monitoraġġ attiv tad-dejta kollha ta’ kull utent tas-servizz. |
Emenda 83 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, meta jkun jixraq, il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni permezz ta’ djalogu mal-partijiet interessati biex jiddefinixxu l-aħjar prassi, bħal teknoloġiji għall-għarfien tal-kontenut xierqa u proporzjonati, filwaqt li titqies, fost l-oħrajn, in-natura tas-servizzi, id-disponibbiltà tat-tekonoloġiji u l-effettività tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. |
3. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, meta jkun jixraq, il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni permezz ta’ djalogu mal-partijiet interessati biex jiddefinixxu l-aħjar prassi, bħal teknoloġiji għall-għarfien tal-kontenut xierqa u proporzjonati, filwaqt li titqies, inter alia, in-natura tas-servizzi, id-disponibbiltà u tal-prezz raġonevoli tat-tekonoloġiji u l-effettività tagħhom fir-rigward tal-firxa tat-tipi ta’ kontenut u fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. B’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-Unjoni kollha rigward ir-riżultati ta’ kwalunkwe kooperazzjoni stabbilita skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. |
Emenda 84 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom iħeġġu soluzzjonijiet immexxija mill-industrija biex jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi għas-settur u l-infurzar effettiv ta’ miżuri eżistenti li jindirizzaw il-piraterija, inkluża s-sensibilizzazzjoni dwar mezzi legali għall-aċċess għal xogħlijiet jew materji oħra protetti bid-drittijiet tal-awtur. |
Emenda 85 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li t-tilwim bejn id-detenturi tad-drittijiet u l-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jista’ jiġi sottopost għal mekkaniżmu alternattiv ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim. |
|
L-Istati Membri għandhom joħolqu jew jaħtru korp imparzjali b’għarfien rilevanti biex jassistu lill-partijiet fir-riżoluzzjoni tat-tilwima tagħhom fil-qafas tal-mekkaniżmu previst fl-ewwel subparagrafu. |
|
Mhux aktar tard minn... [id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)] l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-korp imsemmi fis-subparagrafu 2. |
Emenda 86 Proposta għal direttiva Artikolu 13a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 13a |
|
L-użu ta’ kontenut protett minn fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jipprovdu referenzjar ta’ immaġni awtomatizzat |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li awtomatikament jirriproduċu jew jirreferu għal ammonti sinifikanti ta’ xogħlijiet viżivi protetti bid-drittijiet tal-awtur u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ indiċizzar u ta’ referenzjar jikkonkludu ftehimiet ta’ liċenzjar ġusti u bbilanċjati ma’ kwalunkwe detentur tad-drittijiet li jitlob dan sabiex jiżguraw ir-remunerazzjoni ġusta tagħhom. Tali remunerazzjoni tista’ tiġi ġestita mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tad-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati. |
Emenda 87 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari u meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur, informazzjoni f’waqtha, adegwata u suffiċjenti dwar l-isfruttar tax-xogħlijiet u l-wirjiet tagħhom minn dawk li lilhom ikunu llliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-modi ta’ sfruttament, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu tal-inqas darba fis-sena u meta jqisu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur, informazzjoni f’waqtha, adegwata, preċiża u suffiċjenti dwar l-isfruttar u l-promozzjoni tax-xogħlijiet u l-prestazzjonijiet tagħhom minn dawk li lilhom ikunu lliċenzjaw, assenjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-modi ta’ sfruttament, l-attivitajiet promozzjonali mwettqa, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut. |
Emenda 88 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, kwalunkwe suċċessur fit-titolu rilevanti għandu jipprovdi lill-benefiċjarju ta’ liċenzja jew trasferiment ta’ drittijiet bl-informazzjoni meħtieġa u rilevanti biex jippermetti lil dak il-benefiċjarju jissodisfa l-obbligi previsti skont l-ewwel subparagrafu. |
Emenda 89 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv u għandu jiżgura livell xieraq ta’ trasparenza f’kull settur. Madankollu, f’dawk il-każijiet fejn il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu jkun sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-obbligu fil-paragrafu 1, dment li dak l-obbligu jibqa’ l-istess u li jiżgura livell xieraq ta’ trasparenza. |
L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv u għandu jiżgura livell għoli ta’ trasparenza f’kull settur. Madankollu, f’dawk il-każijiet fejn il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu jkun sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-obbligu fil-paragrafu 1, dment li dak l-obbligu jibqa’ l-istess u li jiżgura livell xieraq ta’ trasparenza u n-natura sproporzjonata tal-piż tkun debitament ġustifikata. |
Emenda 90 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ proċeduri standard speċifiċi għas-settur permezz ta’ djalogu mal-partijiet interessati, u jħeġġu pproċessar awtomatizzat li jagħmel użu minn identifikaturi internazzjonali ta' xogħlijiet. |
Emenda 91 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Fejn ftehimiet eżistenti ta’ negozjar kollettiv jipprovdu għal rekwiżiti paragunabbli li jirriżultaw f’livell ta’ trasparenza li huwa ekwivalenti għal dak imsemmi fil-paragrafu 2, l-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jitqies li ġie sodisfatt. |
Emenda 92 Proposta għal direttiva Artikolu 14a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 14a |
|
Id-dritt inaljenabbli għal remunerazzjoni ġusta għall-awturi u l-artisti |
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-awturi u l-artisti jitrasferixxu jew jassenjaw id-dritt li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku x-xogħolijiet jew materji oħra għall-użu tagħhom fuq is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jagħmlu disponibbli xogħlijiet jew materji oħra permezz ta’ katalgu liċenzjat, dawk l-awturi u l-artisti jżommu d-dritt li jiksbu remunerazzjoni ġusta minn tali użu. |
|
2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tneħħija tad-dritt ta’ awtur jew artist li jikseb remunerazzjoni ġusta għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tax-xogħol tiegħu kif deskritt fil-paragrafu 1. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika fejn awtur jew artist tagħti jagħti dritt mingħajr ħlas u mhux esklussiv għall-benefiċċju tal-utenti kollha għall-użu tax-xogħol tiegħu. |
|
3. L-amministrazzjoni tad-dritt għal remunerazzjoni ġusta għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ xogħol tal-awtur jew tal-artist għandha tkun fdata f’idejn organizzazzjoni rispettiva ta’ mmaniġġjar kollettiv. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jiġbru r-remunerazzjoni ġusta mis-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jqiegħdu x-xogħlijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
|
4. Fejn id-dritt għal remunerazzjoni ġusta diġà ġie previst fi ftehimiet relatati ma’ xogħlijiet awdjoviżivi jew fi ftehimiet kollettivi, inklużi ftehimiet volontarji ta’ mmaniġġjar kollettiv, bejn l-awtur jew artist u l-kontroparti kuntrattwali tiegħu, id-dispożizzjonijiet f’dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti. |
Emenda 93 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti huma intitolati li jitolbu aktar, remunerazzjoni xierqa mill-parti li magħha jkunu daħlu f’kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti, jew ir-rappreżentanti maħtura tagħhom, ikunu intitolati jitolbu remunerazzjoni addizzjonali ġusta mill-parti li magħha jkunu daħlu f’kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet meta ġustifikazzjoni dovuta tingħata biex jiġi ppruvat li r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet. |
Emenda 94 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu fil-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-kontribuzzjoni tal-awtur jew l-artist ma tkunx sinifikanti fil-kuntest tan-natura globali tax-xogħol jew tal-prestazzjoni. |
Emenda 95 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull tilwim dwar l-obbligu tat-trasparenza skont l-Artikolu 14 u l-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-kuntratt skont l-Artikolu 15 jistgħu jitressqu għal proċedura volontarja u alternattiva għar-riżulozzjoni tat-tilwim. |
Mingħajr preġudizzju għal rimedji ġudizzjarji oħra, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li t-tilwim dwar l-obbligu tat-trasparenza skont l-Artikolu 14, il-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-kuntratt skont l-Artikolu 15 u d-dritt inaljenabbli għal remunerazzjoni skont l-Artikolu 14a jistgħu jitressqu għal proċedura alternattiva għar-riżoluzzjoni tat-tilwim volontarja. |
Emenda 96 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinbeda minn kwalunkwe waħda mill-partijiet fit-tilwima jew permezz ta’ azzjoni kollettiva minn diversi awturi jew artisti li għandhom l-istess sieħeb kuntrattwali u pretensjonijiet simili, jew tista’ tinbeda f’isimhom permezz ta’ organizzazzjoni kollettiva li tirrappreżentahom. L-ispejjeż marbuta direttament mal-proċedura għandhom ikunu raġonevoli. |
ANNESS: LISTA TA’ ENTITAJIET JEW PERSUNILI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA INPUT MINGĦANDHOM
Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabilità esklużiva tar-rapporteur għal opinjoni. Ir-rapporteur irċieva kontribut mingħand dawn l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tal-abbozz ta’ rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:
Metodoloġija: L-għan tad-dokument li ġej, li kien is-suġġett tal-abbozz ta’ opinjoni tar-Rapporteur, huwa li jelenka l-partijiet interessati kollha li taw kontribut għad-Direttiva. Il-lista tkopri l-partijiet interessati li taw il-kontribut tagħhom matul laqgħa wiċċ imb'wiċċ jew b’telefonata, kemm wara talba għal-laqgħa jew diskussjoni b’ċans (dment li l-iskambju kien twil biżżejjed biex ikun ekwivalenti għal laqgħa u kkonċerna s-sustanza tad-Direttiva).
Meta l-kumpaniji tal-affarijiet pubbliċi organizzaw laqgħa, il-klijent ikkonċernat huwa indikat.
Il-lista hija pprovduta fl-ordni kronoloġika, mill-ewwel laqgħa sa dik l-aktar riċenti.
Il-lista attwali tkopri laqgħat li seħħew bejn id-data meta r-Rapporteur ġie maħtur uffiċjalment (26 ta’ Ottubru 2016) u d-data meta l-abbozz ta' opinjoni ntbagħat lis-Segretarjat tal-Kumitat CULT (3 ta’ Frar 2017).
Entità u/jew persuna |
|
PRS For Music |
|
Syndicat de la Presse Quotidienne Nationale |
|
Association de la Presse d’information Politique et Générale |
|
LERU |
|
Science Europe |
|
Représentation permanente de la France auprès de l’Union européenne |
|
EDRi |
|
BEUC |
|
|
|
Edima |
|
SNEP |
|
SCAM |
|
SACD |
|
Europeana |
|
Authors’ Group |
|
IFJ |
|
FERA |
|
EWC |
|
EPC |
|
EBLIDA |
|
IFLA |
|
IFRRO |
|
Communia |
|
International Association of STM Publishers |
|
SAA |
|
ENPA |
|
EMMA |
|
CMS - Axel Springer |
|
GESAC |
|
CEPIC |
|
Sacem |
|
Audible Magic |
|
IFPI |
|
Avisa - Springer-Nature |
|
IMPALA |
|
FEP |
|
SNE |
|
Kreab - Soundcloud |
|
Représentation permanente de la France auprès de l’Union européenne |
|
NotaBene (YouTuber) |
|
Dave Sheik (YouTuber) |
|
La Tronche en Biais (YouTuber) |
|
DanyCaligula (YouTuber) |
|
Cabinet DN - RELX Group |
|
News Media Europe |
|
France Télévisions |
|
IFJ |
|
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali |
||||
Referenzi |
COM(2016)0593 – C8-0383/2016 – 2016/0280(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 6.10.2016 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CULT 6.10.2016 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Marc Joulaud 7.11.2016 |
||||
Eżami fil-kumitat |
28.2.2017 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
11.7.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 8 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Morten Messerschmidt, Luigi Morgano, Momchil Nekov, John Procter, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Mary Honeyball, Marc Joulaud, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Martina Michels |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Lefteris Christoforou, Maria Heubuch |
||||
VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
20 |
+ |
|
ALDE |
María Teresa Giménez Barbat, Morten Løkkegaard |
|
PPE |
Lefteris Christoforou, Marc Joulaud, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Michaela Šojdrová |
|
S&D |
Silvia Costa, Giorgos Grammatikakis, Mary Honeyball, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Julie Ward, Krystyna Łybacka |
|
Verts/ALE |
Maria Heubuch, Helga Trüpel |
|
8 |
- |
|
ALDE |
Yana Toom |
|
ECR |
Emma McClarkin, Morten Messerschmidt, John Procter |
|
EFDD |
Isabella Adinolfi |
|
GUE/NGL |
Nikolaos Chountis, Martina Michels |
|
S&D |
Petra Kammerevert |
|
1 |
0 |
|
ENF |
Dominique Bilde |
|
It-tifsira tas-simboli:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (22.11.2017)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali
(COM(2016)0593 – C8-0383/2016 – 2016/0280(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Michał Boni
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat LIBE jiffoka fuq l-Artikolu 13 tad-Direttiva u l-premessi rispettivi.
Filwaqt li l-Kumitat LIBE huwa responsabbli għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali rikonoxxuti mill-Karta tal-Unjoni Ewropea, dan l-abbozz ta' opinjoni jirrifletti l-objettiv li jiġi żgurat li kwalunkwe soluzzjoni adottata f'dan l-istrument legali se tkun qed tirrispetta l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
L-abbozz ta' opinjoni jipprovdi kjarifiki dwar liema fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni huma koperti minn dan l-Artikolu. Il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jwettqu att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u li huma attivament u direttament involuti fl-attività li biha jippermettu lill-utenti jtellgħu l-materjal, filwaqt li jagħmlu x-xogħlijiet disponibbli għall-pubbliku u jippromwovuhom, għandhom jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar mad-detenturi tad-drittijiet. Dawk li jipprovdu servizz ta' natura sempliċement teknika, awtomatika u passiva se jkunu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet. L-Artikolu 13 jissottolinja wkoll li l-fornituri tas-servizzi eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà skont id-Direttiva 2000/31/KE wkoll għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni.
Sabiex jiġu implimentati l-ftehimiet ta' liċenzjar, il-fornituri tas-servizzi għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati. Għal raġunijiet ta' newtralità teknoloġika u filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet teknoloġiċi tal-SMEs u l-istartups, l-abbozz ta' opinjoni jitkellem dwar "miżuri xierqa u proporzjonati" peress li dan huwa terminu usa' li jista' jinkludi teknoloġiji u/jew miżuri oħra. Tali approċċ jiżgura wkoll in-newtralità teknoloġika. Kwalunkwe miżura applikata għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/KE.
Sabiex jiġu implimentati l-ftehimiet ta' liċenzjar, l-abbozz ta' opinjoni jenfasizza l-ħtieġa ta' kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet. Ċerti dettalji dwar din il-kooperazzjoni ġew spjegati fl-abbozz ta' opinjoni. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jipprovdu lill-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni identifikazzjoni preċiża tax-xogħlijiet jew materji oħra li fir-rigward tagħhom huma għandhom id-drittijiet tal-awtur. Il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni għandhom jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar il-miżuri użati u dwar il-preċiżjoni tal-funzjonament tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi f'kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet jistabbilixxu mekkaniżmu ta' lmenti għal utenti li jsostnu li għandhom id-dritt jew l-eżenzjoni għall-użu ta' xogħlijiet protetti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll il-mekkaniżmu ta' rimedju għall-utenti.
Sabiex jiġi żgurat li jitqies leħen l-utenti meta jiġu stabbiliti l-aħjar prattiki għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet, ir-rappreżentanti tal-utenti għandhom jitħallew jieħdu sehem fid-djalogu mal-partijiet ikkonċernati kollha involuti.
EMENDI
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 38 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |