RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA

6.9.2018 - (COM(2017)0489 – C8-0311/2017 – 2017/0226(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Sylvia-Yvonne Kaufmann


Proċedura : 2017/0226(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0276/2018
Testi mressqa :
A8-0276/2018
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA

(COM(2017)0489 – C8-0311/2017 – 2017/0226(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0489),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0311/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mis-Senat Ċek u mill-Parlament Spanjol dwar l-abbozz tal-att leġiżlattiv,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0276/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA44 jenħtieġ li tiġi aġġornata u komplementata b'dispożizzjonijiet ulterjuri dwar reati, pieni u l-kooperazzjoni transfruntiera.

(3)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA44 jenħtieġ li tiġi aġġornata u komplementata sabiex tinkludi dispożizzjonijiet ulterjuri dwar reati, b'mod partikolari relatati ma' frodi relatata mal-kompjuters, pieni, prevenzjoni u assistenza lill-vittmi u kooperazzjoni transfruntiera.

__________________

__________________

44 Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA tat-28 ta' Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta' mezzi ta' ħlas bi flus mhux kontanti (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1)

44 Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA tat-28 ta' Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta' mezzi ta' ħlas bi flus mhux kontanti (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1)

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Lakuni u differenzi sinifikanti fil-liġijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-frodi u tal-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti jistgħu jfixklu l-ġlieda kontra din it-tip ta' kriminalità kif ukoll kriminalità organizzata u serja oħra relatata magħha u ffaċilitata permezz tagħha, u jistgħu jikkumplikaw il-kooperazzjoni effettiva tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'dan il-qasam.

(4)  Lakuni u differenzi sinifikanti fil-liġijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-frodi u tal-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti jostakolaw il-prevenzjoni, id-detezzjoni u s-sanzjonar ta' din it-tip ta' kriminalità kif ukoll kriminalità organizzata u serja oħra relatata magħha u ffaċilitata permezz tagħha, u jikkumplikaw il-kooperazzjoni effettiva tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'dan il-qasam b'impatt dirett fuq is-sigurtà taċ-ċittadini.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  L-użu ta' tipi ġodda ta' strumenti ta' pagament joħolqu opportunitajiet għall-konsumaturi u għan-negozji iżda jżidu wkoll l-opportunitajiet għall-frodi. Il-frodi mhux biss tintuża sabiex tiffinanzja l-gruppi kriminali, iżda tillimita wkoll l-iżvilupp tas-suq uniku diġitali u tagħmilha aktar bi tqila għaċ-ċittadini biex jagħmlu xiri online.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Id-definizzjonijiet komuni f'dan il-qasam huma importanti sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti mill-Istati Membri fl-applikazzjoni tagħhom ta' din id-Direttiva. Hemm bżonn li d-definizzjonijiet ikopru tipi ġodda ta' strumenti ta' pagament, bħal flus elettroniċi u muniti virtwali.

(7)  Id-definizzjonijiet komuni f'dan il-qasam huma importanti sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti mill-Istati Membri fl-applikazzjoni tagħhom ta' din id-Direttiva u sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Hemm bżonn li d-definizzjonijiet ikopru tipi ġodda ta' strumenti ta' pagament, bħal flus elettroniċi u muniti virtwali.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Il-fatturi foloz li magħhom jistgħu jiġu estratti l-kredenzjali ta' pagament jenħtieġ li jkunu kkunsidrati bħala tentattiv ta' approprjazzjoni illegali kif imsemmi fl-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Miżuri effettivi u effiċjenti tal-liġi kriminali huma essenzjali għall-protezzjoni tal-mezzi ta' pagament bi flus mhux kontanti kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni. B'mod partikolari, hemm bżonn ta' approċċ komuni mil-liġi kriminali fir-rigward tal-elementi kostitwenti ta' mġiba kriminali li jikkontribwixxu jew iħejju t-triq għall-użu frodulenti effettiv tal-mezzi ta' pagament. Imġiba bħall-ġbir u l-pussess ta' strumenti ta' pagament b'intenzjoni li titwettaq frodi, pereżempju permezz ta' phishing jew skimming, u d-distribuzzjoni tagħhom, pereżempju permezz tal-bejgħ ta' informazzjoni dwar karti ta' kreditu fuq l-internet, jenħtieġ għalhekk li ssir reat kriminali fiha nfisha mingħajr ma tkun direttament marbuta mal-użu frodulenti effettiv ta' mezzi ta' pagament. Għalhekk tali mġiba kriminali jenħtieġ li tinkludi wkoll ċirkostanzi fejn il-pussess, l-akkwist jew id-distribuzzjoni ma jwasslux neċessarjament għall-użu frodulenti ta' dawn l-istrumenti ta' pagament, jekk it-trasgressur ikun konxju minn tali possibbiltà (dolus eventualis). Din id-Direttiva ma tissanzjonax l-użu leġittimu ta' strument ta' pagament, inkluż f'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi innovattivi tal-pagament, bħal servizzi li spiss jiġu żviluppati minn kumpaniji tat-teknoloġija finanzjarja.

(9)  Miżuri effettivi u effiċjenti tal-liġi kriminali huma essenzjali għall-protezzjoni tal-mezzi ta' pagament bi flus mhux kontanti kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni. B'mod partikolari, hemm bżonn ta' approċċ komuni mil-liġi kriminali fir-rigward tal-elementi kostitwenti ta' mġiba kriminali li jikkontribwixxu jew iħejju t-triq għall-użu frodulenti effettiv tal-mezzi ta' pagament. Imġiba bħall-ġbir ta' strumenti ta' pagament b'intenzjoni li titwettaq frodi, pereżempju permezz ta' phishing jew skimming, u d-distribuzzjoni tagħhom, pereżempju permezz tal-bejgħ ta' informazzjoni dwar karti ta' kreditu fuq l-internet, jenħtieġ għalhekk li ssir reat kriminali fiha nfisha mingħajr ma tkun direttament marbuta mal-użu frodulenti effettiv ta' mezzi ta' pagament. Għalhekk tali mġiba kriminali jenħtieġ li tinkludi wkoll ċirkostanzi fejn l-akkwist jew id-distribuzzjoni ma jwasslux neċessarjament għall-użu frodulenti ta' dawn l-istrumenti ta' pagament, jekk it-trasgressur ikun konxju minn tali possibbiltà (dolus eventualis). Il-pussess ta' strument ta' pagament misruq jew inkella approprjat illegalment, jew falz jew iffalsifikat, jenħtieġ li jkun kopert jekk il-persuna li tippossjedih tkun taf meta tirċevih li tali strument ikun ġie minn attività kriminali jew minn att ta' parteċipazzjoni f'tali attività. Din id-Direttiva ma tissanzjonax l-użu leġittimu ta' strument ta' pagament, inkluż f'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi innovattivi tal-pagament, bħal servizzi li spiss jiġu żviluppati minn kumpaniji tat-teknoloġija finanzjarja.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Is-sanzjonijiet u l-pieni għall-frodi u għall-falsifikazzjoni tal-mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi madwar l-Unjoni kollha.

(10)  Is-sanzjonijiet u l-pieni għall-frodi u għall-falsifikazzjoni tal-mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi madwar l-Unjoni kollha sabiex jiskoraġġixxu l-frodi ta' dan it-tip u għall-prevenzjoni ta' reati simili. Din id-Direttiva ma tipprojbixxix lill-Istati Membri milli japplikaw regoli u sanzjonijiet aktar stretti fir-rigward tal-frodi u l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Huwa xieraq li jkunu previsti pieni aktar ħorox meta r-reat jitwettaq minn organizzazzjoni kriminali, kif definit fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI45, jew fejn reat jitwettaq fuq skala kbira, u b'hekk ikun jinvolvi dannu estensiv jew konsiderevoli għall-vittmi jew vantaġġ aggregat għat-trasgressur ta' mill-inqas EUR 20 000.

(11)  Huwa xieraq li jkunu previsti pieni aktar ħorox meta r-reat jitwettaq minn organizzazzjoni kriminali, kif definit fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI45, jew fejn reat jitwettaq fuq skala kbira, u b'hekk ikun jinvolvi dannu estensiv jew konsiderevoli għall-vittmi. Il-fatt li reat jinvolvi vantaġġ finanzjarju aggregat sinifikanti jew għadd kbir ta' vittmi jenħtieġ li jitqies bħala ċirkostanza aggravanti.

__________________

__________________

45 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

45 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ir-regoli ta' ġurisdizzjoni jenħtieġ li jiżguraw li r-reati stabbiliti f'din id-Direttiva jiġu pproċessati b'mod effettiv. B'mod ġenerali, ir-reati l-aħjar jiġu trattati mis-sistema tal-ġustizzja kriminali tal-pajjiż li iseħħu fih. L-Istati Membri jenħtieġ għalhekk li jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom fuq reati mwettqa fit-territorju tagħhom, fuq reati mwettqa miċ-ċittadini tagħhom u fuq reati li jikkawżaw dannu fit-territorju tagħhom.

(12)  Ir-regoli ta' ġurisdizzjoni jenħtieġ li jiżguraw li r-reati stabbiliti f'din id-Direttiva jiġu pproċessati b'mod effettiv u skont sett ċar ta' kriterji. B'mod ġenerali, ir-reati l-aħjar jiġu trattati mis-sistema tal-ġustizzja kriminali tal-pajjiż li jseħħu fih. L-Istati Membri jenħtieġ għalhekk li jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom fuq reati mwettqa fit-territorju tagħhom, fuq reati mwettqa miċ-ċittadini tagħhom u fuq reati li jikkawżaw dannu fit-territorju tagħhom. Meta reat jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jikkooperaw flimkien sabiex jiddeċiedu liema minnhom għandu jinvestiga l-każ, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju ne bis in idem. Għal dak il-għan jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jirrikorru għall-Eurojust sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom u l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tagħhom.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Minħabba l-ħtieġa ta' għodda speċjali għal investigazzjoni effettiva tal-frodi u tal-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti, u r-rilevanza tagħha għal kooperazzjoni internazzjonali effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha jenħtieġ li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom miżuri investigatorji li normalment jintużaw għal każijiet li jinvolvu kriminalità organizzata u kriminalità serja oħra biex jinvestigaw dawn ir-reati. B'kont meħud tal-prinċipju tal-proporzjonalità, l-użu ta' din l-għodda skont il-liġi nazzjonali jenħtieġ li tkun proporzjonat man-natura u mal-gravità tar-reati taħt investigazzjoni. Barra minn hekk, awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li jkollhom aċċess f'waqtu għal informazzjoni rilevanti sabiex jinvestigaw u jipproċessaw ir-reati stabbiliti f'din id-Direttiva.

(15)  Minħabba l-ħtieġa ta' għodod speċjali għal investigazzjoni effettiva tal-frodi u tal-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti, u r-rilevanza tagħhom għal kooperazzjoni internazzjonali effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha jenħtieġ li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom għodod investigattivi adegwati biex jinvestigaw dawn ir-reati. B'kont meħud tal-prinċipju tal-proporzjonalità, l-użu ta' din l-għodda skont il-liġi nazzjonali jenħtieġ li tkun proporzjonat man-natura u mal-gravità tar-reati taħt investigazzjoni. Barra minn hekk, awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li jkollhom aċċess f'waqtu għal informazzjoni rilevanti sabiex jinvestigaw u jipproċessaw ir-reati stabbiliti f'din id-Direttiva. Jenħtieġ li jiġu allokati riżorsi umani u finanzjarji adegwati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinvestigaw kif xieraq u jipproċessaw ir-reati stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  In-natura transfruntiera tar-reati stabbiliti f'din id-Direttiva teħtieġ rispons ikkordinat b'saħħtu u kooperazzjoni fi ħdan u bejn l-Istati Membri. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jsir użu effiċjenti tal-għodod u r-riżorsi disponibbli għall-kooperazzjoni, bħal pereżempju r-rikonoxximent reċiproku u l-assistenza legali fir-rigward tar-reati koperti minn din id-Direttiva, irrispettivament mil-limitu ta' penalitajiet previsti fil-liġi nazzjonali għal dawk ir-reati.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  F'ħafna każijiet, l-attivitajiet kriminali huma l-bażi ta' inċidenti li jeħtieġ jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rilevanti skont id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill46. Inċidenti bħal dawn jistgħu jiġu suspettati li jkunu ta' natura kriminali anki jekk l-evidenza ta' reat kriminali ma tkunx ċara biżżejjed mill-bidu nett. F'dan il-kuntest, l-operaturi ta' servizzi essenzjali u l-fornituri ta' servizzi diġitali jenħtieġ li jkunu mħeġġa jikkondividu r-rapporti meħtieġa skont id-Direttiva (UE) 2016/1148 mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jissawwar rispons effettiv u komprensiv u biex jiġu ffaċilitati l-attribuzzjoni u responsabbiltà tat-trasgressuri għall-azzjonijiet tagħhom. B'mod partikolari, il-promozzjoni ta' ambjent bla periklu, sigur u aktar reżiljenti teħtieġ rapportar sistematiku lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-inċidenti ssuspettati li huma ta' natura kriminali serja. Barra minn hekk, fejn rilevanti, Skwadri ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters maħtura skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/1148 jenħtieġ li jkunu involuti fl-investigazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi bil-għan li jipprovdu informazzjoni, kif meqjus xieraq fil-livell nazzjonali, kif ukoll jipprovdu kompetenza esperta f'sistemi ta' informazzjoni.

(16)  F'ħafna każijiet, l-attivitajiet kriminali huma l-bażi ta' inċidenti li jeħtieġ li jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rilevanti skont id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill46. Inċidenti bħal dawn jistgħu jiġu suspettati li jkunu ta' natura kriminali anki jekk l-evidenza ta' reat kriminali ma tkunx ċara biżżejjed mill-bidu nett. F'dan il-kuntest, l-operaturi rilevanti ta' servizzi essenzjali u l-fornituri ta' servizzi diġitali jenħtieġ li jikkondividu r-rapporti rikjesti skont id-Direttiva (UE) 2016/1148 mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-unitajiet tal-intelligence finanzjarja sabiex jissawwar rispons effettiv u komprensiv u biex jiġu ffaċilitati l-attribuzzjoni u responsabbiltà tal-awturi tar-reat għall-azzjonijiet tagħhom. B'mod partikolari, il-promozzjoni ta' ambjent bla periklu, sigur u aktar reżiljenti teħtieġ rapportar sistematiku lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-inċidenti ssuspettati li huma ta' natura kriminali serja. Barra minn hekk, fejn rilevanti, Skwadri ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters maħtura skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/1148 jenħtieġ li jkunu involuti fl-investigazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi bil-għan li jipprovdu informazzjoni, kif meqjus xieraq fil-livell nazzjonali, kif ukoll jipprovdu kompetenza esperta f'sistemi ta' informazzjoni.

__________________

__________________

46 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

46 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Inċidenti serji ta' sigurtà kif definiti fl-Artikolu 96 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill47 jista' jkollhom oriġini kriminali. Fejn rilevanti, il-fornituri ta' servizzi ta' pagament jenħtieġ li jkunu mħeġġa jikkondividu mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi r-rapporti li huma meħtieġa jippreżentaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' domiċilju tagħhom skont id-Direttiva (UE) 2015/2366.

(17)  Inċidenti serji ta' sigurtà kif definiti fl-Artikolu 96 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill47 jista' jkollhom oriġini kriminali. Fejn rilevanti, il-fornituri ta' servizzi ta' pagament jenħtieġ li jkunu mħeġġa jikkondividu mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u mal-unitajiet tal-intelligence finanzjarja r-rapporti li huma meħtieġa jippreżentaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' domiċilju tagħhom skont id-Direttiva (UE) 2015/2366.

__________________

__________________

47 Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

47 Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Fil-livell tal-UE jeżistu għadd ta' strumenti u mekkaniżmi li jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi biex jinvestigaw u jipproċessaw reati. Biex tiffaċilita u tħaffef il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u tiżgura li dawn l-istrumenti u mekkaniżmi jintużaw sal-limitu massimu tagħhom, din id-Direttiva jeħtieġ li ssaħħaħ l-importanza tal-punti operattivi ta' kuntatt introdotti bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu użu min-netwerk eżistenti tal-punti ta' kuntatt operattivi bħal dak stabbilit fid-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48. Għandhom jagħtu assistenza effettiva, pereżempju, jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti u l-għoti ta' pariri tekniċi jew ta' informazzjoni legali. Biex jiġi żgurat li n-netwerk jaħdem bla xkiel, kull punt ta' kuntatt jeħtieġ li jkun jista' jikkomunika malajr mal-punt ta' kuntatt ta' Stat Membru ieħor. Minħabba d-dimensjoni transfruntiera sinifikanti ta' dan il-qasam ta' kriminalità u b'mod partikolari, in-natura volatili tal-evidenza elettronika, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jittrattaw fil-pront it-talbiet urġenti minn dan in-netwerk ta' punti ta' kuntatt u jipprovdu rispons fi żmien tmien sigħat.

(18)  Fil-livell tal-UE jeżistu għadd ta' strumenti u mekkaniżmi li jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi biex jinvestigaw u jipproċessaw reati. Biex tiffaċilita u tħaffef il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u tiżgura li dawn l-istrumenti u mekkaniżmi jintużaw sal-limitu massimu tagħhom, din id-Direttiva jenħtieġ li ssaħħaħ l-importanza tal-punti operattivi ta' kuntatt introdotti bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu użu min-netwerk eżistenti tal-punti ta' kuntatt operattivi bħal dak stabbilit fid-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48. Jenħtieġ li jagħtu assistenza effettiva, pereżempju, jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti u l-għoti ta' pariri tekniċi jew ta' informazzjoni legali. Biex jiġi żgurat li n-netwerk jaħdem bla xkiel, kull punt ta' kuntatt jeħtieġ li jkun jista' jikkomunika malajr mal-punt ta' kuntatt ta' Stat Membru ieħor. Minħabba d-dimensjoni transfruntiera sinifikanti ta' dan il-qasam ta' kriminalità u b'mod partikolari, in-natura volatili tal-evidenza elettronika, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jittrattaw fil-pront it-talbiet urġenti minn dan in-netwerk ta' punti ta' kuntatt u jipprovdu rispons fi żmien sagħtejn minn meta jirċievu t-talba, u għall-inqas jindikaw jekk it-talba hijiex ser tiġi mwieġba, u l-forma u ż-żmien stmat għal tali tweġiba. F'każijiet urġenti u serji ħafna, l-Istati Membri jenħtieġ li jinfurmaw liċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità tal-Europol.

__________________

__________________

48 Id-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI (ĠU L 218, 14.8.2013, p. 8).

48 Id-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI (ĠU L 218, 14.8.2013, p. 8).

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Ir-rappurtar tar-reati mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet pubbliċi huwa ta' importanza kbira fil-ġlieda kontra l-frodi u l-iffalsifikar tal-mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti, peress li ħafna drabi dan huwa l-punt tat-tluq tal-investigazzjoni kriminali. Għandhom jittieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu r-rappurtar minn persuni fiżiċi u ġuridiċi, b'mod partikolari l-istituzzjonijiet finanzjarji, lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji. Dawn il-miżuri jistgħu jkunu msejsin fuq tipi diversi ta' azzjonijiet, inkluż dawk leġiżlattivi, bħall-obbligi tar-rappurtar ta' suspett ta' frodi, jew dawk mhux leġiżlattivi, bħat-twaqqif ta' organizzazzjonijiet jew mekkaniżmi li jiffavorixxu l-iskambju ta' informazzjoni jew appoġġ għalihom, jew kampanji ta' sensibilizzazzjoni. Kull miżura bħal din li tinvolvi l-ipproċessar ta' dejta personali ta' persuni fiżiċi jeħtieġ li ssir b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49. B'mod partikolari, kull trażmissjoni ta' informazzjoni rigward il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati li jirrigwardaw il-frodi u l-iffalsifikar ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti jeħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679, b'mod partikolari r-raġunijiet legali għall-ipproċessar.

(19)  Ir-rappurtar tar-reati mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet pubbliċi huwa ta' importanza kbira fil-ġlieda kontra l-frodi u l-iffalsifikar tal-mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti, peress li ħafna drabi dan huwa l-punt tat-tluq tal-investigazzjoni kriminali. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu r-rappurtar minn persuni fiżiċi u ġuridiċi, b'mod partikolari l-istituzzjonijiet finanzjarji, lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji u jenħtieġ li jinkludu t-twaqqif ta' sistema online nazzjonali għar-rapputar tal-frodi li tkun effettiva u sigura sabiex tiffaċilita r-rappurtar immedjat ta' reati. L-użu ta' formoli ta' rappurtar standardizzati fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti analiżi aħjar ta' theddid u jenħtieġ li jiffaċilita x-xogħol u l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-miżuri jistgħu jkunu msejsin fuq tipi diversi ta' azzjonijiet, inkluż dawk leġiżlattivi, bħall-obbligi tar-rappurtar ta' suspett ta' frodi, jew dawk mhux leġiżlattivi, bħat-twaqqif ta' organizzazzjonijiet jew mekkaniżmi li jiffavorixxu l-iskambju ta' informazzjoni jew appoġġ għalihom, jew kampanji ta' sensibilizzazzjoni. Kull miżura bħal din li tinvolvi l-ipproċessar ta' data personali ta' persuni fiżiċi jenħtieġ li ssir b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49. B'mod partikolari, kull trażmissjoni ta' informazzjoni rigward il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati li jirrigwardaw il-frodi u l-iffalsifikar ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679, b'mod partikolari r-raġunijiet legali għall-ipproċessar.

__________________

__________________

49 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

49 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  L-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tat-tipi kollha ta' frodi u falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti, inkluż dawk li jinvolvu ammonti żgħar ta' flus, huma partikolarment importanti sabiex jiġi miġġieled b'mod proattiv kontra dak il-fenomenu. L-obbligi ta' rappurtar, l-iskambju ta' informazzjoni u r-rapporti ta' statistika huma modi effiċjenti biex jikxfu l-attivitajiet frodulenti, speċjalment attivitajiet simili li jinvolvu ammonti żgħar ta' flus meta jitqiesu separatament. Huwa wkoll essenzjali li l-informazzjoni rilevanti dwar il-frodi u l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti tiġi trażmessa fil-ħin lill-unitajiet tal-intelligence finanzjarja nazzjonali sabiex tippermetti analiżi u detezzjoni ulterjuri ta' flussi finanzjarji kriminali.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Il-frodi u l-iffalsifikar ta' mezzi ta' pagament jista' jirriżulta f'konsegwenzi ekonomiċi u mhux ekonomiċi serji għall-vittmi. Meta frodi bħal din tinvolvi s-serq tal-identità, il-konsegwenzi tagħha huma ħafna drabi aggravati minħabba l-ħsara li ssir lir-reputazzjoni u l-ħsara emozzjonali serja. L-Istati Membri jeħtieġ li jadottaw miżuri ta' assistenza, appoġġ u protezzjoni bil-għan li jittaffew dawn il-konsegwenzi.

(20)  Il-frodi u l-iffalsifikar ta' mezzi ta' pagament jistgħu jirriżultaw f'konsegwenzi ekonomiċi u mhux ekonomiċi serji għall-vittmi. Meta frodi bħal din tinvolvi, pereżempju, is-serq tal-identità, il-konsegwenzi tagħha huma ħafna drabi aggravati minħabba l-ħsara li ssir lir-reputazzjoni u lil professjoni, il-ħsara li ssir lil klassifikazzjoni tal-kreditu ta' individwu kif ukoll ħsara emozzjonali serja. L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw miżuri ta' assistenza, appoġġ u protezzjoni bil-għan li jittaffew dawn il-konsegwenzi.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Il-vittmi ta' spiss jieħdu ħafna żmien biex jiskopru li huma jkunu sofrew dannu minn reati ta' frodi u falsifikazzjoni. Matul dan iż-żmien jaf jiżviluppa spiral ta' reati interkonnessi li, b'hekk, jaggrava l-konsegwenzi negattivi għall-vittmi.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Persuni fiżiċi li jisfaw vittmi ta' frodi b'rabta ma' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti għandhom drittijiet mogħtija skont id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill50. L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw miżuri ta' assistenza u appoġġ għal tali vittmi li jibnu fuq il-miżuri rikjesti mid-Direttiva 2012/29/UE iżda li jirreaġixxu b'mod aktar dirett għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi ta' frodi relatata mas-serq tal-identità. Miżuri bħal dawn jenħtieġ li jinkludu, b'mod partikolari, appoġġ psikoloġiku speċjalizzat u pariri dwar kwistjonijiet finanzjarji, prattiċi u legali, kif ukoll assistenza dwar kif wieħed jirċievi l-kumpens disponibbli. Informazzjoni speċifika u pariri dwar il-protezzjoni kontra l-konsegwenzi negattivi ta' reati bħal dawn għandha tingħata lill-persuni ġuridiċi wkoll.

(21)  Persuni fiżiċi li jisfaw vittmi ta' frodi b'rabta ma' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti għandhom drittijiet mogħtija skont id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill50. L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw miżuri ta' assistenza u appoġġ għal tali vittmi li jibnu fuq il-miżuri rikjesti mid-Direttiva 2012/29/UE iżda li jirreaġixxu b'mod aktar dirett għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi ta' frodi relatata mas-serq tal-identità. Miżuri bħal dawn jenħtieġ li jinkludu, b'mod partikolari, l-għoti ta' lista ta' istituzzjonijiet iddedikati li tkopri aspetti differenti ta' reati relatati mal-identità u appoġġ għall-vittmi, appoġġ psikoloġiku speċjalizzat u pariri dwar kwistjonijiet finanzjarji, prattiċi u legali, kif ukoll assistenza dwar kif wieħed jirċievi l-kumpens disponibbli. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jkunu jistgħu jistabbilixxu għodda ta' informazzjoni online unika nazzjonali biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-assistenza u l-appoġġ għall-vittmi. Informazzjoni speċifika u pariri dwar il-protezzjoni kontra l-konsegwenzi negattivi ta' reati bħal dawn jenħtieġ li tingħata lill-persuni ġuridiċi wkoll.

__________________

__________________

50 Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57).

50 Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57).

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Il-vittmi ta' frodi relatata ma' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti jenħtieġ li jkollhom ukoll id-dritt għal għajnuna legali bla ħlas, għallinqas għal dawk li ma jkollhomx biżżejjed riżorsi biex iħallsu għaliha. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeterminaw dan in-nuqqas ta' riżorsi permezz ta' test tal-mezzi li fih jenħtieġ li jitqiesu b'mod xieraq il-fatturi rilevanti u oġġettivi kollha, bħall-introjtu, il-kapital u s-sitwazzjoni tal-familja tal-persuna kkonċernata, l-ispejjeż tal-għajnuna legali u l-istandard tal-għajxien fl-Istat Membru rilevanti.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu u/jew isaħħu politiki għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-falsifikazzjoni tal-mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti, u miżuri biex jitnaqqas ir-riskju li jsiru vittmi ta' tali reati, permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni u programmi ta' riċerka u ta' edukazzjoni.

(23)  L-Istati Membri, assistiti mill-Kummissjoni, jenħtieġ li jistabbilixxu u/jew isaħħu politiki għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-falsifikazzjoni tal-mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti, u miżuri biex jitnaqqas ir-riskju li jsiru vittmi ta' tali reati, pereżempju, permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, għodod ta' informazzjoni online permanenti b'eżempji prattiċi ta' prattiki frodulenti u programmi ta' riċerka u ta' edukazzjoni.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-iżvilupp ta' mudell standardizzat ta' rapportar tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14 u skont l-Artikolu 16a. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Hemm il-ħtieġa li tinġabar dejta komparabbli dwar ir-reati stabbiliti f'din id-Direttiva. Id-dejta rilevanti jenħtieġ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-aġenziji u korpi speċjalizzati kompetenti tal-Unjoni, bħall-Europol, f'konformità mal-kompiti u l-ħtiġijiet ta' informazzjoni tagħhom. L-għan ikun li tinkiseb stampa aktar kompleta tal-problema tal-frodi u tal-iffalsifikar tal-mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti u kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà tal-pagamenti fil-livell tal-Unjoni, u b'dan il-mod jingħata kontribut għat-tiswir ta' rispons aktar effettiv. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-mandat tal-Europol u l-kapaċità li jipprovdu assistenza u appoġġ lill-investigazzjonijiet rilevanti, billi jibagħtu informazzjoni dwar il-modus operandi tat-trasgressuri lill-Europol għall-fini li jitwettqu analiżijiet strateġiċi u valutazzjonijiet tat-theddid tal-frodi u tal-iffalsifikar tal-mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti skont ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52. L-għoti ta' informazzjoni jista' jiffaċilita fehim aħjar tat-theddid preżenti u futur u jgħin lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fit-twaqqif ta' prijoritajiet strateġiċi u operattivi tal-Unjoni għall-ġlieda kontra l-kriminalità u fl-implimentazzjoni operattiva ta' dawk il-prijoritajiet.

(24)  Hemm il-ħtieġa li tinġabar data komparabbli dwar ir-reati stabbiliti f'din id-Direttiva. Id-data rilevanti jenħtieġ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-aġenziji u l-korpi speċjalizzati kompetenti tal-Unjoni, bħall-Europol, u tal-Kummissjoni f'konformità mal-kompiti u l-ħtiġijiet ta' informazzjoni tagħhom. L-għan ikun li tinkiseb stampa aktar kompleta tal-problema tal-frodi u tal-iffalsifikar tal-mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti u kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà tal-pagamenti fil-livell tal-Unjoni, u b'dan il-mod jingħata kontribut għat-tiswir ta' rispons aktar effettiv. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-mandat tal-Europol u l-kapaċità li jipprovdu assistenza u appoġġ lill-investigazzjonijiet rilevanti, billi jibagħtu informazzjoni dwar il-modus operandi tat-trasgressuri lill-Europol għall-fini li jitwettqu analiżijiet strateġiċi u valutazzjonijiet tat-theddid tal-frodi u tal-iffalsifikar tal-mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti skont ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52. L-għoti ta' informazzjoni jista' jiffaċilita fehim aħjar tat-theddid preżenti u futur u jgħin lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fit-twaqqif ta' prijoritajiet strateġiċi u operattivi tal-Unjoni għall-ġlieda kontra l-kriminalità u fl-implimentazzjoni operattiva ta' dawk il-prijoritajiet.

_________________

_________________

52 Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

52 Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a)  Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, irrispettivament minn jekk tkunx organizzata jew le, iridu jinkisbu permezz ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-pulizija u awtoritajiet kompetenti oħrajn fl-Istati Membri, kemm direttament kif ukoll permezz tal-Europol, b'enfasi partikolari fuq it-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni kriminali.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar id-definizzjoni ta' reati kriminali u ta' sanzjonijiet fil-qasam tal-frodi u tal-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti.

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar id-definizzjoni ta' reati kriminali u ta' sanzjonijiet fil-qasam tal-frodi u tal-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti. Tiffaċilita l-prevenzjoni ta' reati bħal dawn, tassisti u tappoġġja lill-vittmi u ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u awtoritajiet kompetenti oħrajn.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-użu frodulenti tal-istrumenti ta' pagament

L-użu frodulenti tal-istrumenti ta' pagament mhux bi flus kontanti

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, meta jitwettqu intenzjonalment, l-atti li ġejjin ikunu punibbli bħala reat kriminali:

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawn li ġejjin ikunu punibbli bħala reat kriminali:

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-serq jew l-approprjazzjoni illegali oħra ta' strument ta' pagament;

(a)  is-serq jew l-approprjazzjoni illegali oħra ta' strument ta' pagament meta jitwettqu intenzjonalment;

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-iffalsifikar jew il-falsifikazzjoni ta' strument ta' pagament sabiex jintuża b'mod frodulenti;

(b)  l-iffalsifikar jew il-falsifikazzjoni ta' strument ta' pagament, meta jitwettqu intenzjonalment, sabiex jintuża b'mod frodulenti;

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-pussess, l-akkwist għall-użu, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, it-trasport, id-distribuzzjoni jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' apparat misruq jew approprjat illegalment b'mod ieħor, jew ta' strument ta' pagament falz jew iffalsifikat biex jintuża b'mod frodulenti.

(c)  l-akkwist għal skopijiet personali jew għal persuna oħra, inklużi l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ u t-trasport, id-distribuzzjoni ta' strument ta' pagament misruq jew li ġie approprjat illegalment b'mod ieħor, jew ta' strument ta' pagament falz jew iffalsifikat, meta mwettaq intenzjonalment, biex jintuża b'mod frodulenti.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  il-pussess ta' strument ta' pagament misruq jew approprjat illegalment b'mod ieħor, jew falz jew iffalsifikat bil-konoxxenza, fiż-żmien tar-riċeviment tiegħu, li tali strument ikun ġie minn attività kriminali jew minn att ta' parteċipazzjoni f'tali attività.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-għamil jew ikkawżar ta' trasferiment ta' flus, valur monetarju jew muniti virtwali sabiex jittieħed vantaġġ illegali għar-trasgressur jew għal terza persuna, ikun punibbli bħala reat kriminali, meta jitwettaq intenzjonalment permezz ta':

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li meta jsir jew xi ħaddieħor iwettaq trasferiment ta' flus, valur monetarju jew muniti virtwali sabiex jittieħed vantaġġ illegali għat-trasgressur jew għal terza persuna, jew jiġi kkawżat telf illegali ta' proprjetà għal terza persuna, ikun punibbli bħala reat kriminali, meta jitwettaq intenzjonalment permezz ta':

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  id-direzzjonar jew id-direzzjonar mill-ġdid ta' utenti ta' servizzi ta' pagament lejn siti web li jkunu imitazzjoni.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, meta jitwettqu intenzjonalment għal skop frodulenti, il-produzzjoni, il-bejgħ, l-akkwist għall-użu, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, id-distribuzzjoni jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mod ieħor ta' apparat jew ta' strument, ta' dejta tal-kompjuter jew ta' xi mezzi oħra speċifikament ddisinjati jew adattati għall-fini tat-twettiq ta' xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 4(a) u (b) jew L-Artikolu 5, ikunu punibbli bħala reat kriminali.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-produzzjoni, l-akkwist għal skopijiet personali jew għal persuna oħra, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, it-trasport, id-distribuzzjoni, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mod ieħor ta' apparat jew ta' strument, ta' data tal-kompjuter jew ta' xi mezzi oħra speċifikament iddisinjati jew adattati għall-fini tat-twettiq ta' xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 4(a) u (b) jew l-Artikolu 5, ikunu punibbli bħala reat kriminali, tal-inqas meta jitwettqu bl-intenzjoni li dawn il-mezzi jintużaw biex jitwettaq kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li tentattiv biex jitwettaq reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 6 jkun punibbli bħala reat kriminali.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li tentattiv biex jitwettaq reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 6 jkun punibbli bħala reat kriminali.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li r-reati msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 huma punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tliet snin.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li r-reati msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 huma punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas erba' snin.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 6 jkunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sentejn.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 6 jkunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tliet snin.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 jkunu punibbli b'terminu ta' priġuneria massimu ta' mill-inqas ħames snin jekk:

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li ċ-ċirkostanzi segwenti jkunu meqjusa bħala ċirkostanzi aggravanti fir-rigward tar-reati msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 u jkunu punibbli b'terminu ta' priġunerija massimu ta' mill-inqas ħames snin jekk:

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  isiru fil-qafas ta' organizzazzjoni kriminali, kif definita fid-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI, irrispettivament mill-pieni previsti f'dik id-Deċiżjoni;

(a)  isiru fil-qafas ta' organizzazzjoni kriminali, kif definita fid-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI, irrispettivament mill-pieni previsti f'dik id-Deċiżjoni; jew

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)   Jinvolvu dannu estensiv jew konsiderevoli jew vantaġġ aggregat ta' mill-inqas EUR 20 000.

(b)   jinvolvu dannu estensiv jew konsiderevoli; jew

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  wasslu għal vantaġġ aggregat ta' valur kunsiderevoli.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li persuna ġuridika li tkun meqjusa responsabbli skont Artikolu 9(1) tkun soġġetta għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u li jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra, bħal:

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika li tkun meqjusa responsabbli skont Artikolu 9(1) tiġi soġġetta għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali jew sanzjonijiet oħra, inklużi:

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-esklużjoni temporanja jew permanenti mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta' sejħiet għall-offerti, għotjiet u konċessjonijiet, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni;

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ir-reat ikun twettaq kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu;

(a)  ir-reat ikun twettaq kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu; jew

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-ħati huwa wieħed miċ-ċittadini tiegħu;

(b)  it-trasgressur huwa wieħed miċ-ċittadini tiegħu jew resident abitwali; jew

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  ir-reat ikun sar għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu; jew

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  ir-reat jitwettaq kontra wieħed miċ-ċittadini tiegħu jew kontra persuna li għandha r-residenza abitwali fit-territorju tiegħu; jew

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ir-reat jikkawża ħsara fit-territorju tiegħu inkluża ħsara li tirriżulta mis-serq tal-identità ta' persuna.

(c)  ir-reat jikkawża ħsara fit-territorju tiegħu.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lil Eurojust jekk jiddeċiedi li jistabbilixxi ġurisdizzjoni fuq reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 7 li jkun twettaq barra mit-territorju tiegħu;

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-trasgressur ikun wettaq ir-reat meta kien fiżikament preżenti fit-territorju tiegħu, kemm jekk ir-reat ikun sar permezz ta' kompjuters jew sistema ta' informazzjoni fit-territorju tiegħu kif ukoll jekk le;

(a)  it-trasgressur ikun wettaq ir-reat meta kien fiżikament preżenti fit-territorju tiegħu, kemm jekk ir-reat ikun sar permezz ta' kompjuter jew sistema ta' informazzjoni fit-territorju tiegħu kif ukoll jekk le;

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ir-reat ikun sar permezz ta' kompjuters jew sistema ta' informazzjoni fit-territorju tiegħu, kemm jekk it-trasgressur ikun wettaq ir-reat meta kien fiżikament preżenti fit-territorju tiegħu kif ukoll jekk le.

(b)  ir-reat ikun sar permezz ta' kompjuter jew sistema ta' informazzjoni fit-territorju tiegħu, kemm jekk it-trasgressur ikun wettaq ir-reat meta kien fiżikament preżenti fit-territorju tiegħu kif ukoll jekk le.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni meta jiddeċiedi li jistabbilixxi ġurisdizzjoni fuq reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 7 li jkun sar barra mit-territorju tiegħu, inkluż fejn:

imħassar

(a)  it-trasgressur ikollu r-residenza abitwali tiegħu fit-territorju tiegħu;

 

(b)  ir-reat ikun sar għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu;

 

(c)  ir-reat ikun sar kontra wieħed miċ-ċittadini tiegħu jew kontra persuna li għandha r-residenza abitwali fit-territorju tiegħu.

 

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Meta reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 7 jaqa' fil-ġurisdizzjoni ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex jiddeċiedu liema minnhom se jipproċessa t-trasgressur, bil-għan li l-proċedimenti jiġu ċċentralizzati fi Stat Membru wieħed, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju ne bis in idem. L-Istati Membri għandhom jirrikorru għall-Eurojust f'każijiet ta' kunflitt ta' ġurisdizzjoni jew diffikultajiet oħra, skont l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/948/JHA.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Investigazzjonijiet effettivi

Investigazzjonijiet effettivi u kooperazzjoni

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni, l-unitajiet jew is-servizzi responsabbli għall-investigazzjoni jew għall-prosekuzzjoni tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 ikollhom miżuri investigatorji effettivi disponibbli, bħal dawk li jintużaw f'każijiet ta' kriminalità organizzata jew f'każijiet oħra ta' reati kriminali serji.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni, l-unitajiet jew is-servizzi responsabbli għall-investigazzjoni jew għall-prosekuzzjoni tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 jkollhom disponibbli għodod investigattivi effettivi u proporzjonati għar-reat imwettaq, bħal dawk li jintużaw biex jiġġieldu każijiet ta' kriminalità organizzata jew każijiet oħra ta' reati kriminali serji.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li jiġu allokati riżorsi umani u finanzjarji adegwati u li jiġu pprovduti sessjonijiet ta' taħriġ, biex jiġu investigati u pproċessati r-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, meta liġi nazzjonali tobbliga lil persuni fiżiċi u ġuridiċi biex jippreżentaw informazzjoni dwar ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7, tali informazzjoni tasal għand l-awtoritajiet li jkunu qed jinvestigaw jew jipproċessaw dawk ir-reati mingħajr dewmien żejjed.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, meta liġi nazzjonali tobbliga lil persuni fiżiċi u ġuridiċi biex jippreżentaw informazzjoni dwar ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7, tali informazzjoni tasal għand l-awtoritajiet li jkunu qed jinvestigaw jew jipproċessaw dawk ir-reati mingħajr dewmien żejjed u li dawk l-awtoritajiet ikollhom is-setgħa li jikkooperaw ma' awtoritajiet nazzjonali oħra u mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni relatata mar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom punt ta' kuntatt operattiv nazzjonali disponibbli 24 kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jkollhom proċeduri fis-seħħ sabiex jittrattaw minnufih talbiet urġenti għall-assistenza u l-awtorità kompetenti twieġeb fi żmien tmien siegħat minn meta tirċievi t-talba, billi tal-inqas tindika jekk hux ser ikun hemm tweġiba għat-talba, kif ukoll il-forma u ż-żmien stmat għal tali tweġiba. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu użu minn netwerks eżistenti ta' punti ta' kuntatt operattivi.

1.  Għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni relatata mar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom punt ta' kuntatt operattiv nazzjonali disponibbli 24 kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jkollhom proċeduri fis-seħħ sabiex jittrattaw minnufih talbiet urġenti għall-assistenza u l-awtorità kompetenti twieġeb fi żmien sagħtejn minn meta tirċievi t-talba, billi tal-inqas tindika jekk hux ser ikun hemm tweġiba għat-talba, kif ukoll il-forma u ż-żmien stmat għal tali tweġiba. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu użu minn netwerks eżistenti ta' punti ta' kuntatt operattivi.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Eurojust dwar il-punt ta' kuntatt maħtur tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn.

2.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Eurojust dwar il-punt ta' kuntatt maħtur tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1 u jaġġornaw dik l-informazzjoni kif meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  F'każijiet urġenti u serji ħafna li jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw liċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità tal-Europol. Il-Europol għandha tiffaċilita t-twaqqif ta' sistema ta' twissija rapida li tidentifika prattiki frodulenti ġodda.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Meta jittrattaw id-data kif imsemmi f'dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li jkun hemm disponibbli mezzi xierqa ta' rappurtar sabiex jiġi ffaċilitat ir-rapportar tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lil awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra mingħajr dewmien bla bżonn.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li jkun hemm disponibbli mezzi xierqa ta' rappurtar, inkluż permezz ta' sistema online, nazzjonali u sikura dwar ir-rapportar tal-frodi, sabiex jiġi ffaċilitat ir-rapportar tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, lill-unitajiet tal-intelligence finanzjarja u lil awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra mingħajr dewmien bla bżonn.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Bil-għan li jiġu armonizzati l-prattiki ta' rapportar fi ħdan l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi mudell ta' rapportar standardizzat tal-Unjoni li għandu jservi bħala bażi għall-Istati Membri. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 16a(2).

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdi l-miżuri meħtieġa biex jinkoraġġixxu lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lil persuni ġuridiċi oħra li joperaw fit-territorju tagħhom sabiex jirrapportaw mingħajr dewmien bla bżonn il-frodi suspettata lill-awtoritajiet kompetenti, bil-għan tad-detezzjoni, il-prevenzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija f'Artikoli 3 sa 7.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji jirrapportaw mingħajr dewmien bla bżonn il-frodi suspettata lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, lill-unitajiet tal-intelligence finanzjarja u lil awtoritajiet kompetenti oħrajn, bil-għan tad-detezzjoni, il-prevenzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jinkoraġġixxu lil persuni ġuridiċi oħra li joperaw fit-territorju tagħhom jirrapportaw mingħajr dewmien bla bżonn il-frodi suspettata lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, lill-unitajiet tal-intelligence finanzjarja u lil awtoritajiet kompetenti oħrajn, bil-għan tad-detezzjoni, il-prevenzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li sofrew dannu minn reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7, li jitwettqu billi jsir użu ħażin tad-dejta personali, jiġu offruti informazzjoni speċifika u pariri dwar kif jistgħu jipproteġu lilhom infushom kontra l-konsegwenzi negattivi tar-reati, bħall-ħsara għar-reputazzjoni tagħhom.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li sofrew dannu minn reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7, li jitwettqu billi jsir użu ħażin tad-data personali, jiġu offruti informazzjoni speċifika u pariri dwar kif jistgħu jipproteġu lilhom infushom kontra l-konsegwenzi negattivi tar-reati, bħall-ħsara għar-reputazzjoni tagħhom, ħsara li ssir lill-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħhom u spejjeż finanzjarji kif ukoll għad-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt għall-kumpens għad-danni mġarrba b'riżultat tar-reat.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li sofrew dannu minn reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7, li twettqu billi sar użu ħażin tad-data personali, jingħataw lista ta' istituzzjonijiet speċjalizzati li jittrattaw aspetti differenti ta' reati relatati mal-identità u jipprovdu appoġġ.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu għodod nazzjonali uniċi ta' informazzjoni online biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-assistenza u l-appoġġ għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu sofrew dannu minn reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7, imwettqa bl-użu ħażin tad-data personali.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni fiżiċi li jkunu sofrew dannu minn reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7, li twettqu billi jsir użu ħażin tad-data personali, jiġu offruti għajnuna legali mingħajr ħlas, għall-inqas għal dawk li ma għandhomx biżżejjed riżorsi biex iħallsu l-għajnuna legali. L-Istati Membri jistgħu japplikaw test tal-mezzi biex jiġi ddeterminat jekk persuni fiżiċi għandhomx id-dritt għal għajnuna legali mingħajr ħlas.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi li huma vittmi tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 ta' din id-Direttiva għandhom, mingħajr dewmien żejjed wara l-ewwel kuntatt tagħhom mal-awtorità kompetenti, jiġu offruti informazzjoni dwar:

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni fiżiċi u ġuridiċi li huma vittmi tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 ta' din id-Direttiva għandhom, mingħajr dewmien żejjed wara l-ewwel kuntatt tagħhom mal-awtorità kompetenti, jiġu offruti informazzjoni dwar:

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  id-dritt ta' aċċess għal informazzjoni dwar il-każ;

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa, inkluż permezz tal-Internet, bħal kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, programmi ta' riċerka u ta' edukazzjoni, fejn xieraq f'kooperazzjoni ma' partijiet kkonċernati, bil-għan li titnaqqas il-frodi inġenerali, tinħoloq sensibilizzazzjoni u jitnaqqas ir-riskju li persuni jisfaw vittmi ta' frodi.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa, inkluż permezz tal-internet, bħal kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, programmi ta' riċerka u ta' edukazzjoni, fejn xieraq f'kooperazzjoni ma' partijiet ikkonċernati, bil-għan li jitnaqqsu l-frodi inġenerali u frodi li tuża b'mod partikolari sistemi tal-kompjuter u tal-informazzjoni, tinħoloq sensibilizzazzjoni u jitnaqqas ir-riskju li persuni jisfaw vittmi ta' frodi, b'mod partikolari għal persuni vulnerabbli, bħal persuni anzjani jew iż-żgħażagħ. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri biex regolarment iwettqu kampanji bħal dawn. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm biżżejjed finanzjament disponibbli għal tali kampanji.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jżommu aġġornata, bħala parti mill-kampanji ta' informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għodda ta' informazzjoni online permanenti b'eżempji prattiċi ta' prattiki frodulenti kif imsemmi fl-Artikoli 3 sa 7 f'format li jinftiehem faċilment. Din l-għodda tista' tkun marbuta ma' parti mill-għodda unika ta' informazzjoni online msemmija fl-Artikolu 15(1b), jew tkun parti minnha.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Proċedura ta' kumitat

 

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ sistema għar-reġistrazzjoni, il-produzzjoni u l-għoti ta' dejta statistika li tkejjel il-fażijiet ta' rapportar, investigattivi u ġudizzjarji li jikkonċernaw ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ sistema għar-reġistrazzjoni, il-produzzjoni u l-għoti ta' data statistika anonimizzata li tkejjel il-fażijiet ta' rapportar, investigattivi u ġudizzjarji li jikkonċernaw ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-dejta statistika msemmija fil-paragrafu 2 għandha, bħala minimu, tkopri l-għadd ta' reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 irrapportati lill-Istati Membri, u l-għadd ta' persuni li jkunu ġew imħarrka u misjuba ħatja tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7, kif ukoll id-dejta dwar il-funzjonament tal-fażijiet ta' rapportar, investigattivi u ġudizzjarji li jikkonċernaw dawn ir-reati.

3.  Id-data statistika anonimizzata msemmija fil-paragrafu 2 għandha, bħala minimu, tkopri l-għadd ta' reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 irrapportati lill-Istati Membri, u l-għadd ta' persuni li jkunu ġew ipproċessati u misjuba ħatja tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7, l-għadd ta' persuni involuti fil-frodi u l-grad tad-danni kkawżati, kif ukoll id-data dwar il-funzjonament tal-fażijiet ta' rapportar, investigattivi u ġudizzjarji li jikkonċernaw dawn ir-reati.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa [24 xahar mid-dħul fis-seħħ]. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa... [12-il xahar mid-dħul fis-seħħ]. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha, sa [96 xahar wara d-dħul fis-seħħ], twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.  Il-Kummissjoni għandha, sa ... [48 xahar wara d-dħul fis-seħħ], twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti, kif ukoll dwar l-impatt tagħha fuq id-drittijiet fundamentali, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija tar-rapport.

NOTA SPJEGATTIVA

Id-diġitalizzazzjoni qed tbiddel il-mod kif aħna nħallsu: L-użu ta' pagamenti mhux bi flus kontanti qed isir dejjem aktar frekwenti: In-numru ta' tranżazzjonijiet żdied, f'dawn l-aħħar ħames snin, b'24 %. Imma dan is-suq emerġenti sar ukoll attraenti għall-kriminali: Fl-2013, il-frodi bil-kards, maħruġa fiż-żona tas-SEPA, ikkawżat ħsara ta' EUR 1,44 biljun. Mill-2011 sal-2013, it-total kiber b'23 %.

Il-kards mhumiex l-uniku strument ta' pagament mhux bi flus kontanti – pagamenti ta' debitu dirett u bil-mowbajl huma eżempji oħra ta' dawn l-istrumenti ta' pagament. Fil-livell tal-UE, ma hemm l-ebda statistika komprensiva dwar frodi li tkun saret bi strumenti ta' pagament mhux bi flus kontanti. Il-Kummissjoni tistma somma annwali ta' danni ta' EUR 2 biljun; u dan in-numru ma jinkludix l-istrumenti ta' pagament kollha disponibbli.

Il-frodi online (eż. serq ta' dejta tal-kards tal-kreditu) ta' spiss ikollha dimensjoni transfruntiera. Il-persuni li jikkommettu reat u l-vittmi mhux neċessarjament ikunu bbażati fl-istess pajjiż, u dan joħloq sfidi diffiċli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA kurrenti tmur lura għall-2001. Ir-regoli kurrenti ma jindirizzawx biżżejjed l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda bħall-muniti virtwali. Għalhekk, il-Kummissjoni pproponiet li taġġorna l-qafas legali, tneħħi l-ostakoli operattivi u ttejjeb il-prevenzjoni ta' frodi mhux bi flus kontanti. Din id-Direttiva proposta li tiġġieled il-frodi u l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti hija wkoll pass importanti għall-"lisbonizzazzjoni" fil-qasam tal-liġi kriminali fl-Unjoni Ewropea. Il-Parlament Ewropew, bħala koleġiżlatur, se jkollu rwol importanti.

Fil-Valutazzjoni tal-Impatt tagħha u l-proposta għal Direttiva tagħha, il-Kummissjoni pprovdiet diversi argumenti għal din ir-reviżjoni. L-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-reati, inklużi tranżazzjonijiet permezz ta' muniti virtwali, l-introduzzjoni ta' reati kriminali online ġodda u l-livelli minimi għall-ogħla pieni, il-kjarifika tal-kamp ta' applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni u d-dispożizzjonijiet dwar l-iżgurar tad-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità ċibernetika, il-prevenzjoni tal-frodi u t-titjib fil-kooperazzjoni tal-ġustizzja kriminali jidhru li huma konvinċenti.

Sabiex issaħħaħ il-proposta, ir-Rapporteur tipproponi, fl-abbozz ta' rapport tagħha, ftit bidliet għall-proposta tal-Kummissjoni, fosthom:

- Tisħiħ tal-assistenza għall-vittmi ta' frodi mhux bi flus kontanti, billi l-konsegwenzi tal-frodi huma ta' spiss aggravati minħabba dannu għar-reputazzjoni, telf fil-klassifikazzjoni tal-kreditu jew ħsara emozzjonali serja

- Iffaċilitar tar-rappurtar tar-reati, inkluż it-twaqqif ta' sistemi ta' rappurtar ta' frodi online sikuri u nazzjonali

- Involviment akbar tal-Eurojust u l-Europol fl-iskambju ta' informazzjoni

- Dispożizzjonijiet ta' prevenzjoni li jiffukaw aktar fuq il-frodi tal-internet u tal-kompjuter

- Perjodu iqsar ta' traspożizzjoni u obbligu għall-Kummissjoni li tippreżenta evalwazzjoni tad-Direttiva wara 4 snin.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti

Referenzi

COM(2017)0489 – C8-0311/2017 – 2017/0226(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.9.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

2.10.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

2.10.2017

ITRE

2.10.2017

JURI

2.10.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

5.10.2017

ITRE

11.10.2017

JURI

2.10.2017

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Sylvia-Yvonne Kaufmann

20.11.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.3.2018

25.4.2018

3.9.2018

 

Data tal-adozzjoni

3.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Monika Beňová, Caterina Chinnici, Cornelia Ernst, Romeo Franz, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Giancarlo Scottà, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Bodil Valero, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dennis de Jong, Gérard Deprez, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Emil Radev, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Françoise Grossetête, Nadja Hirsch, Peter Kouroumbashev, Vladimir Urutchev

Data tat-tressiq

6.9.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ALDE

Gérard Deprez, Nadja Hirsch

ECR

Helga Stevens, Kristina Winberg

ENF

Giancarlo Scottà

GUE/NGL

Cornelia Ernst, Dennis de Jong, Barbara Spinelli

PPE

Asim Ademov, Françoise Grossetête, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Emil Radev, Csaba Sógor, Jaromír Štětina, Vladimir Urutchev

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Dietmar Köster, Peter Kouroumbashev, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

1

-

ENF

Auke Zijlstra

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Settembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza