RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2013/36/UE u 2014/65/UE

27.9.2018 - (COM(2017)0791 – C8-0452/2017 – 2017/0358(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Markus Ferber


Proċedura : 2017/0358(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0295/2018
Testi mressqa :
A8-0295/2018
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2013/36/UE u 2014/65/UE

(COM(2017)0791 – C8-0452/2017 – 2017/0358(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0791),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0452/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Awissu [1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' April 2018[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0295/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[3]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2017/0358 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,[4]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,[5]

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Superviżjoni prudenzjali robusta hi parti integrali mill-kundizzjonijiet regolatorji li fihom l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jipprovdu servizzi fi ħdan l-Unjoni. Ditti tal-investiment huma, flimkien ma' istituzzjonijiet ta' kreditu, soġġetti għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6] u għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7] fir-rigward tat-trattament u tas-superviżjoni prudenzjali tagħhom, filwaqt li l-awtorizzazzjoni tagħhom u rekwiżiti organizzazzjonali u tal-imġiba oħra huma stabbiliti fid-Direttiva 2004/39/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8].

(2)  Ir-reġimi prudenzjali eżistenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma fil-parti l-kbira bbażati fuq iterazzjonijiet suċċessivi tal-istandards regolatorji internazzjonali stabbiliti għal gruppi bankarji kbar mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u jindirizzaw b'mod parzjali biss ir-riskji speċifiċi inerenti għall-attivitajiet diversi tad-ditti tal-investiment. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-vulnerabbiltajiet u r-riskji speċifiċi inerenti għad-ditti tal-investiment jiġu indirizzati ulterjorment permezz ta' arranġamenti prudenzjali effettivi, xierqa u proporzjonati fil-livell tal-Unjoni li jgħinu kundizzjonijiet ekwivalenti madwar l-Unjoni, li jiggarantixxu superviżjoni prudenzjali effettiva, filwaqt li jżommu l-ispejjeż ta' konformità taħt kontroll u jiżguraw biżżejjed kapital għar-riskji tal-parti l-kbira tad-ditti tal-investiment.

(3)  Jenħtieġ li superviżjoni prudenzjali solida tiżgura li d-ditti tal-investiment jiġu ġestiti b'mod ordnat u fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom. Jenħtieġ li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-potenzjal li d-ditti tal-investiment u l-klijenti tagħhom jidħlu għal teħid ta' riskju eċċessiv u l-gradi differenti ta' riskju mġarrab u maħluq mid-ditti tal-investiment. Bl-istess mod, jenħtieġ li s-superviżjoni prudenzjali timmira li tevita piż amministrattiv sproporzjonat fuq id-ditti tal-investiment. Fl-istess waqt, din is-superviżjoni prudenzjali jenħtieġ li tagħmilha possibbli li jinstab bilanċ bejn il-garanzija tas-sikurezza u s-solidità ta' ditti tal-investiment differenti u l-evitar ta' spejjeż eċċessivi li jafu jdgħajfu l-vijabbiltà tal-attività tan-negozju tagħhom.

(4)  Ħafna mir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-qafas tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma mfassla biex jindirizzaw ir-riskji komuni iffaċċjati mill-istituzzjonijiet ta' kreditu. Għalhekk, ir-rekwiżiti eżistenti huma fil-parti l-kbira kkalibrati biex jippreservaw il-kapaċità ta' self tal-istituzzjonijiet ta' kreditu permezz ta' ċikli ekonomiċi u biex jiġu protetti d-depożitanti u l-kontribwenti minn falliment possibbli, u mhumiex imfassla biex jindirizzaw il-profili tar-riskju differenti tad-ditti tal-investiment. Id-ditti tal-investiment m'għandhomx portafolji kbar ta' self fil-livell tal-konsumatur u korporattiv u ma jiħdux depożiti. Il-probabbiltà li l-falliment tagħhom jista' jkollu impatti detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja ġenerali hi inqas milli fil-każ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, iżda xorta joħolqu riskju li jkun meħtieġ li jiġi indirizzat permezz ta' qafas robust. B'hekk, ir-riskji iffaċċjati u maħluqa mid-ditti tal-investiment huma sostanzjalment differenti mir-riskji iffaċċjati u maħluqa mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u jenħtieġ li t-tali differenza tkun riflessa biċ-ċar fil-qafas prudenzjali tal-Unjoni.

(5)  Id-differenzi fl-applikazzjoni tal-qafas eżistenti fi Stati Membri differenti jheddu l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għad-ditti tal-investiment fi ħdan l-Unjoni u jostakolaw l-aċċess tal-investituri għal opportunitajiet ġodda u modi aħjar għall-ġestjoni tar-riskju tagħhom. Dawk id-differenzi jirriżultaw mill-kumplessità ġenerali tal-applikazzjoni tal-qafas għal ditti tal-investiment differenti fuq il-bażi tas-servizzi li jipprovdu, fejn xi awtoritajiet nazzjonali jaġġustaw jew jissimplifikaw it-tali applikazzjoni fid-dritt jew fil-prattika nazzjonali. Peress li l-qafas prudenzjali eżistenti ma jindirizzax ir-riskji kollha iffaċċjati u maħluqa minn ċerti tipi ta' ditti tal-investiment, ġew applikati supplimentazzjonijiet kapitali kbar għal ċerti ditti tal-investiment f'ċerti Stati Membri. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi li jindirizzaw dawk ir-riskji biex tiġi żgurata superviżjoni prudenzjali armonizzata tad-ditti tal-investiment madwar l-Unjoni.

(6)  Għaldaqstant hemm bżonn ta' reġim prudenzjali speċifiku għal ditti tal-investiment li mhumiex sistemiċi fid-dawl tad-daqs u tal-interkonnessjoni tagħhom ma' atturi finanzjarji u ekonomiċi oħra. Jenħtieġ li, madankollu, id-ditti sistemiċi tal-investiment jibqgħu soġġetti għall-qafas prudenzjali eżistenti skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dawk id-ditti tal-investiment huma subsett ta' ditti tal-investiment li għalihom bħalissa japplika l-qafas stabbilit fid-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li ma jibbenefikawx minn eżenzjonijiet iddedikati minn kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti prinċipali tiegħu. L-akbar u l-aktar ditti interkonnessi għandhom mudell kummerċjali u profili tar-riskju li huma simili għal dawk ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti. Dawn jipprovdu servizzi "qishom bankarji" u jissottoskrivu riskji fuq skala sinifikanti. Barra minn hekk, ditti sistemiċi tal-investiment huma kbar biżżejjed biex ikunu theddida, u għandhom mudelli kummerċjali u profili tar-riskju li jirrappreżentaw tali theddida għall-funzjonament stabbli u ordnat tas-swieq finanzjarji bl-istess mod bħal istituzzjonijiet ta' kreditu kbar. Għaldaqstant, xieraq li dawk id-ditti tal-investiment jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UR u r-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(7)  Jista' jkun hemm Stati Membri li fihom l-awtoritajiet li huma kompetenti għas-superviżjoni prudenzjali ta' ditti tal-investiment ikunu differenti mill-awtoritajiet li jkunu kompetenti għas-superviżjoni tal-imġiba tas-suq. Għaldaqstant, hemm bżonn li jinħoloq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet, sabiex tiġi żgurata superviżjoni prudenzjali armonizzata tad-ditti tal-investiment madwar l-Unjoni b'mod veloċi u effiċjenti.

(8)  Biex titrawwem l-armonizzazzjoni tal-istandards u tal-prassi superviżorji fi ħdan l-Unjoni, jenħtieġ li l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) iżżomm il-kompetenza primarja għall-koordinazzjoni u għall-konverġenza tal-prassi superviżorja fil-qasam tas-sorveljanza prudenzjali fuq id-ditti tal-investiment fi ħdan is-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF).

(9)  Il-livell meħtieġ ta' kapital inizjali ta' ditta ta' investiment ikun ibbażat fuq is-servizzi u l-attivitajiet li dik id-ditta tal-investiment tkun awtorizzata li tipprovdi, u twettaq rispettivament, f'konformità mad-Direttiva 2004/39/KE. Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jbaxxu l-livell meħtieġ ta' kapital inizjali f'sitwazzjonijiet speċifiċi, kif previst fid-Direttiva 2013/36/UE, minn naħa, u s-sitwazzjoni ta' implimentazzjoni irregolari ta' dik id-Direttiva, min-naħa l-oħra, wasslu għal sitwazzjoni fejn il-livell meħtieġ ta' kapital inizjali jvarja madwar l-Unjoni. Biex tintemm dik il-frammentazzjoni, jenħtieġ li l-livell meħtieġ ta' kapital inizjali jiġi armonizzat b'mod korrispondenti għad-ditti kollha tal-investiment fl-Unjoni.

(10)  Filwaqt li d-ditti tal-investiment jitneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, ċerti kunċetti użati fil-kuntest tad-Direttiva 2013/36/UE u rispettivament, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom iżommu t-tifsira stabbilita tagħhom, li hija stabbilita sew. Sabiex jiġi abilitat u jitħaffef fehim konsistenti ta' tali kunċetti, meta jintużaw, fl-atti tal-liġi tal-Unjoni, f'relazzjoni ma' ditti tal-investiment, ir-referenzi f'tali atti tal-Unjoni għall-kapital inizjali ta' ditti tal-investiment, għall-poteri superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti għal ditti tal-investiment, għall-proċess tal-evalwazzjoni tal-adekwatezza kapitali interna tad-ditti tal-investiment, għall-proċess tar-rieżami superviżorju u tal-evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti għad-ditti tal-investiment, għad-dispożizzjonijiet ta' governanza u remunerazzjoni applikabbli għad-ditti tal-investiment għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għad-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' din id-Direttiva.

(11)  Għal funzjonament xieraq tas-suq intern jenħtieġ li r-responsabbiltà għas-superviżjoni tas-solidità finanzjarja ta' ditta tal-investiment, u b'mod partikolari tas-solvenza u tas-solidità finanzjarja tagħha, tkun tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha jew, f'każ li l-Istat Membru m'għandux awtorità kompetenti bil-karatteristiċi stipulati f'din id-Direttiva, tal-awtorità kompetenti li l-Istat Membru jenħtieġ li joħloq għall-fini ta' din id-Direttiva. Sabiex tinkiseb superviżjoni effettiva tad-ditti tal-investiment anki fi Stati Membri oħra fejn jipprovdu servizzi jew ikollhom fergħa, jenħtieġ li jkunu żgurati kooperazzjoni mill-qrib u skambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta' dawn l-Istati Membri.

(12)  Għal finijiet informattivi u superviżorji, u b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju jkunu jistgħu jwettqu, fuq il-bażi ta' każ b'każ, verifiki fuq il-post u jispezzjonaw l-attivitajiet ta' fergħat tad-ditti tal-investiment fit-territorju tagħhom, u jitolbu informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' dawk il-fergħat. Madankollu, jenħtieġ li l-miżuri superviżorji għal dawk il-fergħat jibqgħu r-responsabbiltà tal-Istat Membru tad-domiċilju.

(13)  Biex jipproteġu informazzjoni kummerċjalment sensittiva, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu marbuta b'regoli tas-segretezza professjonali meta jwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom u meta jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali.

(14)  Biex jissaħħu s-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u l-protezzjoni tal-klijenti tad-ditti tal-investiment, jenħtieġ li l-awdituri jirrapportaw minnufih u b'mod imparzjali kemm jista' jkun lill-awtoritajiet kompetenti dawk il-fatti li jista' jkollhom effett serju fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta' ditta tal-investiment jew fuq l-organizzazzjoni amministrattiva u kontabilistika tagħha.

(15)  L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jitwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[9] u mar-Regolament (UE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10]. b'mod partikolari, meta din id-Direttiva tippermetti skambji ta' data personali ma' pajjiżi terzi, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 u l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 45/2001.

(16)  Biex jissalvagwardjaw il-konformità mal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-[Regolament (UE) ---/----[IFR], jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu għal penali amministrattivi u għal miżuri amministrattivi oħra li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi. Sabiex jiġi żgurat li tali penali amministrattivi jkollhom effett dissważiv, jenħtieġ li dawn jiġu ppubblikati ħlief f'ċerti ċirkostanzi speċifikati biċ-ċar. Sabiex il-klijenti u l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni infurmata dwar l-opzjonijiet tagħhom ta' investiment, jenħtieġ li dawk il-klijenti u investituri jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar il-penali u l-miżuri amministrattivi imposti fuq id-ditti tal-investiment

(17)  Biex jindividwaw ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u ksur tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħat investigattivi neċessarji u jenħtieġ li dawn jistabbilixxu mekkaniżmu effikaċi u rapidu biex jirrapportaw ksur potenzjali jew reali.

(18)  Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment jkollhom kapital intern disponibbli, li jkun adegwat fil-kwantità, fil-kwalità u fid-distribuzzjoni biex ikopri r-riskji speċifiċi li għalihom huma jew jistgħu jkunu skoperti. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li d-ditti tal-investiment jkollhom strateġiji u proċessi adegwati fis-seħħ biex jivvalutaw u jżommu l-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom.

(19)  Jenħtieġ li s-setgħat ta' rieżami u ta' evalwazzjoni superviżorji jibqgħu għodda regolatorja importanti li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jivvalutaw elementi kwalitattivi, inkluż il-governanza u l-kontrolli interni, il-proċessi u l-proċeduri ta' mmaniġġjar tar-riskju u, fejn ikun hemm bżonn, l-istabbiliment ta' rekwiżiti addizzjonali, inkluż b'mod partikolari b'rabta ma' rekwiżiti kapitali u tal-likwidità. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu rekwiżiti kapitali għal dawk ir-riskji li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti biżżejjed minn fatturi k kif stabbiliti fit-Tielet Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR]. Huwa kkjarifikat li d-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti kapitali addizzjonali msemmija fl-Artikolu 37(2) japplikaw biss għad-ditti li ma jissodisfawx il-kriterji definiti fl-Artikolu 12 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(20)  Biex ir-remunerazzjoni tiġi allinjata mal-profil tar-riskju tad-ditti tal-investiment u biex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, jenħtieġ li d-ditti tal-investiment ikunu soġġetti għal prinċipji ċari dwar l-arranġamenti ta' governanza korporattiva u għal regoli dwar ir-remunerazzjoni li huma newtrali fir-rigward tas-sessi u li jieħdu f'kunsiderazzjoni d-differenzi bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment. Ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi, madanakolllu, jenħtieġ li jkunu eżenti minn dawk ir-regoli, għaliex id-dispożizzjonijiet relatati mar-remunerazzjoni u l-governanza korporattiva skont id-Direttiva 2014/65/UE huma komprensivi biżżejjed għal dawk it-tipi ta' ditti.

(21)  B'mod simili, ir-rapport tal-Kummissjoni COM(2016) 510[11] wera li r-rekwiżiti dwar id-differiment u l-ħlas fi strumenti stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE ma humiex adatti għal ditti tal-investiment żgħar u mhux kumplessi jew għal persunal b'livelli baxxi ta' remunerazzjoni varjabbli. Kriterji ċari, konsistenti u armonizzati għall-identifikazzjoni ta' ditti tal-investiment u ta' individwi eżentati minn dawk ir-rekwiżiti huma neċessarji biex tiġi żgurata konverġenza superviżorja, u biex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni. Fl-istess ħin, tajjeb li madankollu tkun offruta ċerta flessibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu jistgħu jadottaw approċċ aktar strett meta jqisu li dak ikun neċessarju.

(22)  Huwa wkoll xieraq li tiġi offruta ċerta flessibbiltà lid-ditti tal-investiment fil-mod li bih jużaw strumenti mhux fi flus meta jħallsu remunerazzjoni varjabbli, dment li t-tali strumenti jkunu effikaċi fl-ilħuq tal-objettiv ta' allinjament tal-interess tal-persunal mal-interess ta' diversi partijiet ikkonċernati, bħall-azzjonisti u l-kredituri, u jikkontribwixxu għall-allinjament tar-remunerazzjoni varjabbli mal-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment.

(23)  Id-dħul tad-ditti tal-investiment fil-forma ta' tariffi, ta' kummissjonijiet u ta' introjtu ieħor b'rabta mal-forniment ta' servizzi ta' investiment differenti hu ferm volatili. Il-limitazzjoni tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni għal porzjon tal-komponent fiss tar-remunerazzjoni tkun taffettwa l-ħila tad-ditta li tnaqqas ir-remunerazzjoni fi żminijiet ta' dħul imnaqqsa u tista' twassal għal żieda fil-bażi ta' spejjeż fissi tad-ditta, li jistgħu joħolqu riskji għall-ħila tad-ditta li tkampa matul tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jew tnaqqis fid-dħul. Biex jiġu evitati dawk ir-riskji, jenħtieġ li ma jiġix impost proporzjon massimu wieħed bejn l-elementi varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni fuq id-ditti mhux sistemiċi tal-investiment. Minflok, jenħtieġ li dawk id-ditti tal-investiment jistabbilixxu proporzjonijiet xierqa huma stess.

(24)  Bħala tweġiba għad-domanda dejjem akbar mill-pubbliku għal trasparenza fiskali u biex tiġi promossa r-responsabbiltà soċjali korporattiva tad-ditti tal-investiment, xieraq li d-ditti tal-investiment, sakemm ma jikkwalifikawx bħala żgħar u mhux konnessi, ikunu obbligati jiddivulgaw, fuq bażi annwali, ċerta informazzjoni, inkluża informazzjoni dwar il-profitti li jagħmlu, it-taxxi li ħallsu u kwalunkwe sussidju pubbliku li rċivew.

(25)  Sabiex jiġu indirizzati r-riskji fil-livell ta' grupp tad-ditti tal-investiment biss, jenħtieġ li l-metodu ta' konsolidazzjoni prudenzjali stipulat fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, fil-każ ta' gruppi ta' ditti tal-invesiment biss jiġi sostitwit minn test tal-kapital tal-grupp. Madankollu, jenħtieġ li d-determinazzjoni tas-superviżur tal-grupp tkun ibbażata fuq l-istess prinċipji li japplikaw fil-każ ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata. Biex tiġi żgurata kooperazzjoni xierqa, elementi ċentrali tal-miżuri ta' koordinazzjoni, u b'mod partikolari, rekwiżiti ta' informazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew f'arranġamenti ta' kooperazzjoni u ta' koordinazzjoni jenħtieġ li jkunu simili għall-elementi ċentrali ta' koordinazzjoni applikabbli fil-kuntest ta' ġabra unika tar-regoli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu.

(26)  Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tissottometti rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill għan-negozjar ta' ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi għall-eżerċizzju prattiku tas-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp għad-ditti tal-investiment, li l-intrapriżi prinċipali tagħhom ikunu stabbiliti f'pajjiżi terzi, u għal ditti tal-investiment li joperaw f'pajjiżi terzi li l-intrapriżi prinċipali tagħhom ikunu stabbiliti fl-Unjoni. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-EBA jkunu jistgħu wkoll jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi ma' pajjiżi terzi għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom.

(27)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u jiġu evitati dupplikazzjonijiet bejn il-qafas prudenzjali preżenti applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kif ukoll għad-ditti tal-investiment u din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE qegħdin jiġu emendati sabiex id-ditti tal-investiment jitneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. Madankollu, ditti ta' investiment ▌ jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-Direttiva 2013/36/UE li huma rilevanti għall-grupp bankarju, bħad-dispożizzjonijiet dwar impriża prinċipali intermedja tal-UE msemmija fl-[Artikolu 21b] tad-Direttiva 2013/36/UE u r-regoli dwar il-konsolidament prudenzjali stipulati fil-Kapitolu 2 tat-Titolu 2 tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(28)  Hemm bżonn li jiġu speċifikati l-passi li jridu jieħdu l-intrapriżi biex jivverifikaw jekk jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu kif stipulata fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, għalhekk, ikollhom jiksbu awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu. Peress li ċerti ditti tal-investiment diġà jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) sa (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, huwa wkoll neċessarju li tiġi żgurata ċ-ċarezza dwar il-kontinwità ta' kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija għal dawk l-attivitajiet. B'mod partikolari, huwa essenzjali li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li t-tranżizzjoni mill-qafas kurrenti għal dak ġdid toffri biżżejjed ċertezza regolatorja għad-ditti tal-investiment u ma ċċaħħadhomx mid-drittijiet sostantivi li bbenefikaw minnhom taħt il-qafas kurrenti.

(29)  Biex tiġi żgurata superviżjoni effettiva, importanti li l-impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 japplikaw għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti għalhekk ikollhom il-possibbiltà li japplikaw sanzjonijiet lil impriżi li ma japplikawx għal dik l-awtorizzazzjoni.

(30)  L-emenda għad-definizzjoni ta' "istituzzjoni ta' kreditu" fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 bir-Regolament [Regolament (UE)---/----[IFR]] tista', mad-dħul fis-seħħ tagħha, tkopri ditti tal-investiment li diġà jkunu qegħdin joperaw fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni maħruġa f'konformità mad-Direttiva 2014/65/UE. Jenħtieġ li dawk l-impriżi jitħallew ikomplu joperaw bl-awtorizzazzjoni tagħhom bħala ditti tal-investiment sakemm tingħata l-awtorizzazzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu. Jenħtieġ li dawk id-ditti tal-investiment jissottomettu applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu sa mhux aktar tard minn meta l-medja tal-assi totali ta' kull xahar tagħhom taqbeż kwalunkwe wieħed mil-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq perjodu ta' tnax-il xahar konsekuttivi. Meta ditta tal-investiment teċċedi kwalunkwe wieħed mil-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-medja tal-assi totali tagħha ta' kull xahar tiġi kkalkolata b'kunsiderazzjoni tat-tnax-il xahar konsekuttivi li jippreċedu dik id-data. Jenħtieġ li dawk id-ditti tal-investiment japplikaw għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu fi żmien sena u jum wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(31)  L-emenda għad-definizzjoni ta' "istituzzjoni ta' kreditu" fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 bir-Regolament [Regolament (UE)---/----[IFR]] tista', wkoll taffettwa impriżi li diġà jkunu applikaw għal awtorizzazzjoni bħala ditti tal-investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE u li għalihom tkun għadha pendenti l-applikazzjoni. Jenħtieġ li t-tali applikazzjonijiet jiġu ttrasferiti lill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2013/36/UE u li jiġu ttrattati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni stabbiliti f'dik id-Direttiva jekk l-assi totali previsti tal-impriża jilħqu kwalunkwe wieħed mil-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(32)  Minbarra r-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ukoll jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti kollha għall-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fit-Titolu III tad-Direttiva 2013/36/UE, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 18 ta' dik id-Direttiva. Jenħtieġ madankollu li l-Artikolu 18 ta' dik id-Direttiva jiġi emendat sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu wkoll jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija lil istituzzjoni ta' kreditu meta dik l-istituzzjoni ta' kreditu tuża l-awtorizzazzjoni tagħha esklussivament sabiex tidħol f'attivitajiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, għal perjodu ta' ħames (5) snin konsekuttivi, jkollha assi medji totali li jkunu anqas mil-limiti stabbiliti f'dak l-Artikolu 4(1)(1)(b).

(33)  Skont l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/65/UE, ditti minn pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi finanzjarji fl-UE huma soġġetti għal reġimi nazzjonali li jistgħu jirrekjedu l-istabbiliment ta' fergħa fi Stat Membru. Sabiex jiġu ffaċilitati l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni regolari tal-attivitajiet imwettqa minn ditti minn pajjiżi terzi permezz ta' fergħat fl-Unjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu infurmati dwar l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa permezz tal-fergħat fit-territorju tagħhom.

(34)  L-EBA, f'kooperazzjoni mal-ESMA, ħarġet rapport ibbażat fuq analiżi ta' sfond, ġbir ta' data u konsultazzjoni dettaljati għal reġim prudenzjali ppersonalizzat għad-ditti mhux sistemiċi kollha tal-investiment li jservi bħala l-bażi għall-qafas prudenzjali rivedut għad-ditti tal-investiment.

(35)  Biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-EBA tiġi inkarigata bl-abbozzar ta' standards tekniċi biex tispeċifika l-informazzjoni li jenħtieġ li l-awtoritajiet fil-pajjiżi tad-domiċilju u ospitanti jiskambjaw fil-kuntest tas-superviżjoni, sabiex jiġi stabbilit kif id-ditti tal-investiment jevalwaw id-daqs tal-attivitajiet tagħhom għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' governanza interna u b'mod partikolari biex jevalwaw jekk jikkostitwixxux ditta żgħira u mhux interkonnessa, Jenħtieġ li l-istandards tekniċi jispeċifikaw ukoll liema membri tal-persunal ikollhom impatt materjali fuq il-profil ta' riskju ta' ditti għall-iskopijiet ta' dispożizzjonijiet ta' remunerazzjoni, u jispeċifikaw l-istrumenti addizzjonali tal-Grad 1 u Grad 2 li jikkwalifikaw bħala remunerazzjoni varjabbli. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-istandards tekniċi jispeċifikaw l-elementi għall-valutazzjoni tal-ambitu tal-applikazzjoni ta' rekwiżiti dwar il-governanza interna, it-trasparenza, it-trattament tar-riskji u r-remunerazzjoni, l-applikazzjoni ta' rekwiżiti addizzjonali ta' kapital mill-awtoritajiet kompetenti, u l-funzjonament ta' kulleġġi superviżorji.

(36)  Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva u biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tad-definizzjonijiet f'din id-Direttiva, tal-valutazzjonijiet tal-kapital intern u tar-riskju tad-ditti tal-investiment, u tas-setgħat ta' rieżami u ta' evalwazzjoni superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti. Hi ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(37)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni tal-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni abbozzati mill-EBA rigward ir-rekwiżiti għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, u biex jitqiesu l-iżviluppi fl-oqsma ekonomiċi u monetarji, fir-rigward tal-livelli ta' rekwiżiti kapitali inizjali għad-ditti tal-investiment, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk il-poteri jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12].

(38)  Peress li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li twaqqaf qafas prudenzjali effettiv u proporzjonat biex jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment awtorizzati biex joperaw fi ħdan l-Unjoni joperaw fuq bażi finanzjarjament solida u huma ġestiti b'mod ordnat inkluż fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex tilħaq dawk l-objettivi.

(39)  Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni[13], l-Istati Membri ntrabtu li, f'każijiet iġġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dawn id-dokumenti hi ġġustifikata.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar:

(a)  il-kapital inizjali tad-ditti tal-investiment;

(b)  is-setgħat superviżorji u l-għodod għas-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment mill-awtoritajiet kompetenti;

(c)  is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment mill-awtoritajiet kompetenti b'mod li jkun konsistenti mar-regoli stabbiliti fir-[Regolament(UE) ---/----[IFR];

(d)  ir-rekwiżiti ta' pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal ditti tal-investiment awtorizzati u superviżati skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14].

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.  Għall-fini ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)  "impriża ta' servizzi anċillari" tfisser impriża ta' servizzi anċillari kif definita fl-Artikolu 4(1)(18) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(2)  "awtorizzazzjoni" tfisser awtorizzazzjoni ta' ditta tal-investiment f'konformità mat-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE;

(3)  "fergħa" tfisser fergħa kif definita fl-Artikolu 4(1)(30) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(4)  "rbit mill-qrib" tfisser irbit mill-qrib kif definit fl-Artikolu 4(1)(35) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(5)  "awtorità kompetenti" tfisser awtorità pubblika jew korp pubbliku ta' Stat Membru li jkunu uffiċjalment rikonoxxuti u mogħtija s-setgħa mid-dritt nazzjonali biex jissorveljaw ditti tal-investiment f'konformità ma' din id-Direttiva, bħala parti mis-sistema superviżorja mħaddma f'dak l-Istat Membru;

(6)  "negozjanti tal-komoditajiet" tfisser negozjanti tal-komoditajiet kif definiti fl-Artikolu 4(1)(145) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(7)  "kontroll" tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif deskritta fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15], jew fl-istandards kontabilistiċi li għalihom tkun soġġetta ditta tal-investiment skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002[16], jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;

(8)  "konformità mat-test tal-kapital ta' grupp" tfisser il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR] mill-impriża prinċipali fi grupp ta' ditti tal-investiment;

(9)  "istituzzjonijiet ta' kreditu" tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(10)  "derivattivi" tfisser derivattivi kif definiti fl-Artikolu 2(1)(29) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014[17];

(11)  "istituzzjoni finanzjarja" tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definita fl-Artikolu 4(1)(13) tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR];

(12)  "grupp" tfisser grupp kif definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2013/34/KE;

(13)  "superviżur tal-grupp" tfisser awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp ta' ditti tal-investiment prinċipali tal-Unjoni kkontrollat minn kumpaniji azzjonarji ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-Unjoni;

(14)  "Stat Membru tad-domiċilju" tfisser Stat Membru tad-domiċilju kif definit fl-Artikolu 4(1)(55)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(15)  "Stat Membru ospitanti" tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fl-Artikolu 4(1)(56) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(16)  "kapital inizjali" tfisser il-kapital li hu meħtieġ għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni ta' ditta tal-investiment;

(17)  "ditta tal-investiment" tfisser ditta tal-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(18)  "grupp ta' ditti tal-investiment" tfisser grupp ta' ditti tal-investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(23) tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR];

(19)  "kumpanija azzjonarja ta' investiment" tfisser kumpanija azzjonarja ta' investiment kif definita fl-Artikolu 4(1)(21) tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR];

(20)  "servizzi u attivitajiet ta' investiment" tfisser servizzi u attivitajiet ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(21)  "korp maniġerjali" tfisser korp maniġerjali kif definit fl-Artikolu 4(1)(36) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(22)  "korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu" tfisser il-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu kif definit fl-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(23)  "kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta" tfisser kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta kif definita fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18];

(24)  "maniġment superjuri" tfisser maniġment superjuri kif definit fl-Artikolu 4(1)(37) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(25)  "impriża prinċipali" tfisser impriża prinċipali kif definita fl-Artikolu 4(1)(32) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(26)  "sussidjarja" tfisser sussidjarja kif definita fl-Artikolu 4(1)(33) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(27)  "riskju sistemiku" tfisser riskju sistemiku kif definit fl-Artikolu 3(1)(10) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(28)  "ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni" tfisser ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni kif definita fl-Artikolu 4(1)(49) tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR];

(29)  "kumpanija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni" tfisser kumpanija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni kif definita fl-Artikolu 4(1)(50) tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR];

(30)  "kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-Unjoni" tfisser kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-Unjoni kif definita fl-Artikolu 4(1)(51) tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR];

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 54 biex tiċċara:

(a)  id-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva;

(b)  id-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 biex, fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, tingħata kunsiderazzjoni lill-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

TITOLU II

AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 4

In-nomina u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar biex twettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet previsti f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-ESMA dwar din id-deżinjazzjoni, u meta jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda, dwar il-funzjonijiet u d-dmirijiet ta' kull awtorità kompetenti.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment, u meta applikabbli, ta' kumpaniji azzjonarji ta' investiment u ta' kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, biex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji, inkluża s-setgħa li jwettqu verifiki fuq il-post f'konformità mal-Artikolu 12, biex jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw il-konformità tad-ditti tal-investiment u, fejn applikabbli, tal-kumpaniji azzjonarji ta' investiment u tal-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], u biex jinvestigaw il-ksur possibbli ta' dawk ir-rekwiżiti.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-ħila esperta, ir-riżorsi, il-kapaċità operazzjonali, is-setgħat kollha u l-indipendenza meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet relatati mas-superviżjoni prudenzjali, l-investigazzjoni u l-penali stabbiliti f'din id-Direttiva.

5.  L-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-ditti tal-investiment jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bl-informazzjoni neċessarja kollha għall-valutazzjoni tal-konformità tad-ditti tal-investiment mar-regoli nazzjonali li jittrasponu din di-Direttiva u l-konfrmità mar-[Regolament (UE) ---/----[IFR]. Il-mekkaniżmi ta' kontroll intern u l-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tad-ditti tal-investiment għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità tagħhom ma' dawk ir-regoli f'kull ħin.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jirreġistraw it-transazzjonijiet tagħhom kollha u jiddokumentaw is-sistemi u l-proċessi, li jkunu soġġetti għal din id-Direttiva u r-Regolament (UE) ---/----[IFR] b'tali mod li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jevalwaw il-konformità mar-regoli nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u l-konformità mar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] f'kull waqt.

Artikolu 4a (ġdid)

Is-setgħa li ċerti ditti tal-investiment jiġu imposti rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-awtoritajiet kompetenti, inklużi s-superviżuri kkonsolidati msemmija fl-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE, jistgħu japplikaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lil impriża li ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinita fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-impriża ma tkunx negozjant tal-komoditajiet jew tal-kwoti tal-emissjonijiet, jew impriża tal-investiment kollettiv jew impriża tal-assigurazzjoni;

(b)  l-impriża twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(c)  l-impriża twettaq attivitajiet simili għal dawk normalment assoċjati ma' impriżi li jieħdu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku u jagħtu kreditu f'isimhom stess.

(d)  l-attivitajiet imsemmija fil-punti (b) u (c) ta' dan is-subparagrafu jitwettqu fuq tali skala li l-falliment tal-impriża jista' joħloq riskju sistemiku kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE.

L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, u b'kunsiderazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/488 għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiżgura applikazzjoni konsistenti tal-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 5Kooperazzjoni fi ħdan Stat Membru

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti jew mal-korpi responsabbli fl-Istat Membru tagħhom għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tal-istituzzjonijiet finanzjarji. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lil dawk l-awtoritajiet kompetenti u dawk l-awtoritajiet pubbliċi biex jiskambjaw, mingħajr dewmien, kwalunwke informazzjoni li tkun essenzali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet tagħhom.

2.  L-awtoritajiet kompetenti li huma differenti minn dawk iddeżinjati f'konformità mal-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu għall-kooperazzjoni ma' dawk l-awtoritajiet, u għall-iskambju tal-informazzjoni kollha li hi rilevanti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 6

Kooperazzjoni mas-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja

Waqt il-qadi ta' dmirijiethom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-konverġenza tal-istrumenti superviżorji u l-prattika superviżorja fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali adottati skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)  l-awtoritajiet kompetenti, bħala partijiet għas-SESF, jikkooperaw b'fiduċja u b'rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari huma u jiżguraw iċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni adatta, affidabbli u eżawrjenti bejnhom u bejn partijiet oħrajn għas-SESF;

(b)  l-awtoritajiet kompetenti jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-EBA u, kif xieraq, fil-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fl-Artikolu 44 u fl-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)  l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu kull sforz sabiex jiżguraw konformità mal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-EBA skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[19] u li jwieġbu għall-avviżi u għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[20];

(d)  l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib mal-BERS;

(e)  il-kompiti u s-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti ma jimpedixxux it-twettiq tad-dmirijiet ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti bħala membri tal-EBA, jew tal-BERS, jew skont din id-Direttiva u skont ir-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR].

Artikolu 7Id-dimensjoni tal-Unjoni tas-superviżjoni

L-awtoritajiet kompetenti f'xi wieħed mill-Istati Membri għandhom, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet ġenerali tagħhom, jikkunsidraw debitament l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi Stati Membri oħra kkonċernati kif ukoll għall-Unjoni kollha kemm hi u, b'mod partikolari, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien rilevanti.

TITOLU IIIKAPITAL INIZJALI

Artikolu 8Kapital inizjali

1.  Il-kapital inizjali ta' ditta tal-investiment meħtieġ skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/65/UE għall-awtorizzazzjoni biex tipprovdi s-servizzi ta' investiment jew twettaq l-attivitajiet ta' investiment elenkati fil-punti (3), (6), (8) jew (9) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE għandu jkun ta' EUR 750 000.

2.  Il-kapital inizjali ta' ditta tal-investiment meħtieġ skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/65/UE għall-awtorizzazzjoni biex tipprovdi s-servizzi ta' investiment jew twettaq l-attivitajiet ta' investiment elenkati fil-punti (1), (2), (4), (5), jew (7) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li ma tkunx awtorizzata żżomm flus tal-klijenti jew titoli li jappartjenu għall-klijenti tagħha għandu jkun ta' EUR 75 000.

3.  Il-kapital inizjali ta' ditta tal-investiment meħtieġ skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/65/UE għal ditti tal-investiment oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun ta' EUR 150 000.

4.  Permezz ta' atti delegati, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-ammont ta' kapital inizjali msemmi fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu biex jitqiesu l-iżviluppi fl-oqsma ekonomiċi u monetarji. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija ▌ fl-Artikolu 54.

"Artikolu 8a

Referenzi għal kapital inizjali fid-Direttiva 2013/36/UE

Ir-referenzi għal-livelli ta' kapital inizjali stabbiliti fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva għandhom, sa mid-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jinftiehmu bħala li jissostitwixxu referenzi għal-livelli ta' kapital inizjali stabbilit mid-Direttiva 2013/36/UE kif ġej:

(a)  ir-referenza għall-kapital inizjali tad-ditti tal-investiment fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-Artikolu 8(1) ta' din id-Direttiva.

(b)  ir-referenzi għall-kapital inizjali tad-ditti tal-investiment fl-Artikolu 29 u 31 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għall-Artikolu 8(2) jew (3) ta' din id-Direttiva, skont it-tip ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment ta' ditta tal-investiment;

(c)  ir-referenza għall-kapital inizjali fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-Artikolu 8(1) ta' din id-Direttiva.

Artikolu 8b

Assigurazzjoni ta' indennizz

Id-ditti kollha tal-investiment li jipprovdu servizzi taħt din id-Direttiva huma meħtieġa jkollhom assigurazzjoni ta' indennizz professjonali.

Artikolu 9Kompożizzjoni tal-kapital inizjali

Il-kapital inizjali ta' ditta tal-investiment għandu jikkonsisti f'entrata waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) ---/----[IFR].

TITOLU IVSUPERVIŻJONI PRUDENZJALI

KAPITOLU 1Prinċipji tas-superviżjoni prudenzjali

Taqsima 1Kompetenzi u dmirijiet tal-Istati Membri tad-domiċilju u ta' dawk osiptanti

Artikolu 10Kompetenzi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju

Is-superviżjoni prudenzjali ta' ditta tal-investiment għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju, mingħajr preġudizzju għal dawk id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jagħtu r-responsabbiltà lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Artikolu 11Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti għandhom jikkooperaw mill-qrib għall-finijiet tad-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR], b'mod partikolari billi jiskambjaw informazzjoni dwar ditti tal-investiment mingħajr dewmien, inklużi dawn li ġejjin:

(a)  informazzjoni dwar l-istruttura maniġerjali u tas-sjieda tad-ditta tal-investiment;

(b)  informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti kapitali mid-ditta tal-investiment;

(c)  informazzjoni dwar ir-riskju tal-konċentrazzjoni u l-likwidità tad-ditta tal-investiment;

(d)  informazzjoni dwar il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern tad-ditta tal-investiment;

(e)    kwalunkwe fattur rilevanti ieħor li jista' jinfluwenza r-riskju maħluq mid-ditta tal-investiment.

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bi kwalunkwe informazzjoni u sejba dwar il-problemi u r-riskji potenzjali maħluqa minn ditta tal-investiment għall-protezzjoni tal-klijenti jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti li jkunu identifikaw meta ssorveljaw l-attivitajiet ta' ditta tal-investiment.

3.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jaġixxu fuq l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti billi jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jevitaw jew jirrimedjaw il-problemi u r-riskji potenzjali kif msemmija fil-paragrafu 2. Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jispjegaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti kif ikunu kkunsidraw l-informazzjoni u s-sejbiet ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

4.  Meta, wara l-komunikazzjoni tal-informazzjoni u tas-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jikkunsidraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkunux ħadu l-miżuri neċessarji msemmija fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, wara li jkun informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u lill-EBA, jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu lill-klijenti li lilhom huma pprovduti s-servizzi u biex jipproteġu l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

5.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li ma jaqblux mal-miżuri tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-EBA, li għandha taġixxi f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Meta l-EBA taġixxi f'konformità ma' dak l-Artikolu, hi għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar.

6.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżti għat-tip u għan-natura tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għar-rekwiżiti ta' skambju ta' informazzjoni li x'aktarx li jiffaċilitaw is-superviżjoni tad-ditti tal-investiment.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

8.  L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta' standards tekniċi msemmi fil-paragrafi 6 u 7 lill-Kummissjoni sa [disa' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Artikolu 12Verifiki u spezzjonar fuq il-post ta' fergħat stabbiliti fi Stat Membru ieħor

1.  L-Istati Membri ospitanti għandhom jipprovdu li, meta ditta tal-investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor twettaq l-attivitajiet tagħha permezz ta' fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jistgħu, wara li jkunu informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, iwettqu verifiki fuq il-post tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1).

2.  Għal finijiet superviżorji u meta jqisu li dan hu rilevanti għal raġunijiet ta' stabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu, fuq bażi ta' każ b'każ, verifiki fuq il-post u spezzjonijiet tal-attivitajiet imwettqa mill-fergħat tad-ditti tal-investiment fit-territorju tagħhom u jitolbu informazzjoni mingħand fergħa dwar l-attivitajiet tagħha.

Qabel ma jsiru dawk il-verifiki u l-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom, mingħajr dewmien, jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

Malajr kemm jista' jkun wara t-tlestija ta' dawk il-verifiki u l-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju l-informazzjoni li tkun rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tal-istituzzjoni tad-ditta tal-investiment ikkonċernata.

Taqsima 2

Segretezza professjonali u rapportar

Artikolu 13Segretezza professjonali u skambju ta' informazzjoni kunfidenzjali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-persuni kollha assoċjati ma' dawk l-awtoritajiet, inklużi l-persuni msemmija fl-Artikolu 76(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, huma marbuta bl-obbligu ta' segretezza professjonali għall-finijiet ta' din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

Informazzjoni kunfidenzjali li tali awtoritajiet u persuni jirċievu matul it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom tista' tiġi żvelata biss f'forma sommarja jew aggregata, dment li d-ditti tal-investiment individwali jew il-persuni ma jkunux jistgħu jiġu identifikati, bla preġudizzju għall-każijiet koperti bid-dritt kriminali.

Meta ditta tal-investiment tkun ġiet iddikjarata falluta jew tkun qed tiġi stralċata b'mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax partijiet terzi tista' tiġi ddivulgata fi proċeduri ċivili jew kummerċjali meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq ta' dawk il-proċeduri.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw biss l-informazzjoni kunfidenzjali miġbura, skambjata jew trażmessa skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) ---/----[IFR] għall-fini ta' twettiq ta' dmirijiethom, u b'mod partikolari għall-finijiet li ġejjin:

(a)  il-monitoraġġ tar-regoli prudenzjali stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(b)  l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet;

(c)  f'appelli amministrattivi kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti;

(d)  fi proċeduri tal-qorti mnedija permezz tal-Artikolu 21.

3.  Persuni jew korpi fiżiċi u ġuridiċi, għajr awtoritajiet kompetenti, li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) ---/----[IFR] għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għall-finijiet li għalihom l-awtorità kompetenti tipprovdiha b'mod espliċitu jew f'konformità mad-dritt nazzjonali.

4.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali għall-finijiet tal-paragrafu 2, jistgħu jiddikjaraw b'mod espliċitu kif dik l-informazzjoni għandha tiġi ttrattata u jistgħu jirrestrinġu b'mod espliċitu kwalunwke trażmissjoni ulterjuri ta' dik l-informazzjoni.

5.  L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 m'għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jibagħtu informazzjoni kunfidenzjali lill-Kummissjoni Ewropea meta dik l-informazzjoni tkun neċessarja għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Kummissjoni.

6.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu lill-EBA, lill-ESMA, lill-BERS, lill-banek ċentrali tal-Istati Membri, lis-SEBĊ u lill-BĊE fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji u, fejn xieraq, awtoritajiet pubbliċi responsabbli mis-sorveljanza tas-sistemi ta' pagament u saldu, informazzjoni kunfidenzjali meta dik l-informazzjoni tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Artikolu 14Arranġamenti amministrattivi ma' pajjiżi terzi għall-iskambju ta' informazzjoni

L-Istati Membri, u l-EBA f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jistgħu, għall-fini ta' twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom skont din id-Direttiva jew ir-[Regolament (UE) ---/----[IFR], jikkonkludu arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi biex jiskambjaw informazzjoni, inkluża b'rabta ma' dawn li ġejjin:

(a)  is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq finanzjarji;

(b)  il-likwidazzjoni u l-falliment ta' ditti tal-investiment u proċeduri simili;

(c)  is-sorveljanza tal-korpi involuti fil-likwidazzjoni u fil-falliment ta' ditti tal-investiment u proċeduri simili;

(d)  it-twettiq ta' awditi statutorji fuq istituzzjonijiet finanzjarji jew fuq istituzzjonijiet li jamministraw skemi ta' kumpens;

(e)  is-sorveljanza ta' persuni inkarigati bit-twettiq ta' awditi statutorji tal-kontijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji;

(f)  is-sorveljanza ta' persuni attivi fis-swieq tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-fini ta' żgurar ta' ħarsa ġenerali konsolidata lejn is-swieq finanzjarji u spot;

(g)  is-sorveljanza ta' persuni attivi fis-swieq tad-derivattivi ta' prodotti bażiċi agrikoli għall-fini ta' żgurar ta' ħarsa ġenerali konsolidata lejn is-swieq finanzjarji u spot.

Dawk l-arranġamenti għandu jkun fihom dispożizzjonijiet dwar is-segretezza professjonali li jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 13 ta' din id-Direttiva.

Artikolu 15Dmirijiet tal-persuni responsabbli għall-kontroll tal-kontijiet annwali u konsolidati

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe persuna awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE[21] u li twettaq f'ditta tal-investiment il-kompiti deskritti fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE[22] jew l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/34/UE jew kwalunkwe kompitu statutorji ieħor, għandu jkollhom id-dmir li jirrapportaw malajr kemm jista' jkun lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw lil dik id-ditta tal-investiment, jew li jikkonċernaw impriża li għandha rbit mill-qrib ma' dik id-ditta tal-investiment li:

(a)  jikkostitwixxu ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi stabbiliti skont din id-Direttiva;

(b)  jistgħu jaffettwaw il-funzjonament kontinwu tad-ditta tal-investiment; or

(c)  jistgħu jwasslu għar-rifjut taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew jistgħu jwasslu għall-espressjoni ta' riżervi.

Taqsima 3

Penali, setgħat investigattivi, u dritt ta' appell

Artikolu 16Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra fir-rigward ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], inkluż meta jseħħu dawn li ġejjin:

(a)  ditta tal-investiment tonqos milli ddaħħal fis-seħħ arranġamenti ta' governanza interna kif stabbilit fl-Artikolu 24.

(b)  ditta tal-investiment ma tirrapportax lill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-[Regolament (UE) ---/----IFR], informazzjoni dwar il-konformità mal-obbligu li tissodisfa r-rekwiżiti kapitali kif stipulati fl-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament, jew li tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża.

(c)  ditta tal-investiment ma tirrapportax lill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tal-Artikolu 34 tar-[Regolament (UE) Nru ---/----], informazzjoni dwar ir-riskju ta' konċentrazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża;

(d)  ditta tal-investiment iġġarrab riskju tal-konċentrazzjoni li jaqbeż il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 36 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR]], mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 37 u 38 ta' dak ir-Regolament;

(e)  ditta tal-investiment tonqos b'mod ripetut jew persistenti milli żżomm assi likwidi bi ksur tal-Artikolu 42 tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR] mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 43 ta' dak ir-Regolament;

(f)  ditta tal-investiment tonqos milli tiżvela informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta bi ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fis-Sitt Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(g)  ditta tal-investiment tagħmel pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji tad-ditta tal-investiment fejn l-Artikoli 28, 52 jew 63 ta' Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprojbixxu tali pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji;

(h)  ditta tal-investiment tinstab li tkun responsabbli għal ksur serju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2015/849[23];

(i)  ditta tal-investiment tippermetti lil persuna waħda jew aktar li ma tikkonformax mal-Artikolu 91 tad-Direttiva 2013/36/UE li ssir membru jew tibqa' membru tal-korp maniġerjali.

L-Istati Membri li ma jistabbilixxux regoli dwar penali amministrattivi għal ksur li hu soġġett għad-dritt kriminali nazzjonali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali.

Il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma stabbiliti f'livelli kumparabbli ma' dawk fi Stati Membri oħra.

2.  Il-penali amminsitrattivi u l-miżuri amministrattivi oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)  dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna fiżika jew ġuridika, id-ditta tal-investiment, il-kumpanija azzjonarja ta' investiment jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b)  ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li tirrepeti dik l-imġiba;

(c)  projbizzjoni temporanja għal membri tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li jeżerċitaw funzjonijiet f'ditti tal-investiment;

(d)  fil-każ ta' persuna ġuridika, penali amministrattivi pekunarji sa 10% tal-valur tal-bejgħ nett annwali totali inkluż l-introjtu gross li jikkonsisti minn imgħax riċevibbli u introjtu simili, introjtu mill-ishma u titoli oħra b'rendita fissa jew varjabbli, u kummissjonijiet jew tariffi tal-impriża fis-sena kummerċjali preċedenti.

(e)  fil-każ ta' persuna ġuridika, il-penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar mid-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur fejn dawk il-profotti jew telf ikunu jistgħu jiġu ddeterminati.

(f)  fil-każ ta' persuna fiżika, penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar minn EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva];

Fejn impriża msemmija fil-punt (d) tkun sussidjarja, l-introjtu gross rilevanti għandu jkun l-introjtu gross li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-impriża omm apikali fis-sena kontabilistika preċedenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta ditta tal-investiment tkun qed tikser id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew jiksru r-[Regolament (UE) ---/----[IFR], jistgħu jiġu applikati penali fir-rigward tal-membri tal-korp maniġerjali u fir-rigward ta' persuni fiżiċi oħra li jkunu responsabbli għall-ksur skont id-dritt nazzjonali.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip ta' penali amministrattivi jew ta' miżuri amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 u l-livell ta' penali amminstrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi, fejn xierqa:

(a)  il-gravità u d-durata tal-ksur;

(b)  il-grad ta' responsabbiltà tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur;

(c)  is-saħħa finanzjarja tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur, inkluż il-fatturat totali tal-persuni ġuridiċi jew l-introjtu annwali tal-persuni fiżiċi;

(d)  l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat mill-persuni ġuridiċi responsabbli għall-ksur;

(e)  kwalunkwe telf imġarrab minn partijiet terzi minħabba l-ksur;

(f)  il-livell ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(g)  il-ksur preċedenti mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur;

(h)  kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur.

Artikolu 17Setgħat investigattivi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha ta' ġbir ta' informazzjoni u ta' investigazzjoni kollha meħtieġa biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, inklużi:

(a)  is-setgħa li jesiġu li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin jipprovdu informazzjoni:

(i)  ditti tal-investiment stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(ii)  kumpaniji azzjonarji ta' investiment stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(iii)  kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(iv)  kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(v)  persuni li jappartjenu għall-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (iv);

(vi)  partijiet terzi li l-entitajiet msemmija fil-punti (i) sa (iv) ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali;

(b)  is-setgħa li jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji kollha fuq kull persuna li ssir referenza għaliha fil-punt (a) li tkun stabbilita jew lokalizzata fl-Istat Membru kkonċernat, inkluż id-dritt:

(i)  li tintalab is-sottomissjoni ta' dokumenti mill-persuni msemmija fil-punt (a);

(ii)  li jiġu eżaminati l-kotba u r-reġistri tal-persuni msemmija fil-punt (a) u li jsiru kopji jew jittieħdu siltiet mit-tali kotba u reġistri;

(iii)  li jinkisbu spjegazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm mingħand il-persuni msemmija fil-punt (a) jew mingħand ir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom.

(iv)  li tiġi intervistata kull persuna rilevanti għall-iskopijiet tal-ġbir ta' informazzjoni fuq is-suġġett ta' xi investigazzjoni;

(c)  is-setgħa li jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji kollha fil-bini tan-negozju tal-persuni ġuridiċi msemmija fil-punt (a) u kwalunkwe impriża oħra inkluża fis-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp meta l-awtorità kompetenti tkun is-superviżur tal-grupp, dment li jiġu nnotifikati minn qabel l-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati.

Artikolu 18Il-pubblikazzjoni ta' penali u ta' miżuri amministrattivi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom kull penali u miżura amministrattiva imposti f'konformità mal-Artikolu 16 u li kontrihom ma jkun hemm ebda appell, mingħajr dewmien żejjed. Dik il-pubblikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fuqha tiġi imposta l-penali jew li kontriha tittieħed il-miżura. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata biss wara li dik il-persuna tkun ġiet infurmata dwar dawk il-penali jew miżuri u sakemm il-pubblikazzjoni tkun neċessarja u proporzjonata.

2.  Meta l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' penali jew miżuri amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 16, li kontriha jkun tressaq appell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom informazzjoni dwar l-istatus tal-appell u dwar l-eżitu tal-appell.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-penali jew il-miżuri amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 16 fuq bażi anonima fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)  il-penali jkun ġie impost fuq persuna fiżika u l-pubblikazzjoni tad-data personali ta' dik il-persuna tistab li tkun sproporzjonata;

(b)  il-pubblikazzjoni tkun tixħet f'riskju investigazzjoni kriminali kurrenti jew l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji;

(c)  il-pubblikazzjoni tkun tikkawża ħsara sproporzjonata għad-ditti tal-investiment jew għall-persuni fiżiċi involuti.

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppubblikata skont dan l-Artikolu tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal mill-inqas ħames snin. Data personali tista' tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti meta din il-pubblikazzjoni tkun permessa mir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 19Rapportar tal-penali lill-EBA

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EBA dwar il-penali u l-miżuri amministrattivi imposti skont l-Artikolu 16, dwar kwalunkwe appell kontra dawk il-penali u l-miżuri u dwar l-eżitu ta' dawn. L-EBA għandha żżomm bażi ta' data ċentrali ta' penali u ta' miżuri amministrattivi kkomunikati lilha unikament għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik il-bażi ta' data għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti u għall-ESMA biss u għandha tiġi aġġornata darba fis-sena.

L-EBA għandha żżomm sit web b'links għall-pubblikazzjoni tal-penali u tal-miżuri amministrattivi ta' kull awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 16 u għandha tiddikjara l-perjodu ta' kemm idumu ppubblikati l-penali u l-miżuri amministrattivi ta' kull Stat Membru.

Artikolu 20Rapportar ta' ksur

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi u affidabbli biex jirrapportaw, mingħajr dewmien mhux ġustifikat, ksur potenzjali jew attwali tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], inklużi dawn li ġejjin:

(a)  proċeduri speċifiċi għat-trattament ta' rapporti dwar ksur;

(b)  protezzjoni xierqa kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni jew tipi oħra ta' trattament inġust mid-ditti tal-investiment għal impjegati ta' ditti tal-investiment li jirrappurtaw ksur imwettaq fi ħdan id-ditta tal-investiment;

(c)  il-protezzjoni tad-data personali li tirrigwarda kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li allegatement hija responsabbli għal dak il-ksur, skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/679;

(d)  regoli ċari li jiżguraw li tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità fil-każijiet kollha fir-rigward tal-persuna li tirrapporta l-ksur imwettaq fi ħdan id-ditta tal-investiment, sakemm id-divulgazzjoni ma tkunx meħtieġa mid-dritt nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet ulterjuri jew ta' proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti.

2.  L-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-ditti tal-investiment li jkollhom fis-seħħ proċeduri xierqa għall-impjegati tagħhom biex jirrapportaw ksur internament permezz ta' kanal speċifiku u indipendenti. Dawk il-proċeduri jistgħu jiġu pprovduti mis-sħab soċjali dment li dawk il-proċeduri joffru l-istess protezzjoni bħall-protezzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1.

Artikolu 21Dritt ta' appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-miżuri meħuda skont ir-[Regolament (UE) ---/----[IFR] jew skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati f'konformità ma' din id-Direttiva jkunu soġġetti għal dritt ta' appell.

KAPITOLU 2Proċess ta' rieżami

Taqsima 1Proċess ta' valutazzjoni dwar l-adegwatezza tal-kapital intern

Artikolu 22Kapital Intern

1.  Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom fis-seħħ strateġiji u proċessi sodi, effikaċi u komprensivi biex jivvalutaw u jżommu fuq bażi kontinwa l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital intern li huma jqisu bħala xieraq biex ikopru n-natura u l-livell tar-riskji li huma skoperti għalihom jew li jistgħu jkunu skoperti għalihom.

2.  L-istrateġiji u l-proċessi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal rieżami intern regolari biex jiġi żgurat li jibqgħu komprensivi u proporzjonati għan-natura, għall-iskala u għall-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta tal-investiment ikkonċernata.

Taqsima 2

Governanza interna, trasparenza, trattament tar-riskji u remunerazzjoni

Artikolu 23Valutazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din it-Taqsima

1.  Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jivvalutaw, fuq bażi annwali, u skont il-puntu (a) u (b), jekk jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR]:

(a)  ditta tal-investiment għandha tiddetermina jekk hi, fuq il-bażi taċ-ċifri mill-perjodu ta' sentejn li jiġi eżatt qabel sena finanzjarja partikolari, tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) sa (g) tal-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(b)  ditta tal-investiment għandha tiddetermina jekk, fuq il-bażi taċ-ċifri minn dak l-istess perjodu, din taqbiżx bħala medja l-limiti stabbiliti fil-punti (a), (b), (h) u (i) tal-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

2.  Din it-Taqsima ma għandhiex tapplika meta, fuq il-bażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ditta tal-investiment tiddetermina li hi tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

3.  Ditta tal-investiment li, fuq il-bażi tal-valutazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1, tiddetermina li hi ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], din għandha tikkonforma ma' din it-Taqsima mis-sena finanzjarja ta' wara s-sena finanzjarja li fiha tkun saret il-valutazzjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din it-Taqsima tkun tapplika għal ditti tal-investiment fuq bażi individwali u fil-livell tal-gruppi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment soġġetti għal din it-Taqsima jimplimentaw ir-rekwiżiti ta' din it-Taqsima fis-sussidjarji tagħhom li jkunu istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(13) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], inklużi dawk stabbliti f'pajjiżi terzi, sakemm l-impriża prinċipali fl-Unjoni ma tkunx tista' turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni ta' din it-Taqsima tkun illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn tkun stabbilita din is-sussidjarja.

5.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu perjodu iqsar mis-sentejn imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta jkunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  in-negozju tad-ditta tal-investiment jkun soġġett għal tibdil materjali; u

(b)  bħala riżultat tal-punt (a), id-ditta tal-investiment tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

6.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu għall-kalkolu tal-medja msemmija fil-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu. L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [id-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 24Governanza interna

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jkollhom arranġamenti ta' governanza robusti, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(a)  struttura organizzazzjonali ċara b'linji ta' responsabbiltà definiti sew, trasparenti u konsistenti;

(b)  proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, għall-ġestjoni, għall-monitoraġġ u għar-rapportar tar-riskji li d-ditti tal-investiment jkunu skoperti għalihom jew jistgħu jkunu skoperti għalihom;

(c)  mekkaniżmi adegwati ta' kontroll intern, inklużi proċeduri ta' amministrazzjoni u kontabilistiċi sodi;

(d)  politiki u prattiki ta' remunerazzjoni li huma konsistenti ma' mmaniġġjar solidu u effettiv tar-riskju u li jippromwovu dan.

2.  Meta jiġu stabbiliti l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jiġu kkunsidrati l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 31 ta' din id-Direttiva, kif ukoll fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/65/UE.

3.  L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu komprensivi u proporzjonati għan-natura, għall-iskala u għall-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju u fl-attivitajiet tad-ditta tal-investiment.

4.  L-EBA f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kontenut tal-applikazzjoni tal-arranġamenti ta' governanza msemmija fil-paragrafu 1. L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 25Rapportar pajjiż b'pajjiż

1.  L-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-ditti tal-investiment li jiddivulgaw skont kull Stat Membru u kull pajjiż terz li fih id-ditti tal-investiment jkollha fergħa jew sussidjarja li tkun istituzzjoni finanzjarja kif definita fl-Artikolu 4(1)(26) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 l-informazzjoni li ġejja fuq bażi annwali:

(a)    l-isem, in-natura tal-attivitajiet u l-post fejn jinsabu kwalunkwe sussidjarja u fergħa;

(b)    il-fatturat;

(c)    l-għadd ta' impjegati fuq bażi ekwivalenti għall-full time;

(d)    il-profitt jew telf qabel it-taxxa;

(e)    it-taxxa fuq il-profitt jew telf;

(f)    is-sussidji pubbliċi riċevuti.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi vverifikata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE u, fejn possibbli, għandha tiġi mehmuża mal-kontijiet annwali jew, fejn applikabbli, mar-rapporti finanzjarji kkonsolidati ta' dik id-ditta tal-investiment.

Artikolu 26Trattament tar-riskji

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment japprova u kull ċertu żmien jirrieżamina l-istrateġija u l-politiki dwar l-aptit għar-riskju tad-ditta tal-investiment, u dwar l-immaniġġjar, il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tar-riskji li d-ditta tal-investiment hi skoperta għalihom jew tista' tkun skoperta għalihom, b'kunsiderazzjoni tal-ambjent makroekonomiku u taċ-ċiklu kummerċjali tad-ditta tal-investiment.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali jiddedika biżżejjed żmien għall-iżgurar ta' kunsiderazzjoni xierqa tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 u li dan jalloka riżorsi adegwati għall-immaniġġjar tar-riskji materjali kollha li għalihom hi skoperta d-ditta tal-investiment.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jistabbilixxu linji ta' rapportar lill-korp maniġerjali għal kull riskju materjali u għal kull politika ta' ġestjoni ta' riskju u kull tibdil għalihom.

4.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lid-ditti kollha tal-investiment li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 30(4) li jistabbilixxu kumitat tar-riskju msawwar minn membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu ebda funzjoni eżekuttiva fid-ditta tal-investiment kkonċernata.

Il-membri tal-kumitat tar-riskju msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom għarfien, ħiliet u għarfien espert xierqa biex jifhmu, jimmaniġġjaw u jissorveljaw bis-sħiħ l-istrateġija tar-riskju u l-aptit għar-riskju tad-ditta tal-investiment. Huma għandhom jiżguraw li l-kumitat tar-riskju jagħti pariri lill-korp maniġerjali dwar l-aptit għar-riskju u l-istrateġija tar-riskju futura kurrenti ġenerali tad-ditta tal-investiment u jassisti lill-korp maniġerjali fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta' dik l-istrateġija mill-maniġment superjuri. Il-korp maniġerjali għandu jibqa' dak kumplessivament responsabbli għall-istrateġiji u għall-politiki tar-riskju tad-ditta.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali, fil-funzjoni superviżorja tiegħu u, meta jkun twaqqaf wieħed, il-kumitat tar-riskju ta' dak il-korp maniġerjali, ikollhom aċċess għal informazzjoni dwar ir-riskji li għalihom hi skoperta jew tista' tkun skoperta d-ditta.

Artikolu 27Riskju għall-klijenti, riskju għas-suq, riskju għad-ditta

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jkollhom strateġiji, politiki, proċessi u sistemi robusti għall-identifikazzjoni, għall-kejl, għall-immaniġġjar u għall-monitoraġġ ta' dan li ġej:

(a)  sorsi u effetti materjali tar-riskju għall-klijenti;

(b)  sorsi u effetti materjali tar-riskju għas-suq;

(c)  riskji għad-ditta tal-investiment, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-attivitajiet kummerċjali tagħha meta tinnegozja f'isimha stess u b'rabta mar-riskju tal-konċentrazzjoni li jirriżulta minn skopertura għal klijenti individwali u għal gruppi ta' klijenti konnessi;

(d)  ir-riskju tal-likwidità fuq sett xieraq ta' perjodi ta' żmien, inklużi ta' dakinhar, biex jiġi żgurat li d-ditta tal-investiment żżomm livelli adegwati ta' likwidità.

L-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi għandhom ikunu proporzjonati għall-kumplessità, għall-profil tar-riskju, għall-ambitu tal-operat tad-ditta tal-investiment u għat-tolleranza tar-riskju stabbiliti mill-korp maniġerjali, u għandhom jirriflettu l-importanza tad-ditta tal-investiment f'kull Stat Membru li fih twettaq negozju.

2.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 23, il-punti (a), (c) f'relazzjoni mar-riskju ta' konċentrazzjoni u (d) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 54 biex tkompli tispeċifika d-dettalji biex jiġi żgurat li l-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi tad-ditti tal-investiment jkunu robusti. B'hekk il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, b'mod partikolari l-feġġa ta' prodotti finanzjarji ġodda, l-iżviluppi fl-istandards kontabilistiċi u l-iżviluppi li jiffaċilitaw il-konverġenza tal-prassi superviżorji.

Artikolu 28Politiki ta' remunerazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment, meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki tar-remunerazzjoni tagħhom għall-maniġment superjuri, għal min jieħu r-riskju, għall-persunal attiv f'funzjonijiet ta' kontroll u għal kwalunkwe impjegat li jirċievi remunerazzjoni ġenerali daqs mill-inqas l-anqas remunerazzjoni riċevuta mill-maniġment superjuri jew minn min jieħu r-riskju, u li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment jew tal-assi li hi timmaniġġja, jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

(a)  il-politika tar-remunerazzjoni hi ddokumentata b'mod ċar u proporzjonata mad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura kif ukoll l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta tal-investiment;

(aa)  il-politika tar-remunerazzjoni ma tkunx diskriminatorja li jfisser li l-istess xogħlijiet jew l-istess tipi ta' xogħlijiet jiġu remunerati b'mod ugwali irrispettivament mill-ġeneru;

(b)  il-politika tar-remunerazzjoni hi konsistenti ma' mmaniġġjar solidu u effettiv tar-riskju u tippromwovi dan;

(ba)  il-politika tar-remunerazzjoni m'għandhiex tirrifletti biss il-profitabbiltà fuq terminu qasir, iżda wkoll tqis l-effetti fuq terminu twil tad-deċiżjonijiet ta' investiment meħuda;

(c)  il-politika tar-remunerazzjoni fiha miżuri għall-evitar ta' kunflitti ta' interess, tħeġġeġ imġiba kummerċjali responsabbli u tippromwovi s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju u t-teħid prudenti ta' riskji;

(d)  il-korp maniġerjali, fil-funzjoni superviżorja tiegħu, jadotta u kultant żmien jirrieżamina l-politika tar-remunerazzjoni u għandu r-responsabbiltà kumplessiva għall-implimentazzjoni tagħha;

(e)  l-implimentazzjoni tal-politika tar-remunerazzjoni hi soġġetta għal rieżami intern ċentral u indipendenti mill-funzjonijiet ta' kontroll;

(f)  il-persunal involut fil-funzjonijiet ta' kontroll ikun indipendenti mill-unitajiet tan-negozju li jissorveljaw, ikollu awtorità xierqa, u jkun irrimunerat skont il-kisba tal-objettivi marbuta mal-funzjonijiet tiegħu, indipendentement mill-prestazzjoni tal-linji ta' azzjoni li jikkontrolla;

(g)  ir-rimunerazzjoni ta' uffiċjali għolja fil-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskji u l-konformità tkun issorveljata direttament mill-kumitat għar-rimunerazzjoni msemmi fl-Artikolu 31 jew, jekk tali kumitat ma jkunx ġie stabbilit, mill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu;

(h)  il-politika tar-remunerazzjoni, b'kont meħud tar-regoli nazzjonali dwar l-iffissar tal-pagi, tagħmel distinzjoni ċara bejn kriterji applikati għad-determinazzjoni ta' dawn li ġejjin:

(i)   ir-remunerazzjoni bażika fissa, li tirrifletti primarjament l-esperjenza professjonali rilevanti u r-responsabilità fl-organizzazzjoni kif stipulati fid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat bħala parti mit-termini tal-impjieg tiegħu;

(ii)   ir-remunerazzjoni varjabbli, li tirrifletti prestazzjoni sostenibbli u aġġustata għar-riskju tal-impjegat, kif ukoll prestazzjoni li tmur lil hinn mid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat.

(i)  il-komponent fiss għandu jirrappreżenta proporzjon għoli biżżejjed tar-remunerazzjoni totali biex tkun tista' titħaddem politika kompletament flessibbli fuq komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni, inkluża l-possibbiltà li ma jitħallas l-ebda komponent varjabbli tar-remunerazzjoni;

2.  Għall-finijiet tal-punt (i) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jistabbilixxu l-proporzjonijiet xierqa bejn il-komponent varjabbli u dak fiss tar-remunerazzjoni totali fil-politiki tar-remunerazzjoni tagħhom, b'kunsiderazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali tad-ditta tal-investiment u tar-riskji assoċjati, kif ukoll tal-impatt li jkollhom kategoriji differenti ta' individwi msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment japplikaw il-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 b'mod li jkun xieraq għad-daqs u għall-organizzazzjoni interna tagħhom u għan-natura, għall-ambitu u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom.

4.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji xierqa għall-identifikazzjoni tal-kategoriji ta' individwi li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-EBA u l-ESMA għandhom debitament iqisu r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta' April 2009 dwar il-politiki ta' remunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji kif ukoll linji gwida eżistenti tar-remunerazzjoni skont l-UCITS, l-AIFMD u l-MiFID II u jimmiraw li jimminimizzaw id-diverġenza mid-dispożizzjonijiet eżistenti.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [disa' xhur wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformita' mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 29

Ditti tal-investiment li jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta ditta tal-investiment tibbenefika minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju kif definit fl-Artikolu 2(1)(28) tad-Direttiva 2014/59/UE, hi ma tħallas ebda remunerazzjoni varjabbli.

Artikolu 30Remunerazzjoni varjabbli

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe remunerazzjoni varjabbli mogħtija u mħallsa minn ditta tal-investiment lil maniġment superjuri, dawk li jieħdu r-riskji, persunal attiv f'funzjonijiet ta' kontroll, kwalunkwe impjegat li jirċievi remunerazzjoni totali li tpoġġih fl-istess remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u ta' dawk li jieħdu r-riskji li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profili tar-riskju tad-ditta jew tal-assi li hi timmaniġġja tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)  meta r-remunerazzjoni varjabbli tkun relatata mal-prestazzjoni, l-ammont totali tar-remunerazzjoni varjabbli għandu jkun ibbażat fuq taħlita tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu, tal-unità tan-negozju kkonċernata u tar-riżultati ġenerali tad-ditta tal-investiment;

(b)  meta tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-individwu, għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni kemm kriterji finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji;

(c)  il-valutazzjoni tal-prestazzjoni msemmija fil-punt (a) għandha tkun ibbażata fuq perjodu pluriennali, b'kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tan-negozju tad-ditta tal-investiment u tar-riskji tan-negozju tagħha;

(d)  ir-remunerazzjoni varjabbli ma għandhiex taffettwa l-ħila tad-ditta tal-investiment li tiżgura bażi kapitali soda;

(e)  ma għandu jkun hemm ebda remunerazzjoni varjabbli ggarantita għajr għal persunal ġdid u għall-ewwel sena tal-impjieg biss tal-persunal il-ġdid;

(f)  il-pagamenti relatati mat-terminazzjoni bikrija ta' kuntratt ta' impjieg għandhom jirriflettu l-prestazzjoni miksuba matul iż-żmien mill-individwu u ma jippremjawx falliment jew imġiba ħażina;

(g)  pakketti ta' rimunerazzjoni relatati mal-kumpens jew mal-akkwiżizzjoni minn kuntratti f'impjieg preċedenti għandhom ikunu allinjati mal-interessi fit-tul tad-ditta tal-investiment;

(h)  il-kejl tal-prestazzjoni użat bħala bażi għall-kalkolu ta' raggruppamenti ta' remunerazzjoni varjabbli għandu jieħu f'kunsiderazzjoni t-tipi kollha ta' riskji kurrenti u futuri u l-ispiża tal-kapital u tal-likwidità meħtieġa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru ---/---- [IFR];

(i)  l-allokazzjoni tal-komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni fi ħdan id-ditta tal-investiment għandha tqis ukoll it-tipi kollha ta' riskji kurrenti u futuri;

(j)  mill-inqas 40 % tar-remunerazzjoni varjabbli għandha tikkonsisti fi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin:

(1)  ishma jew, soġġetti għall-istruttura legali tad-ditta tal-investiment ikkonċernata, interessi proprjetarji ekwivalenti;

(2)  strumenti marbuta mal-ishma jew, soġġetti għall-istruttura legali tad-ditta tal-investiment ikkonċernata, strumenti ekwivalenti mhux fi flus;

(3)  strumenti tal-Grad 1 addizzjonali jew strumenti tal-Grad 2 jew strumenti oħra li jistgħu jiġu kkonvertiti bis-sħiħ għal strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew jitniżżlu fil-valur u li jirriflettu b'mod adegwat il-kwalità kreditizja tad-ditta tal-investiment bħala negozju avvjat;

(ja)  permezz ta' deroga mill-punt (j) fil-każ li ditta tal-investiment ma toħroġ ebda wieħed minn dawk l-istrumenti msemmija f'dak il-punt, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu japprovaw l-użu ta' arranġamenti alternattivi li jissodisfaw l-istess objettivi;

(k)  mill-inqas 50 % tar-remunerazzjoni varjabbli għandhom ikunu differiti tul perjodu ta' ▌ ħames snin kif xieraq, skont iċ-ċiklu tan-negozju tad-ditta tal-investiment, in-natura tan-negozju tagħha, ir-riskji tagħha u l-attivitajiet tal-individwu inkwistjoni, ħlief fil-każ ta' remunerazzjoni varjabbli ta' ammont partikolarment għoli meta l-proporzjon tar-remunerazzjoni varjabbli differita jkun ta' mill-inqas 60 %;

(l)  sa 100 % tar-remunerazzjoni varjabbli għandhom ikunu kkuntrattati meta l-prestazzjoni finanzjarja tad-ditta tal-investiment tkun dgħajfa jew negattiva, inkluż permezz ta' arranġamenti ta' malus jew ta' rkupru soġġetti għal kriterji stabbiliti mid-ditti tal-investiment li jkopru b'mod partikolari sitwazzjonijiet li fihom l-individwu inkwistjoni:

(i) ikun ħa sehem jew kien responsabbli għal imġiba li rriżultat f'telf sinifikanti għad-ditta tal-investiment;

(ii) ma jkunx għadu meqjus bħala kompetenti u idoneu;

(m)  il-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni għandhom ikunu konformi mal-istrateġija tan-negozju, mal-objettivi, mal-valuri u mal-interessi fit-tul tad-ditta tal-investiment;

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw dawn li ġejjin:

(a)  li l-individwi msemmija fl-Artikolu 28(1) ma għandhomx jużaw strateġiji personali ta' hedging jew assigurazzjonijiet relatati mar-remunerazzjoni u mar-responsabbiltà biex ixekklu l-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1;

(b)  li r-remunerazzjoni varjabbli ma għandhiex titħallas b'veikoli jew b'metodi finanzjarji li jiffaċilitaw in-nuqqas ta' konformità ma' din id-Direttiva jew mar-[Regolament (UE) Nru ---/---- [IFR].

3.  Għall-finijiet tal-punt (j) tal-paragrafu 1, l-istrumenti msemmija fih għandhom ikunu soġġetti għal politika ta' żamma xierqa mfassla biex tallinja l-inċentivi tal-individwu mal-interessi fit-tul tad-ditta tal-investiment u tal-kredituri u tal-klijenti tagħha. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jpoġġu restrizzjonijiet fuq it-tipi u d-disinji ta' dawk l-istrumenti jew jipprojbixxu l-użu ta' ċerti strumenti għar-remunerazzjoni varjabbli.

Għall-finijiet tal-punt (k) tal-paragrafu 1, id-differiment tar-remunerazzjoni varjabbli m'għandux ivesti b'rata aktar mgħaġġla minn bażi prorata.

Għall-finijiet tal-punt (m) tal-paragrafu 1, meta impjegat jitlaq mid-ditta tal-investiment l-età tal-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni għandhom jinżammu mid-ditta tal-investiment għal perjodu ta' ħames snin fil-forma tal-istrumenti msemmija fil-punt (j). Meta impjegat li jilħaq l-età tal-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jitħallsu lill-impjegat fil-forma tal-istrumenti msemmija fil-punt (j) soġġetti għal perjodu ta' żamma ta' ħames snin minn dak l-impjegat.

4.  Il-punti (j) u (k) tal-paragrafu 1 u t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 m'għandhomx japplikaw għal:

(a)  ditta tal-investiment li l-valur tal-assi barra u ġewwa l-karta bilanċjali tagħha jkun bħala medja daqs jew anqas minn EUR 100 miljun tul il-perjodu ta' erba' snin li jiġu bl-eżatt qabel is-sena finanzjarja partikolari;

(b)  individwu li r-remunerazzjoni varjabbli annwali tiegħu ma taqbiżx il-EUR 50 000 u li ma tirrappreżentax aktar minn kwart tar-remunerazzjoni annwali totali tal-individwu.

Permezz ta' deroga mill-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li d-ditti tal-investiment b'valuri tal-assi anqas mil-livell limitu msemmi fil-punt (a) mhumiex soġġetti għad-deroga minħabba n-natura u l-ambitu tal-attivitajiet tagħhom, l-organizzazzjoni interna tagħhom jew, fejn applikabbli, il-karatteristiċi tal-grupp li jappartjenu għalih.

Permezz ta' deroga mill-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li l-individwi li r-remunerazzjoni varjabbli annwali tagħhom tkun anqas mil-livelli limitu msemmija fil-punt (b) ma jkunux soġġetti għad-deroga minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-suq nazzjonali f'termini tal-prattiki ta' rimunerazzjoni jew minħabba n-natura tar-responsabbiltajiet u l-profil tax-xogħol ta' dawk l-individwi.

5.  L-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-ditti tal-investiment biex japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu għal remunerazzjoni mogħtija għal servizzi pprovduti jew għall-prestazzjoni wara s-sena finanzjarja tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1).

6.  F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-klassijiet ta' strumenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(j)(3).

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [disa' xhur wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformita' mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 31Kumitat ta' remunerazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌ d-ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 30(4) jistabbilixxu kumitat ta' remunerazzjoni. Dak il-kumitat ta' remunerazzjoni għandu jkun ibbilanċjat fir-rigward tal-ġeneru u jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti dwar il-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni u l-inċentivi maħluqa għall-immaniġġjar tar-riskju, tal-kapital u tal-likwidità. Fi ħdan grupp, il-kumitat ta' remunerazzjoni jista' jkun kumitat ta' remunerazzjoni mifrux mal-grupp kollu.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌l-kumitat ta' remunerazzjoni ikun responsabbli għat-tħejjija ta' deċiżjonijiet rigward ir-remunerazzjoni, inklużi deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet għar-riskji u l-immaniġġjar tar-riskju tad-ditta tal-investiment ikkonċernata u li jridu jittieħdu mill-korp maniġerjali. Il-President u l-membri tal-kumitat ta' remunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fid-ditta tal-investiment ikkonċernata. Meta d-dritt nazzjonali jipprevedi rappreżentanza tal-impjegati fil-korp maniġerjali, il-kumitat ta' remunerazzjoni għandu jinkludi rappreżentant wieħed jew aktar tal-impjegati.

3.  Meta jkun qed iħejji d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-kumitat ta' remunerazzjoni għandu jqis l-interess pubbliku u l-interessi fit-tul tal-azzjonisti, tal-investituri u ta' partijiet ikkonċernati oħra fid-ditta tal-investiment.

Artikolu 32Sorveljanza tal-politiki tar-remunerazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru l-informazzjoni ddivulgata f'konformità mal-punti (c), (d) u (f) tal-Artikolu 51 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] u għandhom jużaw dik l-informazzjoni bħala punt ta' riferiment għax-xejriet u għall-prattiki tar-remunerazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-EBA.

2.  L-EBA għandha tuża l-informazzjoni riċevuta mingħand l-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-paragrafu 1 bħala punt ta' riferiment għax-xejriet u għall-prattiki tar-remunerazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

3.  F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta' politiki sodi tar-remunerazzjoni. Dawk il-linji gwida għandhom jieħdu mill-inqas f'kunsiderazzjoni r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 28 sa 31 u l-prinċipji dwar il-politiki sodi tar-remunerazzjoni stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE[24].

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti, meta jintalbu jagħmlu dan, b'informazzjoni dwar l-għadd ta' persuni fiżiċi f'kull ditta tal-investiment li jirċievu remunerazzjoni ta' EUR 1 miljun jew aktar kull sena finanzjarja, li jaqilgħu mill-inqas EUR 1 miljun, inkluża informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom tal-impjiegi, il-qasam tan-negozju involut u l-elementi ewlenin tas-salarju, il-bonus, l-għotja fuq terminu twil u l-kontribuzzjoni tal-pensjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu dik l-informazzjoni lill-EBA, li għandha tippubblikaha fuq bażi aggregata skont l-Istat Membru domiċiljari f'format komuni ta' rapportar. F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-EBA tista' wkoll telabora linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu u tiżgura l-konsistenza tal-informazzjoni miġbura.

Artikolu 32a

Rapport tal-EBA dwar ir-riskji relatati mal-ESG

L-EBA għandha tħejji rapport dwar l-introduzzjoni ta' kriterji tekniċi relatati ma' skoperturi għal attivitajiet sostanzjalment assoċjati ma' objettivi ambjentali, soċjali, u ta' governanza (ESG) għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni tar-riskji, bil-ħsieb li jiġu vvalutati s-sorsi possibbli u l-effetti ta' tali riskji fuq id-ditti tal-investiment, b'kunsiderazzjoni tat-tassonomija tal-ESG [żid referenza għal test legali meta jkun disponibbli].

Ir-rapport tal-EBA msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri minn tal-anqas dan li ġej:

(a)  definizzjoni tar-riskji relatati mal-ESG, riskji fiżiċi u riskji ta' tranżizzjoni; inklużi riskji relatati mad-deprezzament tal-assi minħabba bidla regolatorja, kriterji kwalitattivi u kwantitattivi u metriċi rilevanti għall-valutazzjoni ta' tali riskji, kif ukoll metodoloġija għall-valutazzjoni ta' jekk tali riskji jistgħux jirriżultaw fuq terminu qasir, medju jew twil u jistgħux ikollhom impatt finanzjarju materjali fuq ditta tal-investiment;

(b)  valutazzjoni ta' jekk konċentrazzjonijiet sinifikanti ta' skoperturi ta' kreditu speċifiku jistgħux iżidu r-riskji relatati mal-ESG, ir-riskji fiżiċi u r-riskji tat-tranżizzjoni għal dik id-ditta tal-investiment;

(c)  deskrizzjoni tal-proċessi li ditta tal-investiment tista' tuża għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-ESG, ir-riskji fiżiċi u r-riskji tat-tranżizzjoni;

(d)  il-kriterji, il-parametri u l-metriċi li s-superviżuri u l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw biex jivvalutaw l-impatt tar-riskji relatati mal-ESG għal żmien qasir, medju u twil għall-finijiet tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni.

L-EBA għandha tippreżenta r-rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport, l-EBA tista', jekk xieraq, tadotta linji gwida biex tintroduċi kriterji relatati ma' riskji tal-ESG għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni li jikkunsidraw is-sejbiet tar-rapport tal-EBA msemmi f'dan l-Artikolu

Taqsima 3

Proċess ta' rieżami u evalwazzjoni superviżorji

Artikolu 33 Rieżami u evalwazzjoni superviżorji

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mid-ditti tal-investiment biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva u mar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] u jevalwaw dawn kollha li ġejjin f'ordni li tiżgura mmaniġġjar solidu u kopertura tar-riskji tagħhom:

(a)  ir-riskji msemmija fl-Artikolu 27;

(b)  iż-żona ġeografika tal-iskoperturi tad-ditta tal-investiment;

(c)  il-mudell kummerċjali tad-ditta tal-investiment;

(d)  il-valutazzjoni tar-riskjiu sistemiku, b'kont meħud tal-identifikazzjoni u tal-kejl tar-riskju sistemiku skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-BERS;

(da)  ir-riskji għas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni li d-ditti tal-investiment jużaw fl-operazzjonijiet tagħhom biex jiżguraw kunfidenzjalità, integrità u disponibbiltà tal-proċessi u d-data tagħhom.

(e)    l-iskopertura tad-ditti tal-investiment għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar;

(f)    l-arranġamenti ta' governanza tad-ditti tal-investiment u l-ħila tal-membri tal-korp maniġerjali biex iwettqu dmirijiethom.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu l-frekwenza u l-intensità tar-rieżami u tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 billi jqisu d-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment ikkonċernati u billi jikkunsidraw il-prinċipju tal-proporzjonalità.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu rieżami skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/---- [IFR] biss fejn jiddeċiedu li d-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' dawn id-ditti li jeħtieġu dak ir-rieżami.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta rieżami juri li ditta tal-investiment tista' toħloq riskju sistemiku kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti jinformaw lill-EBA mingħajr dewmien bir-riżultati ta' dak ir-rieżami.

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu azzjoni xierqa meta r-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ikunu wrew li l-valur ekonomiku tal-ekwità ta' ditta tal-investiment jkun naqas b'aktar minn 15 % tal-kapital tal-Grad 1 tagħha bħala riżultat ta' tibdil f'daqqa u mhux mistenni fir-rati tal-imgħax kif stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mis-sitt xenarji ta' xokk superviżorju applikati għar-rati tal-imgħax, kif speċifikati fir-[Regolament Delegat tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE].

5.  Meta jagħmlu r-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għall-aġendi, għall-minuti u għad-dokumenti ta' sostenn tal-laqgħat tal-korp maniġerjali u tal-kumitati tiegħu, u r-riżultati tal-evalwazzjoni interna jew esterna rigward il-prestazzjoni tal-korp maniġerjali.

6.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 54 biex tkompli tispeċifika d-dettalji biex jiġi żgurat li l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi tad-ditti tal-investiment jiżguraw ġestjoni soda u kopertura tar-riskji tagħhom. B'hekk il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, b'mod partikolari l-feġġa ta' prodotti finanzjarji ġodda, l-iżviluppi fl-istandards kontabilistiċi u l-iżviluppi li jiffaċilitaw il-konverġenza tal-prassi superviżorji.

Artikolu 34Rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw mudelli interni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirrieżaminaw fuq bażi regolari, u mill-inqas kull 3 snin, il-konformità tad-ditti tal-investiment mar-rekwiżiti għall-permess li jużaw mudelli interni kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-[Regolament (UE) ---/----]. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b'mod partikolari t-tibdiliet fin-negozju ta' ditta tal-investiment u l-implimentazzjoni ta' dawk il-mudelli għal prodotti ġodda, u jirrieżaminaw u jivvalutaw jekk id-ditta tal-investiment tużax tekniki u prattiki żviluppati sew u aġġornati għal dawk il-mudelli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-dgħjufijiet materjali identifikati fil-kopertura tar-riskju mill-mudelli interni ta' ditta tal-investiment jiġu rettifikati, jew jieħdu passi biex jimmitigaw il-konsegwenzi tagħhom, inkluż billi jimponu supplimentazzjonijiet kapitali jew fatturi akbar ta' moltiplikazzjoni.

2.  Jekk, għal mudelli interni tar-riskju għas-suq, iseħħ li tinqabeż il-mira ħafna drabi kif imsemmi fl-Artikolu 366 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sitwazzjoni li tindika li l-mudelli mhumiex jew m'għadhomx preċiżi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevokaw il-permess għall-użu tal-mudelli interni jew jimponu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-mudelli jittejbu minnufih u fi żmien stabbilit.

3.  Meta ditta tal-investiment li tkun ingħatat permess biex tuża mudelli interni ma tibax tissodisfa r-rekwiżiti biex tapplika dawk il-mudelli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu jew prova li l-effett ta' nuqqas ta' konformità hu immaterjali jew inkella l-preżentazzjoni ta' pjan u ta' skadenza għall-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu titjib fil-pjan ippreżentat meta jkun hemm il-probabbiltà li dak il-pjan ma jkunx għal kollox kumpatibbli jew jekk l-iskadenza ma tkunx xierqa.

Meta jkun improbabbli li d-ditta tal-investiment tkun se tikkonforma sal-iskadenza stipulata jew ma tkunx uriet b'mod sodisfaċenti li l-effett ta' nuqqas ta' konformità hu immaterjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirrevokaw il-permess li jintużaw mudelli interni jew li jillimitawh għal dawk l-oqsma li huma konformi, jew dawk l-oqsma fejn il-konformità tkun tista' tinkiseb fi ħdan skadenza xierqa.

4.  L-EBA għandha tanalizza mudelli interni fost id-ditti tal-investiment u għandha tanalizza kif id-ditti tal-investiment li jużaw mudelli interni jittrattaw riskji jew skoperturi simili.

Biex tippromwovi prassi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi, l-EBA, fuq il-bażi ta' dik l-analiżi u skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għandha tiżviluppa linji gwida b'punti ta' riferiment dwar kif id-ditti tal-investiment għandhom jużaw mudelli interni u kif dawn il-mudelli interni għandhon jittrattaw riskji jew skoperturi simili.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet kompetenti biex jikkunsidraw dik l-analiżi u dawk il-linji-gwida għar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1.

Taqsima 4

Miżuri u setgħat superviżorji

Artikolu 35Miżuri superviżorji

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li d-ditti tal-investiment jieħdu, fi stadju bikri, il-miżuri neċessarji biex jindirizzaw il-problemi li ġejjin:

(a)  id-ditta tal-investiment ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva jew tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(b)  l-awtoritajiet kompetenti għandhom evidenza li d-ditta tal-investiment aktarx li tikser ir-[Regolament (UE) ---/----[IFR] jew id-dispożizzjonijiet li jittrasponu din id-Direttiva fi ħdan it-12-il xahar li ġej.

Artikolu 36Setgħat superviżorji

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji neċessarji biex jintervjenu fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom fl-attività tad-ditti tal-investiment b'mod proprozjonat.

2.  Għall-finijiet tal-Artikoli 33, l-Artikolu 34(3) u l-Artikolu 35 u għall-applikazzjoni tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat li ġejjin:

(a)  li jobbligaw lid-ditti tal-investiment li jkollhom kapital addizzjonali lil hinn mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 37 ta' din id-Direttiva, jew jaġġustaw il-kapital meħtieġ f'każ ta' tibdiliet materjali fin-negozju ta' dawk id-ditti tal-investiment;

(b)  li jaraw li jkun hemm it-tisħiħ tal-arranġamenti, tal-proċessi, tal-mekkaniżmi u tal-istrateġiji implimentati f'konformità mal-Artikoli 22 u 24;

(c)  li jobbligaw lid-ditti tal-investiment jippreżentaw pjan għall-konformità mar-rekwiżiti superviżorji skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) ---/----[IFR], li jistabbilixxu skadenza, li m'għandhiex taqbeż sena, għall-implimentazzjoni ta' dak il-pjan u jeżiġu li jkun hemm titjib f'dak il-pjan fejn jidħlu l-kamp ta' applikazzjoni u l-iskadenza;

(d)  li jobbligaw lid-ditti tal-investiment japplikaw politika ta' proviżjonament speċifika jew trattament ta' assi speċifiku f'termini tar-rekwiżiti kapitali;

(e)  li jirrestrinġu jew jillimitaw in-negozju, l-operazzjonijiet jew in-netwerk ta' ditti tal-investiment jew li jitolbu l-iżvestiment tal-attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas-solidità ta' ditta tal-investiment;

(f)  li jitolbu t-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, fil-prodotti u fis-sistemi tad-ditti tal-investiment, inklużi attivitajiet esternalizzati;

(g)  li jobbligaw lid-ditti tal-investiment jillimitaw ir-remunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħul nett fejn dik ir-remunerazzjoni ma tkunx konsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali solida;

(h)  li jobbligaw lid-ditti tal-investiment jużaw il-profitti netti sabiex isaħħu l-fondi proprji;

(i)  li jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-distribuzzjonijiet jew il-pagamenti tal-imgħax minn ditta tal-investiment lill-azzjonisti, lill-membri jew lid-detenturi tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali fejn dik il-projbizzjoni ma tikkostitwixxix każ ta' inadempjenza mid-ditta tal-investiment;

(j)  li jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti meta mqabbla ma' dawk stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-[Regolament (UE) ---/----[IFR], inkluż ir-rapportar dwar il-pożizzjonijiet kapitali u tal-likwidità;

(k)  li jimponu rekwiżiti speċifiċi tal-likwidità;

(l)  li jitolbu divulgazzjonijiet addizzjonali▌;

(la)  li jesiġu li d-ditti tal-investiment inaqqsu r-riskji għas-sigurtà tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni tagħhom biex jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-proċessi u d-data tagħhom.

Għall-finijiet tal-punt (j), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar spissi fuq id-ditti tal-investiment biss meta l-informazzjoni li trid tiġi rrapportata ma tkunx duplikata u tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  tkun ġiet issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 35;

(b)  l-awtorità kompetenti tqis li hemm bżonn li tiġbor l-evidenza msemmija fl-Artikolu 35(b).

(ba)  l-informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa għad-durata tal-proċess tar-rieżami superviżorju u l-evalwazzjoni tad-ditta tal-investiment msemmija fl-Artikolu 33.

L-informazzjoni għandha titqies duplikata meta l-awtorità kompetenti jkollha diġà l-istess, jew sostanzjalment l-istess, informazzjoni, meta dik l-informazzjoni tkun tista' tiġi ppreżentata mill-awtorità kompetenti jew tkun tista' tinkiseb mill-istess awtorità kompetenti permezz ta' mezzi oħrajn apparti obbligu fuq id-ditta tal-investiment li tirrapportaha. Awtorità kompetenti ma għandhiex titlob xi informazzjoni addizzjonali meta l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti f'format differenti jew livell ta' granularità mill-informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi rrappurtata u l-format jew il-granularità differenti ma jżommuhiex milli tipproduċi informazzjoni sostanzjalment simili.

Artikolu 37Rekwiżit kapitali addizzjonali

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżiti kapitali addizzjonali msemmija fl-Artikolu 36(2)(a) biss fejn, fuq il-bażi tar-rieżamijiet imwettqa skont l-Artikoli 35 u 36, dawn jikkonkludu li ditta tal-investiment hi f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)  id-ditta tal-investiment tkun skopertura għal riskji jew għal elementi tar-riskji li mhumiex ▌ koperti biżżejjed minn wieħed mill-fatturi K stabbiliti fir-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(b)  id-ditta tal-investiment ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 22 u 24 u miżuri amministrattivi oħrajn aktarx li ma jkunux ser itejbu biżżejjed l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji fi ħdan perjodu ta' żmien xieraq;

(c)  il-valwazzjoni prudenzjali tal-portafoll tan-negozjar ma tkunx biżżejjed biex id-ditta tal-investiment tkun tista' tbigħ jew tiħħeġġja l-pożizzjonijiet tagħha f'perjodu qasir bla ma ġġarrab telf materjali f'kundizzjonijiet normali tas-suq;

(d)  l-evalwazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 34 turi li n-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-mudelli interni permessi aktarx li se twassal għal livelli inadegwati ta' kapital;

(e)  id-ditta tal-investiment kemm-il darba tonqos milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta' kapital addizzjonali kif stipulat fl-Artikolu 38(1).

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandha tobbliga lid-ditti tal-investiment li jissodisfaw ir-rekwiżit kapitali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 36(2)(a) b'fondi proprji soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  tal-anqas tliet kwarti mir-rekwiżit kapitali addizzjonali għandhom jissodisfaw il-kapital tal-Grad 1;

(b)  tal-anqas tliet kwarti mill-kapital tal-Grad 1 għandhom ikunu komposti mill-kapital ta' CET 1;

(c)  dawk il-fondi proprji m'għandhomx jintużaw biex jiġi ssodisfat kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti kapitali stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 11 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissostanzjaw bil-miktub id-deċiżjoni tagħhom li jimponu rekwiżit kapitali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 36(2)(a) billi jagħtu rendikont ċar tal-valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafu 1 ▌ ta' dan l-Artikolu. Dan jinkludi, fil-każ stabbilit fil-paragrafu 1(d) ta' dan l-Artikolu, dikjarazzjoni speċifika dwar għaliex il-livell ta' kapital stabbilit skont l-Artikolu 38(1) ma jkunx għadu jitqies suffiċjenti.

6.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiddefinixxi:

(a)  ir-riskji u l-elementi tar-riskji li mhumiex ikkunsidrati koperti bil-fatturi K u, għal dawk ir-riskji u elementi ta' riskju, jiddefinixxu metriċi kwantitattivi indikattivi u valutazzjonijiet tar-riskju kwalitattivi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti stabbiliti fir-[Regolament (UE) ---/--- [IFR];

(b)  il-kunċett ta "mhux koperti biżżejjed" kif definiti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(c)  f'liema każijiet l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jimponu kapital addizzjonali meħtieġ meta l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital ikkunsidrat li jkun adegwat ikunu ogħla mir-rekwiżit kapitali tal-kumpanija tal-investiment stipulat fil-Parti Tlieta ta' [ir-Regolament (UE) ---/--- [IFR];

(d)  l-ammonti massimi ta' kapital addizzjonali li jistgħu jiġu imposti fuq id-ditti tal-investiment.

L-EBA għandha tiżgura li l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji hu proporzjonat fid-dawl ta':

(i)  il-piż tal-implimentazzjoni fuq id-ditti tal-investiment u fuq l-awtoritajiet kompetenti;

(ii)  il-possibbiltà li l-livell ogħla tar-rekwiżiti kapitali li japplikaw meta d-ditti tal-investiment ma jużawx mudelli interni tista' tiġġustifika l-impożizzjoni ta' rekwiżiti kapitali inferjuri meta jiġu vvalutati r-riskji u l-elementi tar-riskji f'konformità mal-paragrafu 2.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [disa' xhur wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 38Gwida dwar l-adegwatezza kapitali

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment ikollhom livell ta' kapital li, fuq il-bażi tal-Artikolu 22, ikun ogħla biżżejjed mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Tielet Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] u f'din id-Direttiva, inklużi r-rekwiżiti kapitali addizzjonali msemmija fl-Artikolu 36(2)(a), biex jiżguraw li:

(a)  iċ-ċaqliq ekonomiku ċikliku ma jwasslux għal ksur ta' dawk ir-rekwiżiti;

(b)  il-kapital tad-ditta tal-investiment ikun jista' jassorbi t-telf u r-riskji potenzjali identifikati skont il-proċessi tar-rieżami superviżorju.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw b'mod regolari l-livell ta' kapital li ġie stabbilit minn kull ditta tal-investiment f'konformità mal-paragrafu 1 u, fejn rilevanti, jikkomunikaw il-konklużjonijiet ta' dak ir-rieżami għad-ditta tal-investiment ikkonċernata inkluża kwalunkwe aspettattiva għall-aġġustamenti għal-livell ta' kapital stabbilit f'konformità mal-paragrafu 1. Tali komunikazzjoni għandha tinkludi d-data sa meta l-awtorità kompetenti tirrikjedi t-twettiq tal-aġġustament.

Artikolu 39 Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni qabel ma jiddeterminaw kwalunkwe kapital addizzjonali meħtieġ skont l-Artikolu 36(2)(a) u qabel ma jikkomunikaw lid-ditti tal-investiment kwalunkwe aspettattiva ta' aġġustament fil-livell ta' kapital kif issir referenza għalih fl-Artikolu 38(2). Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni bl-informazzjoni kollha disponibbli.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti dwar il-kapital addizzjonali meħtieġ skont l-Artikolu 36(2)(a) u dwar kwalunkwe aspettattiva għall-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 40Rekwiżiti ta' pubblikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex:

(a)  jobbligaw lid-ditti tal-investiment jippubblikaw informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] aktar minn darba fis-sena, u jistabbilixxu skadenzi għat-tali pubblikazzjoni;

(b)  jobbligaw lid-ditti tal-investiment jużaw mezzi tax-xandir u postijiet speċifiċi u b'mod partikolari s-siti web tagħhom għall-pubblikazzjonijiet apparti r-rapporti finanzjarji;

(c)  jobbligaw lill-intrapriżi prinċipali li jippubblikaw annwalment jew b'mod sħiħ jew permezz ta' referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, deskrizzjoni tal-istruttura legali tagħhom u tal-istruttura ta' governanza u organizzazzjonali tal-grupp ta' ditti tal-investiment f'konformità mal-Artikoli 24(1) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 41Obbligu ta' informar lill-EBA

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EBA dwar:

(a)  il-proċess tagħhom ta' rieżami u ta' evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 33;

(b)  il-metodoloġija użata għad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 36 sa 38.

2.  L-EBA għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiżviluppa l-konsistenza fir-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni. Hi tista' titlob informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet kompetenti biex tlesti l-valutazzjoni tagħha, fuq bażi proporzjonata u f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-EBA għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-livell ta' konverġenza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu fost l-Istati Membri. L-EBA għandha tagħmel evalwazzjonijiet bejn il-pari f'konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fejn ikun hemm bżonn.

L-EBA għandha toħroġ linji gwida għall-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tkompli tispeċifika, b'mod li jkun adatt għad-daqs, għall-istruttura u għall-organizzazzjoni interna tad-ditti tal-investiment u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, tal-proċeduri u tal-metodoloġiji komuni għall-proċess ta' rieżami u ta' evalwazzjoni superviżorji msemmija fil-paragrafu 1 u l-valutazzjoni tat-trattament tar-riskji msemmija fl-Artikolu 27.

KAPITOLU 3

Superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp

Taqsima 1Superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp

Artikolu 42Determinazzjoni tas-superviżur tal-grupp

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta grupp ta' ditti tal-investiment ikun immexxi minn ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti li awtorizzat lil dik id-ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-impriża prinċipali ta' ditta tal-investiment tkun kumpanija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-Unjoni, is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti li awtorizzat dik id-ditta tal-investiment.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta żewġ ditti tal-investiment jew aktar awtorizzati f'żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom bħala l-prinċipal tagħhom l-istess kumpanija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew l-istess kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-Unjoni, is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment awtorizzata fl-Istat Membru fejn twaqqfet il-kumpanija azzjonarja ta' investiment jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-intrapriżi prinċipali ta' żewġ ditti tal-investiment jew aktar awtorizzati f'żewġ Stati Membri jew aktar ikunu jinkludu aktar minn kumpanija azzjonarja ta' investiment jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta waħda bl-uffiċċji reġistrati fi Stati Membri differenti u jkun hemm ditta tal-investiment f'kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta bilanċjali.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta żewġ ditti tal-investiment jew aktar awtorizzati fl-Unjoni jkollhom bħala l-prinċipali tagħhom l-istess kumpanija azzjonarja ta' investiment tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta tal-Unjoni u l-ebda waħda minn dawk id-ditti tal-investiment ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih tkun ġiet stabbilita l-kumpanija azzjonarja ta' investiment jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti li awtorizzat id-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta bilanċjali.

6.  Bi ftehim komuni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-kriterji msemmija fil-paragrafi 3 sa 5 meta l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx xierqa għas-superviżjoni effettiva tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp, bit-teħid f'kunsiderazzjoni tad-ditti tal-investiment ikkonċernati u l-importanza tal-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri, u jiddeżinjaw awtorità kompetenti differenti biex tissorvelja l-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp. F'dawk il-każijiet, qabel ma jadottaw kwalunkwe deċiżjoni bħal din, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-kumpanija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew lill-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-Unjoni jew lid-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta bilanċjali, kif xieraq, opportunità biex tiddikjara l-opinjoni tagħha dwar dik id-deċiżjoni intiża. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-EBA bi kwalunkwe deċiżjoni tagħhom.

Artikolu 43Rekwiżiti tal-informazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza

Meta tinħoloq sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluża sitwazzjoni kif deskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew żviluppi negattivi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn l-entitajiet ta' grupp ta' ditti tal-investiment ikunu ġew awtorizzati, is-superviżur tal-grupp stabbilit skont l-Artikolu 42 għandu, soġġett għat-Taqsima 2, Kapitolu 1 ta' dan it-Titolu, iwissi mill-aktar fis prattikabbli, lill-EBA, lill-BERS u lil kwalunkwe awtorità kompetenti rilevanti u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 44Kulleġġi tas-superviżuri

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp stabbilit skont l-Artikolu 42 għandu jistabbilixxi kulleġġi tas-superviżuri għall-iffaċilitar tal-eżerċizzju tal-kompiti msemmija f'dan l-Artikolu u għall-iżgurar tal-koordinazzjoni u tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta' pajjiżi terzi.

2.  Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jipprovdu qafas għas-superviżur tal-grupp u għall-EBA u għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra biex iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)  il-kompiti msemmija fl-Artikolu 43;

(b)  l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti kollha u mal-EBA f'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u mal-ESMA, f'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

(c)  l-ilħuq ta' ftehim dwar id-delegazzjoni volontarja bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet, fejn xieraq;

(d)  iż-żieda tal-effiċjenza billi jitfittex li tiġi evitata d-duplikazzjoni inutli ta' rekwiżiti superviżorji.

3.  Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jiġu stabbiliti wkoll meta s-sussidjarji kollha ta' grupp ta' ditti tal-investiment immexxi minn ditta tal-investiment tal-Unjoni, minn kumpanija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew minn kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-Unjoni jkunu jinsabu f'pajjiż terz.

4.  F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha tieħu sehem fil-laqgħat tal-kulleġġi tas-superviżuri.

5.  L-awtoritajiet li ġejjin għandhom ikunu membri fil-kulleġġ tas-superviżuri:

(a)    l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' grupp ta' ditti tal-investiment immexxi minn ditta tal-investiment tal-Unjoni, minn kumpanija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew minn kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-Unjoni;

(b)  fejn xieraq, l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi, l-awtoritajiet superviżorji, soġġetti għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità li huma ekwivalenti fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2, Kapitolu I ta' dan it-Titolu.

6.  Is-superviżur tal-grupp iddeterminat skont l-Artikolu 42 għandu jippresjedi l-laqgħat tal-kulleġġ u jadotta deċiżjonijiet. Dak is-superviżur tal-grupp għandu jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ bil-quddiem dwar l-organizzazzjoni ta' dawk il-laqgħat, dwar il-kwistjonijiet prinċipali li jkunu se jiġu diskussi u dwar l-attivitajiet li jkunu se jiġu kkunsidrati. Is-superviżur tal-grupp għandu wkoll iżomm lill-membri tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, u mingħajr dewmien, dwar id-deċiżjonijiet adottati f'dawk il-laqgħat jew dwar il-miżuri mwettqin.

Is-superviżur tal-grupp għandu jqis ir-rilevanza tal-attività superviżorja li għandha tiġi ppjanata jew ikkoordinata mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 5 meta jadotta deċiżjonijiet.

L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi għandhom jiġu fformalizzati b'arranġamenti bil-miktub.

7.  Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil ma' deċiżjoni adottata mis-superviżur tal-grupp dwar il-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tista' tirriferi l-kwistjoni lill-EBA u titlob l-assistenza tal-EBA f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-EBA tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

8.  F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-kundizzjonijiet li fihom il-kulleġġi tas-superviżuri jeżerċitaw il-kompiti tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [disa' xhur wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 45Rekwiżiti ta' kooperazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 44(5) jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti kollha kif meħtieġ, inklużi dawn li ġejjin:

(a)  l-identifikazzjoni tal-istruttura legali u ta' governanza tal-grupp ta' ditti tal-investiment, inkluża l-istruttura organizzazzjonali tiegħu, billi jiġu koperti l-entitajiet regolati u mhux regolati, is-sussidjarji mhux regolati u l-intrapriżi prinċipali kollha, u tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet regolati fil-grupp ta' ditti tal-investiment;

(b)  il-proċeduri għall-ġbir tal-informazzjoni mingħand id-ditti tal-investiment fi grupp ta' ditti tal-investiment, u l-proċeduri għall-verifika ta' dik l-informazzjoni;

(c)  kwalunkwe żvilupp avvers fid-ditti tal-investiment jew f'entitajiet oħra ta' grupp ta' ditti tal-investiment, li jista' jaffettwa serjament lil dawk id-ditti tal-investiment;

(d)  kwalunkwe penali u miżura eċċezzjonali sinifikanti meħuda mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva;

(e)  l-impożizzjoni ta' rekwiżit kapitali speċifiku skont l-Artikolu 36 ta' din id-Direttiva.

2.  L-awtoritajiet kompetenti u s-superviżur tal-grupp jistgħu jirreferu għall-EBA, f'konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, meta l-informazzjoni rilevanti ma tkunx ġiet ikkomunikata skont il-paragrafu 1 mingħajr dewmien żejjed jew meta talba għal kooperazzjoni, b'mod partikolari għall-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi ħdan perjodu raġonevoli ta' żmien.

F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, kif ukoll fuq inizjattiva tagħha stess, l-EBA tista' tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fl-iżvilupp ta' prattiki ta' kooperazzjoni konsistenti.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, qabel ma jadottaw deċiżjoni li tista' tkun importanti għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra, jikkonsultaw lil xulxin dwar dawn li ġejjin:

(a)  it-tibdiliet fl-istruttura tal-azzjonisti, organizzazzjonali jew maniġerjali tad-ditti tal-investiment fil-grupp ta' ditti tal-investiment, li jirrikjedu l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti;

(b)  penali sinifikanti imposti fuq id-ditti tal-investiment mill-awtoritajiet kompetenti jew kwalunkwe miżura eċċezzjonali oħra meħuda minn dawk l-awtoritajiet;

(c)  rekwiżiti kapitali speċifiċi imposti f'konformità mal-Artikolu 36.

4.  Is-superviżur tal-grupp għandu jiġi kkonsultat meta jkunu se jiġu imposti penali sinifikanti jew tkun se tittieħed kwalunkwe miżura eċċezzjonali oħra mill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

5.  B'deroga mill-paragrafu 3, awtorità kompetenti mhix obbligata tikkonsulta lil awtoritajiet kompetenti oħra f'każijiet ta' urġenza jew meta t-tali konsultazzjoni tkun tista' xxekkel l-effikaċja tad-deċiżjoni tagħha, f'liema każ l-awtorità kompetenti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra b'dik id-deċiżjoni li mhix se ssir konsultazzjoni.

Artikolu 46Verifika tal-informazzjoni rigward entitajiet li jinsabu fi Stati Membri oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru jkunu jridu jivverifikaw informazzjoni dwar ditti tal-investiment, kumpaniji azzjonarji ta' investiment, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, istituzzjonijiet finanzjarji, intrapriżi ta' servizzi anċillari, kumpaniji azzjonarji ta' attività mħallta jew sussidjarji li jinsabu fi Stat Membru ieħor, inklużi sussidjarji li huma kumpaniji tal-assigurazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor iwettqu dik il-verifika f'konformità mal-paragrafu 2.

2.  L-awtoritajiet kompetenti li rċivew talba skont il-paragrafu 1 għandhom jagħmu xi waħda minn dan li ġej:

(a)    iwettqu l-verifika huma stess fi ħdan il-qafas tal-kompetenza tagħhom;

(b)    jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li għamlu dik it-talba jwettqu l-verifika;

(c)  jitolbu lil awditur jew lil espert biex iwettaq il-verifika minnufih u b'mod kemm jista' jkun imparzjali sabiex jiksbu valutazzjoni minn parti terza.

Għall-finijiet tal-punti (a) u (c), l-awtoritajiet kompetenti li għamlu t-talba għandhom jitħallew jieħdu sehem fil-verifika.

Taqsima 2Kumpaniji azzjonarji ta' investiment, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta u kumpaniji azzjonarji ta' attività mħallta

Artikolu 47L-inklużjoni ta' kumpaniji azzjonarji fis-superviżjoni

tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji azzjonarji ta' investiment u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta huma inklużi fis-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp.

Artikolu 48Kwalifiki tad-diretturi

L-Istati Membri għandhom jaraw li l-membri tal-korp maniġerjali ta' kumpanija azzjonarja ta' investiment jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta jkunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza biex iwettqu dmirijiethom b'mod effettiv.

Artikolu 49Kumpaniji azzjonarji ta' attività mħallta

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li, meta grupp ta' ditti tal-investiment jitmexxa minn kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tad-ditta tal-investiment jistgħu:

(a)    jitolbu li l-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta tfornilhom kwalunkwe informazzjoni li tista' tkun rilevanti għas-superviżjoni ta' dik id-ditta tal-investiment;

(b)    jissorveljaw tranżazzjonijiet bejn id-ditta tal-investiment u l-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta u s-sussidjarji tagħha, u jobbligaw lid-ditta tal-investiment li jkollha fis-seħħ proċessi adegwati ta' mmaniġġjar tar-riskju u mekkaniżmi ta' kontroll intern, inklużi proċeduri solidi ta' rapportar u kontabilistiċi biex tidentifika, tkejjel, tissorvelja u tikkontrolla dawk it-tranżazzjonijiet.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu, jew li jkunu twettqu minn spetturi esterni, spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw l-informazzjoni mwassla mingħand il-kumpaniji azzjonarji ta' attività mħallta u s-sussidjarji tagħhom.

Artikolu 50Penali

F'konformità mat-Taqsima 3, Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistgħu jiġu imposti penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra mmirati li jtemmu jew jimmitigaw il-ksur jew għall-indirizzar tal-kawżi ta' tali ksur fuq kumpaniji azzjonarji ta' investiment, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta u kumpaniji azzjonarji ta' attività mħallta, jew il-maniġers effettivi tagħhom, li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu dan il-Kapitolu.

Artikolu 51Valutazzjoni tas-superviżjoni ta' pajjiżi terzi u ta' tekniki superviżorji oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta ditta tal-investiment, li l-impriża prinċipali tagħha jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha f'pajjiż terz, ma tkunx soġġetta għal superviżjoni effettiva fil-livell tal-grupp, l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw jekk id-ditta tal-investiment hix soġġetta għal superviżjoni mill-awtorità superviżorja ta' pajjiż terz li tkun ekwivalenti għas-superviżjoni stabbilita f'din id-Direttiva fl-Ewwel Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

2.  Meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tikkonkludi li ma tapplika ebda superviżjoni ekwivalenti bħal din, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-[Regolament (UE) ---/----[IFR] għad-ditta tal-investiment jew għandhom jippermettu għal tekniki superviżorji xierqa li jiksbu l-objettivi tas-superviżjoni rigward il-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp stabbilit fir-[Regolament (UE) ---/----[IFR]. Dawk it-tekniki superviżorji għandhom jiġu deċiżi mill-awtorità kompetenti li kienet tkun is-superviżur tal-grupp li kieku l-impriża prinċipali kienet stabbilita fl-Unjoni, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti. Kwalunkwe miżura meħuda skont dan il-paragrafu għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, lill-EBA u lill-Kummissjoni.

3.  L-awtorità kompetenti li kienet tkun is-superviżur tal-grupp li kieku l-impriża prinċipali kienet stabbilita fl-Unjoni tista', b'mod partikolari, tobbliga t-twaqqif ta' kumpanija azzjonarja ta' investiment jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta fl-Unjoni u tapplika l-Artikolu 7 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] għal dik il-kumpanija azzjonarja ta' investiment jew dik il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta.

Artikolu 52Koperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi

Il-Kummissjoni tista' tissottometti rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill għan-negozjar ta' ftehimiet ma' pajjiż terz wieħed jew aktar rigward il-mezz ta' superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp mid-ditti tal-investiment li ġejjin:

(a)  ditti tal-investiment li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha f'pajjiż terz;

(b)  ditti tal-investiment li jinsabu f'pajjiżi terzi, u li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni.

TITOLU VPUBBLIKAZZJONI MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 53Rekwiżiti ta' pubblikazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)  it-testi tal-liġijiet, ir-regolamenti, ir-regoli amministrattivi u l-gwida ġenerali adottati fl-Istat Membru tagħhom skont din id-Direttiva;

(b)  il-mod tal-eżerċizzju tal-għażliet u tad-diskrezzjonijiet disponibbli skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(c)  il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji li jużaw fir-rieżami u l-evalwazzjoni superviżjorji msemmija fl-Artikolu 33;

(d)  data statistika aggregata dwar aspetti importanti tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] fl-Istat Membru tagħhom, inklużi n-numru u n-natura tal-miżuri superviżorji meħuda f'konformità mal-Artikolu 36(2)(a) u tal-penali amminsitrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 16.

2.  L-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 għandha tkun komprensiva u preċiża b'mod suffiċjenti biex ikun jista' jsir paragun sodisfaċenti tal-applikazzjoni tal-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti.

3.  Il-pubblikazzjonijiet għandhom isegwu format komuni u aġġornat regolarment. Dawn għandhom ikunu aċċessibbli f'post elettroniku uniku.

TITOLU VIATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 54Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2), 8(4), 27(3) u 33(6) għal perjodu ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

3.  Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3(2), 27(3) u 33(6) tista' tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hi ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lil esperti magħżula minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Mal-adozzjoni ta' att delegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  L-att delegat adottat skont l-Artikoli 3(2), 8(4), 27(3) u 33(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 55 Atti ta' Implimentazzjoni

It-tibdil tal-ammont tal-kapital inizjali previst fl-Artikoli 8 u 11(7) biex jitqiesu l-iżviluppi fl-oqsma ekonomiċi u monetarji għandu jiġi adottat bħala atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

Artikolu 56Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Banek Ewropej, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE[25]. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

TITOLU VII

EMENDI GĦAL DIRETTIVI OĦRA

Artikolu 57Emendi għad-Direttiva 2013/36/UE

Id-Direttiva 2013/36/UE hi emendata kif ġej:

(1)  fit-titolu, jitħassar il-kliem "u d-ditti tal-investiment";

(2)  l-Artikolu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar:

(a)  l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu;

(b)  is-setgħat u l-għodod superviżorji għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-awtoritajiet kompetenti;

(c)  is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-awtoritajiet kompetenti b'mod li jkun konsistenti mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)  ir-rekwiżiti ta' pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.";

(3)   l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-istituzzjonijiet ta' kreditu.";

(b)  jitħassru l-paragrafi 2 u 3;

(c)  fil-paragrafu 5, jitħassar il-punt (1);

(d)  il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"6.  L-entitajiet imsemmija fil-punti (3) sa (24) tal-paragrafu 5 u fl-atti delegati adottati f'konformità mal-paragrafi 5a u 5b ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 34 u tat-Titolu VII, Kapitolu 3.";

(4)  l-Artikolu 3(1) huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"(3)  "istituzzjoni" tfisser istituzzjoni finanzjarja kif issir referenza għaliha fl-Artikolu 4(1)(3) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].";

(b)  jitħassar il-punt (4);

(5)  L-Artikolu 5 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 5Koordinazzjoni mal-Istati Membri

L-Istati Membri li jkollhom aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jorganizzaw il-koordinazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet.";

(6)   jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

"Artikolu 8a

Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li diġà kisbu awtorizzazzjoni skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE biex jissottomettu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8, sa mhux aktar tard minn dawn id-dati:

(a)  meta l-medja tal-assi totali fix-xahar, ikkalkolata fuq perjodu ta' tnax-il xahar konsekuttivi, tkun taqbeż it-EUR 30 biljun; jew

(b)  meta l-medja tal-assi totali fix-xahar ikkalkolata tul perjodu ta' tnax-il xahar konsekuttivi tkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur kombinat tal-assi totali tal-intrapriżi kollha fil-grupp li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE u jkollhom assi totali anqas minn EUR 30 biljun, ikkalkolata bħala medja tul perjojdu ta' tnax-il xahar konsekuttivi, tkun taqbeż it-EUR 30 biljun.

2.  L-intrapriżi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkomplu jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm jiksbu l-awtorizzazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li fi [id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) ---/----[IFD] - jum wieħed 1)] ikunu qed iwettqu attivitajiet bħala ditti tal-investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE, għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8 sa [sena waħda (1) + jum wieħed (1) wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) ---/----[IFD]]

4.   Meta l-awtorità kompetenti, wara li tirċievi l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu [95a] tad-Direttiva 2014/65/UE, tiddetermina li impriża tkun se tiġi awtorizzata bħala istituzzjoni ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, din għandha tinnotifika lill-impriża u lill-awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 4(1)(26) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandha tikseb il-proċedura ta' awtorizzazzjoni mid-data tat-tali notifika.

4a.  F'każ ta' awtorizzazzjoni mill-ġdid, l-EBA għandha tiżgura li l-proċess huwa ssimplifikat kemm jista' jkun u titqies l-informazzjoni mill-awtorizzazzjonijiet eżistenti.

5.  L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)  l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-impriża lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 10;

(b)  il-metodoloġija għall-kalkolu tal-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 1.

Is-setgħa hi ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a) u (b) f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-[1 ta' Jannar 2019].

(7)  fl-Artikolu 18, jiżdied il-punt (aa) li ġej:

"(aa) tuża l-awtorizzazzjoni tagħha b'mod esklużiv biex tkun involuta fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għal perjodu ta' 5 snin konsekuttivi jkollha assi totali medji inqas mil-livelli limitu stabbiliti f'dak l-Artikolu;";

(7a)  L-Artikolu 20 hu emendat kif ġej:

    (a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "2. L-EBA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha, u għandha taġġorna mill-inqas darba fis-sena, lista tal-ismijiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha li ngħataw awtorizzazzjoni.

(b) jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    "3a. Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi l-ismijiet tal-impriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandha tidentifika dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu f'dak is-sens. Dik il-lista għandha tiddeskrivi wkoll kwalunkwe bidla b'paragun mal-verżjoni preċedenti tal-lista."

(8)  It-Titolu IV huwa mħassar;

(9)  fl-Artikolu 51(1), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti jista' jitlob lis-superviżur konsolidanti, meta jkun japplika l-Artikolu 112(1), jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, biex fergħa ta' istituzzjoni ta' kreditu titqies bħala sinifikanti.";

(10)  fl-Artikolu 53, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"2.  Il-paragrafu 1 m'għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni ma' xulxin jew jittrażmettu l-informazzjoni lill-BERS, lill-EBA, jew lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) ("ESMA") stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'konformi ma' din id-Direttiva, mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mad-[Direttiva (UE) ---/----[IFD] dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment], ma' Direttivi oħrajn applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, u mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, mal-Artikoli 31, 35 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u mal-Artikoli 31 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-paragrafu 1.";

______________________________________________________________

*   Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(11) fl-Artikolu 66(1), jiżdied il-punt (aa) li ġej:

"(a)  it-twettiq ta' mill-inqas waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-qbiż tal-livell limitu indikat f'dak l-Artikolu mingħajr l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu.";

(12) fl-Artikolu 76(5), l-aħħar sentenza hija mħassra.

(13) fl-Artikolu 86, il-paragrafu 11 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"11.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ pjanijiet ta' rkupru tal-likwidità li jistabbilixxu strateġiji adegwati u miżuri ta' implimentazzjoni xierqa biex jindirizzaw il-possibbiltà ta' nuqqas ta' likwidità, inkluż fir-rigward ta' fergħat stabbiliti f'xi Stat Membru ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawk il-pjanijiet jiġu ttestjati mill-istituzzjonijiet mill-inqas kull sena, jiġu aġġornati abbażi tal-eżitu tax-xenarji alternattivi stipulati fil-paragrafu 8, u jiġu rrapportati lill-amministrazzjoni għolja u approvati minnha, sabiex il-politiki u l-proċessi interni jkunu jistgħu jiġu aġġustati kif meħtieġ. L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-passi operattivi meħtieġa minn qabel biex jiżguraw li l-pjanijiet ta' rkupru tal-likwidità jkunu jistgħu jiġu implimentati minnufih. Dawk il-passi operazzjonali għandhom jinkludu l-pussess ta' kollateral disponibbli b'mod immedjat għal finanzjament mill-bank ċentrali. Dan jinkludi l-pussess ta' kollateral fil-munita ta' Stat Membru ieħor, fejn meħtieġ, jew il-munita ta' pajjiż terz li għalih l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha skopertura, u meta jkun meħtieġ b'mod operazzjonali fit-territorju ta' Stat Membru ospitanti jew ta' pajjiż terz li t-tali istituzzjoni ta' kreditu tkun skoperta għall-munita tiegħu";

(14)  fl-Artikolu 110, il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(15)  fl-Artikolu 114, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"1.  Meta tinħoloq sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluża sitwazzjoni kif deskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew sitwazzjoni ta' żviluppi negattivi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn l-entitajiet ta' grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, is-superviżur konsolidanti għandu, soġġett għall-Kapitolu 1, Taqsima 2, u fejn applikabbli t-Taqsima 2, Kapitolu I tat-Titolu IV tad-[Direttiva (UE) ---/----[IFD] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill]*, iwissi mill-aktar fis possibbli, lill-EBA u lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) u fl-Artikolu 59 u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dawk l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha.

__________________________________________________________________

*  [Id-Direttiva (UE) ---/---- tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ..… fi …..];"

(16)  L-Artikolu 116 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

2.  L-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri u l-EBA għandhom jikkooperaw mill-qrib. Ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva, u, fejn applikabbli, it-Taqsima 2, Kapitolu I tat-Titolu IV tad-[Direttiva (UE) ---/----[IFD] m'għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali fil-kulleġġi tas-superviżuri. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-supervizuri m'għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.";

(b)  il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“6.  L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, il-banek ċentrali tas-SEBĊ kif xieraq, u l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi fejn ikun xieraq u soġġetti għal rekwiżiti tal-kunfidenzjalità li jkunu ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha, għar-rekwiżiti skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, skont it-Taqsima 2, Kapitolu I tat-Titolu IV tad-[Direttiva (UE) ---/---[IFD] Direttiva 20xx/xx/UE jistgħu jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri.";

(c)  il-paragrafu 9 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“9.  Is-superviżur konsolidanti, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II, ta' din id-Direttiva, u fejn applikabbli, skont it-Taqsima 2, Kapitolu I tat-Titolu IV tad-[Direttiva (UE) ---/---[IFD], għandu jinforma lill-EBA dwar l-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, u jikkomunika lill-EBA l-informazzjoni kollha li tkun ta' rilevanza partikolari għall-finijiet tal-konverġenza superviżorja.

(17)  fl-Artikolu 125, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

  “2.  L-informazzjoni riċevuta, fil-qafas tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, u b'mod partikolari, kwalunkwe skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li hu previst f'din id-Direttiva, għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1) ta' din id-Direttiva għall-istituzzjonijiet ta' kreditu jew skont l-Artikolu 13 tad-[Direttiva (UE) ---/---[IFD].";

(18)  fl-Artikolu 128, it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

(19)  fl-Artikolu 129, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma mħassra;

(20)  fl-Artikolu 130, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma mħassra;

(21)  fl-Artikolu 143(1), il-punt (d) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(d)  mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu 1, Taqsima 2 tad-[Direttiva (UE) ---/---[IFD], id-data statistika aggregata dwar l-aspetti ewlenin tal-implimentazzjoni tal-qafas prudenzjali f'kull Stat Membru, inklużi l-għadd u n-natura tal-miżuri superviżorji meħuda f'konformità mal-Artikolu 102(1)(a), u tal-penali amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 65.";

Artikolu 57a

Emenda għad-Direttiva 2014/59/UE

Fl-Artikolu 2(1), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(3)  "ditta ta' investiment" tfisser ditta ta' investiment kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tkun soġġetta għar-rekwiżit kapitali inizjali stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-[Direttiva (UE) ---/---- [IFD]]

Artikolu 58Emendi għad-Direttiva 2014/65/UE

Id-Direttiva 2014/65/UE hija emendata kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 8, il-punt (a) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"(a)  ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet li fihom ingħatat l-awtorizzazzjoni, bħall-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-[Regolament (UE) ---/----[IFR];";

(2)   l-Artikolu 15 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 15Dotazzjoni tal-kapital inizjali

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ma jagħtux awtorizzazzjoni jekk id-ditta tal-investiment ma jkollhiex biżżejjed kapital inizjali f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8 tad-[Direttiva (UE) ---/----[IFD], b'kunsiderazzjoni tan-natura tas-servizz jew tal-attività ta' investiment inkwistjoni.";

(3)  l-Artikolu 41 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 41

L-għoti ta' awtorizzazzjoni

"1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita d-ditta minn pajjiż terzi, jew fejn ikollha l-intenzjoni li tistabbilixxi l-fergħa tagħha, għandha tagħti awtorizzazzjoni biss meta l-awtorità kompetenti tkun issodisfata li:

(a)  Il-kundizzjonijiet taħt l-Artikolu 39 ikunu ssodisfati; u

(b)  Il-fergħa tad-ditta minn pajjiż terz tkun tista' tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3.

L-awtorità kompetenti għandha tinforma lid-ditta minn pajjiż terz, fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni ta' applikazzjoni kompluta, jekk l-awtorizzazzjoni tkunx ingħatat jew le.

2.  Il-fergħa tad-ditta minn pajjiż terz awtorizzata skont il-paragrafu 1 għandha tikkonforma ruħha mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 16 sa 20, 23, 24, 25 u 27, l-Artikolu 28(1) u l-Artikoli 30, 31 u 32 ta' din id-Direttiva u fl-Artikoli 3 sa 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u l-miżuri adottati skonthom u għandha tkun suġġetta għas-superviżjoni tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.

L-Istati Membri ma għandhomx jimponu xi rekwiżiti addizzjonali fuq l-organizzazzjoni u l-operat tal-fergħa fir-rigward tal-materji koperti minn din id-Direttiva u ma għandhomx jittrattaw xi fergħa ta' ditti minn pajjiżi terzi b'mod aktar favorevoli minn ditti mill-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jaraw li l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-ESMA, kull sena, bl-għadd ta' fergħat ta' ditti minn pajjiżi terzi attivi fit-territorju tagħhom.

3. Il-fergħa tad-ditta minn pajjiż terz li tkun awtorizzata skont il-paragrafu 1 għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 2 l-informazzjoni li ġejja fuq bażi annwali:

(a)  l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa mill-fergħa f'dak l-Istat Membru;

(b)  Il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi li jikkorrispondu għas-servizzi u l-attivitajiet li ssir referenza għalihom fil-punt (a);

(c)  Deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta' protezzjoni tal-investituri disponibbli għall-klijenti tal-fergħa, inklużi d-drittijiet ta' dawk il-klijenti li joħorġu mill-iskema ta' kumpens lill-investitur li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 39(2)(f).

(d)  il-politika u l-arranġamenti tagħhom dwar il-ġestjoni tar-riskju applikata mill-fergħa għas-servizzi u l-attivitajiet li ssir referenza għalihom fil-punt (a).

  4. L-awtoritajiet kompetenti li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet li jkunu parti mill-istess grupp li lilhom ikunu jappartjenu il-fergħa ta' ditti minn pajjiżi terzi awtorizzati skont il-paragrafu 1, u l-ESMA u l-EBA għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li l-attivitajiet kollha ta' dak il-grupp fl-Unjoni ikunu suġġett għal superviżjoni komprensiva, konsistentu u effettiva skont din id-Direttiva, ir-Regolament 600/2014, id-Direttiva 2013/36/UE, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva [Direttiva (UE) ---/----* [IFD] u r-Regolament [Regolament (UE) ---/----* [IFR]

5. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 3.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [date to be inserted].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010."

6. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-format li fih l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 3 għandha tkun irrappurtata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [date to be inserted].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010."

(4)  Fl-Artikolu 81(3), il-punt (a) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"(a)  biex jivverifikaw li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tan-negozju tad-ditti tal-investiment u biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-kondotta ta' dak in-negozju, il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern;".

(5)    jiddaħħal l-Artikolu 95a li ġej:

"Artikolu 95a

Dispożizzjoni tranżitorja dwar l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE meta l-assi totali previsti ta' impriża li tkun applikat għal awtorizzazzjoni skont it-Titolu II ta' din id-Direttiva qabel [id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE)---/--- [IFD] biex twettaq l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I jaqbżu t-EUR 30 biljun, u jinnotifikaw lill-applikant dwar dan.".

TITOLU VIIIDISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 59Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, li kienu jeżistu fl-1 ta' Jannar 20xx [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] jew qabel u li l-kapital inizjali tagħhom ma jaqbiżx il-livelli msemmija fl-Artikolu 8, għandhom jikkonformaw ma' dak l-Artikolu sa mhux aktar tard minn [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] b'żieda annwali ta' EUR 5 000.

Meta ż-żieda annwali speċifikata fl-ewwel subparagrafu ma tkunx biżżejjed biex ditta tal-investiment tilħaq il-livell meħtieġ ta' kapital inizjali fi tmiem il-perjodu ta' ħames snin, l-Istati Membri għandhom jippermettu għal perjodu tranżitorju addizzjonali ta' massimu ta' ħames snin. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-ammonti annwali applikabbli matul dak il-perjodu tranżitorju addizzjonali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozjanti tal-komoditajiet jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 mill-inqas sa [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.]

Artikolu 60Rieżami

Sa [tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru ---/---- [IFR]] il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni msaħħa mal-EBA u mal-ESMA, għandha tissottometti rapport, flimkien ma' proposta leġiżlattiva jekk xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar dawn li ġejjin:

(a)  id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) ---/---- [IFR] kif ukoll fl-UCITS u l-AIFMD bil-għan li jinkisbu kundizzjonijiet ekwi għad-ditti tal-investiment kollha attivi fl-Unjoni;

(aa)  valutazzjoni, li għandha tqis ir-rapport tal-EBA msemmi fl-Artikolu 32a u t-tassonomija fuq finanzjament sostenibbli [żid referenza għat-test legali ladarba disponibbli], dwar jekk:

(i)  ir-riskji ambjentali, soċjali jew ta' governanza (ESG) għandhomx jitqiesu għall-governanza interna ta' ditta tal-investiment;

(ii)  ir-riskji tal-ESG għandhomx jitqiesu għall-politika ta' remunerazzjoni ta' ditta tal-investiment;

(iii)  ir-riskji tal-ESG għandhomx jitqiesu għat-trattament tar-riskji; u

(iv)  jekk ir-riskji tal-ESG għandhomx jiġu inklużi fir-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni

(b)  l-effikaċja tal-arranġamenti ta' qsim tal-informazzjoni skont din id-Direttiva;

(c)  il-kooperazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri ma' pajjiżi terzi fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) ---/---- [IFR];

(d)  l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) ---/---- [IFR] għad-ditti tal-investiment fuq il-bażi tal-istruttura legali jew tal-mudell ta' sjieda tagħhom.

Artikolu 61Traspożizzjoni

1.  Sa [18-il xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-Istati Membi għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru ---/----[IFR].

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-EBA t-test tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Fejn id-dokumenti li jakkumpanjaw in-notifika tat-traspożizzjoni tal-miżuri pprovduti minn Stati Membri ma jkunux suffiċjenti għal valutazzjoni sħiħa tal-konformità tad-dispożizzjonijiet ta' traspożizzjoni ma' ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', fuq talba mill-EBA bil-ħsieb li twettaq il-kompiti tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew fuq inizjattiva tagħha stess, teżiġi li l-Istati Membri jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

4.  Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom.

Artikolu 62Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għall-finijiet ta' supervizjoni u riżoluzzjoni ta' ditt tal-investiment, ir-referenzi għad-Direttiva 2013/36/UE f'atti oħra tal-Unjoni għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 63Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

  • [1]    [ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0. / Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali].
  • [2]    [ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0. / Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali].
  • [3] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [4]   ĠU C […], […], p. […].
  • [5]   ĠU C […], […], p. […].
  • [6]   Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
  • [7]   Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
  • [8]   Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
  • [9]   Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1)
  • [10]   Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1)
  • [11]   Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Valutazzjoni tar-regoli ta' remunerazzjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 (COM(2016) 510 final).
  • [12]   Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
  • [13]   ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
  • [14]   Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
  • [15]   Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' intrapriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
  • [16]   Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
  • [17]   Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
  • [18]   Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar intrapriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 035, 11.2.2003, p. 1).
  • [19]   Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
  • [20]   Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).
  • [21]   Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
  • [22]   Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-intrapriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
  • [23]   Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
  • [24]   Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta' April 2009 dwar il-politiki ta' rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22).
  • [25]   Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE tal-5 ta' Novembru 2003 li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Banek Ewropej (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 36).

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (12.7.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2013/36/UE u 2014/65/UE
(COM(2017)0791 – C8-0452/2017 – 2017/0358(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Kostas Chrysogonos

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Ir-reġimi prudenzjali eżistenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma fil-parti l-kbira bbażati fuq iterazzjonijiet suċċessivi tal-istandards regolatorji internazzjonali stabbiliti għal gruppi bankarji kbar mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u jindirizzaw b'mod parzjali biss ir-riskji speċifiċi inerenti għall-attivitajiet diversi tad-ditti tal-investiment. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-vulnerabbiltajiet u r-riskji speċifiċi inerenti għad-ditti tal-investiment jiġu indirizzati ulterjorment permezz ta' arranġamenti prudenzjali xierqa u proporzjonati fil-livell tal-Unjoni.

(2)  Ir-reġimi prudenzjali eżistenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma fil-parti l-kbira bbażati fuq iterazzjonijiet suċċessivi tal-istandards regolatorji internazzjonali stabbiliti għal gruppi bankarji kbar mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u jindirizzaw b'mod parzjali biss ir-riskji speċifiċi inerenti għall-attivitajiet diversi tad-ditti tal-investiment. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-vulnerabbiltajiet u r-riskji speċifiċi inerenti għad-ditti tal-investiment jiġu indirizzati ulterjorment permezz ta' arranġamenti prudenzjali effettivi, xierqa u proporzjonati fil-livell tal-Unjoni, sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti madwar l-UE u tiġi ggarantita superviżjoni prudenzjali effettiva, filwaqt li l-ispejjeż ta' konformità jinżammu taħt kontroll u jiġi żgurat biżżejjed kapital għar-riskji tal-parti l-kbira tad-ditti tal-investiment.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Jenħtieġ li superviżjoni prudenzjali solida tiżgura li d-ditti tal-investiment jiġu ġestiti b'mod ordnat u fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom. Jenħtieġ li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-potenzjal li d-ditti tal-investiment u l-klijenti tagħhom jidħlu għal teħid ta' riskju eċċessiv u l-gradi differenti ta' riskju mġarrab u maħluq mid-ditti tal-investiment. Bl-istess mod, jenħtieġ li s-superviżjoni prudenzjali timmira li tevita piż amministrattiv żejjed fuq id-ditti tal-investiment.

(3)  Jenħtieġ li superviżjoni prudenzjali solida tiżgura li d-ditti tal-investiment jiġu ġestiti b'mod ordnat u fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom. Jenħtieġ li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-potenzjal li d-ditti tal-investiment u l-klijenti tagħhom jidħlu għal teħid ta' riskju eċċessiv u l-gradi differenti ta' riskju mġarrab u maħluq mid-ditti tal-investiment. Bl-istess mod, jenħtieġ li s-superviżjoni prudenzjali timmira li tevita piż amministrattiv sproporzjonat fuq id-ditti tal-investiment. Fl-istess waqt, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jagħmluha possibbli li jinstab bilanċ bejn il-garanzija tas-sikurezza u s-solidità ta' kumpaniji tal-investiment differenti u l-evitar ta' spejjeż eċċessivi li jafu jdgħajfu l-vijabbiltà tal-attività tan-negozju tagħhom.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Ħafna mir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-qafas tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma mfassla biex jindirizzaw ir-riskji komuni affaċċjati mill-istituzzjonijiet ta' kreditu. Għalhekk, ir-rekwiżiti eżistenti huma fil-parti l-kbira kkalibrati biex jippreservaw il-kapaċità ta' self tal-istituzzjonijiet ta' kreditu permezz ta' ċikli ekonomiċi u biex jiġu protetti d-depożitanti u l-kontribwenti minn falliment possibbli, u mhumiex imfassla biex jindirizzaw il-profili tar-riskju differenti tad-ditti tal-investiment. Id-ditti tal-investiment m'għandhomx portafolji kbar ta' self fil-livell tal-konsumatur u korporattiv u ma jiħdux depożiti. Il-probabbiltà li l-falliment tagħhom jista' jkollu impatti detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja ġenerali hi inqas milli fil-każ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. B'hekk, ir-riskji affaċċjati u maħluqa mid-ditti tal-investiment huma sostanzjalment differenti mir-riskji affaċċjati u maħluqa mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u jenħtieġ li t-tali differenza tkun riflessa biċ-ċar fil-qafas prudenzjali tal-Unjoni.

(4)  Ħafna mir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-qafas tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma mfassla biex jindirizzaw ir-riskji komuni affaċċjati mill-istituzzjonijiet ta' kreditu. Għalhekk, ir-rekwiżiti eżistenti huma fil-parti l-kbira kkalibrati biex jippreservaw il-kapaċità ta' self tal-istituzzjonijiet ta' kreditu permezz ta' ċikli ekonomiċi u biex jiġu protetti d-depożitanti u l-kontribwenti minn falliment possibbli, u mhumiex imfassla biex jindirizzaw il-profili tar-riskju differenti tad-ditti tal-investiment. Id-ditti tal-investiment m'għandhomx portafolji kbar ta' self fil-livell tal-konsumatur u korporattiv u ma jiħdux depożiti. Il-probabbiltà li l-falliment tagħhom jista' jkollu impatti detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja ġenerali hi inqas milli fil-każ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, iżda xorta joħolqu riskju li jrid jiġi indirizzat permezz ta' qafas robust. B'hekk, ir-riskji affaċċjati u maħluqa mid-ditti tal-investiment huma sostanzjalment differenti mir-riskji affaċċjati u maħluqa mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u jenħtieġ li t-tali differenza tkun riflessa biċ-ċar fil-qafas prudenzjali tal-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Id-differenzi fl-applikazzjoni tal-qafas eżistenti fi Stati Membri differenti jheddu l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għad-ditti tal-investiment fi ħdan l-Unjoni. Dawk id-differenzi jirriżultaw mill-kumplessità ġenerali tal-applikazzjoni tal-qafas għal ditti tal-investiment differenti fuq il-bażi tas-servizzi li jipprovdu, fejn xi awtoritajiet nazzjonali jaġġustaw jew jissimplifikaw it-tali applikazzjoni fid-dritt jew fil-prattika nazzjonali. Peress li l-qafas prudenzjali eżistenti ma jindirizzax ir-riskji kollha affaċċjati u maħluqa minn ċerti tipi ta' ditti tal-investiment, ġew applikati supplimentazzjonijiet kapitali kbar għal ċerti ditti tal-investiment f'ċerti Stati Membri. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi li jindirizzaw dawk ir-riskji biex tiġi żgurata superviżjoni prudenzjali armonizzata tad-ditti tal-investiment madwar l-Unjoni.

(5)  Id-differenzi fl-applikazzjoni tal-qafas eżistenti fi Stati Membri differenti jheddu l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għad-ditti tal-investiment fi ħdan l-Unjoni u jostakolaw l-aċċess tal-investituri għal opportunitajiet ġodda u modi aħjar għall-ġestjoni tar-riskju. Dawk id-differenzi jirriżultaw mill-kumplessità ġenerali tal-applikazzjoni tal-qafas għal ditti tal-investiment differenti fuq il-bażi tas-servizzi li jipprovdu, fejn xi awtoritajiet nazzjonali jaġġustaw jew jissimplifikaw it-tali applikazzjoni fid-dritt jew fil-prattika nazzjonali. Peress li l-qafas prudenzjali eżistenti ma jindirizzax ir-riskji kollha affaċċjati u maħluqa minn ċerti tipi ta' ditti tal-investiment, ġew applikati supplimentazzjonijiet kapitali kbar għal ċerti ditti tal-investiment f'ċerti Stati Membri. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi li jindirizzaw dawk ir-riskji biex tiġi żgurata superviżjoni prudenzjali armonizzata ċara tad-ditti tal-investiment madwar l-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jista' jkun hemm Stati Membri li fihom l-awtoritajiet li huma kompetenti għas-superviżjoni prudenzjali ta' ditti tal-investiment ikunu differenti mill-awtoritajiet li jkunu kompetenti għas-superviżjoni tal-imġiba tas-suq. Għaldaqstant, hemm bżonn li jinħoloq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet.

(7)  Jista' jkun hemm Stati Membri li fihom l-awtoritajiet li huma kompetenti għas-superviżjoni prudenzjali ta' ditti tal-investiment ikunu differenti mill-awtoritajiet li jkunu kompetenti għas-superviżjoni tal-imġiba tas-suq. Għaldaqstant, hemm bżonn li jinħoloq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet, sabiex tiġi żgurata superviżjoni prudenzjali armonizzata tad-ditti tal-investiment madwar l-Unjoni Ewropea b'mod veloċi u effiċjenti.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-livell meħtieġ ta' kapital inizjali ta' ditta ta' investiment ikun ibbażat fuq is-servizzi u l-attivitajiet li dik id-ditta tal-investiment tkun awtorizzata li tipprovdi, u twettaq rispettivament, f'konformità mad-Direttiva 2004/39/KE. Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jbaxxu l-livell meħtieġ ta' kapital inizjali f'sitwazzjonijiet speċifiċi, kif previst fid-Direttiva 2013/36/UE, minn naħa, u s-sitwazzjoni ta' implimentazzjoni irregolari ta' dik id-Direttiva, min-naħa l-oħra, wasslu għal sitwazzjoni fejn il-livell meħtieġ ta' kapital inizjali jvarja madwar l-Unjoni. Biex tintemm dik il-frammentazzjoni, jenħtieġ li l-livell meħtieġ ta' kapital inizjali jiġu armonizzati.

(9)  Il-livell meħtieġ ta' kapital inizjali ta' ditta ta' investiment ikun ibbażat fuq is-servizzi u l-attivitajiet li dik id-ditta tal-investiment tkun awtorizzata li tipprovdi, u twettaq rispettivament, f'konformità mad-Direttiva 2004/39/KE. Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jbaxxu l-livell meħtieġ ta' kapital inizjali f'sitwazzjonijiet speċifiċi, kif previst fid-Direttiva 2013/36/UE, minn naħa, u s-sitwazzjoni ta' implimentazzjoni irregolari ta' dik id-Direttiva, min-naħa l-oħra, wasslu għal sitwazzjoni fejn il-livell meħtieġ ta' kapital inizjali jvarja madwar l-Unjoni. Biex tintemm dik il-frammentazzjoni, jenħtieġ li l-livell meħtieġ ta' kapital inizjali jiġi armonizzat b'mod korrispondenti għad-ditti kollha tal-investiment fl-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Għal funzjonament xieraq tas-suq intern jenħtieġ li r-responsabbiltà għas-superviżjoni tas-solidità finanzjarja ta' ditta tal-investiment, u b'mod partikolari tas-solvenza tagħha, tkun tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha. Sabiex tinkiseb superviżjoni effettiva tad-ditti tal-investiment anki fi Stati Membri oħra fejn jipprovdu serviżżi jew ikollhom fergħa, għandu jkun hemm garanzija ta' kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti ta' dawn l-Istati Membri.

(11)  Għal funzjonament xieraq tas-suq intern jenħtieġ li r-responsabbiltà għas-superviżjoni tas-solidità finanzjarja ta' ditta tal-investiment, u b'mod partikolari tas-solvenza tagħha, tkun tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha. Sabiex tinkiseb superviżjoni effettiva tad-ditti tal-investiment anki fi Stati Membri oħra fejn jipprovdu servizzi jew ikollhom fergħa, jenħtieġ li jkunu żgurati kooperazzjoni mill-qrib u skambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta' dawn l-Istati Membri.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Għal finijiet informattivi u superviżorji, u b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju jkunu jistgħu jwettqu, fuq il-bażi ta' każ b'każ, verifiki fuq il-post u jispezzjonaw l-attivitajiet ta' fergħat tad-ditti tal-investiment fit-territorju tagħhom, u jitolbu informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' dawk il-fergħat. Madankollu, jenħtieġ li l-miżuri superviżorji għal dawk il-fergħat jibqgħu r-responsabbiltà tal-Istat Membru tad-domiċilju.

(12)  Għal finijiet informattivi u superviżorji, u b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-istabbiltà u s-sigurtà tas-sistema finanzjarja, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju jkunu jistgħu jwettqu, fuq il-bażi ta' każ b'każ, verifiki fuq il-post u jispezzjonaw l-attivitajiet ta' fergħat tad-ditti tal-investiment fit-territorju tagħhom, u jitolbu informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' dawk il-fergħat. Madankollu, jenħtieġ li l-miżuri superviżorji għal dawk il-fergħat jibqgħu r-responsabbiltà tal-Istat Membru tad-domiċilju.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex jissalvagwardjaw il-konformità mal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-[Regolament (UE) ---/----[IFR], jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu għal penali amministrattivi u għal miżuri amministrattivi oħra li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi. Sabiex jiġi żgurat li tali penali amministrattivi jkollhom effett dissważiv, jenħtieġ li dawn jiġu ppubblikati ħlief f'ċerti ċirkostanzi speċifikati biċ-ċar. Sabiex il-klijenti u l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni infurmata dwar l-opzjonijiet tagħhom ta' investiment, jenħtieġ li dawk il-klijenti u investituri jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar il-penali u l-miżuri amministrattivi imposti fuq id-ditti tal-investiment

(16)  Biex jissalvagwardjaw il-konformità mal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-[Regolament (UE) ---/----[IFR], jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi. Sabiex jiġi żgurat li tali penali amministrattivi jkollhom effett dissważiv, jenħtieġ li dawn jiġu ppubblikati. Sabiex il-klijenti u l-investituri jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata dwar l-opzjonijiet tagħhom ta' investiment, jenħtieġ li dawk il-klijenti u investituri jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar il-penali u l-miżuri amministrattivi imposti fuq id-ditti tal-investiment

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Biex jindividwaw ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u ksur tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħat investigattivi neċessarji u jenħtieġ li dawn jistabbilixxu mekkaniżmu effikaċi biex jirrapportaw ksur potenzjali jew reali.

(17)  Biex jindividwaw ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u ksur tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħat investigattivi neċessarji u jenħtieġ li dawn jistabbilixxu mekkaniżmu effikaċi u veloċi biex jirrapportaw ksur potenzjali jew reali.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment jkollhom kapital intern li jkun adegwat fil-kwantità, fil-kwalità u fid-distribuzzjoni biex ikopri r-riskji speċifiċi li għalihom huma jew jistgħu jkunu skoperti. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li d-ditti tal-investiment jkollhom strateġiji u proċessi adegwati fis-seħħ biex jivvalutaw u jżommu l-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom.

(18)  Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment jkollhom disponibbli kapital intern li jkun adegwat fil-kwantità, fil-kwalità u fid-distribuzzjoni biex ikopri r-riskji speċifiċi li għalihom huma jew jistgħu jkunu skoperti. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li d-ditti tal-investiment jkollhom strateġiji u proċessi adegwati fis-seħħ biex jivvalutaw u jżommu l-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Biex ir-remunerazzjoni tiġi allinjata mal-profil tar-riskju tad-ditti tal-investiment u biex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, jenħtieġ li d-ditti tal-investiment ikunu soġġetti għal prinċipji ċari dwar l-arranġamenti ta' governanza korporattiva u għal regoli dwar ir-remunerazzjoni, li jieħdu f'kunsiderazzjoni d-differenzi bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment. Ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi, madanakolllu, jenħtieġ li jkunu eżenti minn dawk ir-regoli, għaliex id-dispożizzjonijiet relatati mar-remunerazzjoni u l-governanza korporattiva skont id-Direttiva 2014/65/UE huma komprensivi biżżejjed għal dawk it-tipi ta' ditti.

(20)  Biex ir-remunerazzjoni tiġi allinjata mal-profil tar-riskju tad-ditti tal-investiment u biex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, jenħtieġ li d-ditti tal-investiment ikunu soġġetti għal prinċipji ċari dwar l-arranġamenti ta' governanza korporattiva u għal regoli dwar ir-remunerazzjoni li huma newtrali fir-rigward tal-ġeneru u li jieħdu f'kunsiderazzjoni d-differenzi bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment. Ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi, madanakolllu, jenħtieġ li jkunu eżenti minn dawk ir-regoli, għaliex id-dispożizzjonijiet relatati mar-remunerazzjoni u l-governanza korporattiva skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a huma komprensivi biżżejjed għal dawk it-tipi ta' ditti.

 

______________

 

1a Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Bħala tweġiba għad-domanda dejjem akbar mill-pubbliku għal trasparenza fiskali u biex tiġi promossa r-responsabbiltà soċjali korporattiva tad-ditti tal-investiment, xieraq li d-ditti tal-investiment ikunu obbligati jiddivulgaw ċerta informazzjoni, inkluża informazzjoni dwar il-profitti li jagħmlu, it-taxxi li ħallsu u kwalunkwe sussidju pubbliku li rċivew.

(24)  Bħala tweġiba għad-domanda dejjem akbar mill-pubbliku għal trasparenza fiskali u biex tiġi promossa r-responsabbiltà soċjali korporattiva tad-ditti tal-investiment, xieraq li d-ditti tal-investiment ikunu obbligati jiddivulgaw fuq bażi annwali ċerta informazzjoni, inkluża informazzjoni dwar il-profitti li jagħmlu, it-taxxi li ħallsu u kwalunkwe sussidju pubbliku li rċivew.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar biex twettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet previsti f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-EBA dwar din id-deżinjazzjoni, u meta jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda, dwar il-funzjonijiet u d-dmirijiet ta' kull awtorità kompetenti.

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar biex twettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet previsti f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-ESMA dwar din id-deżinjazzjoni, u meta jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda, dwar il-funzjonijiet u d-dmirijiet ta' kull awtorità kompetenti.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-awtoritajiet kompetenti, bħala partijiet għas-SESF, jikkooperaw b'fiduċja u b'rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari huma u jiżguraw iċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni adatta u affidabbli bejnhom u bejn partijiet oħrajn għas-SESF;

(a)  l-awtoritajiet kompetenti, bħala partijiet għas-SESF, jikkooperaw b'fiduċja u b'rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari huma u jiżguraw iċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni adatta, affidabbli u eżawrjenti bejnhom u bejn partijiet oħrajn għas-SESF;

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw mal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-EBA skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jwieġbu għall-avviżi u għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(c)  l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu kull sforz sabiex jiżguraw konformità mal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-EBA skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38 u li jwieġbu għall-avviżi u għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39;

__________________

__________________

38 Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

38 Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

39 Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

39 Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-ammont ta' kapital inizjali msemmi fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu biex jitqiesu l-iżviluppi fl-oqsma ekonomiċi u monetarji. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 54 sabiex taġġorna l-ammont ta' kapital inizjali msemmi fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu biex jitqiesu l-iżviluppi fl-oqsma ekonomiċi u monetarji.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bi kwalunkwe informazzjoni u sejba dwar il-problemi u r-riskji potenzjali maħluqa minn ditta tal-investiment għall-protezzjoni tal-klijenti jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti li jkunu identifikaw meta ssorveljaw l-attivitajiet ta' ditta tal-investiment.

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bi kwalunkwe informazzjoni u sejba dwar il-problemi u r-riskji potenzjali maħluqa minn ditta tal-investiment għall-protezzjoni tal-klijenti jew għall-istabbiltà jew is-sigurtà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti li jkunu identifikaw meta ssorveljaw l-attivitajiet ta' ditta tal-investiment.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta, wara l-komunikazzjoni tal-informazzjoni u tas-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jikkunsidraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkunux ħadu l-miżuri neċessarji msemmija fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, wara li jkun informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u lill-EBA, jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu lill-klijenti li lilhom huma pprovduti s-servizzi u biex jipproteġu l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

4.  Meta, wara l-komunikazzjoni tal-informazzjoni u tas-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jikkunsidraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkunux ħadu l-miżuri neċessarji msemmija fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, wara li jkun informaw mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u lill-EBA, jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu lill-klijenti li lilhom huma pprovduti s-servizzi u biex jipproteġu l-istabbiltà u s-sigurtà tas-sistema finanzjarja.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li ma jaqblux mal-miżuri tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-EBA, li għandha taġixxi f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Meta l-EBA taġixxi f'konformità ma' dak l-Artikolu, hi għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar.

5.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li ma jaqblux mal-miżuri tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-EBA, li għandha taġixxi f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Meta l-EBA taġixxi f'konformità ma' dak l-Artikolu, hi għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn xahar.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta' standards tekniċi msemmi fil-paragrafi 6 u 7 lill-Kummissjoni sa [disa' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

8.  L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta' standards tekniċi msemmi fil-paragrafi 6 u 7 lill-Kummissjoni sa [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal finijiet superviżorji u meta jqisu li dan hu rilevanti għal raġunijiet ta' stabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu, fuq bażi ta' każ b'każ, verifiki fuq il-post u spezzjonijiet tal-attivitajiet imwettqa mill-fergħat tad-ditti tal-investiment fit-territorju tagħhom u jitolbu informazzjoni mingħand fergħa dwar l-attivitajiet tagħha.

Għal finijiet superviżorji u meta jqisu li dan hu rilevanti għal raġunijiet ta' stabbiltà jew sigurtà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu, fuq bażi ta' każ b'każ, verifiki fuq il-post u spezzjonijiet tal-attivitajiet imwettqa mill-fergħat tad-ditti tal-investiment fit-territorju tagħhom u jitolbu informazzjoni mingħand fergħa dwar l-attivitajiet tagħha.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma jsiru dawk il-verifiki u l-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

Qabel ma jsiru dawk il-verifiki u l-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkonsultaw mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara t-tlestija ta' dawk il-verifiki u l-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju l-informazzjoni li tkun rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tal-istituzzjoni tad-ditta tal-investiment ikkonċernata.

Malajr kemm jista' jkun wara t-tlestija ta' dawk il-verifiki u l-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju l-informazzjoni li tkun rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tal-istituzzjoni tad-ditta tal-investiment ikkonċernata.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni kunfidenzjali li tali awtoritajiet u persuni jirċievu matul it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom tista' tiġi żvelata biss f'forma sommarja jew aggregata, dment li d-ditti tal-investiment individwali jew il-persuni ma jkunux jistgħu jiġu identifikati, bla preġudizzju għall-każijiet koperti bid-dritt kriminali.

Informazzjoni kunfidenzjali li tali awtoritajiet u persuni jirċievu matul it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom tista' tiġi żvelata f'forma sommarja jew aggregata, dment li d-ditti tal-investiment individwali jew il-persuni ma jkunux jistgħu jiġu identifikati, bla preġudizzju għall-każijiet koperti bid-dritt kriminali.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali għall-finijiet tal-paragrafu 2, jistgħu jiddikjaraw b'mod espliċitu kif dik l-informazzjoni għandha tiġi ttrattata u jistgħu jirrestrinġu b'mod espliċitu kwalunwke trażmissjoni ulterjuri ta' dik l-informazzjoni.

4.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali għall-finijiet tal-paragrafu 2 u jistgħu jiddikjaraw b'mod espliċitu kif dik l-informazzjoni għandha tiġi ttrattata.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe persuna awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE40 u li twettaq f'ditta tal-investiment il-kompiti deskritti fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE41 jew l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/34/UE jew kwalunkwe kompitu statutorji ieħor, għandu jkollhom id-dmir li jirrapportaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw lil dik id-ditta tal-investiment, jew li jikkonċernaw impriża li għandha rbit mill-qrib ma' dik id-ditta tal-investiment li:

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe persuna awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE40 u li twettaq f'ditta tal-investiment il-kompiti deskritti fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE41 jew l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/34/UE jew kwalunkwe kompitu statutorji ieħor, għandu jkollhom id-dmir li jirrapportaw malajr kemm jista' jkun lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw lil dik id-ditta tal-investiment, jew li jikkonċernaw impriża li għandha rbit mill-qrib ma' dik id-ditta tal-investiment li:

__________________

__________________

40 Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).

40 Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).

41 Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-intrapriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

41 Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-intrapriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fil-każ ta' persuna ġuridika, penali amministrattivi pekunarji sa 10% tal-valur tal-bejgħ nett annwali totali inkluż l-introjtu gross li jikkonsisti minn imgħax riċevibbli u introjtu simili, introjtu mill-ishma u titoli oħra b'rendita fissa jew varjabbli, u kummissjonijiet jew tariffi tal-impriża fis-sena kummerċjali preċedenti.

(d)  fil-każ ta' persuna ġuridika, penali amministrattivi pekunarji sa 15 % tal-valur tal-bejgħ nett annwali totali inkluż l-introjtu gross li jikkonsisti minn imgħax riċevibbli u introjtu simili, introjtu mill-ishma u titoli oħra b'rendita fissa jew varjabbli, u kummissjonijiet jew tariffi tal-impriża fis-sena kummerċjali preċedenti.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  li tiġi intervistata kull persuna li tagħti l-kunsens tagħha li tiġi intervistata għall-iskopijiet tal-ġbir ta' informazzjoni fuq is-suġġett ta' xi investigazzjoni;

(iv)  li tiġi intervistata kull persuna rilevanti għall-iskopijiet tal-ġbir ta' informazzjoni fuq is-suġġett ta' xi investigazzjoni;

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18

Artikolu 18

Il-pubblikazzjoni ta' penali u ta' miżuri amministrattivi

Il-pubblikazzjoni ta' penali u ta' miżuri amministrattivi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom kull penali u miżura amministrattiva imposti f'konformità mal-Artikolu 16 u li kontrihom ma jkun hemm ebda appell, mingħajr dewmien żejjed. Dik il-pubblikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fuqha tiġi imposta l-penali jew li kontriha tittieħed il-miżura. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata biss wara li dik il-persuna tkun ġiet infurmata dwar dawk il-penali jew miżuri u sakemm il-pubblikazzjoni tkun neċessarja u proporzjonata.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom kull penali u miżura amministrattiva imposta f'konformità mal-Artikolu 16 u li kontriha ma jkun hemm ebda appell, mingħajr dewmien żejjed. Dik il-pubblikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fuqha tiġi imposta l-penali jew li kontriha tittieħed il-miżura. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata biss wara li dik il-persuna tkun ġiet infurmata dwar dawk il-penali jew miżuri u sakemm il-pubblikazzjoni tkun neċessarja u proporzjonata. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istess informazzjoni tiġi ppubblikata fuq is-sit web uffiċjali tad-ditta tal-investiment ikkonċernata.

2.  Meta l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' penali jew miżuri amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 16, li kontriha jkun tressaq appell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom informazzjoni dwar l-istatus tal-appell u dwar l-eżitu tal-appell.

2.  Meta l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' penali jew miżuri amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 16, li kontriha jkun tressaq appell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom informazzjoni dwar l-istatus tal-appell u dwar l-eżitu tal-appell. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istess informazzjoni tiġi ppubblikata fuq is-sit web uffiċjali tad-ditta tal-investiment ikkonċernata.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-penali jew il-miżuri amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 16 fuq bażi anonima fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-penali jew il-miżuri amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 16 fuq bażi anonima fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) il-penali jkun ġie impost fuq persuna fiżika u l-pubblikazzjoni tad-data personali ta' dik il-persuna tistab li tkun sproporzjonata;

(a) il-penali tkun ġiet imposta fuq persuna fiżika u l-pubblikazzjoni tad-data personali ta' dik il-persuna tistab li tkun sproporzjonata;

(b) il-pubblikazzjoni tkun tixħet f'riskju investigazzjoni kriminali kurrenti jew l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji;

(b) il-pubblikazzjoni tkun tixħet f'riskju investigazzjoni kriminali kurrenti jew l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji;

(c) il-pubblikazzjoni tkun tikkawża ħsara sproporzjonata għad-ditti tal-investiment jew għall-persuni fiżiċi involuti.

(c) il-pubblikazzjoni tkun tikkawża ħsara sproporzjonata għad-ditti tal-investiment jew għall-persuni fiżiċi involuti.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppubblikata skont dan l-Artikolu tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal mill-inqas ħames snin. Data personali tista' tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti meta din il-pubblikazzjoni tkun permessa mir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppubblikata skont dan l-Artikolu tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal mill-inqas ħames snin. Data personali tista' tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti meta din il-pubblikazzjoni tkun permessa mir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EBA dwar il-penali u l-miżuri amministrattivi imposti skont l-Artikolu 16, dwar kwalunkwe appell kontra dawk il-penali u l-miżuri u dwar l-eżitu ta' dawn. L-EBA għandha żżomm bażi ta' data ċentrali ta' penali u ta' miżuri amministrattivi kkomunikati lilha unikament għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik il-bażi ta' data għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti biss u għandha tiġi aġġornata b'mod regolari.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EBA dwar il-penali u l-miżuri amministrattivi imposti skont l-Artikolu 16, dwar kwalunkwe appell kontra dawk il-penali u l-miżuri u dwar l-eżitu ta' dawn. L-EBA għandha żżomm bażi ta' data ċentrali ta' penali u ta' miżuri amministrattivi kkomunikati lilha unikament għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik il-bażi ta' data għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti u għall-ESMA, u għandha tiġi aġġornata b'mod regolari, tal-inqas fuq il-bażi ta' kull tliet xhur.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment soġġetti għal din it-Taqsima jimplimentaw ir-rekwiżiti ta' din it-Taqsima fis-sussidjarji tagħhom li jkunu istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(13) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], inklużi dawk stabbliti f'pajjiżi terzi, sakemm l-impriża prinċipali fl-Unjoni ma tkunx tista' turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni ta' din it-Taqsima tkun illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn tkun stabbilita din is-sussidjarja.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment soġġetti għal din it-Taqsima jimplimentaw ir-rekwiżiti ta' din it-Taqsima fis-sussidjarji tagħhom li jkunu istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(13) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], inklużi dawk stabbliti f'pajjiżi terzi, sakemm l-impriża prinċipali fl-Unjoni turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni ta' din it-Taqsima tkun illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn tkun stabbilita din is-sussidjarja.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment japplikaw il-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 b'mod li jkun xieraq għad-daqs u għall-organizzazzjoni interna tagħhom u għan-natura, għall-ambitu u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment japplikaw il-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 b'mod li jkun proporzjonat u xieraq għad-daqs u għall-organizzazzjoni interna tagħhom u għan-natura, għall-ambitu u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta ditta tal-investiment tibbenefika minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju kif definit fl-Artikolu 2(1)(28) tad-Direttiva 2014/59/UE, japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta ditta tal-investiment tibbenefika minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju kif definit fil-punt (28) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, hi ma tħallas ebda remunerazzjoni varjabbli.

(a)  meta r-remunerazzjoni varjabbli tkun inkonsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali soda ta' ditta tal-investiment u tal-ħruġ puntwali tagħha mill-appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju, ir-remunerazzjoni varjabbli tal-persunal kollu għandha tkun limitata għal sehem mid-dħul nett;

 

(b)  id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu limiti għar-remunerazzjoni tal-membri tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment;

 

(c)  id-ditta tal-investiment għandha tħallas remunerazzjoni varjabbli biss lil membri tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment fejn it-tali remunerazzjoni tkun ġiet approvata mill-awtorità kompetenti.

 

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  meta r-remunerazzjoni varjabbli tkun relatata mal-prestazzjoni, l-ammont totali tar-remunerazzjoni varjabbli għandu jkun ibbażat fuq taħlita tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu, tal-unità tan-negozju kkonċernata u tar-riżultati ġenerali tad-ditta tal-investiment;

(a)  meta r-remunerazzjoni varjabbli tkun relatata mal-prestazzjoni, l-ammont totali tar-remunerazzjoni varjabbli għandu jkun ibbażat fuq taħlita tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu, irrispettivament mill-ġeneru, tal-unità tan-negozju kkonċernata u tar-riżultati ġenerali tad-ditta tal-investiment;

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt j – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  mill-inqas 50% tar-remunerazzjoni varjabbli għandha tikkonsisti fi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin:

(j)  mill-inqas 60 % tar-remunerazzjoni varjabbli għandha tikkonsisti fi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin:

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  bħala deroga mill-punt (j) fil-każ li ditta tal-investiment ma toħroġ ebda wieħed minn dawk l-istrumenti, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu japprovaw l-użu ta' arranġamenti alternattivi li jissodisfaw l-istess objettivi;

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  mill-inqas 40% tar-remunerazzjoni varjabbli għandhom ikunu differiti tul perjodu ta' tlieta sa ħames snin kif xieraq, skont iċ-ċiklu tan-negozju tad-ditta tal-investiment, in-natura tan-negozju tagħha, ir-riskji tagħha u l-attivitajiet tal-individwu inkwistjoni, ħlief fil-każ ta' remunerazzjoni varjabbli ta' ammont partikolarment għoli meta l-proporzjon tar-remunerazzjoni varjabbli differita jkun ta' mill-inqas 60%;

(k)  mill-inqas 50 % tar-remunerazzjoni varjabbli għandhom ikunu differiti tul perjodu ta' tlieta sa ħames snin kif xieraq, skont iċ-ċiklu tan-negozju tad-ditta tal-investiment, in-natura tan-negozju tagħha, ir-riskji tagħha u l-attivitajiet tal-individwu inkwistjoni, ħlief fil-każ ta' remunerazzjoni varjabbli ta' ammont partikolarment għoli meta l-proporzjon tar-remunerazzjoni varjabbli differita jkun ta' mill-inqas 70 %;

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  sa 100% tar-remunerazzjoni varjabbli għandhom ikunu kkuntrattati meta l-prestazzjoni finanzjarja tad-ditta tal-investiment tkun dgħajfa jew negattiva, inkluż permezz ta' arranġamenti ta' malus jew ta' rkupru soġġetti għal kriterji stabbiliti mid-ditti tal-investiment li jkopru b'mod partikolari sitwazzjonijiet li fihom l-individwu inkwistjoni:

(l)  100 % tar-remunerazzjoni varjabbli għandhom ikunu kkuntrattati meta l-prestazzjoni finanzjarja tad-ditta tal-investiment tkun dgħajfa jew negattiva, inkluż permezz ta' arranġamenti ta' malus jew ta' rkupru soġġetti għal kriterji stabbiliti mid-ditti tal-investiment li jkopru b'mod partikolari sitwazzjonijiet li fihom l-individwu inkwistjoni:

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ditta tal-investiment li l-valur tal-assi tagħha hu bħala medja daqs jew anqas minn EUR 100 miljun tul il-perjodu ta' erba' snin li jiġu bl-eżatt qabel is-sena finanzjarja partikolari;

(a)  ditta tal-investiment li l-valur tal-assi tagħha hu bħala medja daqs jew anqas minn EUR 50 miljun tul il-perjodu ta' erba' snin li jiġu bl-eżatt qabel is-sena finanzjarja partikolari;

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji li jiggarantixxu li d-ditti tal-investiment li huma ddeterminati bħala sinifikanti f'konformità mal-Artikolu 26(4) jistabbilixxu kumitat ta' remunerazzjoni. Dak il-kumitat ta' remunerazzjoni għandu jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti dwar il-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni u l-inċentivi maħluqa għall-immaniġġjar tar-riskju, tal-kapital u tal-likwidità.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji li jiggarantixxu li d-ditti tal-investiment li ma jikkonformawx mal-kriterji fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(4) jistabbilixxu kumitat ta' remunerazzjoni. Dak il-kumitat ta' remunerazzjoni għandu jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti dwar il-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni u l-inċentivi maħluqa għall-immaniġġjar tar-riskju, tal-kapital u tal-likwidità. Fi ħdan grupp, il-kumitat ta' remunerazzjoni jista' jkun ukoll kumitat ta' remunerazzjoni mifrux mal-grupp kollu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tissimplifika l-qafas: jekk din l-emenda tiġi aċċettata, hemm biss possibbiltà waħda ta' suddiviżjoni tal-Klassi 2 (limitu ta' EUR 100 miljun fuq il-karta tal-bilanċ). Barra minn hekk, hija għandha tillimita d-diskrezzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali u b'hekk tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwivalenti u ċertezza tad-dritt.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji biex jiggarantixxu li l-kumitat ta' remunerazzjoni ikun responsabbli għat-tħejjija ta' deċiżjonijiet rigward ir-remunerazzjoni, inklużi deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet għar-riskji u l-immaniġġjar tar-riskju tad-ditta tal-investiment ikkonċernata u li jridu jittieħdu mill-korp maniġerjali. Il-President u l-membri tal-kumitat ta' remunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fid-ditta tal-investiment ikkonċernata. Meta d-dritt nazzjonali jipprevedi rappreżentanza tal-impjegati fil-korp maniġerjali, il-kumitat ta' remunerazzjoni għandu jinkludi rappreżentant wieħed jew aktar tal-impjegati.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji biex jiggarantixxu li l-kumitat ta' remunerazzjoni jkun responsabbli għat-tħejjija ta' deċiżjonijiet rigward ir-remunerazzjoni, inklużi deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet għar-riskji u l-immaniġġjar tar-riskju tad-ditta tal-investiment ikkonċernata u li jridu jittieħdu mill-korp maniġerjali. Il-President u l-membri tal-kumitat ta' remunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fid-ditta tal-investiment ikkonċernata. Meta d-dritt nazzjonali jipprevedi rappreżentanza tal-impjegati fil-korp maniġerjali, il-kumitat ta' remunerazzjoni għandu jinkludi rappreżentant wieħed jew aktar tal-impjegati. Id-ditti tal-investiment għandhom jimmiraw lejn bilanċ bejn is-sessi fil-kumitat tar-remunerazzjoni tagħhom.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru l-informazzjoni ddivulgata f'konformità mal-punti (c), (d) u (f) tal-Artikolu 51 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] u għandhom jużaw dik l-informazzjoni bħala punt ta' riferiment għax-xejriet u għall-prattiki tar-remunerazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-EBA.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru l-informazzjoni ddivulgata f'konformità mal-punti (a), (b), (ba), (c), (d) u (f) tal-Artikolu 51 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] u għandhom jużaw dik l-informazzjoni bħala punt ta' riferiment għax-xejriet u għall-prattiki tar-remunerazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-EBA u lill-ESMA. L-EBA għandha tippubblika rapport annwali dwar dawk ix-xejriet u l-prattiki.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta' politiki sodi tar-remunerazzjoni. Dawk il-linji gwida għandhom jieħdu mill-inqas f'kunsiderazzjoni r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 28 sa 31 u l-prinċipji dwar il-politiki sodi tar-remunerazzjoni stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE43.

3.  F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta' politiki tar-remunerazzjoni sodi u newtrali fir-rigward tal-ġeneru. Dawk il-linji gwida għandhom jieħdu mill-inqas f'kunsiderazzjoni r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 28 sa 31 u l-prinċipji dwar il-politiki sodi tar-remunerazzjoni stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE43.

_________________

_________________

43 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta' April 2009 dwar il-politiki ta' rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22).

43 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta' April 2009 dwar il-politiki ta' rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22).

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 32 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti, meta jintalbu jagħmlu dan, b'informazzjoni dwar l-għadd ta' persuni fiżiċi f'kull ditta tal-investiment li jirċievu remunerazzjoni ta' EUR 1 miljun jew aktar kull sena finanzjarja, li jaqilgħu mill-inqas EUR 1 miljun, inkluża informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom tal-impjiegi, il-qasam tan-negozju involut u l-elementi ewlenin tas-salarju, il-bonus, l-għotja fuq terminu twil u l-kontribuzzjoni tal-pensjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu dik l-informazzjoni lill-EBA, li għandha tippubblikaha fuq bażi aggregata skont l-Istat Membru domiċiljari f'format komuni ta' rapportar. F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-EBA tista' wkoll telabora linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu u tiżgura l-konsistenza tal-informazzjoni miġbura.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti, meta jintalbu jagħmlu dan, b'informazzjoni dwar l-għadd ta' persuni fiżiċi f'kull ditta tal-investiment li jirċievu remunerazzjoni ta' EUR 500 000 jew aktar kull sena finanzjarja, li jaqilgħu mill-inqas EUR 500 000, inkluża informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom tal-impjiegi, il-qasam tan-negozju involut u s-salarju, il-bonus, l-għotja fuq terminu twil u l-kontribuzzjoni tal-pensjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu dik l-informazzjoni lill-EBA, li għandha tippubblikaha fuq bażi diżaggregata skont l-Istat Membru domiċiljari/ospitanti f'format komuni ta' rapportar. F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-EBA għandha wkoll telabora linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu u tiżgura l-konsistenza tal-informazzjoni miġbura.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  il-kunsiderazzjoni inklużiva tar-riskji relatati ma' fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG) fl-arranġamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju tad-ditti tal-investiment.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  li jobbligaw lid-ditti tal-investiment jillimitaw ir-remunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħul nett fejn dik ir-remunerazzjoni ma tkunx konsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali solida;

(g)  li jobbligaw lid-ditti tal-investiment jissospendu r-remunerazzjoni varjabbli fejn dik ir-remunerazzjoni ma tkunx konsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali solida;

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(la)  li jesiġu li d-ditti tal-investiment inaqqsu r-riskji għas-sigurtà tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni tagħhom biex jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-proċessi u d-data.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-ditta tal-investiment tkun skopertura għal riskji jew għal elementi tar-riskji li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżit kapitali stabbilit fit-Tielet Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(a)  id-ditta tal-investiment tkun skopertura għal riskji jew għal elementi tar-riskji li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżit kapitali stabbilit fit-Tielet Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], speċjalment b'kunsiderazzjoni tar-riskji fir-rigward tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG);

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta tinħoloq sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluża sitwazzjoni kif deskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew żviluppi negattivi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn l-entitajiet ta' grupp ta' ditti tal-investiment ikunu ġew awtorizzati, is-superviżur tal-grupp stabbilit skont l-Artikolu 42 għandu, soġġett għat-Taqsima 2, Kapitolu 1 ta' dan it-Titolu, iwissi mill-aktar fis prattikabbli, lill-EBA, lill-BERS u lil kwalunkwe awtorità kompetenti rilevanti u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Meta tinħoloq sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluża sitwazzjoni kif deskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew żviluppi negattivi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà jew is-sigurtà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn l-entitajiet ta' grupp ta' ditti tal-investiment ikunu ġew awtorizzati, is-superviżur tal-grupp stabbilit skont l-Artikolu 42 għandu, soġġett għat-Taqsima 2, Kapitolu 1 ta' dan it-Titolu, iwissi mill-aktar fis prattikabbli, lill-EBA, lill-BERS u lil kwalunkwe awtorità kompetenti rilevanti u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 54

Artikolu 54

Eżerċitar tad-delega

Eżerċitar tad-delega

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2), 27(3) u 33(6) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2), 8(4), 27(3) u 33(6) għal perjodu ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

3.  Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3(2), 27(3) u 33(6) tista' tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Hi għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hi ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

3.  Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3(2), 8(4), 27(3) u 33(6) tista' tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Hi għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hi ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lil esperti magħżula minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lil esperti magħżula minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Mal-adozzjoni ta' att delegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Mal-adozzjoni ta' att delegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  L-att delegat adottat skont l-Artikoli 3(2), 27(3) u 33(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  L-att delegat adottat skont l-Artikoli 3(2), 8(4), 27(3) u 33(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 58a (ġdid)

Direttiva 2014/59/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 58a

 

Emenda għad-Direttiva 2014/59/UE

 

Id-Direttiva 2014/59/UE hi emendata kif ġej:

 

fl-Artikolu 2(1), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej: 

 

"(3) ditta tal-investiment" tfisser ditta tal-investiment kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tkun soġġetta għar-rekwiżit kapitali inizjali stipulat fl-Artikolu 8(1) tad-[Direttiva (UE) ---/---- [IFD]];". 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tinbidel ir-referenza użata fil-BRRD sabiex jiġi definit il-kamp ta' applikazzjoni tad-ditti tal-investiment soġġetti għad-Direttiva, minħabba li r-referenza għas-CRD użata bħalissa se tkun imħassra mill-IFD.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 60 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sa [5 snin mid-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva], u sussegwentement kull 3 snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u l-impatt tagħha.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment

Referenzi

COM(2017)0791 – C8-0452/2017 – 2017/0358(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

18.1.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

18.1.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Kostas Chrysogonos

24.1.2018

Eżami fil-kumitat

15.5.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Rosa Estaràs Ferragut, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Evelyne Gebhardt, Răzvan Popa

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

18

+

ALDE

EFDD

ENF

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

Joëlle Bergeron

Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton

Kostas Chrysogonos

Rosa Estaràs Ferragut, Emil Radev, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Evelyne Gebhardt, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Razvan Popa

Max Andersson, Pascal Durand

1

-

ECR

Angel Dzhambazki

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment

Referenzi

COM(2017)0791 – C8-0452/2017 – 2017/0358(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.12.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

18.1.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

18.1.2018

ITRE

18.1.2018

JURI

18.1.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

31.1.2018

ITRE

23.1.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Markus Ferber

23.1.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.5.2018

19.6.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

24.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

9

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Barbara Kappel, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Anne Sander, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Steven Woolfe, Marco Zanni, Esther de Lange

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Doru-Claudian Frunzulică, Ramón Jáuregui Atondo, Rina Ronja Kari, Jeppe Kofod, Marcus Pretzell, Romana Tomc, Lieve Wierinck, Roberts Zīle, Sophia in ‘t Veld

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jo Leinen, Julia Pitera, Virginie Rozière, Sabine Verheyen

Data tat-tressiq

27.9.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

35

+

ALDE

Lieve Wierinck, Sophia in 't Veld

ECR

Sander Loones, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Roberts Zīle

ENF

Barbara Kappel

PPE

Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Werner Langen, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Julia Pitera, Anne Sander, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere, Sabine Verheyen, Esther de Lange

S&D

Pervenche Berès, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Doru-Claudian Frunzulică, Roberto Gualtieri, Ramón Jáuregui Atondo, Jeppe Kofod, Jo Leinen, Olle Ludvigsson, Virginie Rozière, Pedro Silva Pereira

Verts/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

9

-

EFDD

Bernard Monot, Marco Valli

ENF

Marcus Pretzell, Marco Zanni

GUE/NGL

Rina Ronja Kari, Marisa Matias, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

NI

Steven Woolfe

0

0

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Ottubru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza