RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 1093/2010

27.9.2018 - (COM(2017)0790 – C8-0453/2017 – 2017/0359 (COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Markus Ferber


Proċedura : 2017/0359(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0296/2018
Testi mressqa :
A8-0296/2018
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 1093/2010

(COM(2017)0790 – C8-0453/2017 – 2017/0359(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0790),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0453/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Awissu 2018[1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' April 2018[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0296/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[3]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2017/0359 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 1093/2010

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,[4]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,[5]

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Ir-rekwiżiti prudenzjali robusti huma parti integrali mill-kundizzjonijiet regolatorji li fihom l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jipprovdu servizzi fl-Unjoni. Flimkien mal-istituzzjonijiet ta' kreditu, id-ditti tal-investiment huma soġġetti għad-Direttiva 2013/36/UE[6] u għar-Regolament (UE) Nru 575/2013[7] fir-rigward tat-trattament u tas-superviżjoni prudenzjali tagħhom, filwaqt li l-awtorizzazzjoni tagħhom u rekwiżiti organizzazzjonali u tal-imġiba oħra huma stabbiliti fid-Direttiva 2004/39/KE[8].

(2)  Ir-reġimi prudenzjali eżistenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma fil-parti l-kbira bbażati fuq iterazzjonijiet suċċessivi tal-istandards regolatorji internazzjonali stabbiliti għal gruppi bankarji kbar mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u jindirizzaw b'mod parzjali biss ir-riskji speċifiċi inerenti għall-attivitajiet diversi tad-ditti tal-investiment. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-vulnerabbiltajiet u r-riskji speċifiċi inerenti għad-ditti tal-investiment jiġu indirizzati b'mod speċifiku permezz ta' arranġamenti prudenzjali xierqa u proporzjonati fil-livell tal-Unjoni.

(3)  Ir-riskji li d-ditti tal-investiment infushom iġarrbu u joħolqu għall-klijenti tagħhom u għas-swieq usa' li joperaw fihom jiddependu fuq in-natura u l-volum tal-attivitajiet tagħhom, inkluż jekk id-ditti tal-investiment jaġixxux bħala aġenti għall-klijenti tagħhom u ma jkunux parti għat-tranżazzjonijiet li jirriżultaw infushom, jew jekk jaġixxux bħala prinċipali għan-negozji.

(4)  Jenħtieġ li rekwiżiti prudenzjali solidi jiżguraw li d-ditti tal-investiment jiġu ġestiti b'mod ordnat u fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom. Jenħtieġ li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-potenzjal li d-ditti tal-investiment u l-klijenti tagħhom jidħlu għal teħid ta' riskju eċċessiv u l-gradi differenti ta' riskju mġarrab u maħluq mid-ditti tal-investiment. Bl-istess mod, jenħtieġ li r-rekwiżiti prudenzjali jimmiraw li jevitaw piż amministrattiv żejjed fuq id-ditti tal-investiment.

(5)  Ħafna mir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-qafas tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma mfassla biex jindirizzaw ir-riskji komuni affaċċjati mill-istituzzjonijiet ta' kreditu. Għalhekk, ir-rekwiżiti eżistenti huma fil-parti l-kbira kkalibrati biex jippreservaw il-kapaċità ta' self tal-istituzzjonijiet ta' kreditu tul iċ-ċikli ekonomiċi u biex jiġu protetti d-depożitanti u l-kontribwenti minn falliment possibbli, u mhumiex imfassla biex jindirizzaw il-profili tar-riskju differenti tad-ditti tal-investiment. Id-ditti tal-investiment m'għandhomx portafolli kbar ta' self fil-livell tal-konsumatur u korporattiv u ma jiħdux depożiti. Il-probabbiltà li l-falliment tagħhom jista' jkollu impatti detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja ġenerali hi inqas milli fil-każ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. B'hekk, ir-riskji affaċċjati u maħluqa mid-ditti tal-investiment huma sostanzjalment differenti mir-riskji affaċċjati u maħluqa mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u jenħtieġ li t-tali differenza tkun riflessa biċ-ċar fil-qafas prudenzjali tal-Unjoni.

(6)  Ir-rekwiżiti prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE li d-ditti tal-investiment huma soġġetti għalihom huma bbażati fuq dawk tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. Id-ditti tal-investiment li l-ambitu tal-awtorizzazzjoni tagħhom hu limitat għal servizzi ta' investiment speċifiċi li mhumiex fil-mira tal-qafas prudenzjali attwali huma soġġetti għal ħafna eżenzjonijiet minn dawn ir-rekwiżiti. Dan jirrikonoxxi li f'din il-kapaċità dawn id-ditti ma jġarrbux riskji tal-istess natura bħall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Ditti tal-investiment li jwettqu attivitajiet li huma fil-mira tal-qafas attwali u li jinvolvu negozjar fi strumenti finanzjarji iżda fuq bażi limitata, huma soġġetti għar-rekwiżiti korrispondenti tal-qafas f'termini ta' kapital, iżda jista' jkollhom eżenzjonijiet f'oqsma oħra bħal-likwidità, l-iskoperturi kbar u l-effett ta' lieva. Ditti tal-investiment b'ambitu ta' awtorizzazzjoni li mhuwiex soġġett għal dawn il-limitazzjonijiet huma soġġetti għall-qafas sħiħ flimkien mal-istituzzjonijiet ta' kreditu.

(7)  In-negozjar ta' strumenti finanzjarji, kemm għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskju, ta' ħħeġġjar u ta' ġestjoni tal-likwidità jew għat-teħid ta' pożizzjonijiet direzzjonali dwar il-valur tal-istrumenti maż-żmien, hu attività li fiha kemm l-istituzzjonijiet ta' kreditu kif ukoll id-ditti tal-investiment huma awtorizzati jinnegozjaw f'isimhom stess u li diġà hu indirizzat mill-qafas prudenzjali tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE. Għalhekk, biex jiġu evitati kundizzjonijiet mhux ekwivalenti ta' kompetizzjoni li jistgħu jwasslu għal arbitraġġ regolatorju bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment f'dan il-qasam, jenħtieġ li r-rekwiżiti kapitali li jirriżultaw minn dawn ir-regoli biex ikopru dan ir-riskju jkomplu japplikaw għal dawn id-ditti tal-investiment. L-iskoperturi ta' dawn id-ditti tal-investiment għall-kontropartijiet tan-negozjar tagħhom fi tranżazzjonijiet speċifiċi u r-rekwiżiti kapitali korrispondenti huma koperti wkoll mir-regoli u, għalhekk, jenħtieġ li jibqgħu japplikaw b'mod simplifikat. Finalment, ir-regoli dwar l-iskoperturi kbar tal-qafas attwali huma rilevanti wkoll meta l-iskoperturi li jiġu nnegozjati ta' dawn id-ditti tal-investiment għal kontropartijiet speċifiċi jkunu partikolarment kbar u b'hekk jiġġeneraw sors ikkonċentrat b'mod eċċessiv ta' riskju għal ditta tal-investiment mill-inadempjenza tal-kontroparti. Għalhekk, jenħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet ikomplu japplikaw għad-ditti tal-investiment b'mod simplifikat.

(8)  Id-differenzi fl-applikazzjoni tal-qafas eżistenti fi Stati Membri differenti jheddu l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għad-ditti tal-investiment fl-Unjoni. Dawn id-differenzi jirriżultaw mill-kumplessità ġenerali tal-applikazzjoni tal-qafas għal ditti tal-investiment differenti fuq il-bażi tas-servizzi li jipprovdu, fejn xi awtoritajiet nazzjonali jaġġustaw jew jissimplifikaw it-tali applikazzjoni fid-dritt jew fil-prattika nazzjonali. Billi l-qafas prudenzjali eżistenti ma jindirizzax ir-riskji kollha affaċċjati u maħluqa minn ċerti tipi ta' ditti tal-investiment, ġew applikati supplimentazzjonijiet kapitali kbar għal ċerti ditti tal-investiment f'ċerti Stati Membri. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi li jindirizzaw dawk ir-riskji biex tiġi żgurata superviżjoni prudenzjali armonizzata tad-ditti tal-investiment madwar l-Unjoni.

(9)  Għaldaqstant hemm bżonn ta' reġim prudenzjali speċifiku għal ditti tal-investiment li mhumiex sistemiċi fid-dawl tad-daqs u tal-interkonnessjoni tagħhom ma' atturi finanzjarji u ekonomiċi oħra. Jenħtieġ li, madankollu, id-ditti sistemiċi tal-investiment jibqgħu soġġetti għall-qafas prudenzjali eżistenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE. Dawk id-ditti tal-investiment huma subsett ta' ditti tal-investiment li għalihom bħalissa japplika l-qafas tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-Direttiva 2013/36/UE u ma jibbenefikawx minn eżenzjonijiet iddedikati minn kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti prinċipali tiegħu. L-akbar u l-aktar ditti tal-investiment interkonnessi għandhom mudelli kummerċjali u profili tar-riskju li huma simili għal dawk ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti – dawn jipprovdu servizzi "ta' tip bankarju" u jissottoskrivu riskji fuq skala sinifikanti. Għaldaqstant, xieraq li dawk id-ditti tal-investiment jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE. Barra minn hekk, ditti sistemiċi tal-investiment huma kbar biżżejjed, u għandhom mudelli kummerċjali u profili tar-riskju li jirrappreżentaw theddida għall-funzjonament stabbli u ordnat tas-swieq finanzjarji bl-istess mod bħal istituzzjonijiet ta' kreditu kbar.

(10)  Ir-reġim prudenzjali speċifiku għad-ditti tal-investiment li, minħabba d-daqs u l-interkonnessjoni tagħhom ma' atturi finanzjarji u ekonomiċi oħra, mhumiex meqjusa sistemiċi jenħtieġ li jindirizza l-prattiki kummerċjali speċifiċi ta' tipi differenti ta' ditti tal-investiment. Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment bl-akbar possibbiltà li jiġġeneraw riskji għall-klijenti, għas-swieq jew għall-funzjonament ordnat tad-ditti tal-investiment infushom ikunu soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali ċari u effettivi mfassla għal dawk ir-riskji speċifiċi. Dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jenħtieġ li jiġu kkalibrati b'mod proporzjonat għat-tip ta' ditta tal-investiment, għall-aħjar interessi tal-klijenti ta' dak it-tip ta' ditta tal-investiment u għall-promozzjoni tal-funzjonament bla xkiel u ordnat tas-swieq li fihom joperaw dawk it-tipi ta' ditti tal-investiment. Jenħtieġ li dawn jimmitigaw l-oqsma identifikati ta' riskju u jgħinu biex jiżguraw li, jekk ditta tal-investiment tfalli, din tkun tista' tiġi stralċata b'mod ordnat bi tfixkil minimu għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji.

(10a)  Ir-reġim previst f'dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax l-obbligu ta' produtturi maħtura fis-suq f'ċentri tan-negozjar skont id-Direttiva 2014/65/UE biex jipprovdu kwotazzjonijiet u jkunu preżenti fis-suq fuq bażi kontinwa.

(11)  Ir-reġim prudenzjali għad-ditti tal-investiment li, minħabba d-daqs u l-interkonnessjoni tagħhom ma' atturi finanzjarji u ekonomiċi oħra, mhumiex meqjusa sistemiċi jenħtieġ li japplika għal kull ditta tal-investiment fuq bażi individwali. Madankollu, billi r-riskji mġarrba minn ditti żgħar u mhux interkonnessi tal-investiment huma limitati fil-parti l-kbira tagħhom, jenħtieġ li dawn jitħallew iħaddmu eżenzjoni mir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi fejn ikunu parti minn grupp bankarju bi kwartieri ġenerali u soġġetti għas-superviżjoni konsolidata skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE fl-istess Stat Membru, billi f'każijiet bħal dawn l-applikazzjoni konsolidata tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-Direttiva 2013/36/UE għall-grupp jenħtieġ li tkopri dawk ir-riskji b'mod adegwat. Biex jiġi rifless it-trattament eżistenti possibbli ta' gruppi ta' ditti tal-investiment skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, jenħtieġ li l-impriża prinċipali fit-tali gruppi jkollha biżżejjed kapital biex tappoġġa l-valur kontabilistiku tal-parteċipazzjonijiet tagħha fis-sussidjarji. Barra minn hekk, biex ikunu koperti każijiet li fihom it-tali gruppi ta' ditti tal-investiment iġorru grad akbar ta' riskju jew ta' interkonnessjoni, dawn jistgħu jiġu soġġetti għal rekwiżiti kapitali fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp. Meta jagħmlu parti minn grupp ta' assigurazzjoni, dawk id-ditti żgħar u mhux interkonnessi ta' investiment jenħtieġ li wkoll jitħallew jagħmlu użu minn eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni, divulgazzjoni u rappurtar.

(12)  Biex id-ditti tal-investiment ikunu jistgħu jkomplu jibbażaw fuq il-fondi proprji eżistenti tagħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kapitali tagħhom skont il-qafas prudenzjali speċifiku għad-ditti tal-investiment, jenħtieġ li d-definizzjoni u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji jiġu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dan jinkludi tnaqqis sħiħ mill-entrati tal-karta bilanċjali u mill-fondi proprji f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bħal assi ta' taxxa differita u parteċipazzjonijiet ta' strumenti kapitali ta' entitajiet oħra tas-settur finanzjarju. Madankollu, jenħtieġ li d-ditti tal-investiment ikunu jistgħu jeżentaw parteċipazzjonijiet mhux sinifikanti ta' strumenti kapitali f'entitajiet tas-settur finanzjarju mit-tnaqqis jekk jinżammu għal skopijiet ta' negozjar bil-ħsieb li jappoġġaw il-ġenerazzjoni tas-suq f'dawn l-istrumenti. Biex jallinjaw il-kompożizzjoni tal-fondi proprji mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li mill-inqas 56 % tar-rekwiżit kapitali jiġi ssodisfat mid-ditti tal-investiment ma' entrati tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, filwaqt li entrati tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali jistgħu jkunu eliġibbli sa 44 % u sa 25 % tal-kapital regolatorju, rispettivament.

(13)  Biex jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment dejjem ikunu jistgħu joperaw fuq il-bażi tal-livell ta' kapital meħtieġ għall-awtorizzazzjoni tagħhom, jenħtieġ li, f'kull waqt, id-ditti tal-investiment jissodisfaw rekwiżit kapitali minimu permanenti daqs il-kapital inizjali meħtieġ għall-awtorizzazzjoni biex iwettqu s-servizzi ta' investiment rilevanti stabbiliti f'konformità mad-Direttiva (UE) ----/--/[IFD].

(14)  Biex tiġi żgurata applikazzjoni sempliċi tar-rekwiżit kapitali minimu għal ditti żgħar u mhux interkonnessi tal-investiment, jenħtieġ li dawn ikollhom kapital li jlaħħaq mal-ogħla bejn ir-rekwiżit kapitali minimu permanenti tagħhom jew kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom imkejla fuq il-bażi tal-attività tagħhom tas-sena preċedenti f'konformità mar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/488[9]. Id-ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi li jippreferu jeżerċitaw aktar kawtela regolatorja u jevitaw riklassifikazzjoni jenħtieġ li ma jiġux imwaqqfa milli jżommu fondi proprji f'eċċess ta', jew japplikaw miżuri li jkunu aktar stretti minn, dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament.

(15)  Biex ikunu kkunsidrati r-riskji akbar ta' ditti tal-investiment li mhumiex żgħar u mhux interkonnessi, jenħtieġ li r-rekwiżit kapitali minimu għalihom ikun is-somma tal-ogħla bejn ir-rekwiżit kapitali minimu tagħhom, kwart mill-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom għas-sena preċedenti, jew inkella s-somma tar-rekwiżit tagħhom skont is-sett ta' fatturi ta' riskju mfassla għad-ditti tal-investiment ("fatturi-K") li jistabbilixxi l-kapital b'rabta mar-riskji f'linji ta' azzjoni speċifiċi tad-ditti tal-investiment.

(16)  Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment jitqiesu li huma żgħar u mhux interkonnessi għal-finijiet tar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għad-ditti tal-investiment meta ma jwettqux servizzi ta' investiment li jġorru riskju għoli għall-klijenti, għas-swieq jew għalihom stess u li d-daqs tagħhom ifisser li għandhom anqas probabbiltà li jikkawżaw impatti negattivi mifruxa għall-klijenti u għas-swieq f'każ li jimmaterjalizzaw riskji inerenti fin-negozju tagħhom jew f'każ li jfallu. Għalhekk, jenħtieġ li ditti żgħar u mhux interkonnessi tal-investiment jiġu ddefiniti bħala dawk li ma jinnegozjawx f'isimhom jew li jġarrbu riskju min-negozjar ta' strumenti finanzjarji, għandhom assi jew flus limitati ta' klijenti taħt il-kontroll tagħhom, għandhom assi ▌taħt immaniġġar ta' portafolli diskrezzjonali ▌ta' anqas minn EUR 1,2 biljun, jimmaniġġaw anqas minn EUR 100 miljun kull jum f'ordnijiet tal-klijenti f'negozji fi flus jew EUR 1 biljun kull jum f'derivattivi, u għandhom karta bilanċjali iżgħar minn EUR 100 miljun u dħul annwali gross totali mit-twettiq tas-servizzi ta' investiment tagħhom ta' anqas minn EUR 30 miljun.

(17)  Biex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju u jitnaqqas l-inċentiv għad-ditti tal-investiment biex jistrutturaw l-operazzjonijiet tagħhom bil-ħsieb li jevitaw milli jaqbżu l-livelli limitu li jekk jaqbżuhom ma jikkwalifikawx bħala ditti żgħar u mhux interkonnessi, il-livelli limitu għall-assi mmaniġġati, għall-ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati, għad-daqs tal-karta bilanċjali u għad-dħul gross totali jenħtieġ li jiġu applikati fuq bażi kkombinata għad-ditti tal-investiment kollha li huma parti mill-istess grupp. Il-kriterji l-oħrajn, jiġifieri jekk ditta tal-investiment iżżommx flus tal-klijenti, tamministrax jew tissalvagwardjax assi tal-klijenti, jew tinnegozjax strumenti finanzjarji u ġġarrabx riskju tas-suq jew tal-kontroparti, huma binarji u ma jħallu ebda lok għat-tali ristrutturar u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu vvalutati fuq bażi individwali. Biex jiġu koperti l-mudelli kummerċjali li qed jevolvu u r-riskji li jirrappreżentaw fuq bażi kontinwa, dawn il-kriterji u l-livelli limitu jenħtieġ li jiġu vvalutati fuq bażi ta' tmiem il-jum, bl-eċċezzjoni taż-żamma ta' flus tal-klijenti li jenħtieġ li tiġi vvalutata fuq bażi ta' dakinhar u d-daqs tal-karta bilanċjali u d-dħul gross totali li jenħtieġ li jiġu vvalutati fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tad-ditta tal-investiment fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja.

(18)  Ditta tal-investiment li taqbeż il-livelli limitu regolatorji jew tonqos milli tissodisfa l-kriterji l-oħra jenħtieġ li ma tkunx meqjusa bħala waħda żgħira u mhux interkonnessa u jenħtieġ li tiġi soġġetta għar-rekwiżiti għad-ditti tal-investiment l-oħra, soġġetti għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan jinċentiva lid-ditti tal-investiment biex jippjanaw l-attivitajiet kummerċjali tagħhom biex jikkwalifikaw biċ-ċar bħala ditti żgħar u mhux interkonnessi. Għal ditta tal-investiment li ma tissodisfax ir-rekwiżiti biex titqies bħala żgħira u mhux interkonnessa bl-għan li tikkwalifika għat-tali trattament, jenħtieġ li tiġi pprovduta fażi ta' monitoraġġ fejn dik id-ditta tissodisfa l-kriterji u tibqa' f'livelli anqas mil-livelli limitu rilevanti għal mill-inqas sitt xhur konsekuttivi.

(19)  Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment kollha jikkalkolaw ir-rekwiżit kapitali tagħhom b'referenza għal sett ta' fatturi-K li jkopru r-Riskju Għall-Klijent ("RtC"), ir-Riskju għas-Suq ("RtM") u r-Riskju għad-Ditta ("RtF"). Il-fatturi-K taħt l-RtC ikopru assi mmaniġġati tal-klijenti (K-AUM), assi ssalvagwardjati u amministrati (K-ASA), flus tal-klijenti miżmuma (K-CMH), u ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati (K-COH).

(20)  Il-fattur-K taħt l-RtM ikopri r-riskju ta' pożizzjoni netta (K-NPR) f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar ir-riskju tas-suq tas-CRR jew, meta permess mill-awtorità kompetenti għal pożizzjonijiet li huma kklerjati ċentralment, fuq il-bażi tal-marġini li ddaħħlu għand membru tal-ikklerjar ta' ditta tal-investiment (K-CMG). Ditta tal-investiment jenħtieġ li jkollha l-għażla li tapplika simultanjament K-NPR u K-CMG għal pożizzjonijiet differenti.

(21)  Il-fatturi-K taħt l-RtF ikopru l-iskopertura ta' ditta tal-investiment għall-inadempjenza tal-kontropartijiet tan-negozjar tagħhom (K-TCD) f'konformità mad-dispożizzjonijiet simplifikati għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti fuq il-bażi tas-CRR, ir-riskju tal-konċentrazzjoni fi skoperturi kbar ta' ditta tal-investiment għal kontropartijiet speċifiċi fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tas-CRR għal riskju ta' skoperturi kbar fil-portafoll tan-negozjar (K-CON), u riskji operazzjonali mill-fluss ta' negozjar ta' kuljum ta' ditta tal-investiment (K-DTF).

(22)  Ir-rekwiżit kapitali kumplessivi taħt il-fatturi-K hu s-somma tar-rekwiżiti tal-fatturi-K skont l-RtC, l-RtM u l-RtF. K-AUM, K-ASA, K-CMH, K-COH u K-DTF huma relatati mal-volum ta' attività li jsir riferiment għalih minn kull fattur-K. Il-volum għal K-CMH huwa kkalkolat fuq il-bażi ta' medja riportata mit-12-il xahar preċedenti. Il-volumi għal ▌K-ASA, għal K-COH u għal K-DTF huma kkalkolati fuq il-bażi ta' medja riportata mit-tliet xhur preċedenti, filwaqt li għall-K-AUM il-kalkolu hu bbażat fuq is-sena ta' qabel. Il-volumi huma mmultiplikati bil-koeffiċjenti korrispondenti stabbiliti f'dan ir-Regolament biex jiġi ddeterminat ir-rekwiżit kapitali. Ir-rekwiżiti kapitali għal K-NPR huma dderivati mis-CRR, filwaqt li r-rekwiżiti kapitali għal K-CON u għal K-TCD jużaw applikazzjoni ssimplifikata tar-rekwiżiti korrispondenti skont is-CRR għat-trattament ta' skoperturi kbar fil-portafoll tan-negozjar u tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, rispettivament. L-ammont ta' fattur-K hu żero jekk ditta ma twettaqx l-attività rilevanti.

(23)  Il-fatturi-K taħt l-RtC huma indikaturi li jkopru l-linji ta' azzjoni tad-ditti tal-investiment li huma suxxettibbli li jiġġeneraw dannu għall-klijenti jekk jinqalgħu problemi. Il-fattur K-AUM ikopri r-riskju ta' dannu għall-klijenti minn immaniġġar diskrezzjonali żbaljat tal-portafolli tal-klijenti jew eżekuzzjoni dgħajfa u jipprovdi serħan il-moħħ u l-klijent jibbenefika f'termini tal-kontinwità tas-servizz tal-immaniġġar ta' portafolli fis-seħħ▌. K-ASA jkopri r-riskju ta' salvagwardja u ta' amministrazzjoni tal-assi tal-klijenti, u jiżgura li d-ditti tal-investiment iżommu kapital proporzjonat għat-tali bilanċi, indipendentement minn jekk dawn ikunux fuq il-karta bilanċjali tagħha stess jew segregati f'kontijiet oħra. K-CMH ikopri r-riskju ta' potenzjal ta' dannu meta ditta tal-investiment iżżomm il-flus tal-klijenti tagħha, filwaqt li jitqies jekk dawn ikunux fuq il-karta bilanċjali tagħha stess jew segregati f'kontijiet oħra. K-COH ikopri r-riskju potenzjali għall-klijenti ta' ditta li teżegwixxi l-ordnijiet tagħha (f'isem il-klijent, u mhux f'isem id-ditta nfisha), pereżempju bħala parti mis-servizzi ta' eżekuzzjoni biss għall-klijenti jew meta ditta tkun parti minn katina għall-ordnijiet tal-klijenti.

(24)  Il-fattur-K għall-RtM għad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw f'isimhom hu bbażat fuq ir-regoli għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet fi strumenti finanzjarji, f'munita barranija, u f'komoditajiet f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif emendat[10]. Dan jippermetti lid-ditti tal-investiment jagħżlu li japplikaw l-approċċ standardizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 (approċċ standardizzat simplifikat skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif emendat) jekk l-assi tagħhom ikunu anqas minn EUR 300 miljun jew l-approċċ standardizzat rivedut skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif emendat kif ukoll l-għażla li jużaw mudelli interni. Fl-aħħar żewġ każijiet, ir-rekwiżit kapitali li rriżulta jista' jitnaqqas għal 65 %, biex b'hekk issir permanenti l-possibbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif emendat li dan jiġi applikat fuq bażi temporanja għal tliet snin, biex tittieħed f'kunsiderazzjoni r-rilevanza prudenzjali ġeneralment inferjuri tad-ditti tal-investiment. Inkella, soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jenħtieġ li r-rekwiżit kapitali ta' pożizzjonijiet ikklerjat ċentralment ikunu daqs il-marġnijiet li ddaħħlu għand il-membru tal-ikklerjar tagħhom.

(25)  Għad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw f'isimhom stess, il-fatturi-K għal K-TCD u għal K-CON skont l-RtF jikkostitwixxu applikazzjoni ssimplifikata tar-regoli tas-CRR dwar ir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju ta' skopertura kbira, rispettivament. K-TCD ikopri r-riskju għal ditta tal-investiment ta' kontropartijiet f'derivattivi barra l-Borża (OTC), fi tranżazzjonijiet ta' riakkwist, fi tranżazzjonijiet ta' għoti jew ta' teħid b'self ta' titoli u ta' komoditajiet, fi tranżazzjonijiet ta' saldu twil u fi tranżazzjonijiet ta' self b'marġini li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom billi jimmoltiplikaw il-valur tal-iskoperturi, fuq il-bażi tal-kost ta' sostituzzjoni u supplimentazzjoni għal skopertura futura potenzjali, bil-fatturi ta' riskju bbażati fuq ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, b'kunsiderazzjoni tal-effetti ta' mitigazzjoni tan-netting effettiv u tal-iskambju ta' kollateral. K-CON ikopri r-riskju tal-konċentrazzjoni b'rabta ma' kontropartijiet individwali jew ferm konnessi mis-settur privat li magħhom id-ditti jkollhom skoperturi akbar minn 25 % tal-kapital regolatorju tagħhom, jew livelli limitu alternattivi speċifiċi b'rabta mal-istituzzjonijiet ta' kreditu jew ma' ditti tal-investiment oħra, billi jimponi supplimentazzjoni kapitali f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal skoperturi eċċessivi ogħla minn dawn il-limiti. Finalment, K-DTF ikopri r-riskji operazzjonali għal ditta tal-investiment f'volumi kbar ta' negozji konklużi f'isimha stess jew għal klijenti għan-nom tagħha stess f'jum wieħed li jistgħu jirriżultaw minn proċessi, nies u sistemi interni inadegwati jew li fallew jew minn avvenimenti esterni, fuq il-bażi tal-valur nozzjonali tan-negozji ta' kuljum.

(26)  Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment kollha jimmonitorjaw u jikkontrollaw ir-riskju tal-konċentrazzjoni tagħhom, inkluż fir-rigward tal-klijenti tagħhom. Madankollu, ditti tal-investiment li huma soġġetti għal rekwiżit kapitali minimu biss skont il-fatturi-K jenħtieġ li jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar ir-riskji tal-konċentrazzjoni tagħhom. Għal ditti tal-investiment speċjalizzati f'derivattivi ta' komoditajiet bi skoperturi kkonċentrati kbar għall-gruppi mhux finanzjarji li jappartjenu għalihom, il-limiti għar-riskju tal-konċentrazzjoni jistgħu jinqabżu mingħajr kapital addizzjonali taħt K-CON dment li huma jaqdu skopijiet ta' likwidità għall-grupp sħiħ jew ta' ġestjoni tar-riskju.

(27)  Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment kollha jkollhom proċeduri interni biex jissorveljaw u jimmaniġġaw ir-rekwiżiti ta' likwidità tagħhom. Jenħtieġ li dawn il-proċeduri jgħinu biex jiżguraw li huma jkunu jistgħu jiffunzjonaw b'mod ordnat maż-żmien, mingħajr ma jinvolvu ħtieġa li titwarrab likwidità b'mod speċifiku għal żminijiet ta' stress. Għal dan l-għan, jenħtieġ li d-ditti tal-investiment kollha jżommu minimu ta' terz mir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom f'assi likwidi f'kull waqt. Jenħtieġ li dawk l-assi likwidi jkunu ta' kwalità għolja u allinjati ma' dawk elenkati fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 dwar il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità[11] flimkien mat-telf impost li japplika għal dawn l-assi skont dak ir-Regolament Delegat. Biex tiġi koperta d-differenza fil-profili tal-likwidità tad-ditti tal-investiment meta mqabbla mal-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-lista ta' assi likwidi jenħtieġ li tiġi ssupplimentata mill-flus proprji mhux mirhuna tad-ditta (li jenħtieġ li ma tinkludix flus tal-klijenti). Ditti żgħar u mhux interkonnessi jistgħu jinkludu wkoll entrati relatati mad-debituri tan-negozju u tariffi jew kummissjonijiet riċevibbli fi żmien 30 jum bħala assi likwidi, dment li dawn ma jaqbżux it-terz tar-rekwiżit minimu tal-likwidità, ma jgħoddux għal kwalunkwe rekwiżit addizzjonali tal-likwidità impost mill-awtorità kompetenti, u li dawn ikunu soġġetti għal telf impost ta' 50 %. F'ċirkustanzi eċċezzjonali, id-ditti tal-investiment jenħtieġ li jitħallew jaqgħu f'livell anqas mil-livell limitu meħtieġ billi jimmonetizzaw l-assi likwidi tagħhom biex ikopru r-rekwiżiti ta' likwidità, dment li jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom minnufih. Il-garanziji finanzjarji kollha pprovduti lill-klijenti li jistgħu jwasslu għal ħtiġijiet ta' likwidità akbar jekk skattati, jenħtieġ li jnaqqsu l-ammont ta' assi likwidi disponibbli b'mill-inqas 1,6 % tal-valur totali tat-tali garanziji.

(28)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat qafas ta' rapportar regolatorju korrispondenti proporzjonat flimkien mar-reġim prudenzjali l-ġdid u jenħtieġ li dan jitfassal bir-reqqa għan-negozju tad-ditti tal-investiment u għar-rekwiżiti tal-qafas prudenzjali. Jenħtieġ li l-obbligi ta' rapportar għad-ditti tal-investiment jikkonċernaw il-livell u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji tagħhom, ir-rekwiżiti kapitali tagħhom, il-bażi għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali tagħhom, il-profil tal-attività u d-daqs tagħhom b'rabta mal-parametri għall-kunsiderazzjoni tad-ditti tal-investiment bħala żgħar u mhux interkonnessi, ir-rekwiżiti ta' likwidità tagħhom u l-aderenza tagħhom għad-dispożizzjonijiet dwar ir-riskju tal-konċentrazzjoni. Jenħtieġ li l-EBA tiġi inkarigata bl-iżvilupp ta' abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika ulterjorment il-mudelli u l-arranġamenti dettaljati għal dak ir-rapportar regolatorju u jenħtieġ li dawk l-istandards ikunu proporzjonati għall-iskala u għall-kumplessità ta' ditti tal-investiment differenti u jenħtieġ li b'mod partikolari jqisu jekk id-ditti tal-investiment għandhomx jitqiesu bħala żgħar u mhux interkonnessi.

(29)  Biex jipprovdu trasparenza lill-investituri tagħhom u lis-swieq usa', id-ditti tal-investiment li mhumiex meqjusa bħala żgħar u mhux interkonnessi jenħtieġ li jiddivulgaw pubblikament il-livelli ta' kapital tagħhom, ir-rekwiżiti kapitali tagħhom, l-arranġamenti ta' governanza tagħhom u l-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni tagħhom. It-trasparenza dwar ir-remunerazzjoni ta' persuni li jaqilgħu pagi għoljin taqdi l-interess ġenerali ta' kontribuzzjoni għal swieq finanzjarji solidi u stabbli, fid-dawl tar-rwol importanti ta' dawn il-persuni li jaqilgħu pagi għoljin fit-tmexxija tan-negozju u fil-prestazzjoni fit-tul tad-ditti tal-investiment. Għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, id-divulgazzjoni tar-remunerazzjoni ta' persuni li jaqilgħu pagi għoljin hi meħtieġa fuq bażi aggregata. Jenħtieġ li ditti żgħar u mhux interkonnessi ma jkunux soġġetti għal rekwiżit ta' divulgazzjoni pubblika, ħlief meta dawn joħorġu strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali biex jipprovdu trasparenza lill-investituri f'dawn l-istrumenti.

(30)  Sabiex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni mingħajr problemi għal ditti ta' investiment, mir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament u d-Direttiva (UE) ----/-- [IFD], huwa xieraq li jiġu previsti miżuri tranżizzjonali xierqa. B'mod partikolari, għal perjodu ta' ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ditti ta' investiment li għalihom ir-rekwiżiti kapitali skont dan ir-Regolament ikunu aktar mid-doppju meta mqabbla mar-rekwiżit kapitali tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li jkunu jistgħu jimmitigaw l-effetti ta' żidiet potenzjali billi jillimitaw ir-rekwiżit kapitali għad-doppju tar-rekwiżit kapital rilevanti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE.

Sabiex ma jkunx hemm żvantaġġ ġdid għad-ditti ta' investiment ġodda bi profili simili għad-ditti eżistenti, id-ditti ta' investiment li qatt ma kienu soġġetti għar-rekwiżiti kapitali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li jkunu jistgħu jillimitaw ir-rekwiżiti kapitali tagħhom skont dan ir-Regolament għad-doppju tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom għal perjodu ta' ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Bl-istess mod, id-ditti tal-investiment li kienu biss soġġetti għal rekwiżit kapitali inizjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE u li għalihom ir-rekwiżiti kapitali skont dan ir-Regolament se jkunu aktar milli jirduppjaw meta mqabbla mas-sitwazzjoni tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li jkunu jistgħu jillimitaw ir-rekwiżit kapitali tagħhom skont dan ir-Regolament għad-doppju tar-rekwiżit kapitali inizjali tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE għal perjodu ta' ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Dawn il-miżuri tranżizzjonali jenħtieġ, meta applikabbli, ikunu disponibbli wkoll għad-ditti ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 498 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jeżenta lil dawn id-ditti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji skont dak ir-Regolament, għax ir-rekwiżiti għall-kapital inizjali fir-rigward ta' dawn id-ditti ta' investiment jiddependi fuq is-servizzi jew l-attivitajiet ta' investiment li jipprovdu. Għal perjodu ta' ħames snin mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti kapitali tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu kkalkulati fuq dawn il-livelli applikabbli. 

Għal perjodu ta' ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jew sad-data tal-applikazzjoni tal-bidliet adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE dwar ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-suq skont l-Artikolu 1(84) tal-proposta għal Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont liema jiġi l-ewwel, ditti tal-investiment soġġetti għad-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jibqgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali tagħhom fil-portafoll tan-negozjar skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(31)  L-akbar ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi importanti tas-suq tal-operaturi u servizzi bankarji importanti ta' investiment (li jinnegozjaw f'isimhom stess fi strumenti finanzjarji jew jissottoskrivu strumenti finanzjarji jew iqiegħdu strumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn sod) għandhom mudelli kummerċjali u profili tar-riskju li huma simili għal dawk ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti. L-attivitajiet tagħhom jesponu lid-ditti għar-riskju ta' kreditu, primarjament fil-forma ta' riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif ukoll ta' riskju tas-suq għal pożizzjonijiet li jieħdu għalihom stess, b'rabta mal-klijenti u anki jekk le. B'hekk, dawn jippreżentaw riskju għall-istabbiltà finanzjarja, minħabba d-daqs u l-importanza sistemika tagħhom.

(32)  Dawk id-ditti l-kbar jippreżentaw sfida addizzjonali għas-superviżjoni prudenzjali effettiva tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Għad li l-akbar ditti tal-investiment jipprovdu servizzi bankarji ta' investiment b'mod transfruntier fuq skala sinifikanti, bħala ditti tal-investiment dawn huma soġġetti għal superviżjoni prudenzjali mill-awtoritajiet nominati skont id-Direttiva 2004/39/UE, li mhux bilfors ikunu l-istess awtoritajiet kompetenti bħal dawk maħtura skont id-Direttiva 2013/36/UE, u dan jista' jirriżulta f'kundizzjonijiet mhux ekwivalenti ta' kompetizzjoni fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-Direttiva 2013/36/UE fl-Unjoni. Dan jipprevjeni lis-superviżuri milli jiksbu perspettiva prudenzjali ġenerali li hi essenzjali biex jiġu indirizzati b'mod effettiv ir-riskji assoċjati ma' ditti transfruntiera kbar. Konsegwentement, is-superviżjoni prudenzjali tista' ssir anqas effettiva u tista' anki tfixkel il-kompetizzjoni fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-akbar ditti tal-investiment jingħataw l-istatus ta' istituzzjonijiet ta' kreditu biex joħolqu sinerġiji mis-superviżjoni ta' attivitajiet transfruntiera tas-suq tal-operaturi fi grupp ta' pari, filwaqt li jiġu promossi kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, u tkun tista' ssir superviżjoni konsistenti bejn il-gruppi.

(33)  Dawk id-ditti, bis-saħħa li se jsiru istituzzjonijiet ta' kreditu, jenħtieġ għalhekk li jibqgħu japplikaw ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, ikunu soġġetti għas-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti inkarigati mill-istituzzjonijiet ta' kreditu, inkluż il-BĊE fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku. Dan jiżgura li s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu tiġi implimentata b'mod koerenti u effikaċi, li l-ġabra unika ta' regoli għas-servizzi finanzjarji tiġi applikata bl-istess mod għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha fid-dawl tal-importanza sistemika tagħhom. Sabiex jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u jitnaqqsu r-riskji ta' ċirkomvenzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jevitaw sitwazzjonijiet fejn gruppi potenzjalment sistemiċi jistrutturaw l-operazzjonijiet tagħhom b'tali mod li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(1) (b) u jevitaw l-obbligu li jiksbu awtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet ta' kreditu skont l-Artikolu 8a tad-Direttiva 2013/36/UE.

(33a)  L-impriżi jenħtieġ li jieħdu depożiti jew fondi oħra ripagabbli mingħand il-pubbliku u jagħtu krediti għall-kont tagħhom biss ladarba jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni għal dawk l-attivitajiet f'konformità mad-Direttiva 2013/36/UE.

(34)  Barra minn hekk, is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fuq bażi kkonsolidata timmira li tiżgura, fost l-oħrajn, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u, sabiex tkun effettiva, jenħtieġ li tiġi applikata għall-gruppi kollha, inklużi dawk li l-impriża prinċipali tagħhom ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment. Għalhekk, l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha, inklużi dawk li qabel kellhom l-istatus ta' ditti ta' investiment, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-regoli dwar is-superviżjoni individwali u konsolidata tal-impriża prinċipali mill-awtoritajiet kompetenti skont it-Taqsima I tal-Kapitolu 3 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE.

(35)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 introduċa reġim armonizzat tal-Unjoni biex jingħata aċċess għal ditti ta' pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi ta' investiment u attivitajiet lil kontropartijiet eliġibbli u lil klijenti professjonali li huma stabbiliti fl-Unjoni. L-aċċess għas-suq intern huwa kundizzjonali fuq il-fatt li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta' ekwivalenza u li l-ESMA tirreġistra lid-ditta mill-pajjiż terz. Huwa importanti li l-valutazzjoni tal-ekwivalenza ssir fuq il-bażi tal-liġi applikabbli rilevanti tal-Unjoni u li jkun hemm l-għodda effettiva biex timmonitorja li jkunu fis-seħħ il-kundizzjonijiet li fihom tkun ingħatat l-ekwivalenza. Għal dawn ir-raġunijiet, ditti reġistrati minn pajjiżi terzi jenħtieġ li jkunu meħtieġa jirrapportaw kull sena lill-ESMA informazzjoni dwar l-iskala u l-ambitu tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa fl-Unjoni. Kooperazzjoni superviżorja fir-rigward tal-monitoraġġ, l-infurzar u t-twettiq tal-kundizzjonijiet ta' ekwivalenza jenħtieġ li titjieb ukoll.

(35a)  Bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u tiġi promossa t-trasparenza tas-suq tal-Unjoni, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jissoġġetta l-kwotazzjonijiet tal-internalizzaturi sistemiċi, it-titjib fil-prezzijiet u l-prezzijiet ta' eżekuzzjoni għar-reġim tad-daqs tal-fluttwazzjonijiet meta jinnegozjaw bid-daqsijiet kollha. Konsegwentement, l-istandards tekniċi regolatorji applikabbli attwalment relatati mar-reġim ta' daqs tal-fluttwazzjonijiet jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-kamp ta' applikazzjoni estiż tiegħu.

(36)  Biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-investitur kif ukoll l-integrità u l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, il-Kummissjoni, meta tadotta deċiżjoni ta' ekwivalenza, jenħtieġ li tqis ir-riskji potenzjali li jinħolqu mis-servizzi u l-attivitajiet li d-ditti minn pajjiż terz jistgħu jwettqu fl-Unjoni wara dik id-deċiżjoni. L-importanza sistemika tagħhom jenħtieġ titqies abbażi ta' kriterji bħalma huma l-iskala u l-ambitu probabbli tal-forniment ta' servizz u ta' twettiq ta' attivitajiet mid-ditti mill-pajjiż terz ikkonċernat. Għall-istess għan, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra xieraq li tqis jekk pajjiż terz huwiex identifikat bħala ġurisdizzjoni li ma tikkooperax għal skopijiet ta' taxxa skont il-politika rilevanti tal-Unjoni jew bħala pajjiż terz b'riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849[12].

(37)  Billi l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jwaqqaf qafas prudenzjali effettiv u proporzjonat biex jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment, li huma awtorizzati joperaw fl-Unjoni joperaw fuq bażi finanzjarjament solida u huma ġestiti b'mod ordnat inkluż, fejn rilevanti, fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(38)  L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), bil-parteċipazzjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), ħarġet rapport ibbażat fuq analiżi tal-kuntest, ġbir ta' data u konsultazzjoni dettaljata għal reġim prudenzjali personalizzat għad-ditti mhux sistemiċi kollha tal-investiment li jservi bħala l-bażi għall-qafas prudenzjali rivedut għad-ditti tal-investiment.

(39)  Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-EBA tiġi inkarigata bl-abbozzar tal-istandards tekniċi għall-ispeċifikar tal-kalkolu tal-ispejjeż ġenerali fissi, tal-kalkolu għall-istabbiliment ta' rekwiżiti kapitali ugwali għall-marġini inizjali li ddaħħal mal-membri tal-ikklerjar, u l-mudelli għad-divulgazzjonijiet pubbliċi u għar-rapportar regolatorju meħtieġa skont dan ir-Regolament.

(40)  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tad-definizzjonijiet f'dan ir-Regolament u ta' aġġustament tekniku għall-elementi mhux essenzjali tar-rekwiżiti kapitali f'dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(41)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni tal-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-EBA rigward il-mudelli ta' divulgazzjoni u ta' rapportar, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

(42)  Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u jiġu evitati duplikazzjonijiet bejn il-qafas prudenzjali attwali applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kif ukoll għad-ditti ta' investiment u dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li jiġu emendati biex id-ditti ta' investiment jitneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. Madankollu, ditti ta' investiment li huma parti minn grupp bankarju jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-Direttiva 2013/36/UE li huma rilevanti għall-grupp bankarju, bħad-dispożizzjonijiet dwar impriża prinċipali intermedja tal-UE msemmija fl-[Artikolu 21b] tad-Direttiva 2013/36/UE u r-regoli dwar il-konsolidament prudenzjali stipulati fil-Kapitolu 2 tat-Titolu 2 tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L-EWWEL PARTIDISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali uniformi li japplikaw għal ditti ta' investiment li huma awtorizzati u taħt superviżjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE u taħt superviżjoni għall-konformità ma' rekwiżiti prudenzjali skont id-Direttiva (UE) ----/--[IFD] fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a)  rekwiżiti kapitali relatati ma' elementi kwantifikabbli, uniformi u standardizzati tar-riskju għad-ditta, tar-riskju għall-klijenti u tar-riskju għas-suq;

(b)  rekwiżiti li jillimitaw ir-riskju tal-konċentrazzjoni;

(c)  rekwiżiti tal-likwidità relatati ma' elementi kwantifikabbli, uniformi u standardizzati tar-riskju tal-likwidità;

(d)  rekwiżiti ta' rapportar relatati mal-punti (a), (b) u (c);

(e)  rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika.

Artikolu 2

Setgħat superviżorji

Għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva (UE) ----/--[IFD].

Artikolu 3Applikazzjoni ta' rekwiżiti aktar stretti mid-ditti tal-investiment

Dan ir-Regolament ma jostakolax lid-ditti tal-investiment milli jżommu fondi proprji u l-komponenti tagħhom f'eċċess ta', jew japplikaw miżuri li jkunu aktar stretti minn, dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament.

Artikolu 4Definizzjonijiet

1.  Għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "impriża ta' servizzi anċillari" tfisser impriża ta' servizzi anċillari kif definita fl-Artikolu 4(1)(18) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(2)  "klijent" tfisser klijent kif definit fl-Artikolu 4(1)(9) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(3)  "negozjanti tal-komoditajiet" tfisser negozjanti tal-komoditajiet kif definiti fl-Artikolu 4(1)(145) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(4)  "derivattivi ta' komoditajiet" tfisser derivattivi ta' komoditajiet kif definiti fl-Artikolu 2(1)(30) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(5)  "awtorità kompetenti" tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD];

(6)  "istituzzjonijiet ta' kreditu" tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(7)  "fluss tan-negozjar ta' kuljum" tfisser il-valur tat-tranżazzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar fejn id-ditta tkun qed tinnegozja f'isimha stess, sew jekk għaliha stess jew għan-nom ta' klijent;

(8)  "negozjar akkont tagħhom infushom" tfisser negozjar fl-istess isem kif definit fl-Artikolu 4(1)(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(9)  "derivattivi" tfisser derivattivi kif definiti fl-Artikolu 2(1)(29) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(10)  "sitwazzjoni ta' konsolidazzjoni tal-fattur-K" tfisser is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-fatturi-K għal ditta tal-investiment daqslikieku dik id-ditta tal-investiment kienet tifforma ditta tal-investiment waħda flimkien ma' entità oħra waħda jew aktar fl-istess grupp;

(11)  "eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti" tfisser eżekuzzjoni tal-ordnijiet għan-nom ta' klijenti kif definita fl-Artikolu 4(1)(5) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(12)  "skopertura" tfisser dan li ġej:

(a)  għall-finijiet tal-limiti tar-riskju tal-konċentrazzjoni, kwalunkwe assi jew entrata li ma tidhirx fil-karta bilanċjali miżmuma fil-portafoll tan-negozjar u mhux eżentata b'mod espliċitu skont l-Artikolu 40;

(b)  għall-finijiet tar-rapportar tar-riskju tal-konċentrazzjoni, kwalunkwe assi jew entrata li ma tidhirx fil-karta bilanċjali;

(13)  "istituzzjoni finanzjarja" tfisser impriża oħra għajr istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjonijiet jew li ssegwi attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-punti (2) sa (12) u fil-punt (15) tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluża kumpanija azzjonarja finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, kumpanija azzjonarja ta' investiment, istituzzjoni ta' pagament fis-sens tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern, u kumpanija maniġerjali tal-assi, iżda esklużi kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definiti fil-punt (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/UE;

(14)  "strument finanzjarju" tfisser strument finanzjarju kif definit fl-Artikolu 4(1)(50) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(15)  "kumpanija azzjonarja finanzjarja" tfisser kumpanija azzjonarja finanzjarja kif definita fil-punt 20 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(16)  "entità tas-settur finanzjarju" tfisser entità tas-settur finanzjarju kif definita fl-Artikolu 4(1)(27) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(17)  "kapital inizjali" tfisser kapital inizjali kif definit fl-Artikolu 3(17) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD];

(18)  "grupp ta' klijenti konnessi" tfisser grupp ta' klijenti konnessi kif definit fl-Artikolu 4(1)(39) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(19)  "parir dwar l-investiment" tfisser parir dwar investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(20)  "ditta tal-investiment" tfisser ditta tal-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(21)  "kumpanija azzjonarja ta' investiment" tfisser istituzzjoni finanzjarja, li s-sussidjarji tagħha huma esklużivament jew primarjament ditti tal-investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji, b'mill-inqas waħda mit-tali sussidjarji li tkun ditta tal-investiment, u li ma tkunx kumpanija azzjonarja finanzjarja kif definita fl-Artikolu 4(1)(20) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(22)  "servizzi u attivitajiet ta' investiment" tfisser servizzi u attivitajiet ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(23)  "grupp ta' ditti tal-investiment" tfisser grupp ta' impriżi li ma jinkludix istituzzjoni ta' kreditu, fejn l-impriża prinċipali tkun ditta tal-investiment, kumpanija azzjonarja ta' investiment jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta u li jista' jinkludi istituzzjonijiet finanzjarji oħra u aġenti marbuta li huma proprjetà tad-ditta tal-investiment. Il-grupp ta' ditti tal-investiment jista' jikkonsisti f'impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha, jew f'impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(24)  "Fatturi-K" tfisser rekwiżiti kapitali stabbiliti fit-Titolu II tal-Parti Tlieta għal riskji li ditta tal-investiment toħloq għall-klijenti, għas-swieq jew għaliha stess.

(25)  "K-AUM" jew "fattur-K b'rabta ma' assi mmaniġġati (assets under management, AUM)" tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-valur tal-assi li ditta tal-investiment timmaniġġa għall-klijenti tagħha taħt immaniġġar ta' portafolli diskrezzjonali, inklużi assi delegati lil impriża oħra u esklużi assi li impriża oħra tkun iddelegat lid-ditta tal-investiment. Il-kalkolu għandu jeskludi l-assi li diġà huma inklużi taħt K-ASA;

(26)  "K-CMH" jew "fattur-K b'rabta ma' flus miżmuma tal-klijenti (CMH)" tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-ammont ta' flus tal-klijenti li ditta tal-investiment iżżomm jew tikkontrolla, filwaqt li jitqiesu l-arranġamenti legali b'rabta mas-segregazzjoni tal-assi u r-reġim kontabilistiku nazzjonali applikabbli għall-flus tal-klijenti miżmuma mid-ditta tal-investiment;

(27)  "K-ASA" jew "fattur-K b'rabta mal-assi ssalvagwardjati u amministrati (ASA)" tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-valur tal-assi li ditta tal-investiment tissalvagwardja u tamministra għall-klijenti, inklużi assi delegati lil impriża oħra u assi li impriża oħra tkun iddelegat lid-ditta tal-investiment, meta dawk l-assi jidhru fil-karta bilanċjali proprja tad-ditta tal-investiment jew inkella jkunu segregati f'kontijiet oħra;

(28)  "K-COH" jew "fattur-K b'rabta mal-ordnijiet immaniġġati tal-klijenti (COH)" tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-valur tal-ordnijiet li ditta tal-investiment timmaniġġa għall-klijenti, permezz tar-riċevuta u tat-trażmissjoni ta' ordnijiet tal-klijenti u permezz tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet għan-nom ta' klijenti;

(29)  "K-CON" jew "fattur-K b'rabta mar-riskju tal-konċentrazzjoni (CON)" tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment ma' klijent jew ma' grupp ta' klijenti konnessi li l-valur tagħhom jaqbeż il-limiti fl-Artikolu 36(1);

(30)  "K-CMG" jew "fattur-K b'rabta mal-garanzija tal-membru tal-ikklerjar (CMG)" tfisser ir-rekwiżit kapitali li jilħaq l-ammont tal-marġini inizjali li ddaħħlu ma' membru tal-ikklerjar, fejn l-eċċezzjoni u s-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ditta tal-investiment li tinnegozja f'isimha stess iseħħu taħt ir-responsabbiltà ta' membru tal-ikklerjar ġenerali;

(31)  "K-DTF" jew "fattur-K" b'rabta mal-fluss tan-negozjar ta' kuljum (DTF)" tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-valur ta' kuljum tat-tranżazzjonijiet li ditta tal-investiment iddaħħal permezz tan-negozjar f'isimha stess jew bl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet għan-nom ta' klijenti f'isimha stess, eskluż il-valur tal-ordnijiet li ditta tal-investiment timmaniġġa għall-klijenti billi tirċievi u tittrażmetti ordnijiet tal-klijenti u billi teżegwixxi l-ordnijiet f'isem il-klijenti kif diġà ġie rifless fis-COH;

(32)  "K-NPR" jew "fattur-K b'rabta mar-riskju ta' pożizzjoni netta (NPR)" tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-valur tat-tranżazzjonijiet irreġistrati fil-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment;

(33)  "K-TCD" jew "fattur-K b'rabta mar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti tan-negozjar (TCD)" tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment fi strumenti u tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 li jwasslu għar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti tan-negozjar;

(34)  "tranżazzjonijiet b'saldu fit-tul" tfisser tranżazzjonijiet ta' saldu twil kif definiti fl-Artikolu 272(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(35)  "tranżazzjoni ta' self b'marġini" tfisser tranżazzjonijiet ta' self b'marġini kif definiti fl-Artikolu 272(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(36)  "korp maniġerjali" tfisser korp maniġerjali kif definit fl-Artikolu 4(1)(36) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(37)  "impriża prinċipali" tfisser impriża prinċipali skont it-tifsira tal-Artikoli 2(9) u 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(38)  "parteċipazzjoni" tfisser parteċipazzjoni kif definita fl-Artikolu 4(1)(35) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(39)  "profitt" tfisser profitt kif definit fl-Artikolu 4(1)(121) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(40)  "kontroparti ċentrali li tikkwalifika" jew "QCCP" (qualifying central counterparty) tfisser kontroparti ċentrali kwalifikanti kif definita fl-Artikolu 4(1)(88) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(41)  "immaniġġar ta' portafolli" tfisser immaniġġar ta' portafolli kif definit fl-Artikolu 4(1)(8) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(42)  "kapital regolatorju" tfisser ir-rekwiżit kapitali speċifikat fl-Artikolu 11;

(43)  "tranżazzjoni ta' riakkwist" tfisser tranżazzjoni ta' riakkwist kif definit fl-Artikolu 4(1)(83) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(44)  "sussidjarja" tfisser sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikoli 2(10) u 22 tad-Direttiva 2013/34/KEE, inkluża kwalunkwe sussidjarja ta' impriża sussidjarja ta' impriża prinċipali aħħarija;

(45)  "aġent marbut" tfisser aġent marbut kif definit fl-Artikolu 4(1)(29) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(46)  "dħul gross totali" tfisser l-introjtu operatorju annwali ta' ditta tal-investiment, b'rabta mas-servizzi u mal-attivitajiet ta' investiment tad-ditta li hi awtorizzata twettaq, inkluż introjtu li jiġi minn imgħax riċevibbli, minn ishma u minn titoli oħra kemm jekk b'rendita fissa jew varjabbli, minn kummissjoni u minn tariffi, kwalunkwe gwadann u telf li d-ditti tal-investiment iġarrbu fl-assi ta' negozjar tagħhom, fl-assi miżmuma b'valur ġust, jew minn attivitajiet ta' ħħeġġjar, iżda eskluż kwalunkwe introjtu li mhuwiex marbut mas-servizzi u mal-attivitajiet ta' investiment imwettqa;

(47)  "skopertura ta' negozju" tfisser skopertura ta' negozju kif definita fil-punt (91) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(48)  "portafoll tan-negozjar" tfisser portafoll tan-negozjar kif definit fil-punt (86) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(49)  "ditta ta' investiment prinċipali tal-Unjoni" tfisser ditta tal-investiment fi Stat Membru li hi stess ma tkunx sussidjarja ta' ditta tal-investiment oħra awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta' kumpanija azzjonarja ta' investiment jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;

(50)  "kumpanija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni" tfisser kumpanija azzjonarja ta' investiment fi Stat Membru li hi stess ma tkunx sussidjarja ta' ditta tal-investiment awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru jew ta' kumpanija azzjonarja ta' investiment oħra fi kwalunkwe Stat Membru;

(51)  "kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni" tfisser impriża prinċipali ta' grupp ta' ditti tal-investiment li hi kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta kif definita fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 54 biex tiċċara:

(a)  id-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament;

(b)  id-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 biex, fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, tingħata kunsiderazzjoni għall-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

TITOLU II

LIVELL TAL-APPLIKAZZJONI TAR-REKWIŻITI

KAPITOLU 1

Applikazzjoni tar-rekwiżiti fuq bażi individwali

Artikolu 5Prinċipju ġenerali

Ditta tal-investiment għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tieni sas-Seba' Parti fuq bażi individwali.

Artikolu 6Eżenzjonijiet

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lil ditta tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 fir-rigward tat-Tieni sar-Raba', tas-Sitta u tas-Seba' Partijiet, meta jkunu japplikaw dawn kollha li ġejjin:

(a)  id-ditta tal-investiment hi sussidjarja u hi inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata ta' istituzzjoni ta' kreditu, kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2, Titolu II, L-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)  kemm id-ditta tal-investiment kif ukoll l-impriża prinċipali tagħha huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni mill-istess Stat Membru;

(c)  l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jaqblu dwar eżenzjoni bħal din;

(d)  il-fondi proprji jiġu distribwiti b'mod adegwat bejn l-impriża prinċipali u d-ditta tal-investiment u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)  id-ditta tal-investiment tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1);

(ii)  ma jkunx hemm impediment attwali jew previst, materjali prattiku jew ġuridiku għat-trasferiment rapidu ta' fondi proprji jew ripagament ta' obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali;

(iii)  mal-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-impriża prinċipali tiddikjara li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom id-ditta tal-investiment jew li r-riskji fid-ditta tal-investiment huma ta' interess negliġibbli;

(iv)  il-proċeduri ta' evalwazzjoni, ta' kejl u ta' kontroll tar-riskji tal-impriża prinċipali jinkludu lid-ditta tal-investiment; u

(v)  l-impriża prinċipali jkollha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tad-ditta tal-investiment jew ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi lill-maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment.

1a.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lil ditta tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 fir-rigward tal-Erba', tas-Sitta u tas-Seba' Partijiet, meta jkunu japplikaw dawn kollha li ġejjin:

(a)  id-ditta tal-investiment hija kumpanija sussidjarja u inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b'mod konformi mal-Artikolu 228 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13];

(b)  kemm id-ditta tal-investiment kif ukoll l-impriża prinċipali tagħha huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni mill-istess Stat Membru;

(c)  l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mad-Direttiva (UE) Nru 2009/138/KE jaqblu dwar eżenzjoni bħal din;

(d)  il-fondi proprji jiġu distribwiti b'mod adegwat bejn l-impriża prinċipali u d-ditta tal-investiment u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)  id-ditta tal-investiment tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1);

(ii)  ma jkunx hemm impediment attwali jew previst, materjali prattiku jew ġuridiku għat-trasferiment rapidu ta' fondi proprji jew ripagament ta' obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali;

(iii)  mal-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-impriża prinċipali tiddikjara li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom id-ditta tal-investiment jew li r-riskji fid-ditta tal-investiment huma ta' interess negliġibbli;

(iv)  il-proċeduri ta' evalwazzjoni, ta' kejl u ta' kontroll tar-riskji tal-impriża prinċipali jinkludu lid-ditta tal-investiment; u

(v)  l-impriża prinċipali jkollha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tad-ditta tal-investiment jew ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi lill-maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lid-ditti tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 fir-rigward tal-Ħames Parti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  id-ditta tal-investiment tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)  il-grupp ikun stabbilixxa funzjonijiet ċentralizzati tal-immaniġġar tal-likwidità; u

(c)  l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jaqblu dwar eżenzjoni bħal din;

KAPITOLU 2

Applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-konformità mat-test tal-kapital u mal-eżenzjonijiet tal-grupp

Artikolu 7It-test tal-kapital tal-grupp

1.  Ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni għandhom iżommu mill-inqas biżżejjed fondi proprji biex ikopru s-somma ta' dawn li ġejjin:

(a)  is-somma tal-valur kontabilistiku sħiħ ta' kwalunkwe parteċipazzjoni, pretensjoni subordinata u strument imsemmija fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 36(1), fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 56, u fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'ditti tal-investiment, f'istituzzjonijiet finanzjarji, f'impriżi ta' servizzi anċillari, u f'aġenti marbuta fil-grupp tad-ditta tal-investiment; u

(b)  l-ammont totali ta' kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur id-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-impriżi ta' servizzi anċillari u l-aġenti marbuta.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil kumpanija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew lil kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni żżomm ammont inferjuri ta' fondi proprji mill-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1, dment li dan l-ammont ma jkunx inqas mis-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji imposti fuq bażi individwali fuq id-ditti tal-investiment, fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji, fuq l-impriżi ta' servizzi anċillari u fuq l-aġenti marbuta fil-grupp, u l-ammont totali ta' kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur dawn l-entitajiet.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, fejn ma tkun tapplika ebda leġiżlazzjoni prudenzjali tal-Unjoni jew nazzjonali għal kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jiġi applikat rekwiżit ta' fondi proprji nozzjonali.

3.  Ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni għandu jkollhom sistemi fis-seħħ biex jimmonitorjaw u jikkontrollaw is-sorsi ta' kapital u ta' finanzjament tad-ditti tal-investiment, tal-kumpaniji azzjonarji ta' investiment, tal-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tal-impriżi ta' servizzi anċillari u tal-aġenti marbuta fil-grupp ta' ditti tal-investiment.

Artikolu 8Konsolidazzjoni tal-fattur-K

L-awtoritajiet kompetenti ta' ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni jew l-awtoritajiet kompetenti determinati skont l-Artikolu 42(2) tad-Direttiva (UE)----/--[IFD] jistgħu jeħtieġu li ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-fattur-K meta tkun tapplika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  hemm riskji materjali sinifikanti għall-klijenti jew għas-suq, li jirriżultaw mill-grupp sħiħ u li ma jkunux koperti għalkollox mir-rekwiżiti kapitali applikabbli għad-ditti tal-investiment fil-grupp fuq bażi individwali; jew

(b)  għal gruppi ta' ditti tal-investiment bi grad ogħla ta' interkonnessjoni f'termini ta' ġestjoni tar-riskju, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għad-ditta tal-investiment fuq bażi individwali tista' twassal għal duplikazzjoni tar-rekwiżiti għal dawk id-ditti.

IT-TIENI PARTIFONDI PROPRJI

Artikolu 9Rekwiżit ta' fondi proprji

1.  Ditta tal-investiment għandu jkollha fondi proprji li jikkonsistu fis-somma tal-kapital tal-Grad 1 u tal-kapital tal-Grad 2 tagħha fejn:

(a)  mill-inqas 56 % tas-somma għandha tikkonsisti f'kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu 1 tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)  sa 44 % tas-somma tista' tikkonsisti f'kapital tal-Grad 1 Addizzjonali f'konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu 1 tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)  sa 25 % tas-somma tista' tikkonsisti f'kapital tal-Grad 2 f'konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu 1 tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, dawn li ġejjin m'għandhomx japplikaw għad-determinazzjoni tal-fondi proprji:

(a)  l-eżenzjonijiet mil-livell limitu msemmija fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(b)  it-tnaqqis imsemmi fl-Artikoli 46, 60 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)  l-avveniment skattatur imsemmi fl-Artikolu 54(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 575/2013. Minflok, l-avveniment skattatur għandu jkun speċifikat mid-ditta tal-investiment fit-termini tal-istrument tal-Grad 1 Addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1;

(d)  l-ammont aggregat imsemmi fl-Artikolu 54(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 575/2013. L-ammont li għandu jitniżżel fil-valur jew jiġi kkonvertit għandu jkun l-ammont prinċipali sħiħ tal-istrument tal-Grad 1 Addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Ditti tal-investiment għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu 1 fit-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji skont dan ir-Regolament.

3a.  Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lid-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji bi strumenti eliġibbli għajr dawk elenkati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 10Parteċipazzjonijiet barra mis-settur finanzjarju

1.  Għall-finijiet ta' din il-Parti, ditta tal-investiment għandha tnaqqas l-ammonti li jaqbżu l-limiti speċifikati fil-punti (a) u (b) mid-determinazzjoni tal-entrati tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni msemmija fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

(a)  parteċipazzjoni, li l-ammont tagħha jaqbeż il-15 % tal-kapital regolatorju tad-ditta tal-investiment, f'impriża li mhix entità tas-settur finanzjarju;

(b)  l-ammont totali tal-parteċipazzjonijiet ta' ditta tal-investiment f'impriżi għajr entitajiet tas-settur finanzjarju li jaqbeż is-60 % tal-kapital regolatorju tagħha.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu lil ditta tal-investiment milli jkollha parteċipazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li l-ammont tagħhom jaqbeż il-perċentwali tal-kapital regolatorju stabbiliti f'dak il-paragrafu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu pubblika d-deċiżjoni tagħhom li jeżerċitaw din is-setgħa mingħajr dewmien.

3.  L-ishma f'impriżi li mhumiex entitajiet tas-settur finanzjarju m'għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu speċifikat fil-paragrafu 1 meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  dawk l-ishma jinżammu b'mod temporanju matul operazzjoni ta' assistenza finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)  iż-żamma ta' dawk l-azzjonijiet tkun pożizzjoni ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew anqas;

(c)  dawk l-azzjonijiet ikunu miżmuma f'isem id-ditta tal-investiment stess u għan-nom ta' oħrajn.

4.  L-ishma li ma jkunux assi fissi finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 86/635/KEE ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu speċifikat fil-paragrafu 1.

IT-TIELET PARTIREKWIŻITI KAPITALI

TITOLU IREKWIŻITI ĠENERALI

Artikolu 11Rekwiżit kapitali

1.  Ditta tal-investiment f'kull ħin għandu jkollha kapital li jammonta għall-ogħla minn fost dawn li ġejjin:

(a)  ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħha kkalkolat skont l-Artikolu 13.

(b)  ir-rekwiżit minimu permanenti tagħha skont l-Artikolu 14.

(c)  ir-rekwiżit tal-fattur-K tagħha kkalkolat skont l-Artikolu 15.

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, ditta tal-investiment li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) f'kull ħin għandu jkollha kapital li jammonta għall-ogħla minn fost l-ammonti speċifikati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

3.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li jkun seħħ tibdil materjali fl-attivitajiet kummerċjali ta' ditta tal-investiment, dawn jistgħu jesiġu li d-ditta tal-investiment tiġi soġġetta għal rekwiżit kapitali differenti msemmi f'dan l-Artikolu, f'konformità mat-Titolu IV, Kapitolu 2, taqsima IV tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD].

Artikolu 12Ditti żgħar u mhux interkonnessi tal-investiment

1.  Ditta tal-investiment għandha titqies li hi ditta żgħira u mhux interkonnessa tal-investiment għall-finijiet ta' dan ir-Regolament meta tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  AUM (jew assi mmaniġġati) ikkalkolati f'konformità mal-Artikolu 17 huma anqas minn EUR 1,2 biljun;

(b)  COH (jew ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati) ikkalkolati f'konformità mal-Artikolu 20 huma anqas minn:

i) EUR 100 miljun/jum għan-negozji fi flus jew inkella

ii) EUR 1 biljun/jum għad-derivattivi.

(c)  ASA (jew assi ssalvagwardjati u amministrati) ikkalkolati f'konformità mal-Artikolu 19 huma EUR 50 000 000;

(d)  CMH (jew flus miżmuma tal-klijenti) ikkalkolati f'konformità mal-Artikolu 18 huma EUR 5 000 000;

(e)  DTF (jew fluss tan-negozjar ta' kuljum) ikkalkolat f'konformità mal-Artikolu 32 hu żero;

(f)  NPR (riskju ta' pożizzjoni netta) jew CMG (iggarantiti minn membru tal-ikklerjar) ikkalkolati f'konformità mal-Artikoli 22 u 23 huma żero;

(g)  TCD (inadempjenza tal-kontroparti tan-negozjar) ikkalkolata f'konformità mal-Artikolu 26 hi żero;

(h)  it-total tal-karta bilanċjali tad-ditta tal-investiment hu anqas minn EUR 100 miljun;

(i)  id-dħul gross annwali totali mis-servizzi u mill-attivitajiet ta' investiment tad-ditta tal-investiment hu anqas minn EUR 30 miljun.

Għall-finijiet tal-punti (a), (b), (c), (e), (f), u (g) għandhom ikunu japplikaw il-livelli ta' tmiem il-jum.

Għall-finijiet tal-punt (d), għandhom ikunu japplikaw il-livelli ta' dakinhar.

Għall-finijiet tal-punti (h) u (i), għandhom japplikaw il-livelli applikabbli fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja.

2.  Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b), (h) u (i) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw fuq bażi kombinata għad-ditti tal-investiment kollha li huma parti minn grupp.

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c), (d), (e), (f) u (g) għandhom japplikaw għal kull ditta tal-investiment fuq bażi individwali.

2a.  Għall-finijiet tal-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1, ditta tal-investiment ma għandhiex titqies bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa fil-każ li d-ditta tal-investiment taqbeż, fuq bażi ta' medja riportata, il-livell limitu applikabbli waqt il-perjodu preċedenti ta' sitt xhur.

2b.  Għall-finijiet tal-punti (e), (f) u (g) tal-paragrafu 1, ditta tal-investiment ma għandhiex titqies bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa wara perjodu ta' tliet xhur mid-data li fiha l-livell limitu ma jkunx intlaħaq.

3.  Għall-finijiet tal-punti (h) u (i) tal-paragrafu 1, ditta tal-investiment ma għandhiex titqies bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa fil-każ li l-limitu applikabbli inqabeż fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti.

4.  Jekk ditta tal-investiment li ma tkunx issodisfat il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 imbagħad tissodisfa dawk il-kundizzjonijiet, din għandha titqies, soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa wara perjodu ta' tliet (3) xhur mid-data li fiha jiġu ssodisfati dawk il-kundizzjonijiet.

Artikolu 13Rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 11(1)(a), ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi għandu jammonta għal mill-inqas kwart mill-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena ta' qabel.

2.  Jekk l-awtorità kompetenti tqis li kien hemm tibdil materjali fl-attività ta' ditta tal-investiment, l-awtorità kompetenti tista' taġġusta l-ammont ta' kapital imsemmi fil-paragrafu 1.

3.  Soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, meta ditta tal-investiment ma jkollha ebda spejjeż ġenerali fissi mis-sena ta' qabel, din għandu jkollha kapital li jammonta għal mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi li jkunu ġew projjettati fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tagħha għas-sena ta' wara s-sena ta' bidu tal-attivitajiet tagħha.

4.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, u b'kunsiderazzjoni tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/488 għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex:

  (a)tkompli tispeċifika l-kalkolu tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 u

  (b)  tiddefinixxi għall-finijiet ta' dan ir-Regolament il-kunċett ta' bidla materjali, imsemmija fil-paragrafu 2.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien [disa' xhur mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].  

Il-Kummissjoni hi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 14Rekwiżiti minimi permanenti

Għall-finijiet tal-Artikolu 11(1)(b), ir-rekwiżit minimu permanenti għandu jammonta għal mill-inqas il-livelli ta' kapital inizjali speċifikat fl-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD].

TITOLU IIREKWIŻIT KAPITALI TAL-FATTUR-K

Kapitolu 1Prinċipji Ġenerali

Artikolu 15Rekwiżit tal-fattur-K u koeffiċjenti applikabbli

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 11(1)(c), ir-rekwiżit tal-fattur-K għandu jammonta għal mill-inqas is-somma ta' dawn li ġejjin:

(a)  Il-fatturi-K tar-Riskju għall-Klijent (RtC) ikkalkolati f'konformità mal-Kapitolu 2;

(b)  Il-fatturi-K tar-Riskju għas-Suq (RtM) ikkalkolati f'konformità mal-Kapitolu 3;

(c)  Il-fatturi-K tar-Riskju għad-Ditta (RtF) ikkalkolati f'konformità mal-Kapitolu 4.

2.  Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom japplikaw għall-Fatturi-K korrispondenti:

Tabella 1

FATTURI-K

KOEFFIĊJENT

Assi mmaniġġati ▌permezz ta' mmaniġġar ta' portafolli diskrezzjonali▌

K-AUM

0.02%

Flus miżmuma tal-klijenti

K-CMH (fuq kontijiet segregati)

0.3%

K-CMH (fuq kontijiet mhux segregati)

0.5%

Assi ssalvagwardjati u amministrati

K-ASA

0.04%

Ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati

Negozji fi flus ta' K-COH

0.1%

 

Derivattivi ta' K-COH

0.01%

Fluss tan-negozjar ta' kuljum

Negozji fi flus ta' K-DTF

0.1%

 

Derivattivi ta' K-DTF

0.01%

3.  Ditta tal-investiment għandha timmonitorja l-valur tal-fatturi-K tagħha għal kwalunkwe xejra li tista' tħalliha b'rekwiżit kapitali materjalment differenti għall-perjodu ta' rapportar li jmiss u għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tagħha dwar dak ir-rekwiżit kapitali materjalment differenti.

4.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li kien hemm tibdil materjali fl-attivitajiet kummerċjali ta' ditta tal-investiment li jħalli impatt fuq l-ammont ta' fattur-K rilevanti, dawn jistgħu jaġġustaw l-ammont korrispondenti f'konformità mal-Artikolu 36(2)(a) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD].

5.  Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, l-EBA għandha, f'konsultazzjoni mal-ESMA, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex:

(a)  tispeċifika l-metodi għall-kejl tal-fatturi-K fit-Titolu II tat-Tielet Parti;

(b)  taġġusta l-koeffiċjenti speċifikati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

(c)  tiddefinixxi l-kunċett ta' kont segregat għall-finijiet ta' dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kundizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni ta' flus tal-klijenti f'każ ta' falliment ta' ditta tal-investiment;

(d)  tivvaluta jekk l-attivitajiet ta' konsulenza għandhomx jiġu inklużi fil-K-AUM u tispeċifika l-metodi għall-inklużjoni potenzjali tagħhom.

Qed tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.  L-ESMA għandha taġġusta l-koeffiċjenti K-DTF imsemmijin fit-Tabella 1 tal-paragrafu 2 fil-każ li, f'sitwazzjonijiet ta' stress tas-suq kif imsemmi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/578, ir-rekwiżiti K-DTF jidhru li huma restrittivi żżejjed u ta' detriment għall-istabbiltà finanzjarja.

KAPITOLU 2Fatturi-K ta' RtC

Artikolu 16Rekwiżit tal-fatturi-K ta' RtC

Ir-rekwiżit tal-fatturi-K ta' RtC hu ddeterminat bil-formula li ġejja:

K-AUM + K-CMH + K-ASA + K-COH

fejn

(a)  Il-fattur K-AUM huwa daqs l-AUM imkejla f'konformità mal-Artikolu 17 multiplikati bil-koeffiċjent korrispondenti fl-Artikolu 15(2);

(b)  Il-fattur K-CMH huwa daqs is-CMH imkejla f'konformità mal-Artikolu 18 multiplikati bil-koeffiċjent korrispondenti fl-Artikolu 15(2);

(c)  Il-fattur K-ASA huwa daqs l-ASA mkejla f'konformità mal-Artikolu 19 multiplikata bil-koeffiċjent korrispondenti fl-Artikolu 15(2);

(d)  Il-fattur K-COH huwa daqs is-COH imkejla f'konformità mal-Artikolu 20 multiplikata bil-koeffiċjent korrispondenti fl-Artikolu 15(2);

Artikolu 17Kejl tal-AUM għall-finijiet ta' kalkolu ta' K-AUM

1.  Għall-finijiet ta' kalkolu ta' K-AUM, AUM għandhom ikunu l-medja riportata tal-valur tal-assi totali mmaniġġati fix-xahar, imkejla fl-aħħar jum ta' negozju ta' kull wieħed mill-15-il xahar tal-kalendarju preċedenti konvertiti fil-munita funzjonali tal-entitajiet ta' dak iż-żmien, esklużi l-aktar tliet (3) valuri riċenti ta' kull xahar.

AUM għandhom ikunu l-medja jew il-medja aritmetika sempliċi tat-12-il kejl li jifdal ta' kull xahar.

Il-fattur K-AUM għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel 14-il jum ta' kull xahar tal-kalendarju.

2.  Jekk id-ditta tal-investiment tkun iddelegat b'mod formali l-assi mmaniġġati lil entità finanzjarja oħra, dawk l-assi delegati għandhom jiġu inklużi fl-ammont totali tal-AUM imkejla f'konformità mal-paragrafu 1.

Jekk entità finanzjarja oħra tkun iddelegat b'mod formali l-assi mmaniġġati lid-ditta tal-investiment, dawn l-assi delegati ma għandhomx jiġu inklużi fl-ammont totali ta' assi mmaniġġati mkejla f'konformità mal-paragrafu 1.

3.  Jekk ditta tal-investiment tkun ilha timmaniġġa l-assi għal anqas minn 15-il xahar, din tista' tuża proġettazzjonijiet kummerċjali tal-AUM biex tikkalkola K-AUM, soġġetta għar-rekwiżiti kumulattivi li ġejjin:

(a)  tintuża data storika malli ssir disponibbli;

(b)  il-proġettazzjonijiet kummerċjali tad-ditta tal-investiment ippreżentati f'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE jiġu vvalutati b'mod pożittiv mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 18Kejl tas-CMH għall-finijiet tal-kalkolu tal-K-CMH

1.  Għall-finijiet ta' kalkolu ta' K-CMH, CMH għandhom ikunu l-medja riportata tal-valur ta' flus totali miżmuma tal-klijenti kuljum, imkejla fi tmiem kull jum ta' negozju għat-tnax-il xahar (12) kalendarju preċedenti.

CMH għandhom ikunu l-medja jew il-medja aritmetika sempliċi tal-kejl ta' kuljum fit-12-il xahar (12) kalendarju.

K-CMH għandhom jiġu kkalkolati sal-aħħar tal-jum ta' negozju wara l-kejl imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

2.  Jekk ditta tal-investiment tkun ilha żżomm flus tal-klijenti għal anqas minn tnax-il xahar (12), din tista' tuża proġettazzjonijiet kummerċjali biex tikkalkola K-CMH, soġġetta għar-rekwiżiti kumulattivi li ġejjin:

(a)  tintuża data storika malli ssir disponibbli;

(b)  il-proġettazzjonijiet kummerċjali tad-ditta tal-investiment ippreżentati f'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE jiġu vvalutati b'mod pożittiv mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 19Kejl tal-ASA għall-finijiet ta' kalkolu ta' K-ASA

1.  Għall-finijiet ta' kalkolu ta' K-ASA, ASA għandhom ikunu l-medja riportata tal-valur tal-assi totali ssalvagwardjati u amministrati kuljum, imkejla fi tmiem kull jum ta' negozju għall-ħmistax-il xahar (15) tal-kalendarju preċedenti, esklużi l-aktar tliet (3) xhur riċenti tal-kalendarju.

ASA għandhom ikunu l-medja jew il-medja aritmetika sempliċi tal-kejl ta' kuljum mit-tnax-il-xahar (12) tal-kalendarju li jifdal.

Il-fattur K-ASA għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel 14-il jum ta' kull xahar tal-kalendarju.

2.  Jekk ditta tal-investiment tkun ilha topera għal anqas minn ħmistax-il xahar (15), din tista' tuża proġettazzjonijiet kummerċjali biex tikkalkola K-ASA, soġġetta għar-rekwiżiti kumulattivi li ġejjin:

(a)  tintuża data storika malli ssir disponibbli;

(b)  il-proġettazzjonijiet kummerċjali tad-ditta tal-investiment ippreżentati f'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE jiġu vvalutati b'mod pożittiv mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 20Kejl ta' COH għall-finijiet ta' kalkolu ta' K-COH

1.  Għall-finijiet ta' kalkolu ta' K-COH, COH għandhom ikunu l-medja riportata tal-valur tal-ordnijiet totali tal-klijenti mmaniġġati kuljum, imkejla fi tmiem kull jum ta' negozju tul is-sitt (6) xhur tal-kalendarju preċedenti, esklużi l-aktar tliet (3) xhur riċenti tal-kalendarju.

COH għandhom ikunu l-medja jew il-medja aritmetika sempliċi tal-kejliet ta' kuljum għat-3 xhur tal-kalendarju li jifdal.

Il-fattur K-COH għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel 14-il jum ta' kull trimestru.

2.  COH għandhom jitkejlu bħala s-somma tal-valur assolut ta' xirjiet u l-valur assolut ta' bejgħ kemm għal negozji fi flus kif ukoll għal derivattivi f'konformità ma' dawn li ġejjin:

(a)  għal negozji fi flus, il-valur hu l-ammont imħallas jew riċevut għal kull negozju.

(b)  għal derivattivi, il-valur tan-negozju hu l-ammont nozzjonali tal-kuntratt.

COH għandhom jeskludu tranżazzjonijiet immaniġġati mid-ditta tal-investiment li jinħolqu mis-servisjar tal-portafoll ta' investiment ta' klijent fejn id-ditta tal-investiment tkun diġà kkalkulat K-AUM fir-rigward tal-investimenti ta' dak il-klijent.

Id-ditti tal-investiment jistgħu jeskludu mill-kalkolu ta' COH kwalunkwe ordni li ma tkunx ġiet eżegwita, fejn tali nuqqas ta' eżekuzzjoni jkun dovut għall-kanċellazzjoni fil-ħin tal-ordni mill-klijent.

3.  Jekk ditta tal-investiment tkun ilha topera għal anqas minn tliet (3) xhur, din tista' tuża proġettazzjonijiet kummerċjali biex tikkalkola K-COH, soġġetta għar-rekwiżiti kumulattivi li ġejjin:

(a)  tintuża data storika malli ssir disponibbli;

(b)  il-proġettazzjonijiet kummerċjali tad-ditta tal-investiment ippreżentati f'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE jiġu vvalutati b'mod pożittiv mill-awtorità kompetenti.

KAPITOLU 3Fatturi-K ta' RtM

Artikolu 21Rekwiżit tal-fatturi-K ta' RtM

1.  Ir-rekwiżit tal-fatturi-K ta' RTM għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment li tinnegozja f'isimha stess, kemm jekk għaliha stess jew għan-nom ta' klijent, għandu jkun ▌K-NPR ikkalkolat f'konformità mal-Artikolu 22.

1a.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, awtorità kompetenti għandha tippermetti lil ditta tal-investiment li tiddetermina r-rekwiżit tal-fattur-K tal-RtM bl-użu tal-K-CMG ikkalkulata skont l-Artikolu 23, għal pożizzjonijiet li jiġu kklerjati ċentralment fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  id-ditta tal-investiment ma tkunx parti minn grupp li jkun fih istituzzjoni ta' kreditu;

(b)  l-eżekuzzjoni u s-saldu tat-tranżazzjonijiet tad-ditta tal-investiment li huma kklerjati ċentralment iseħħu taħt ir-responsabbiltà ta' membru tal-ikklerjar u huma ggarantiti minn dak il-membru tal-ikklerjar jew inkella huma saldati fuq bażi ta' pagament mal-konsenja;

(c)  il-kalkolu tal-marġini inizjali li ddaħħal mid-ditta tal-investiment għand membru tal-ikklerjar hu bbażat fuq mudell intern tal-membru tal-ikklerjar li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14];

Artikolu 22Kalkolu ta' K-NPR

1.   Għall-finijiet ta' K-NPR, ir-rekwiżit kapitali għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment li tinnegozja f'isimha stess, jew għaliha nfisha jew għan-nom ta' klijent, għandu jiġi kkalkolat bl-użu ta' wieħed mill-approċċi li ġejjin:

(a)  l-approċċ [standardizzat simplifikat] stipulat fil-Kapitoli 2 sa 4 tat-Titolu IV tal-Tielet Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013▌;

(b)  l-approċċ standardizzat stabbilit fil-[Kapitolu 1(a) tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'konformità mal-Artikolu 1(84) tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ, tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, tar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, tar-riskju tas-suq, tal-iskoperturi għall-kontropartijiet ċentrali, tal-iskoperturi għall-impriżi ta' investiment kollettiv, tal-iskoperturi kbar, tar-rekwiżiti ta' rapportar u ta' divulgazzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012].  

(c)  l-approċċ tal-mudell intern stabbilit fil-[Kapitolu 1(b) tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'konformità mal-Artikolu 1(84) tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ, tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, tar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, tar-riskju tas-suq, tal-iskoperturi għall-kontropartijiet ċentrali, tal-iskoperturi għall-impriżi ta' investiment kollettiv, tal-iskoperturi kbar, tar-rekwiżiti ta' rapportar u ta' divulgazzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012].

Il-fattur K-NPR ikkalkolat skont l-approċċi speċifikati fil-punti (b) u (c) għandu jiġi multiplikat b'fattur ta' 65 %.

2.   Għall-finijiet tat-tieni sentenza tal-punt (a) tal-paragrafu 1, ditta tal-investiment għandha tikkalkola d-daqs ta' negozju fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali f'konformità mal-[paragrafi 2 sa 7 tal-Artikolu 325a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013].

Artikolu 23Kalkolu ta' K-CMG

1.  ▌ K-CMG għandu jkun l-ogħla ammont totali ta' marġini inizjali mdaħħal għand il-membru tal-ikklerjar mid-ditta tal-investiment tul it-tliet (3) xhur preċedenti.

2.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kalkolu tal-ammont tal-marġini inizjali msemmi fil-paragrafu 1(c).     

L-EBA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien [disa' xhur mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji riveduti msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

KAPITOLU 4Fatturi-K ta' RtF

Artikolu 24Rekwiżit tal-fatturi-K ta' RtF

1.  Ir-rekwiżit tal-fatturi-K ta' RtF hu ddeterminat bil-formula li ġejja:

K-TCD +K-DTF + K-CON

fejn

Il-fattur K-TCD huwa daqs l-ammont kalkolat f'konformità mal-Artikolu 26;

Il-fattur K-DTF huwa daqs id-DTF imkejjel f'konformità mal-Artikolu 32, multiplikat bil-koeffiċjent korrispondenti stabbilit fl-Artikolu 15(2) u

Il-fattur K-CON huwa daqs l-ammont kalkolat f'konformità mal-Artikolu 38.

K-TCD u K-CON għandhom ikunu bbażati fuq it-tranżazzjonijiet reġistrati fil-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment li tinnegozja f'isimha stess, kemm jekk għaliha stess jew għan-nom ta' klijent.

K-DTF għandu jkun ibbażat fuq it-tranżazzjonijiet irreġistrati fil-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment li tinnegozja f'isimha stess, kemm jekk għaliha stess jew għan-nom ta' klijent, u t-tranżazzjonijiet li ditta tal-investiment tidħol għalihom permezz tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet għan-nom ta' klijenti f'isimha stess.

Taqsima I

Inadempjenza ta' kontroparti ta' negozjar

Artikolu 25Kamp ta' applikazzjoni

1.  It-tranżazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal din it-Taqsima:

(a)  strumenti derivattivi elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni ta' dawn li ġejjin:

(i)  derivattivi OTC innegozjati ma' gvernijiet ċentrali u banek ċentrali tal-Istati Membri;

(ii)   derivattivi OTC ikklerjati direttament jew indirettament permezz ta' kontroparti ċentrali kwalifikanti (QCCP);

(iii)   derivattivi OTC ikklerjati permezz ta' membru tal-ikklerjar, fejn it-tranżazzjonijiet ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew għal rekwiżit ekwivalenti li dak il-kuntratt jiġi kklerjat f'pajjiż terz, jew meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

aa. il-pożizzjonijiet u l-assi tad-ditta ta' investiment relatati ma' dawk it-tranżazzjonijiet ikunu distinti u segregati, fil-livell kemm tal-membru tal-ikklerjar kif ukoll tal-QCCP, mill-pożizzjonijiet u l-assi kemm tal-membru tal-ikklerjar kif ukoll tal-klijenti l-oħra ta' dak il-membru tal-ikklerjar u bħala konsegwenza ta' dik id-distinzjoni u s-segregazzjoni dawk il-pożizzjonijiet u l-assi jkunu protetti f'każ ta' falliment skont il-liġi nazzjonali f'każ ta' inadempjenza jew insolvenza tal-membru tal-ikklerjar jew ta' wieħed jew aktar mill-klijenti l-oħra tiegħu;

bb. il-liġijiet, ir-regolamenti u l-arranġamenti kuntrattwali applikabbli jew vinkolanti fuq il-membru tal-ikklerjar jiffaċilitaw it-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-klijent relatati ma' dawk il-kuntratti u t-tranżazzjonijiet u tal-kollateral korrispondenti lil membru tal-ikklerjar ieħor fil-perjodu b'riskju ta' marġini applikabbli fil-każ ta' inadempjenza jew insolvenza tal-membru tal-ikklerjar oriġinali;

cc. id-ditta ta' investiment tkun kisbet opinjoni legali indipendenti, miktuba u motivata li tikkonkludi li, fil-każ ta' kontestazzjoni legali, id-ditta tal-investiment ma tbati l-ebda telf minħabba l-insolvenza tal-membru tal-ikklerjar tagħha jew ta' kwalunkwe klijent tal-membru tal-ikklerjar tagħha.

(iv)   derivattivi negozjati fil-borża;

(v)  derivattivi miżmumin biex tiġi ħħeġġjata pożizzjoni tad-ditta li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar;

(b)  tranżazzjonijiet b'saldu twil;

(c)  tranżazzjonijiet ta' riakkwist;

(d)  tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew komoditajiet;

(e)  tranżazzjonijiet ta' self b'marġini.

2.  Permezz ta' deroga minn din it-Taqsima, ditta tal-investiment tista' tikkalkula r-rekwiżit kapitali tagħha għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 billi tapplika wieħed mill-metodi stabbiliti fit-[Taqsimiet 3, 4 jew 5, it-Titolu II, il-Parti 3 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013] u għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti b'dan.

Artikolu 26Kalkolu ta' K-TCD

Għall-finijiet ta' K-TCD, ir-rekwiżit tal-kapital għandu jiġi stabbilit permezz ta' din il-formula:

Rekwiżit kapitali = Valur tal-Iskopertura * RF

fejn RF huwa l-fattur ta' riskju definit għal kull tip ta' kontroparti skont it-Tabella 2.

Tabella 2

Tip ta' kontroparti

 

Fattur ta' riskju

Istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment

1.6%

Kontropartijiet oħra

8%

Artikolu 27Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

Il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għandu jkun determinat skont il-formola li ġejja:

Valur tal-iskopertura = Massimu (0; RC + PFE - C)

fejn:

RC = il-kost tas-sostituzzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 28.

PFE = l-iskopertura futura potenzjali kif stabbilit fl-Artikolu 29; u

C = il-kollateral kif stabbilit fl-Artikolu 30.

Il-kost tas-sostituzzjoni (RC) u tal-kollateral (C) għandhom japplikaw għat-tranżazzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 25.

L-iskopertura futura potenzjali (PFE) tapplika biss għal kuntratti derivattivi u tranżazzjonijiet b'saldu fit-tul.

Artikolu 28Il-kost tas-sostituzzjoni (RC)

Il-kost tas-sostituzzjoni msemmi fl-Artikolu 27 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a)  għal kuntratti tad-derivattivi, RC jiġi determinat bħala l-valur attwali tas-suq (CMV);

(b)  għal tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul, RC jiġi determinat bħala l-ammont tas-saldu;

(c)  għal tranżazzjonijiet ta' riakkwist u tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew komoditajiet, RC jiġi determinat bħala l-ammont nett ta' flus mislufa u riċevuti.

Artikolu 29Skopertura futura potenzjali

1.  L-iskopertura futura potenzjali (PFE) imsemmija fl-Artikolu 28 għandha tiġi kkalkolata għal kull derivattiv u tranżazzjoni ta' saldu twil bħala l-prodott ta':

(a)  l-ammont nozzjonali effettiv (EN) tat-tranżazzjoni stabbilit f'konformità mal-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu;

(b)  il-fattur superviżorju (SF) stabbilit f'konformità mal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu; u

(c)  fattur ta' maturità (MF) stabbilit f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu.

2.  L-ammont nozzjonali effettiv (EN) għandu jkun ir-riżultat tal-moltiplikazzjoni tal-ammont nozzjonali kkalkolat f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, id-durata tiegħu għall-kuntratti tar-rata tal-imgħax u tad-derivattivi ta' kreditu kkalkolata f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u d-delta tiegħu għall-kuntratti tal-opzjoni kkalkolata f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

3.  L-ammont nozzjonali, sakemm ma jkunx stipulat biċ-ċar u fiss sal-maturità, għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a)  għal derivattivi tal-kambju, l-ammont nozzjonali hu ddefinit bħala n-nozzjonal tal-komponent tal-munita barranija tal-kuntratt, ikkonvertit għall-munita domestika. Jekk iż-żewġ komponenti ta' derivattiv tal-kambju jkunu denominati f'muniti li mhumiex il-munita domestika, l-ammont nozzjonali ta' kull komponent jiġi kkonvertit għall-munita domestika u l-komponent bl-akbar valur tal-munita domestika jkun l-ammont nozzjonali;

(b)  għal derivattivi ta' ekwità u ta' komoditajiet u għal kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi tagħhom, l-ammont nozzjonali hu ddefinit bħala r-riżultat tal-moltiplikazzjoni tal-prezz (futur) attwali ta' unità waħda tal-istokk u n-numru ta' unitajiet referenzjati min-negozju;

(c)  għal tranżazzjonijiet b'diversi ħlasijiet li huma kontinġenti għall-istat inklużi opzjonijiet diġitali jew forwards ta' tifdija fil-mira, ditta tal-investiment għandha tikkalkola l-ammont nozzjonali għal kull stat u tuża l-akbar kalkolu li jirriżulta;

(d)  jekk in-nozzjonal ikun formula ta' valuri tas-suq, id-ditta tal-investiment għandha ddaħħal il-valuri attwali tas-suq biex tiddetermina l-ammont nozzjonali tan-negozju;

(e)  għal swaps nozzjonali varjabbli bħal swaps ta' amortizzazzjoni u ta' akkrezzjoni, id-ditti tal-investiment għandhom jużaw in-nozzjonal medju tul il-ħajja li jifdal tas-swap bħala l-ammont nozzjonali tan-negozju;

(f)  swaps ingranati għandhom jiġu kkonvertiti fl-ammont nozzjonali tas-swap mhux ingranata ekwivalenti biex meta r-rati kollha fi swap jiġu mmoltiplikati b'fattur, l-ammont nozzjonali ddikjarat jiġi mmoltiplikat bil-fattur fuq ir-rati tal-imgħax biex jiġi ddeterminat l-ammont nozzjonali;

(g)  għal kuntratt tad-derivattivi bi skambji multipli ta' prinċipal, l-ammont nozzjonali għandu jiġi mmoltiplikat bin-numru ta' skambji ta' prinċipal fil-kuntratt tad-derivattivi biex jiġi ddeterminat l-ammont nozzjonali.

4.  L-ammont nozzjonali tad-derivattivi tar-rata tal-imgħax u ta' kreditu għaż-żmien sal-maturità (fi snin) ta' dawn il-kuntratti għandu jiġi aġġustat skont id-durata stabbilita fil-formula li ġejja:

Durata = (1 – ska (-0,05 * żmien sal-maturità)) / 0,05;

5.  Il-maturità ta' kuntratt għandha tkun l-aħħar data li fiha jkun għadu jista' jiġi eżegwit il-kuntratt.

Jekk id-derivattiv jagħmel referenza għall-valur ta' rata tal-imgħax oħra jew għal strument tal-kreditu ieħor, il-perjodu ta' żmien għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-istrument sottostanti.

Għal opzjonijiet, il-maturità għandha tkun l-aħħar data tal-eżerċizzju kuntrattwali kif speċifikata mill-kuntratt.

Għal kuntratt tad-derivattivi li hu strutturat b'tali mod li f'dati speċifiċi kwalunkwe skopertura pendenti tiġi saldata u t-termini jiġu risettjati sabiex il-valur ġust tal-kuntratt ikun żero, il-maturità li jifdal għandha tkun daqs iż-żmien sad-data ta' risettjar li jmiss.

6.  Id-delta tal-opzjonijiet u tal-opzjonijiet ta' swaps tista' tiġi kkalkolata mid-ditta tal-investiment stess, bl-użu ta' mudell xieraq. Il-mudell għandu jagħti stima tar-rata ta' tibdil tal-valur tal-opzjoni fir-rigward ta' tibdiliet żgħar fil-valur tas-suq tas-sottostanti. Għal tranżazzjonijiet għajr opzjonijiet u opzjonijiet ta' swaps, id-delta għandha tkun 1 għal pożizzjonijiet twal u -1 għal pożizzjonijiet qosra.

7.  Il-fattur superviżorju (SF) għal kull klassi tal-assi għandu jiġi stabbilit skont it-tabella li ġejja:

Tabella 3

Klassi tal-assi

 

Fattur ta' superviżjoni

Rata tal-imgħax

0.5%

Munita barranija

4%

Kreditu

1%

Isem uniku tal-ekwità

32%

Indiċi ta' ekwità

20%

Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet

18%

8.  Il-fattur ta' maturità (MF) għal kull tranżazzjoni għandu jiġi ddeterminat bil-formula li ġejja:

        MF = (min (M; sena 1) / sena 1)^0.5

Għal negozji mhux marġinati, il-maturità (M) għandha tkun l-iqsar waħda bejn sena u l-maturità li jifdal tal-kuntratt tad-derivattivi, kif determinat fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, iżda mhux anqas minn għaxart ijiem ta' negozju.

Għal negozji marġinati, il-maturità (M) għandha tkun il-perjodu ta' marġini ta' riskju. Il-perjodu minimu ta' marġini tar-riskju għandu jkun ta' mill-inqas għaxart ijiem ta' negozju għal tranżazzjonijiet derivattivi kklerjati mhux ċentralment soġġetti għal ftehimiet ta' marġini ta' kuljum u ħamest ijiem ta' negozju għal tranżazzjonijiet derivattivi kklerjati ċentralment soġġetti għal ftehimiet ta' marġini ta' kuljum.

Artikolu 30Kollateral

1.  Il-kollateral kollu mhux fi flus imdaħħal u riċevut minn ditta tal-investiment, kemm fit-tranżazzjonijiet bilaterali kif ukoll ikklerjati msemmija fl-Artikolu 23, għandu jkun soġġett għal telf impost f'konformità mat-tabella li ġejja:

Tabella 4

Klassi tal-assi

Telf impost għal tranżazzjonijiet ta' riakkwist

Telf impost għal tranżazzjonijiet oħra

 

Titoli ta' dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew minn banek ċentrali

≤ sena (1)

0.707%

1%

> sena (1) ≤ 5 snin

2.121%

3%

> 5 snin

4.243%

6%

Titoli ta' dejn maħruġa minn entitajiet oħra

≤ sena (1)

1.414%

2%

> sena (1) ≤ 5 snin

4.243%

6%

> 5 snin

8.485%

12%

Pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni

≤ sena (1)

2.828%

4%

> sena (1) ≤ 5 snin

8.485%

12%

> 5 snin

16.970%

24%

Ekwitajiet u konvertibbli elenkati

14.143%

20%

Deheb

10.607%

15%

Flus

0%

0%

Għall-finijiet tat-Tabella 4, il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni m'għandhomx jinkludu pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni.

2.  Il-valur tal-kollateral mhux fi flus imdaħħal mid-ditta tal-investiment għand il-kontroparti tagħha għandu jiżdied u l-valur tal-kollateral mhux fi flus riċevut mid-ditta tal-investiment mingħand il-kontroparti tagħha għandu jitnaqqas skont it-Tabella 4.

3.  Jekk ikun hemm spariġġ tal-muniti bejn it-tranżazzjoni u l-kollateral riċevut jew imdaħħal, għandu jkun japplika telf impost addizzjonali għall-ispariġġ tal-muniti ta' 8 %.

Artikolu 31Netting

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, ditta tal-investiment tista' tittratta kuntratti bi tlaqqigħ perfett inklużi fi ftehim ta' netting daqslikieku kienu kuntratt wieħed bi prinċipal nozzjonali ekwivalenti għar-riċevuti netti, tista' tagħmel netting ta' tranżazzjonijiet oħra soġġetti għan-novazzjoni li skont dawn l-obbligi kollha bejn id-ditta tal-investiment u l-kontroparti tagħha huma amalgamati b'mod awtomatiku b'tali mod li n-novazzjoni legalment tissostitwixxi ammont nett wieħed uniku għall-obbligi gross preċedenti, u tranżazzjonijiet oħra li fihom id-ditta tal-investiment tiżgura għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  kuntratt ta' kalkolu tal-valur nett mal-kontroparti jew ftehim ieħor li joħloq obbligu legali wieħed, li jkopri t-tranżazzjonijiet inklużi kollha, b'tali mod li d-ditta tal-investiment ikollha pretensjoni li tirċievi jew obbligu li tħallas biss is-somma netta tal-valuri pożittivi u negattivi tal-valwazzjoni skont is-suq ta' tranżazzjonijiet individwali inklużi f'każ li kontroparti tonqos milli teżegwixxi minħabba waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(i)  inadempjenza;

(ii)  falliment;

(iii)  likwidazzjoni;

(iv)  ċirkustanzi simili.

(b)  il-kuntratt ta' kalkolu tal-valur nett ma jkun fih l-ebda klawżola li, f'każ ta' inadempjenza ta' kontroparti, tippermetti lil kontroparti mhux inadempjenti tagħmel pagamenti limitati biss, jew l-ebda pagament, lill-proprjetà tal-parti inadempjenti, anki jekk il-parti inadempjenti tkun kreditur nett;

(c)  id-ditta tal-investiment tkun kisbet opinjoni ġuridika indipendenti, miktuba u mmotivata li, f'każ ta' kontestazzjoni legali tal-ftehim ta' netting, il-pretensjonijiet u l-obbligi tad-ditta tal-investiment ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punt (a) skont ir-reġim legali li ġej:

–  il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha tkun inkorporata l-kontroparti;

–  jekk tkun involuta fergħa barranija ta' kontroparti, il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha tinsab il-fergħa;

–  il-liġi li tirregola t-tranżazzjonijiet individwali fil-ftehim ta' netting; jew

–  il-liġi li tirregola kwalunkwe kuntratt jew ftehim neċessarju għad-dħul fis-seħħ tan-netting.

TAQSIMA IIFluss tan-negozjar ta' kuljum

Artikolu 32Kejl ta' DTF għall-finijiet ta' kalkolu ta' K-DTF

1.  Għall-finijiet ta' kalkolu ta' K-DTF, DTF għandu jkun il-medja riportata tal-valur tal-fluss tan-negozjar totali ta' kuljum, imkejjel fi tmiem kull jum ta' negozju tul ħmistax-il (15)xahar tal-kalendarju preċedenti, esklużi l-aktar tliet (3) xhur riċenti tal-kalendarju.

DTF għandu jkun il-medja jew il-medja aritmetika sempliċi tal-kejliet ta' kuljum għat-12-il (12)xahar tal-kalendarju li jifdal

Il-fattur K-DTF għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel 14-il jum ta' kull sena.

2.  DTF għandu jitkejjel bħala s-somma tal-valur assolut ta' xirjiet u l-valur assolut ta' bejgħ kemm għal negozji fi flus kif ukoll għal derivattivi f'konformità ma' dawn li ġejjin:

(a)  għal negozji fi flus, il-valur hu l-ammont imħallas jew riċevut għal kull negozju.

(b)  għal derivattivi, il-valur tan-negozju hu l-ammont nozzjonali tal-kuntratt.

3.  DTF għandu jeskludi tranżazzjonijiet eżegwiti minn ditta tal-investiment li tipprovdi servizzi ta' mmaniġġar ta' portafolli għan-nom ta' impriżi kollettivi ta' investiment.

DTF għandu jinkludi tranżazzjonijiet eżegwiti minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew għaliha stess jew għan-nom ta' klijent.

4.  Jekk ditta tal-investiment tkun ilha topera għal anqas minn ħmistax-il (15)xahar, din tista' tuża proġettazzjonijiet kummerċjali biex tikkalkola K-DTF soġġetta għar-rekwiżiti kumulattivi li ġejjin:

(a)  tintuża data storika malli ssir disponibbli;

(b)  il-proġettazzjonijiet kummerċjali tad-ditta tal-investiment ippreżentati f'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE jiġu vvalutati b'mod pożittiv mill-awtorità kompetenti.

KAPITOLU 4a

Artikolu 32aTrattament prudenzjali ta' assi esposti għal attivitajiet assoċjati ma' għanijiet ambjentali jew soċjali

1. L-EBA, wara li tikkonsulta mal-BERS, għandha tivvaluta fuq il-bażi tad-data disponibbli u l-konklużjonijiet tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli, jekk trattament prudenzjali dedikat għal assi esposti għal attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' objettivi ambjentali jew soċjali, fil-forma ta' fatturi aġġustati K jew koeffiċjenti aġġustati tal-fattur k, ikunx ġustifikat minn perspettiva prudenzjali. B'mod partikolari, l-EBA għandha tinvestiga l-elementi li ġejjin:

(a)  għażliet metodoloġiċi għall-valutazzjoni ta' skoperturi ta' klassijiet ta' assi għal attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' għanijiet ambjentali jew soċjali;

(b)  profili ta' riskju speċifiku ta' assi esposti għal attivitajiet li huma sostanzjalment assoċjati ma' għanijiet ambjentali jew soċjali;

(c)  riskji relatati mad-deprezzament tal-assi minħabba bidliet regolatorji bħall-mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima;

(d)  l-effetti potenzjali ta' trattament prudenzjali dedikat ta' assi esposti għal attivitajiet li huma sostanzjalment assoċjati ma' objettivi ambjentali jew soċjali dwar l-istabbiltà finanzjarja.

2. L-EBA għandha tressaq rapport dwar il-konklużjonijiet tagħha lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa .... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3. Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

IR-RABA' PARTIRISKJU TA' KONĊENTRAZZJONI

Artikolu 33Obbligu ta' monitoraġġ

1.  Ditta tal-investiment għandha timmonitorja u tikkontrolla r-riskju tal-konċentrazzjoni tagħha f'konformità ma' din il-Parti, permezz ta' proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi solidi u mekkaniżmi robusti ta' kontroll intern.

2.  Għall-finijiet ta' din il-Parti, it-termini istituzzjoni ta' kreditu u ditti ta' investiment għandhom jinkludu impriżi privati jew pubbliċi, inklużi l-fergħat tagħhom li, li kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, kienu jkunu istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment kif definit f'dan ir-Regolament u ġew awtorizzati f'pajjiż terz li japplika rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

Artikolu 34Rekwiżiti ta' rappurtar

Ditta tal-investiment li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) għandha tirrapporta l-livelli ta' riskju li ġejjin lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas fuq bażi annwali:

(a)  il-livell ta' riskju tal-konċentrazzjoni assoċjat mal-inadempjenza tal-kontropartijiet għal skoperturi tal-portafoll tan-negozjar, kemm fuq bażi individwali tal-kontroparti kif ukoll aggregata;

(b)  il-livell ta' riskju tal-konċentrazzjoni lejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu, id-ditti tal-investiment u entitajiet oħra fejn jinżammu flus tal-klijenti;

(c)  il-livell ta' riskju tal-konċentrazzjoni lejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu, id-ditti tal-investiment u entitajiet oħra fejn jiġu ddepożitati titoli ta' klijenti;

(d)  il-livell ta' riskju tal-konċentrazzjoni lejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu fejn jiġu ddepożitati l-flus tad-ditta stess; u

(e)  il-livell ta' riskju tal-konċentrazzjoni mill-qligħ.

Artikolu 35Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

1.  Ditta tal-investiment li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) għandha tikkalkola l-iskoperturi li ġejjin għall-finijiet ta' din il-Parti:  

(a)  l-iskoperturi għal klijenti individwali li jirriżultaw fil-portafoll tan-negozjar, billi żżid dawk l-iskoperturi mal-iskoperturi netti fl-istrumenti finanzjarji kollha maħruġa minn dak il-klijent individwali.

L-iskopertura netta għandha tiġi kkalkolata billi jitnaqqsu dawk il-pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni li huma sottoskritti jew subsottoskritti minn partijiet terzi fuq il-bażi ta' ftehim formali, imnaqqsa bil-fatturi li ġejjin:

Tabella 5

jum ta' xogħol nru 0:

100 %

jum ta' xogħol nru 1:

90 %

jiem ta' xogħol nru 2 sa 3:

75 %

jum ta' xogħol nru 4:

50 %

jum ta' xogħol nru 5:

25 %

wara l-jum ta' xogħol nru 5:

0 %.

Ditta tal-investiment għandha tistabbilixxi sistemi sabiex timmonitorja u tikkontrolla l-iskoperturi tagħha għas-sottoskrizzjoni bejn iż-żmien tal-impenn inizjali u l-jum ta' xogħol li jmiss fid-dawl tan-natura tar-riskji meħuda fis-swieq inkwistjoni.

(b)  l-iskoperturi għal gruppi ta' klijenti konnessi, billi jingħaddu l-iskoperturi kollha għall-klijenti individwali fil-grupp, li għandhom jiġu ttrattati bħala skopertura waħda.

2.  Meta tikkalkola l-iskopertura għal klijent jew għal grupp ta' klijenti konnessi, ditta tal-investiment għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tidentifika l-assi sottostanti fi tranżazzjonijiet rilevanti u l-kontroparti tal-iskoperturi sottostanti.

Artikolu 36Limiti għar-riskji ta' konċentrazzjoni

1.  Ditta tal-investiment li tinnegozja f'isimha stess, sew jekk għaliha nfisha kif ukoll jekk għan-nom ta' klijent, m'għandhiex iġġarrab skopertura għal klijent individwali jew għal grupp ta' klijenti konnessi li l-valur tagħha jaqbeż il-25 % tal-kapital regolatorju tagħha, sakemm ma tissodisfax l-obbligu ta' notifika stabbilita fl-Artikolu 37 u r-rekwiżit kapitali ta' K-CON stabbilit fl-Artikolu 38.

Jekk dan il-klijent individwali jkun istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment, jew meta grupp ta' klijenti konnessi jkun jinkludi istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment waħda jew aktar, dak il-valur ma għandux jaqbeż il-25 % tal-kapital regolatorju tad-ditta tal-investiment ikkalkolat f'konformità mal-Artikolu 11 jew EUR 150 miljun, skont liema minnhom ikun l-ogħla, dment li s-somma tal-valuri tal-iskopertura, għall-klijenti konnessi kollha li mhumiex istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti tal-investiment ma taqbiżx il-25 % tal-kapital regolatorju tad-ditti tal-investiment.

Jekk l-ammont ta' EUR 150 miljun ikun akbar mill-25 % tal-kapital regolatorju tad-ditta tal-investiment, il-valur tal-iskopertura ma għandux jaqbeż il-100 % tal-kapital regolatorju tad-ditta tal-investiment.

2.  Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinqabżu meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  id-ditta tal-investiment tissodisfa r-rekwiżit kapitali ta' K-CON dwar l-eċċess fir-rigward tal-limitu stabbilit fil-paragrafu 1 ikkalkolat f'konformità mal-Artikolu 38;

(b)  meta jkunu għaddew għaxart ijiem jew inqas minn meta jkun seħħ l-eċċess, l-iskopertura tal-portafoll tan-negozjar għall-klijent individwali jew għal grupp ta' klijenti konnessi inkwistjoni ma għandhiex taqbeż il-500 % tal-kapital regolatorju tad-ditta tal-investiment;

(c)  kwalunkwe eċċess li jippersisti għal aktar minn għaxart ijiem ma jaqbiżx, b'mod aggregat, is-600 % tal-kapital regolatorju tad-ditta tal-investiment.

Artikolu 37Obbligu ta' notifika

1.  Jekk jinqabżu l-limiti msemmija fl-Artikolu 36(1), ditta tal-investiment għandha tinnotifika l-ammont tal-eċċess, l-isem tal-klijent individwali kkonċernat u, fejn applikabbli, l-isem tal-grupp ta' klijenti konnessi kkonċernati, mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu lid-ditta tal-investiment perjodu limitat biex tikkonforma mal-limitu msemmi fl-Artikolu 36(1).

Jekk ikun applikabbli l-ammont ta' EUR 150 miljun imsemmi fl-Artikolu 36(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li jinqabeż il-limitu ta' 100 % tal-kapital regolatorju tad-ditta tal-investiment.

Artikolu 38Kalkolu ta' K-CON

1.  Għall-finijiet ta' kalkolu ta' K-CON, l-eċċess imsemmi fl-Artikolu 36(2) għandu jkun l-iskopertura għall-klijent individwali jew għall-grupp ta' klijenti konnessi inkwistjoni li tirriżulta fil-portafoll tan-negozjar.

2.  Jekk l-eċċess ma jkunx ippersista għal aktar minn għaxart (10) ijiem, ir-rekwiżit kapitali ta' K-CON għandu jkun ta' 200 % tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Wara l-perjodu ta' għaxart (10) ijiem ikkalkolati mid-data li fiha jkun seħħ l-eċċess, l-eċċess għandu jiġi allokat fil-linja xierqa fil-Kolonna 1 tat-Tabella 6.

4.  Ir-rekwiżit kapitali ta' K-CON għandu jkun ir-riżultat tal-moltiplikazzjoni tal-eċċess bil-fattur korrispondenti fil-Kolonna 2 tat-Tabella 6.

Tabella 6

Kolonna 1:

Eċċess ogħla mil-limiti

(fuq il-bażi ta' perċentwal tal-kapital regolatorju)

Kolonna 2:

Fatturi

Sa 40 %

200 %

Minn 40 % sa 60 %

300 %

Minn 60 % sa 80 %

400 %

Minn 80 % sa 100 %

500 %

Minn 100 % sa 250 %

600 %

Aktar minn 250 %

900 %

5.  Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 54 biex tispeċifika l-metodu għall-kejl tal-fattur-K f'dan l-Artikolu.

Artikolu 39Proċeduri li jipprevjenu lid-ditti tal-investiment milli jevitaw ir-rekwiżit kapitali ta' K-CON

1.  Id-ditti tal-investiment ma għandhomx jittrasferixxu b'mod temporanju l-iskoperturi li jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 36(1) lil kumpanija oħra, kemm jekk tkun fl-istess grupp kif ukoll jekk le, jew inkella billi jwettqu tranżazzjonijiet artifiċjali biex jagħlqu l-iskopertura matul il-perjodu ta' għaxart (10) ijiem imsemmi fl-Artikolu 38 u joħolqu skopertura ġdida.

2.  Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu sistemi li jiżguraw li kwalunkwe trasferiment imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi rrapportat minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 40Esklużjonijiet

1.  L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 38(1):

(a)  skoperturi li ma jirriżultawx fil-portafoll tan-negozjar;

(b)  skoperturi li huma kompletament imnaqqsa mill-fondi proprji ta' ditta tal-investiment;

(c)  ċerti skoperturi mġarrba matul il-perkors ordinarju tas-saldu tas-servizzi ta' pagament, tranżazzjonijiet ta' munita barranija, tranżazzjonijiet ta' titoli u forniment ta' trażmissjoni ta' flus;

(d)  entrati ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali:

(i)  skoperturi għal gvernijiet ċentrali, għal banek ċentrali, għal entitajiet tas-settur pubbliku, għal organizzazzjonijiet internazzjonali jew għal banek multilaterali tal-iżvilupp (MDBs) u skoperturi ggarantiti mit-tali persuni jew attribwibbli lilhom;

(ii)   skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali (għajr dawk imsemmija fil-punt (i) li huma denominati u, fejn applikabbli, iffinanzjati fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju;

(iii)  skoperturi għal gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali tal-istati taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew iggarantiti minnhom;

(e)  skoperturi u kontribuzzjonijiet għal fondi tal-inadempjenza għal kontropartijiet ċentrali.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw b'mod sħiħ jew parzjali l-iskoperturi li ġejjin mill-applikazzjoni tal-Artikolu 38(1):

(a)  bonds koperti;

(b)  skoperturi għal gvernijiet reġjonali u għal awtoritajiet lokali tal-istati taż-ŻEE jew iggarantiti minnhom;

(c)  rekwiżiti tal-likwidità miżmuma f'titoli governattivi, dment li, għad-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti dawn jiġu vvalutati bħala grad ta' investiment;

(d)  skoperturi għal kambji rikonoxxuti kif definit fl-Artikolu 4(1)(72) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 41Eżenzjoni għal negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet

1.  Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Parti m'għandhomx japplikaw għal negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin għal tranżazzjonijiet intragrupp:

(a)  il-kontroparti tkun kontroparti mhux finanzjarja;

(b)  iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni;

(c)  iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa ta' evalwazzjoni, ta' kejl u ta' kontroll tar-riskju;

(d)  it-tranżazzjoni tkun tista' tiġi vvalutata bħala waħda li tnaqqas riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew mal-attività ta' finanzjament tat-teżor tal-kontroparti mhux finanzjarja jew ta' dak il-grupp.

2.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-kontropartijiet għandhom jitqiesu li huma inklużi fl-istess konsolidazzjoni skont waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-kontropartijiet ikunu inklużi f'konsolidazzjoni f'konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(b)  il-kontropartijiet ikunu inklużi f'konsolidazzjoni f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(c)  b'rabta ma' grupp li l-impriża prinċipali tiegħu għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha f'pajjiż terz, il-kontropartijiet ikunu inklużi f'konsolidazzjoni f'konformità mal-prinċipji tal-kontabbiltà ġeneralment aċċettati ta' pajjiż terz iddeterminati bħala ekwivalenti għall-IFRS f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1569/2007 jew mal-istandards tal-kontabbiltà ta' pajjiż terz li l-użu tagħhom hu permess f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament.

3.  Ditta tal-investiment għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti qabel ma tuża l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-awtorità kompetenti għandha tippermetti l-applikazzjoni tal-eżenzjoni biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1.

IL-ĦAMES PARTILIKWIDITÀ

Artikolu 42Rekwiżit ta' kapital

1.  Ditta tal-investiment għandha żżomm ammont ta' assi likwidi ekwivalenti għal mill-inqas terz tar-rekwiżiti tal-ispejjeż ġenerali fissi kkalkolati f'konformità mal-Artikolu 13(1).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, assi likwidi għandhom ikunu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  l-assi msemmija fl-Artikoli 10 sa 13 u 15 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61;

(b)  flus mhux mirhuna.

(ba)  depożiti fuq terminu qasir mhux mirhuna f'istituzzjoni ta' kreditu li jagħtu lid-ditta aċċess faċli għal-likwidità;

(bb)  ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż (ETFs), ċertifikati u strumenti simili oħra, li għalihom hemm suq likwidu fis-sens tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, soġġett għal telf impost ta' 50 %;

(bc)  strumenti finanzjarji oħra, li għalihom hemm suq likwidu fis-sens tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, soġġett għal telf impost ta' 50 %.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ditta tal-investiment li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tista' tinkludi wkoll riċevibbli mingħand debituri tan-negozju u tariffi jew kummissjonijiet riċevibbli fi żmien 30 jum fl-assi likwidi tagħhom, meta dawk ir-riċevibbli jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  dawn jirrappreżentaw terz tar-rekwiżiti minimi tal-likwidità kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b)  dawn ma jingħaddu għall-ebda rekwiżit addizzjonali tal-likwidità meħtieġ mill-awtorità kompetenti għal riskji speċifiċi għad-ditta f'konformità mal-Artikolu 36(2)(k) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD];

(c)  dawn ikunu soġġetti għal telf impost ta' 50 %.

Artikolu 43Tnaqqis temporanju tar-rekwiżit tal-likwidità

1.  F'ċirkustanzi eċċezzjonali, ditta tal-investiment tista' tnaqqas l-ammont ta' assi likwidi miżmuma. Jekk iseħħ it-tali tnaqqis, id-ditta tal-investiment għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

2.  Il-konformità mar-rekwiżit tal-likwidità stabbilit fl-Artikolu 42(1) għandha tiġi restawrata fi żmien 30 jum mit-tnaqqis oriġinali.

2a.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha toħroġ linji gwida biex tispeċifika x'jikkostitwixxu ċirkustanzi eċċezzjonali għall-finijiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 44Garanziji għall-klijenti

Ditta tal-investiment għandha żżid l-assi likwidi tagħha b'1,6 % tal-ammont totali ta' garanziji pprovduti lill-klijenti.

IS-SITT PARTIID-DIVULGAZZJONI MINN DITTI TA' INVESTIMENT

Artikolu 45Kamp ta' applikazzjoni

1.  Ditta tal-investiment li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12(1) għandha tiddivulga pubblikament l-informazzjoni speċifikata f'din il-Parti dakinhar stess li tippubblika r-rapporti finanzjarji annwali tagħha.

2.  Ditta tal-investiment li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) u li toħroġ strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali għandha tiddivulga pubblikament l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 46, 48, 49 u 50 dakinhar stess li tippubblika r-rapporti finanzjarji annwali tagħha.

3.  Madankollu, ditta tal-investiment għandha tiddivulga pubblikament l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 47 u 51 meta din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD].

Id-ditta tal-investiment li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD] għandha tiddivulga l-informazzjoni mis-sena finanzjarja wara s-sena finanzjarja li fiha tkun saret il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD].

4.  Ditta tal-investiment tista' tiddetermina l-mezz u l-post xierqa biex jiġu rrispettati b'mod effettiv ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Id-divulgazzjonijiet kollha għandhom jiġu pprovduti f'mezz jew f'post wieħed, fejn possibbli. Jekk l-istess informazzjoni jew informazzjoni simili tiġi ddivulgata f'żewġ mezzi jew iżjed, kull mezz għandu jagħmel referenza għall-informazzjoni sinonima fil-mezzi l-oħra.

Artikolu 46Objettivi u politiki ta' ġestjoni tar-riskju

Ditta tal-investiment għandha tiddivulga l-objettivi u l-politiki tagħha ta' ġestjoni tar-riskju għal kull kategorija separata ta' riskju fit-Tielet sal-Ħames Partijiet f'konformità mal-Artikolu 45, inklużi l-istrateġiji u l-proċessi għall-ġestjoni ta' dawk ir-riskji u dikjarazzjoni tar-riskju approvata mill-korp maniġerjali li fil-qosor tiddeskrivi l-profil tar-riskju ġenerali tad-ditta tal-investiment assoċjat mal-istrateġija kummerċjali.

Artikolu 47Governanza

Ditta tal-investiment għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja rigward l-arranġamenti interni ta' governanza, f'konformità mal-Artikolu 45:

(a)  in-numru ta' direttorati miżmuma mill-membri tal-korp maniġerjali;

(b)  il-politika dwar id-diversità fir-rigward tal-għażla ta' membri tal-korp maniġerjali, l-objettivi tagħha u kull mira rilevanti stabbilita f'dik il-politika, u sa fejn ikunu ntlaħqu dawk l-objettivi u l-miri;

(c)  jekk id-ditta tal-investiment stabbilietx jew le kumitat separat tar-riskju u kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat annwalment.

Artikolu 48Fondi proprji

1.  Ditta tal-investiment għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja rigward il-fondi proprji tagħha, f'konformità mal-Artikolu 45:

(a)  rikonċiljazzjoni sħiħa tal-entrati tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, tal-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali, tal-entrati tal-Grad 2 u tal-filtri applikabbli u tat-tnaqqis applikat għall-fondi proprji tad-ditta tal-investiment u għall-karta bilanċjali fir-rapporti finanzjarji awditjati tad-ditta tal-investiment;

(b)  deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni u tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-istrumenti tal-Grad 2 maħruġa mid-ditta tal-investiment;

(c)  il-patti u l-kundizzjonijiet sħaħ tal-istrumenti kollha tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2;

(d)  divulgazzjonijiet separati tan-natura u tal-ammonti tal-filtri prudenzjali u tat-tnaqqis applikat kif ukoll tal-entrati mhux imnaqqsa b'rabta mal-fondi proprji;

(e)  deskrizzjoni tar-restrizzjonijiet kollha applikati fuq il-kalkolu tal-fondi proprji f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-istrumenti, il-filtri prudenzjali u t-tnaqqis li japplikaw għalihom dawk ir-restrizzjonijiet;

2.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex jiġu speċifikati formoli għad-divulgazzjoni skont il-punti (a), (b), (d) u (e) tal-paragrafu 1.

L-EBA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien [disa' xhur mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 49Rekwiżiti ta' kapital

Ditta tal-investiment għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja rigward il-konformità tagħha mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD], f'konformità mal-Artikolu 45:

(a)  sommarju tal-approċċ tad-ditta tal-investiment għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tagħha għall-appoġġ ta' attivitajiet attwali u tal-ġejjieni;

(b)  fuq talba mill-awtorità kompetenti, ir-riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tad-ditta tal-investiment, inkluża l-kompożizzjoni tal-fondi proprji addizzjonali abbażi tal-proċess ta' rieżami superviżorju kif imsemmi fl-Artikolu 36(2)(a) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD];

(c)  ir-rekwiżiti kapitali kkalkolati b'mod separat, f'konformità ma' kull fattur-K applikabbli għad-ditta tal-investiment kif stipulat fl-Artikolu 15, u f'forma aggregata, fuq il-bażi tas-somma tal-fatturi-K applikabbli;

(d)  ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 13.

Artikolu 50Divulgazzjoni tar-redditu fuq l-assi

Ditta tal-investiment għandha tiddivulga r-redditu fuq l-assi tagħha kkalkolat bħala l-profitt nett tagħha diviż bil-karta bilanċjali totali tagħha fir-rapport annwali tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 45.

Artikolu 51Politiki u prattiki ta' remunerazzjoni

Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja rigward il-politika u l-prattiki, inklużi aspetti relatati man-newtralità bejn is-sessi, ta' remunerazzjoni tagħhom għal dawk il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment, f'konformità mal-Artikolu 45;

(a)  l-aktar karatteristiċi importanti fis-sistema ta' remunerazzjoni, inkluż il-livell ta' remunerazzjoni varjabbli u l-kriterji biex tingħata, il-ħlas fil-politika dwar l-istrumenti, il-politika ta' differiment u l-kriterji ta' vestiment;

(b)  il-proporzjon bejn ir-remunerazzjoni fissa u varjabbli stabbilita f'konformità mal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD];

(c)  informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-remunerazzjoni, disaggregata skont il-maniġment superjuri u l-membri tal-persunal li l-azzjonijiet tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment, li tindika dan li ġej:

i) l-ammonti tar-remunerazzjoni mogħtija fis-sena finanzjarja, maqsuma f'remunerazzjoni fissa inkluża deskrizzjoni tal-komponenti fissi, u remunerazzjoni varjabbli, u n-numru ta' benefiċjarji;

ii) l-ammonti u l-forom tar-remunerazzjoni varjabbli mogħtija, maqsuma fi flus, ishma, strumenti marbuta mal-ishma u tipi oħra b'mod separat għall-parti mħallsa bil-quddiem u l-parti differita;

iii) l-ammonti ta' remunerazzjoni differita mogħtija għall-perjodi preċedenti tal-prestazzjoni, maqsuma fl-ammont dovut għall-vestiment fis-sena finanzjarja u l-ammont dovut għall-vestiment fis-snin sussegwenti;

a) l-ammont ta' remunerazzjoni differita dovut għall-vestiment fis-sena finanzjarja, u li jitnaqqas permezz ta' aġġustamenti tal-prestazzjoni;

b) l-għotjiet ta' remunerazzjoni varjabbli ggarantita matul is-sena finanzjarja, u n-numru ta' benefiċjarji ta' dawk l-għotjiet;

c) il-pagamenti mal-għoti ta' sensja mogħtija fil-perjodi preċedenti, li tħallsu matul is-sena finanzjarja;

d) l-ammonti ta' pagamenti mal-għoti tas-sensja mogħtija matul is-sena finanzjarja, maqsuma f'dawk imħallsa bil-quddiem u differiti, in-numru ta' benefiċjarji ta' dawk il-pagamenti u l-ogħla pagament li ngħata lil persuna waħda;

▌ ▌ (f)  informazzjoni dwar jekk id-ditta tal-investiment tibbenefikax minn deroga stabbilita fl-Artikolu 30(4) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD].

Għall-finijiet tal-punt (f), id-ditti tal-investiment li jibbenefikaw minn tali deroga għandhom jindikaw jekk dik id-deroga ngħatatx fuq il-bażi tal-punt (a) jew tal-punt (b) tal-Artikolu 30(4) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD], jew it-tnejn. Dawn għandhom jindikaw ukoll għal liema prinċipji tar-remunerazzjoni japplikaw id-deroga/i, in-numru ta' membri tal-persunal li jibbenefikaw mid-deroga/i u r-remunerazzjoni totali tagħhom, maqsuma f'remunerazzjoni fissa u varjabbli.

Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679.

Artikolu 51aPolitika ta' investiment

1.  Ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw, f'konformità mal-Artikolu 45, l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-politika tal-investiment tagħhom:

(a)  ir-rata ta' parteċipazzjoni għal kumpaniji azzjonarji diretti u indiretti fejn is-sjieda benefiċjarja taqbeż il-5 % ta' kwalunkwe klassi ta' titoli azzjonarji bid-dritt tal-vot, maqsuma skont l-Istati Membri u s-settur;

(b)  l-imġiba tal-ivvutar komplet fil-laqgħat tal-azzjonisti, b'mod partikolari l-perċentwal ta' approvazzjoni ta' proposti mressqa mill-maniġment tal-entitajiet miżmuma f'konformità mal-punt (a);

(c)   ir-rikorrenza ta' ditti konsultattivi bi prokura;

(d)  il-linji gwida tal-votazzjoni rigward l-entitajiet miżmuma b'mod konformi mal-punt (a).

  Ir-rekwiżit ta' divulgazzjoni imsemmi fil-punt (b) ma għandux japplika jekk l-arranġamenti kuntrattwali tal-azzjonisti kollha rappreżentati mid-ditta tal-investiment fil-laqgħa tal-azzjonisti ma jawtorizzawx lid-ditta tal-investiment tivvota f'isimhom sakemm ma jingħatawx ordnijiet ta' votazzjoni espressi mill-azzjonisti wara li jirċievu l-aġenda tal-laqgħa.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD]/

3.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika mudelli għad-divulgazzjoni skont il-paragrafu 1. Sabiex tevita d-diverġenza tal-applikazzjoni bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva (UE) 2017/828, meta tiżviluppa dawk l-istandards tekniċi, l-EBA għandha tqis l-Artikolu 3g ta' dik id-Direttiva.

  L-EBA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa ... [disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 51bRiskji materjali relatati mal-ESG

Minn ... [3 snin wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], id-ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) ----/-- [IFD] għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar ir-riskji relatati mal-ESG, ir-riskji fiżiċi u r-riskji ta' tranżizzjoni kif definit fir-rapport imsemmi fl-[Artikolu 32a (ġdid) tad-Direttiva (UE) ----/-- [IFD] l-Artikolu 98(7c) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni għandha tiġi divulgata kull sena fl-ewwel sena u darbtejn fis-sena mit-tieni sena 'l quddiem.

IS-SEBA' PARTIDIVULGAZZJONI MINN DITTI TA' INVESTIMENT

Artikolu 52Rekwiżiti ta' rappurtar

1.  Ditta tal-investiment għandha tippreżenta rapport annwali lill-awtoritajiet kompetenti li jinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)  il-livell u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji;

(b)  ir-rekwiżiti kapitali;

(c)  il-kalkoli tar-rekwiżit kapitali;

(d)  il-livell ta' attività fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1), inklużi l-karta bilanċjali u disaggregazzjoni tad-dħul skont is-servizz ta' investiment u l-fattur-K applikabbli;

(e)  ir-riskju ta' konċentrazzjoni;

(f)  ir-rekwiżiti tal-likwidità.

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, ditta tal-investiment li tissodisfa l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 12(1) ma għandhiex tkun meħtieġa tirrapporta l-informazzjoni speċifikata fil-punti (e) u (f).

2a.  Fuq talba mill-awtorità kompetenti, ditta tal-investiment għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti r-remunerazzjoni totali għal kull membru tal-korp maniġerjali jew tal-maniġment superjuri;

3.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni fejn jiġu speċifikati l-formati, id-dati ta' rapportar, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jiġu applikati għar-rapportar imsemmi fil-paragrafu 1, li jieħu f'kunsiderazzjoni d-differenza fil-granularità tal-informazzjoni ppreżentata minn ditta tal-investiment li tissodisfa l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 12(1).

L-EBA għandha tiżviluppa l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien [disa' xhur mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 53Rekwiżiti ta' rapportar għad-ditti tal-investiment li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  Ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12(1) u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jivverifikaw id-daqs tal-assi totali tagħhom fuq bażi ta' kull xahar u jirrapportaw dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti u lill-EBA kull trimestru.

2.  Jekk ditta tal-investiment msemmija fil-paragrafu 1 tkun parti minn grupp li fih impriża oħra waħda jew aktar tkun ditta tal-investiment li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, it-tali ditti tal-investiment għandhom jivverifikaw id-daqs tal-assi totali tagħhom fuq bażi ta' kull xahar u jinformaw lil xulxin. Imbagħad, kull trimestru dawk id-ditti tal-investiment għandhom jirrapportaw l-assi totali kombinati tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u lill-EBA.

3.  Jekk il-medja tal-assi totali ta' kull xahar tad-ditti tal-investiment imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 tilħaq xi wieħed mil-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikkalkolati tul perjodu ta' tnax-il xahar konsekuttivi, l-EBA għandha tinnotifika lil dawk id-ditti tal-investiment u lill-awtoritajiet kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu [8a] tad-Direttiva 2013/36/UE dwar dan.

4.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 biex ikun jista' jsir monitoraġġ effettiv tal-livelli limitu stabbiliti fil-paragrafu 1(a) u (b) tal-Artikolu [8a] tad-Direttiva 2013/36/UE.

L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-[1 ta' Jannar 2019].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu, f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

IT-TMIEN PARTIATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 54Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(2), 12(5), 15(5) u 38(5) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(2) u 15(5) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(2) u 15(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu fi żmien [xahrejn] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 55Atti ta' implimentazzjoni

L-ispeċifikazzjoni tal-formoli għad-divulgazzjoni stipulata fl-Artikolu 48(2) u tal-formati, tad-dati ta' rapportar, tad-definizzjonijiet u tas-soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jiġu applikati għar-rapportar kif stipulat fl-Artikolu 52(2) għandha tiġi adottata bħala atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 56(2).

Artikolu 56Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Banek Ewropej, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE[15]. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16].

2.  Jekk issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

ID-DISA' PARTIDISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI, RAPPORTI, ANALIŻI U EMENDI

TITOLU IDISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

Artikolu 57Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.  L-Artikoli 42 sa 44 u 45 sa 51 għandhom japplikaw għal negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet minn [ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

2.  Sa ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew mid-data ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(1)(b) u (c) skont [il-Kapitolu 1 (a) u 1 (b) tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, f'konformità mal-Artikolu 1(84) tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward il-proporzjon ta' lieva, il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012], skont liema jiġi l-ewwel, ditta tal-investiment għandha tapplika r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 11, id-ditti tal-investiment jistgħu jillimitaw ir-rekwiżiti kapitali tagħhom għal perjodu ta' ħames snin [mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] kif ġej:

(a)  id-doppju tar-rekwiżit kapitali rilevanti skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu 1 tat-Tielet Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li kieku baqgħu soġġetti għal dak ir-Regolament;

(b)  id-doppju tar-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi applikabbli stabbilit fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament meta ditta tal-investiment ma kinitx teżisti fid-data jew qabel id-[data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament];

(c)  id-doppju tar-rekwiżit kapitali inizjali applikabbli stabbilit fit-Titolu IV tad-Direttiva 2013/36/UE fid-[data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] jekk impriża kienet soġġetta biss għal rekwiżit kapitali inizjali sa dak iż-żmien.

Artikolu 58Deroga għall-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) 575/2013

Id-ditti tal-investiment li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) 575/2013 u li għadhom ma kisbux l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikomplu jkunu soġġetti għar-Regolament (UE) 575/2013 u għad-Direttiva 2013/36/UE.

TITOLU IIRAPPORTI U RIEŻAMIJIET

Artikolu 59Klawżola ta' rieżami

1.  Sa [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami u tressaq rapport, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk xieraq, dwar dawn li ġejjin:

(a)  il-kundizzjonijiet biex id-ditti tal-investiment jikkwalifikaw bħala ditti żgħar u mhux interkonnessi f'konformità mal-Artikolu 12;

(b)  il-metodu għall-kejl tal-fatturi-K fit-Titolu II tat-Tielet Parti u fl-Artikolu 38;

(c)  il-koeffiċjenti fl-Artikolu 15(2);

(d)  id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 42 sa 44;

(e)  id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tat-Tielet Parti;

(f)  l-applikazzjoni tat-Tielet Parti għan-negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet.

(fa)  il-modifika tad-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 bħala riżultat tal-punt (a) tal-Artikolu 60(2) ta' dan ir-Regolament u l-konsegwenzi negattivi potenzjali mhux mistennija;

(fb)  id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u l-allinjament tagħhom ma' qafas konsistenti għal ekwivalenza fis-servizzi finanzjarji;

(fc)  il-livelli limitu msemmija fl-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament;

(fd)  l-applikazzjoni tal-istandards tar-Rieżami Fundamentali tal-Portafoll tan-Negozjar għad-ditti tal-investiment;

(fe)  il-metodu tal-kejl tal-valur ta' derivattiva fil-punt (b) tal-Artikolu 32(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 20(2), u l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta' sistema metrika u/jew ta' kalibrazzjoni alternattiva;

(ff)  l-adegwatezza ta' nuqqas ta' applikazzjoni ta' restrizzjonijiet għal impriżi ta' servizzi anċillari kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(fg)  il-ħtieġa li jiġu żviluppati għodod makroprudenzjali biex jiġu indirizzati riskji speċifiċi li d-ditti tal-investiment jistgħu joħolqu għall-istabbiltà finanzjarja.

2.  Sa [3 snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tressaq rapport komprensiv tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill▌.

TITOLU IIIEMENDI

Artikolu 60Emendi tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 hu emendat kif ġej:

1.  Fit-titolu, il-kliem "u d-ditti tal-investiment" huwa mħassar.

2.  L-Artikolu 4(1) hu emendat kif ġej:

(a)  Il-punt (1) hu ssostitwit b'dan li ġej:

(1) "istituzzjoni ta' kreditu" tfisser impriża li n-negozju tagħha jikkonsisti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  li tieħu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il-pubbliku u tagħti krediti f'isimha stess;

(b)  li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin, iżda l-impriża ma tkunx negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, impriża tal-investiment kollettiv jew impriża tal-assigurazzjoni:   

i) il-valur totali tal-assi tal-impriża jaqbeż it-EUR 30 biljun, jew

ii) il-valur totali tal-assi tal-impriża ma jaqbiżx it-EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali kombinat tal-assi tal-impriżi kollha fil-grupp li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE u jkollhom assi totali li ma jaqbżux it-EUR 30 biljun, jaqbeż it-EUR 30 biljun, jew

iii) il-valur totali tal-assi tal-impriża ma jaqbiżx it-EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali kombinat tal-assi tal-impriżi kollha fil-grupp li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE jaqbeż it-EUR 30 biljun, fejn is-superviżuri li jkunu responsabbli għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 8a tad-Direttiva 2013/36/UE u s-superviżur tal-konsolidazzjoni f'konsultazzjoni mal-kollega superviżur jiddeċiedu hekk sabiex jindirizzaw riskji potenzjali ta' ċirkomvenzjoni u riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni.

Għall-finijiet tal-punti (ii) u (iii), meta l-impriża tkun parti minn grupp ta' pajjiż terz, l-assi totali ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzati fl-Unjoni jiġu inklużi fil-valur totali kkombinat tal-assi tal-impriżi kollha fil-grupp.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-livelli limiti kollha huma kkalkolati fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni.

(b)  Il-punt (2) hu ssostitwit b'dan li ġej:

"(2) "ditta tal-investiment" tfisser persuna kif definit fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, li tkun awtorizzata skont dik id-Direttiva, minbarra istituzzjoni ta' kreditu;".

(c)  Il-punt (3) hu ssostitwit b'dan li ġej:

(3)  "istituzzjoni" tfisser istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE jew impriża msemmija fl-Artikolu 8a(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;".

(d)  il-punt (4) huwa mħassar;

(e)  Il-punt (26) hu ssostitwit b'dan li ġej:

"(26) "istituzzjoni finanzjarja" tfisser impriża oħra għajr istituzzjoni, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjonijiet jew li ssegwi attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-punti 2 sa 12 u l-punt 15, tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluża ditta tal-investiment, kumpanija azzjonarja finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni ta' pagament fis-sens tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern, u kumpanija tal-immaniġġar tal-assi, iżda esklużi kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/UE;".

(f)  Il-punt (51) hu ssostitwit b'dan li ġej:

"(51) "kapital inizjali" tfisser l-ammont u t-tipi ta' fondi proprji speċifikati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/36/UE;";

(g)  Jiżdied il-punt (145):

"(145) "negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet" tfisser impriżi li n-negozju prinċipali tagħhom jikkonsisti esklużivament fil-forniment ta' servizzi jew ta' attivitajiet ta' investiment relatati ma' derivattivi ta' komoditajiet jew ma' kuntratti ta' derivattivi ta' komoditajiet imsemmija fil-punti 5, 6, 7, 9 u 10, derivattivi tal-kwoti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt 4, jew kwoti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt 11 tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;".

3.  L-Artikolu 6 hu emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 4 hu ssostitwit b'dan li ġej:

"(4) L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fis-Sitt u fis-Seba' Parti fuq bażi individwali.".

(b)  il-paragrafu 5 huwa mħassar.

4.  Fil-Parti I, Titolu II, Kapitolu 2 dwar il-konsolidazzjoni prudenzjali, jiddaħħal Artikolu 10a ġdid:

"Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru u kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-Unjoni għandhom jinkludu ditti tal-investiment meta t-tali ditti tal-investiment ikunu impriżi prinċipali ta' istituzzjoni.".

5.  Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 hu ssostitwit b'dan li ġej:

"3. L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE u istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fis-Sitt Parti fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' dik l-istituzzjoni prinċipali, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, jekk il-grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment waħda jew aktar awtorizzati li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE".

6.  L-Artikolu 15 huwa mħassar.

7.  L-Artikolu 16 huwa mħassar.

8.  L-Artikolu 17 huwa mħassar.

9.  Fl-Artikolu 81, il-punt (a) tal-paragrafu 1 hu ssostitwit b'dan li ġej:

"(a) is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)  istituzzjoni;

(ii)  impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;

(iii)  ditta tal-investiment;".

10.  Fl-Artikolu 82, il-punt (a) tal-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"(a) is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)  istituzzjoni;

(ii)  impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;

(iii)  ditta tal-investiment;".

11.  L-Artikolu 93 hu emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 3 huwa mħassar.

(b)  Il-paragrafi 4, 5 u 6 huma ssostitwiti b'dan li ġej:

"4. Jekk il-kontroll ta' istituzzjoni li taqa' fil-kategorija msemmija fil-paragrafu 2 jittieħed minn persuna fiżika jew ġuridika minbarra mill-persuna li preċedentement kienet tikkontrolla l-istituzzjoni, l-ammont tal-fondi proprji ta' dik l-istituzzjoni għandu jilħaq l-ammont ta' kapital inizjali meħtieġ.

5. Jekk ikun hemm fużjoni ta' żewġ istituzzjonijiet jew aktar li jaqgħu fil-kategorija msemmija fil-paragrafi 2, l-ammont tal-fondi proprji tal-istituzzjoni bħala riżultat tal-fużjoni ma għandux jaqa' taħt it-total tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet fużi meta tkun saret il-fużjoni, sakemm l-ammont ta' kapital inizjali meħtieġ ma jkunx intlaħaq.

6. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jkun meħtieġ li biex jiżguraw is-solvenza ta' istituzzjoni għandu jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 4 ma għandhomx japplikaw.".

12.  It-Taqsima 2 tal-Kapitolu I, Titolu I, it-Tielet Parti hija mħassra fi [5 snin mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) ____/____IFR].

12a.  Fl-Artikolu 119, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

  "5.  L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti u soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli għal dawk applikati għall-istituzzjonijiet f'termini ta' robustezza għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ir-rekwiżiti prudenzjali definiti fir-Regolament (UE) ---/--- [IFR] għandhom jiġu kkunsidrati bħala paragunabbli għal dawk applikati għal istituzzjonijiet f'termini ta' robustezza."

13.  Fl-Artikolu 197, il-punt (c) tal-paragrafu 1 hu ssostitwit b'dan li ġej:

"(c) titoli ta' dejn maħruġa minn istituzzjonijiet u minn ditti tal-investiment li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI li ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-ponderazzjoni tar-riskju ta' skoperturi għal istituzzjonijiet skont il-Kapitolu 2;".

14.  Fl-Artikolu 202, il-frażi ta' introduzzjoni hija ssostitwita b'dan li ġej:

"Istituzzjoni tista' tuża istituzzjonijiet, ditti tal-investiment, kumpaniji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u aġenziji ta' esportazzjoni tal-kreditu bħala fornituri eliġibbli ta' protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu li jikkwalifikaw għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 153(3) fejn jilħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:".

15.  L-Artikolu 388 huwa mħassar.

16.  Fl-Artikolu 456(1) il-punti (f) u (g) huma mħassra.

17.  Fl-Artikolu 493 il-paragrafu 2 huwa mħassar.

18.  L-Artikolu 498 huwa mħassar.

19.  Fl-Artikolu 508 il-paragrafi 2 u 3 huma mħassra.

Artikolu 61

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 600/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 huwa emendat kif ġej:

(-1)  It-titolu tat-Titolu III huwa sostitwit b'dan li ġej:

  "TRASPARENZA GĦALL-INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI U GĦAD-DITTI TAL-INVESTIMENT LI JINNEGOZJAW OTC u R-REĠIM TAD-DAQS TAL-FLUTTWAZZJONIJIET GĦAL INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI"

(-1a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 17aDaqsijiet tal-fluttwazzjonijiet

Il-kwotazzjonijiet tal-internalizzaturi sistematiċi, it-titjib tal-prezz fuq dawk il-kwotazzjonijiet u l-prezzijiet tal-eżekuzzjoni, għandhom jikkonformaw mad-daqs tal-fluttwazzjonijiet b'mod konformi mal-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/65/UE."

(-1b)  Fl-Artikolu 40(1), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

  "Projbizzjoni jew restrizzjoni tista' tapplika f'ċirkustanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-ESMA u tista' tiġi applikata direttament lil kumpanija maniġerjali skont il-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE u għal maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv skont il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE."

(-1c)  Fl-Artikolu 42(2), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

  "Projbizzjoni jew restrizzjoni tista' tapplika f'ċirkustanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-awtorità kompetenti u tista' tiġi applikata direttament lil kumpanija maniġerjali skont il-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE u għal maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv skont il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE."

(1)  L-Artikolu 46 hu emendat kif ġej:

  (-a)  il-paragrafu 1 hu ssostitwit b'dan li ġej:

"1.   Ditta minn pajjiż terz tista' tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta' investiment elenkati fil-punti (1), (2), (4), (5), (7), (8) jew (9) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, flimkien ma' servizzi anċillari jew le, lil kontropartijiet eliġibbli u lil klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva .../.../UE stabbiliti fl-Unjoni kollha mingħajr l-istabbiliment ta' fergħa f'każ li tkun reġistrata fir-reġistru tad-ditti minn pajjiżi terzi li żżomm l-ESMA skont l-Artikolu 47."

(a)  fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt (d) li ġej:

"(d) id-ditta stabbilixxiet l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa biex tirrapporta l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 6a.";

(b)  jiżdied il-paragrafu 6a li ġej:

"6a. Ditti minn pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet skont dan l-Artikolu għandhom, fuq bażi annwali, jinformaw lill-ESMA dwar dan li ġej:

(a)  l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa mid-ditti fl-Unjoni;

(b)  il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi li jikkorrispondi għas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a);

(c)  jekk sarux arranġamenti għall-protezzjoni tal-investituri, u deskrizzjoni dettaljata tagħhom;

(d)  il-politika u l-arranġamenti tal-immaniġġar tar-riskji applikati mid-ditta fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a).";

(c)  il-paragrafu   huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"7. L-ESMA, b'konsultazzjoni mal-ABE, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li ditta applikant minn pajjiż terz trid tipprovdi fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u l-informazzjoni li għandha tiġi rappurtata f'konformità mal-paragrafu 6a.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [id-data għadha trid tiddaħħal].

Il-Kummissjoni qiegħda tiġi delegata bis-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(d)  jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:

"8. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format li fih l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi ppreżentata u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6a għandha tiġi rapportata.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [id-data għadha trid tiddaħħal].

Il-Kummissjoni qiegħda tiġi delegata bis-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.".

(2)   L-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:

(a)  l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni skont il-proċedura ▌msemmija fl-Artikolu 50 fir-rigward ta' pajjiż terz li tiddikjara li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' dak il-pajjiż terz jiżguraw dan kollu li ġej:

(a)  li d-ditti awtorizzati f'dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma' rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali, tal-kontroll intern u tal-kondotta tan-negozju legalment vinkolanti, li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, fid-Direttiva 2013/36/UE, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva (UE) ----/-- [IFD] u r-Regolament (UE) ----/--- [IFR] u d-Direttiva 2014/65/UE u fil-miżuri implimentattivi adottati skont dawk ir-Regolamenti u d-Direttivi;

(b)  li d-ditti awtorizzati f'dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali, tal-kontroll intern u tal-kondotta tan-negozju applikabbli u legalment vinkolanti; u

(c)  li l-qafas legali ta' dak il-pajjiż terz jipprovdi għal sistema ekwivalenti u effettiva għar-rikonoxximent tad-ditti tal-investiment awtorizzati skont reġimi legali ta' pajjiżi terzi;

Jekk is-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti minn pajjiżi terzi fl-Unjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu x'aktarx ikunu ta' importanza sistemika għall-Unjoni, ir-rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali, tal-kontroll intern u tal-kondotta tan-negozju legalment vinkolanti msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitqiesu biss li jkollhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fl-atti msemmija f'dak is-subparagrafu wara valutazzjoni dettaljata u granulari. Għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta u tqis il-konverġenza superviżorja bejn il-pajjiż terz konċernat u l-Unjoni.

Meta tadotta d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra jekk il-pajjiż terz huwiex identifikat bħala ġurisdizzjoni li ma tikkooperax għal skopijiet ta' taxxa skont il-politika rilevanti tal-Unjoni jew bħala pajjiż b'riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849.";

(b)  fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c) il-proċedura li tikkonċerna l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji inklużi investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post.";

(ba)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"2a. "Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 50 biex tiċċara l-kundizzjonijiet li l-għoti ta' servizzi jew it-twettiq ta' attivitajiet huma meħtieġa li jissodisfaw sabiex jitqiesu bħala li x'aktarx ikunu ta' importanza sistemika għall-Unjoni."

(bb)  il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

  "4. Ditta minn pajjiż terz ma tistax tibqa' teżerċita d-drittijiet skont l-Artikolu 46(1) meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni f'konformità mal-proċedura ▌msemmija fl-Artikolu 50 li tirtira d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz."

(c)  jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

"5. L-ESMA għandha timmonitorja l-iżviluppi regolatorji u superviżorji, il-prattiki ta' infurzar u żviluppi oħra fis-suq rilevanti f'pajjiżi terzi li għalihom ikunu ġew adottati deċiżjonijiet ta' ekwivalenza mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1, sabiex tivverifika jekk il-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ikunu ttieħdu dawk id-deċiżjonijiet għadhomx issodisfati. L-Awtorità għandha tissottometti rapport ▌dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi annwali.".

(ca)  jiżdied il-paragrafu 5a li ġej:

"5a. Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi annwali, tipprovdi lill-Parlament Ewropew b'lista tad-deċiżjonijiet ta' ekwivalenza mogħtija, sospiżi jew irtirati, inkluża spjegazzjoni dwar ir-raġunament li jappoġġja dawk id-deċiżjonijiet;

Artikolu 62Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)   Fl-Artikolu 4(2) jiżdied il-punt (v) li ġej:

"(v) fir-rigward tar-Regolament (UE) ----/---- [IFR] u tad-Direttiva ----/--/UE [IFD], l-awtoritajiet kompetenti kif definit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE)----/-- [IFD].'".

L-GĦAXAR PARTIDISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 63Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi [...] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika minn [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

2a.  Minkejja l-paragrafu 2, il-punt (-1) tal-Artikolu 61(1) għandu japplika minn... [20 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea].

3.  Għall-finijiet ta' rekwiżiti prudenzjali ta' ditti tal-investiment, ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'atti oħra tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

  • [1]    [ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0. / Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali].
  • [2]    [ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0. / Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali].
  • [3] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [4]   ĠU C […], […], p. […].
  • [5]   ĠU C […], […], p. […].
  • [6]   Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338-436)
  • [7]   Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1-337)
  • [8]   Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1-44)
  • [9]   Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/488 tal-4 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 fir-rigward tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal ditti abbażi tal-ispejjeż ġenerali fissi (ĠU L 78, 24.3.2015, p. 1)
  • [10]   Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ, tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, tar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, tar-riskju tas-suq, tal-iskoperturi għall-kontropartijiet ċentrali, tal-iskoperturi għall-impriżi ta' investiment kollettiv, tal-iskoperturi kbar, tar-rekwiżiti ta' rapportar u ta' divulgazzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012.
  • [11]   Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1-36)
  • [12]   Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
  • [13]   Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
  • [14]    Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
  • [15]   Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE tal-5 ta' Novembru 2003 li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Banek Ewropej (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 36).
  • [16]   Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment

Referenzi

COM(2017)0790 – C8-0453/2017 – 2017/0359(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.12.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

18.1.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

18.1.2018

BUDG

18.1.2018

ITRE

18.1.2018

JURI

18.1.2018

 

AFCO

18.1.2018

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

31.1.2018

BUDG

24.1.2018

ITRE

23.1.2018

JURI

24.1.2018

 

AFCO

26.2.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Markus Ferber

23.1.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.5.2018

19.6.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

24.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Barbara Kappel, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Anne Sander, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Steven Woolfe, Marco Zanni, Esther de Lange

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Doru-Claudian Frunzulică, Ramón Jáuregui Atondo, Jeppe Kofod, Marcus Pretzell, Romana Tomc, Lieve Wierinck, Roberts Zīle, Sophia in ‘t Veld

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Julia Pitera, Sabine Verheyen

Data tat-tressiq

27.9.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

Sophia in 't Veld, Lieve Wierinck

ECR

Sander Loones, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Roberts Zīle

ENF

Barbara Kappel

PPE

Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Werner Langen, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Julia Pitera, Anne Sander, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere, Sabine Verheyen, Esther de Lange

S&D

Pervenche Berès, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Doru-Claudian Frunzulică, Roberto Gualtieri, Ramón Jáuregui Atondo, Jeppe Kofod, Olle Ludvigsson, Pedro Silva Pereira

Verts/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

8

-

EFDD

Bernard Monot, Marco Valli

ENF

Marcus Pretzell, Marco Zanni

GUE/NGL

Marisa Matias, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

NI

Steven Woolfe

0

0

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Ottubru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza