Proċedura : 2017/2177(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0299/2018

Testi mressqa :

A8-0299/2018

Dibattiti :

PV 23/10/2018 - 20
CRE 23/10/2018 - 20

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2018 - 11.7
CRE 24/10/2018 - 11.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0406

IT-TIENI RAPPORT     
PDF 688kWORD 59k
2.10.2018
PE 623.711v01-00 A8-0299/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2177(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Bart Staes

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2177(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8‑0087/2018),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018(3) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2016, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil,

–  wara li kkunsidra l-azzjonijiet meħuda mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni u mill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil wara d-deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta' April 2018 li tipposponi l-kwittanza li wasslet għar-riżenja tas-Sur José Carreira mill-kariga ta' Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil fis-6 ta' Ġunju 2018;

–  wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ tat-3 ta' Settembru 2018 u l-miżuri korrettivi ppreżentati diġà meħuda mid-Direttur Eżekuttiv ad interim il-ġdid tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil wara l-ħatra tiegħu f'Ġunju 2018;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0299/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ad interim il-ġdid tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2177(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8‑0087/2018),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018(9) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2016, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0299/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2177(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0299/2018),

A.  billi l-istituzzjonijiet deċentralizzati kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala korpi tal-Unjoni;

B.  billi r-rwol tal-Parlament fir-rigward tal-kwittanza baġitarja huwa speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u fir-Regolament Finanzjarju kif ukoll fir-Regolament Finanzjarju Strutturali;

1.  Jissottolinja l-importanza ta' azzjoni responsabbli, b'sens ta' responsabbiltà u trasparenza, u skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti kollha, fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

2.  Ifakkar fir-rwol tal-Parlament fil-proċedura ta' kwittanza, kif regolat mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regoli ta' Proċedura tiegħu;

3.  Jilqa' l-fatt li d-deċiżjoni inizjali tat-18 ta' April 2018 li tipposponi l-kwittanza wasslet għall-miżuri korrettivi qawwija meħuda mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni, mill-Bord Maniġerjali u mid-Direttur Eżekuttiv ad interim il-ġdid tal-Uffiċċju;

4.  Jirrikonoxxi li, apparti t-tlestija tal-investigazzjoni tal-OLAF kontra t-tmexxija preċedenti tal-Uffiċċju, il-miżuri korrettivi meħuda offrew rispons suffiċjenti għar-riżervi ppreżentati mill-Parlament fid-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018 li tipposponi l-kwittanza;

L-investigazzjoni li għadha għaddejja mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

5.  Ifakkar il-fatt li l-investigazzjoni tal-OLAF li għadha għaddejja bħalissa tikkonċerna diversi membri, kemm preċedenti kif ukoll attwali, tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ("l-Uffiċċju") li kienu jokkupaw jew li għadhom jokkupaw karigi maniġerjali għolja jew medji;

6.  Jinnota b'apprezzament id-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tas-6 ta' Ġunju 2018 li jirrilaxxa lid-Direttur Eżekuttiv minn dmirijietu b'effett immedjat; jilqa' bi pjaċir il-ħatra ta' Direttur Eżekuttiv ad interim, li mhuwiex soġġett għall-investigazzjoni tal-OLAF; jiddispjaċih, madankollu, li l-Bord ta' Tmexxija ma ħax din l-azzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess ħafna aktar kmieni fil-proċess, fatt li kien jevita d-dewmien fil-proċedura ta' kwittanza;

7.  Jilqa' l-azzjoni li diġà ttieħdet mid-Direttur Eżekuttiv ad interim biex tittejjeb l-istruttura ta' tmexxija tal-Uffiċċju, titreġġa' lura t-trasparenza u terġa' tinbena l-fiduċja; jissottolinja l-importanza tal-ġlieda kontra n-nuqqasijiet fil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li nstabu preċedentement; jistieden lill-Uffiċċju jħejji pjan direzzjonali komprensiv u dettaljat li jindika t-triq 'il quddiem; barra minn hekk, jappella lill-Uffiċċju f'dan ir-rigward biex jinkludi fil-pjan direzzjonali proġett ċar biex tiġi rrestawrata l-fiduċja fit-tmexxija, speċjalment b'kunsiderazzjoni tal-fatt li tmexxija kompetenti u effettiva hija fundamentali fid-dawl tal-isfidi li l-Uffiċċju qed iħabbat wiċċu magħhom b'mod ġenerali, u b'mod partikolari, biex jiġi żgurat li r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-għadd sinifikanti ta' persunal ġdid previst għall-2018 u l-2019 jkunu ta' tali livell li l-Uffiċċju se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu persunal motivat sew u ta' kwalità għolja u li se jkun hemm inqas ċaqliq ta' persunal, biex b'hekk jinżamm l-għarfien u l-esperjenza miksuba;

8.  Jistieden lill-OLAF jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tal-investigazzjoni hekk kif din tingħalaq;

9.  Jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament jintegra s-sejbiet mir-rapport tal-OLAF fir-rapport ta' kwittanza tal-Uffiċċju għall-2017 u, biex b'hekk jiżgura li jiġu implimentati bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet il-ġodda possibbli lill-Uffiċċju;

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom

10.  Ifakkar fis-sejbiet materjali li għamlet il-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") fir-rigward ta' żewġ proċeduri ta' akkwist sinifikanti minn ħamsa mill-2016, li l-pagamenti għalihom saru matul dik is-sena, u li jindikaw in-nuqqas ta' rigorożità fil-proċeduri ta' akkwist tal-Uffiċċju;

11.  Jistenna li jittieħdu l-azzjonijiet kollha possibbli biex jiġu rkuprati l-pagamenti irregolari mis-sena baġitarja 2016: EUR 920 561 (proċedura ta' akkwist għall-forniment ta' servizzi tal-ivvjaġġar) u EUR 592 273 (kuntratt qafas għal servizzi interim bħala appoġġ għar-rispons tal-Uffiċċju għall-kriżi tal-migrazzjoni);

12.  Jibqa' mħasseb dwar l-iżvilupp tal-ispejjeż ta' rimborż tal-ivvjaġġar; jinnota li fl-2014, ġew rimborżati EUR 997 506, fl-2015 ir-rimborżi kienu jammontaw għal EUR 987 515 u fl-2016 ir-rimborżi kienu jammontaw għal EUR 1 012 147; jinnota li l-parteċipanti li jaqgħu fil-kategorija A għandhom kompiti speċifiċi x'jissodisfaw matul il-laqgħat; jinnota t-tnaqqis tar-rimborżi tal-kategorija A, li waqgħu minn 69 % fl-2014 għal 52 % fl-2015 u għal 37 % fl-2016; jinsab imħasseb dwar id-diskrepanza evidenti bejn iż-żieda fl-ammont ta' xogħol għall-Uffiċċju u l-livell aktar baxx ta' parteċipanti fil-kategorija-A; jissottolinja li ż-żieda fir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u t-tnaqqis ta' persuni tal-kategorija-A preżenti tista' tindika skema ta' rimborż arbitrarja;

13.  Jinnota, għal darb'oħra, li l-programm ta' ħidma tal-Uffiċċju jinkludi l-attivitajiet ta' appoġġ operazzjonali tiegħu f'"hotspots" f'xi Stati Membri; jissottolinja l-importanza ta' din l-attività u jenfasizza l-konsegwenzi usa' għall-Unjoni kollha jekk il-kompiti ma jiġux ippjanati, immaniġġjati u eżegwiti kif suppost; iħeġġeġ bil-qawwa lill-persunal tal-Uffiċċju biex jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu b'mod xieraq fir-rigward ta' kwistjonijiet amministrattivi u ta' xogħol fuq il-post;

14.  Jiddispjaċih għall-ħsara li saret lill-immaġni tal-Uffiċċju minħabba l-iżbalji li nstabu fil-proċeduri ta' akkwist imsemmija aktar kmieni; itenni li l-kontroll effettiv jista' jiġi żgurat biss meta jkun hemm trasparenza sħiħa f'dawn il-proċeduri;

15.  Jilqa' l-pjanijiet ta' azzjoni mfassla mill-Uffiċċju biex jinstab rimedju għall-kwistjonijiet identifikati mill-Qorti, b'mod partikolari:

  - il-proċedura ta' akkwist għall-għoti ta' servizzi tal-ivvjaġġar (l-Aġenzija tal-Ivvjaġġar FCM) ġiet sostitwita bi proċedura miftuħa għall-offerti li ġiet iffinalizzata u li wasslet għall-konklużjoni ta' kuntratt ġdid;

  - il-kuntratt qafas għal servizzi interim fil-Greċja (Randstad) ġie sostitwit bi proċedura miftuħa għall-offerti li ġiet iffinalizzata u li wasslet għall-konklużjoni ta' kuntratt ġdid;

16.  Jilqa' bi pjaċir il-miżuri meħuda mill-Uffiċċju biex isaħħaħ il-proċeduri ta' akkwist, b'mod partikolari ż-żieda ta' persunal f'karigi għoljin u ta' persunal ta' appoġġ addizzjonali fis-settur tal-akkwist;

o

o o

17.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

27.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

8

7

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Jonathan Bullock, Tamás Deutsch, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Wolf Klinz, Arndt Kohn, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Joachim Zeller, Dennis de Jong

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Karin Kadenbach

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT

8

+

ECR

Monica Macovei

EFDD

Jonathan Bullock

PPE

Richard Ashworth, Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Joachim Zeller

7

-

ALDE

Wolf Klinz

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

S&D

Bogusław Liberadzki, Georgi Pirinski

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

6

0

EFDD

Marco Valli

S&D

Inés Ayala Sender, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Gilles Pargneaux

NI

Cătălin Sorin Ivan

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 79.

(2)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 79.

(3)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0140.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 79.

(8)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 79.

(9)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0140.

(10)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(11)

ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0140.

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza