RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir
2.10.2018 - (12389/2017 – C8‑0173/2018 – 2017/0169(NLE)) - ***
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Emilian Pavel
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir
(12389/2017 – C8‑0173/2018 – 2017/0169(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12389/2017),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12388/2017),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0173/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0304/2018),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Commonwealth tal-Bahamas.
NOTA SPJEGATTIVA
Dan il-ftehim dwar eżenzjoni mill-viża għas-soġġorni qosra fl-istess ħin jikkostitwixxi l-aqwa punt tal-approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas, li għandu sinifikat politiku kbir fil-kuntest tal-Ftehim ta' Cotonou. Il-ftehim emendatorju jiżgura koerenza legali, kif ukoll armonizzazzjoni fost l-Istati Membri, billi jaderixxi mad-definizzjoni l-ġdida ta' soġġorn qasir kif previst mill-emenda tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, li tipprovdi interpretazzjoni aktar ċara ta' "soġġorn qasir".
Il-Bahamas huwa membru tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, tal-Assoċjazzjoni tal-Istati tal-Karibew, tal-Komunità tal-Karibew (għalkemm mhux tas-Suq Uniku u tal-Ekonomija Unika tal-CARICOM), tal-Moviment Mhux Allineat, tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani u tan-Nazzjonijiet Uniti.
Il-Bahamas huwa fost l-aktar pajjiżi sinjuri fir-reġjun tal-Karibew; illum sar ċentru finanzjarju u reġistru tal-bastimenti sinifikanti, fost l-akbar fid-dinja f'termini tat-tunnellaġġ gross irreġistrat.
Mil-lat politiku, il-Bahamas huwa monarkija kostituzzjonali li tagħraf lir-Reġina Eliżabetta II bħala kap tal-istat. Gvernatur Ġenerali magħżul fuq il-parir tal-kabinett jirrappreżenta lir-Reġina. Il-pajjiż huwa demokrazija parlamentari b'leġiżlatura bikamerali.
Id-djalogu politiku tal-UE mad-diversi pajjiżi tal-AKP, u mal-Commonwealth tal-Bahamas b'mod partikolari, qed jitqawwa gradwalment. Dan il-ftehim jista' jippermettilna nissuktaw is-sħubija tagħna f'qafas ġuridiku ċar. L-emendar tal-eżenzjoni tal-viża se jkompli jibgħat messaġġ pożittiv ta' appoġġ għal dan il-pajjiż u għall-isforzi li qed jagħmel.
Barra minn hekk, ir-rapporteur jenfasizza l-impatt xejn negliġibbli li l-eżenzjoni mill-viża se jkollha fuq it-tqarrib bejn il-popli tal-Ewropa u tal-Bahamas. Il-ftehim ġdid ta' eżenzjoni mill-viża sejjer jippermetti li ċ-ċittadini mhux biss igawdu bis-sħiħ mis-sħubija AKP-UE, iżda jkomplu jipparteċipaw fiha billi jivvjaġġaw bi prezz imraħħas, ekonomiku u prattiku f'qafas ġuridiku aktar ċar u koerenti.
F'dan il-kuntest ir-rapporteur jilqa' r-rwol tal-membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, li kkontribwew bil-kbir għall-konklużjoni ta' dan il-ftehim li, barra minn hekk, se jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.
Dispożizzjonijiet speċifiċi
Is-sitwazzjoni partikolari tar-Renju Unit u tal-Irlanda titqies fil-premessi. Għalhekk, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex sejrin jipparteċipaw fil-ftehim konkluż u mhumiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet tiegħu.
L-involviment mill-qrib tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen huwa rifless ukoll f'dikjarazzjoni konġunta annessa mal-Ftehim. Id-dikjarazzjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' dawn il-pajjiżi jikkonkludu mill-aktar fis possibbli ftehimiet bilaterali mal-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir f'termini simili għal dawk tal-Ftehim preżenti.
**
Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur jirrakkomanda li l-Membri tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament li jagħtu l-appoġġ tagħhom lil dan ir-rapport u li l-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir |
||||
Referenzi |
12389/2017 – C8-0173/2018 – COM(2017)0394 – 2017/0169(NLE) |
||||
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
30.4.2018 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 28.5.2018 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Emilian Pavel 25.9.2017 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
21.11.2017 |
20.2.2018 |
27.9.2018 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
27.9.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Asim Ademov, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Rachida Dati, Tanja Fajon, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Kinga Gál, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Helga Stevens, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Cecilia Wikström, Auke Zijlstra, Sophia in ‘t Veld |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Carlos Coelho, Pál Csáky, Jeroen Lenaers, Innocenzo Leontini, Andrejs Mamikins, Emilian Pavel, John Procter, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ilhan Kyuchyuk, Georg Mayer, Sabine Verheyen |
||||
Data tat-tressiq |
2.10.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
34 |
+ |
|
ALDE |
Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Ilhan Kyuchyuk, Cecilia Wikström |
|
ECR |
Daniel Dalton, John Procter, Helga Stevens |
|
ENF |
Georg Mayer |
|
GUE/NGL |
Marie-Christine Vergiat |
|
PPE |
Asim Ademov, Carlos Coelho, Pál Csáky, Rachida Dati, Kinga Gál, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Innocenzo Leontini, Csaba Sógor, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Traian Ungureanu, Sabine Verheyen |
|
S&D |
Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Emilian Pavel, Birgit Sippel |
|
VERTS/ALE |
Judith Sargentini, Bodil Valero |
|
1 |
- |
|
ENF |
Auke Zijlstra |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni