Proċedura : 2018/0173(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0307/2018

Testi mressqa :

A8-0307/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2018 - 11.16

Testi adottati :

P8_TA(2018)0415

RAPPORT     *
PDF 579kWORD 53k
4.10.2018
PE 626.675v01-00 A8-0307/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/83/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku

(COM(2018)0334 – C8‑0269/2018 – 2018/0173(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Miguel Viegas

(Proċedura simplifikata – l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/83/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku

(COM(2018)0334 – C8‑0269/2018 – 2018/0173(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0334),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0269/2018),,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0307/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Id-Direttiva 92/83/KEE dwar l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku tistabbilixxi r-regoli komuni dwar l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa applikati għall-alkoħol u għax-xorb alkoħoliku, inklużi l-birra u l-inbid. Din id-Direttiva tiddefinixxi u tikklassifika t-tipi differenti ta' alkoħol u xorb alkoħoliku skont il-karatteristiċi tagħhom u tipprovdi qafas legali għar-rati mnaqqsa, l-eżenzjonijiet u d-derogi f'xi setturi, bħall-prodotti intermedjari użati fil-preparazzjoni tal-inbejjed magħmula f'ċerti reġjuni tar-Renju ta' Spanja.

Sa mill-adozzjoni tad-Direttiva fl-1992, l-ewwel u l-unika evalwazzjoni nbdiet fl-2014. Għalhekk, id-Direttiva ġiet identifikata mill-Kummissjoni biex tiġi evalwata skont il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) tal-Kummissjoni.

Ġie osservat li d-Direttiva mhijiex tlaħħaq mal-isfidi u mal-opportunitajiet li joffru t-teknoloġiji u l-iżviluppi l-ġodda fl-industrija tal-alkoħol. Ġew identifikati xi problemi u għad hemm xi ineffiċjenzi li jistgħu joħolqu distorsjonijiet tas-suq intern. Id-diversità kbira fil-livelli tad-dazju bejn l-Istati Membri, li tipprovdi inċentiv kbir għall-evażjoni tat-taxxa, flimkien ma' dgħufijiet oħra fit-tfassil tat-taxxa, tesiġi l-użu ta' proċeduri amministrattivi onerużi kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi. Dawn l-ispejjeż amministrattivi u ta' konformità sproporzjonati għall-operaturi ekonomiċi jillimitaw il-parteċipazzjoni ta' intrapriżi żgħar u medji fil-kummerċ intra-UE tal-alkoħol u tax-xorb alkoħoliku. Ladarba l-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, jistgħu għalhekk jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, konformement mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

L-oqsma prinċipali li fuqhom l-istudju u l-valutazzjoni tal-impatt kienu ffukati jinkludu dan li ġej:

1)  In-nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet għall-alkoħol żnaturat. Il-proposta tfittex li żżid iċ-ċertezza legali billi tiċċara l-artikoli rilevanti tad-Direttiva.

2)  In-nuqqasijiet fil-klassifikazzjoni ta' ċertu xorb alkoħoliku. Qed jiġi propost li l-kategorija l-oħra ta' xorb fermentat eżistenti tinqasam f'żewġ subkategoriji. L-ewwel subkategorija se żżomm it-trattament attwali, filwaqt li t-tieni waħda se tiddefinixxi u tindirizza b'mod separat ix-xorb l-ieħor iffermentat b'mod tradizzjonali.

3)  In-nuqqasijiet fl-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa għall-produtturi ż-żgħar u għax-xorb alkoħoliku b'qawwa alkoħolika baxxa. Qed tiġi inkluża proposta għall-estensjoni tar-rati mnaqqsa għall-produtturi ż-żgħar tas-sidru u żieda fil-livell limitu li għalih jistgħu jiġu applikati r-rati mnaqqsa għall-birra. Qed jiġi propost ukoll l-iżvilupp ta' ċertifikat uniformi fl-UE kollha għall-birreriji żgħar indipendenti u għall-produtturi tas-sidru.

4)  Dispożizzjonijiet mhux ċari għall-kejl tal-gradi Plato għall-birra ħelwa jew aromatizzata. Il-proposta tfittex li żżid iċ-ċertezza legali permezz ta' kjarifika tal-artikoli rilevanti.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku

Referenzi

COM(2018)0334 – C8-0269/2018 – 2018/0173(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

13.6.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Date announced in plenary

ECON

2.7.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Date appointed

Miguel Viegas

20.6.2018

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

1.10.2018

Eżami fil-kumitat

1.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

1.10.2018

 

 

 

Data tat-tressiq

4.10.2018

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza