RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) 509/2007 u (KE) 1300/2008
10.10.2018 - (COM(2018)0149– C8-0126/2018– 2018/0074(COD) - ***I
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Alain Cadec
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) 509/2007 u (KE) 1300/2008
(COM(2018)0149 – C8-0126/2018 – 2018/0074(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0149),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0126/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' April 2018[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0310/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Titolu | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
Proposta għal |
Proposta għal | |||||||||||||||||||||||||||
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL | |||||||||||||||||||||||||||
li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) 509/2007 u (KE) 1300/2008 |
- li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) 509/2007 u (KE) 1300/2008 | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(4) L-objettivi tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li s-sajd u l-akkwakultura jkunu ambjentalment sostenibbli għat-terminu twil ta' żmien, li jiġi applikat l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd. |
(4) L-objettivi tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li s-sajd u l-akkwakultura jkunu ambjentalment sostenibbli għat-terminu twil ta' żmien u jkunu ġestiti b'mod konsistenti mal-għanijiet ta' ġenerazzjoni ta' benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi , li titnaqqas id-dipendenza tas-suq tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet tal-ikel, li jiġi promoss il-ħolqien dirett u indirett ta' impjiegi u l-iżvilupp ekonomiku taż-żoni kostali, li jiġi applikat l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
(4a) Skont il-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u kompetizzjoni ġusta bejn il-baċiri tal-baħar, għandu jkun hemm qafas uniformi fil-pjanijiet pluriennali kollha u l-ebda deroga speċifika għall-baċiri tal-baħar fir-rigward tal-prinċipji għall-iffissar tal-kwoti. | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Li jitħallew derogi f'dan il-pjan mill-obbligu legali li l-istokkijiet jiġu ripristinati u jinżammu 'l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu MSY qabel l-2020 u li jmorru lil hinn mill-firxiet ta' FMSY maqbula f'MAPs preċedenti mhux biss ifisser li jkunu qed jiddilwixxu l-PKS u jagħmlu ħsara lill-istokkijiet tal-ħut iżda wkoll ikun inġust għas-sajjieda fil-Baħar Baltiku u fil-Baħar tat-Tramuntana li huma obbligati li jibqgħu fi ħdan il-qafas miftiehem mingħajr eżenzjonijiet. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 5 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(5) Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS, iridu jiġu adottati għadd ta' miżuri ta' konservazzjoni skont kif ikun xieraq fi kwalunkwe kombinazzjoni, bħal pjanijiet pluriennali, miżuri tekniċi, l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd. |
(5) Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS, iridu jiġu adottati għadd ta' miżuri ta' konservazzjoni skont kif ikun xieraq fi kwalunkwe kombinazzjoni, bħal pjanijiet pluriennali, miżuri tekniċi, l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd f'konformità mal-aqwa parir xjentifiku disponibbli. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
(5a) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistabbilixxi espressament l-għan li jiġu ripristinati u jinżammu popolazzjonijiet ta' speċijiet li jinstadu 'l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistipula li l-istokkijiet kollha, jekk jista' jkun sal-2015 iżda mhux aktar tard mill-2020, jenħtieġ li gradwalment jilħqu l-livell tar-rata tal-qbid li jipproduċi r-rendiment massimu sostenibbli. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 6 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(6) Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali jridu jkunu bbażati fuq pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi. Skont dawk id-dispożizzjonijiet, jenħtieġ li dan il-pjan ikun fih l-għanijiet, il-miri kwantifikabbli bi skedi ta' żmien ċari, punti ta' referenza għall-konservazzjoni, salvagwardji u miżuri tekniċi maħsubin biex jevitaw u jnaqqsu l-qabdiet inċidentali. |
(6) Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali jridu jkunu bbażati fuq pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi. Skont dawk id-dispożizzjonijiet, jenħtieġ li dan il-pjan ikun fih l-għanijiet, il-miri kwantifikabbli bi skedi ta' żmien ċari, punti ta' referenza għall-konservazzjoni, salvagwardji u miżuri tekniċi maħsubin biex jevitaw u jnaqqsu l-qabdiet inċidentali, biex jiġi minimizzat l-impatt fuq l-ambjent marittimu, b'mod partikolari d-disturb tal-ħabitat u ta' qiegħ il-baħar, kif ukoll biex jinkisbu l-objettivi soċjali u ekonomiċi. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 8 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(8) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikseb l-aħjar parir xjentifiku disponibbli għall-istokkijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-pjan pluriennali. Biex tagħmel dan trid tikkonkludi Memorandi ta' Qbil mal Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES). Il-parir xjentifiku li jinħareġ mill-ICES jeħtieġ li jkun ibbażat fuq dan il-pjan pluriennali u li jindika, b'mod partikolari, il-meded tal-FMSY u tal-punti ta' referenza tal-bijomassa, jiġifieri l-Btrigger u l-Blim. Jeħtieġ li dawk il-valuri jkunu indikati fil-parir rilevanti għal kull stokk u, meta jkun jixraq, f'kull parir xjentifiku ieħor li jkun disponibbli għall-pubbliku, pereżempju anki fil-pariri dwar is-sajd imħallat li joħroġ l-ICES. |
(8) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikseb l-aħjar parir xjentifiku disponibbli għall-istokkijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-pjan pluriennali. Biex tagħmel dan, trid tikkonkludi b'mod partikolari Memorandi ta' Qbil mal Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES). Il-parir xjentifiku li jinħareġ mill-ICES jenħtieġ li jkun ibbażat fuq dan il-pjan pluriennali u li jindika, b'mod partikolari, il-meded tal-FMSY u tal-punti ta' referenza tal-bijomassa, jiġifieri l-MSY Btrigger u l-Blim. Jenħtieġ li dawk il-valuri jkunu indikati fil-parir rilevanti għal kull stokk u, meta jkun jixraq, f'kull parir xjentifiku ieħor li jkun disponibbli għall-pubbliku, pereżempju anki fil-pariri dwar is-sajd imħallat u/jew ta' speċijiet multipli li joħroġ l-ICES. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 9 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(9) Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/200418, (KE) Nru 2166/200519, (KE) Nru 388/200620, (KE) Nru 509/200721,(KE) Nru 1300/200822 u (KE) Nru 1342/200823 jistipulaw ir-regoli għall-isfruttament tal-istokk tal-merluzz fit-Tramuntana, tal-istokkijiet tal-merluzz u tal-iskampu fil-Baħar ta' Cantabria u qrib in-naħa tal-Punent tal-Peniżola Iberika, tal-lingwata fil-Bajja ta' Biskajja, tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent, tal-aringi fin-naħa tal-Punent tal-Iskozja u tal-bakkaljaw fil-Kattegat, fin-naħa tal-Punent tal-Iskozja tal-Baħar tat-Tramuntana, u fil-Baħar Irlandiż. Dawn u stokkijiet ta' ħut demersali oħrajn jittieħdu fis-sajd imħallat. Għalhekk jixraq li jiġi stabbilit pjan pluriennali uniku li jqis dawn l-interazzjonijiet tekniċi. |
(9) Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/200418, (KE) Nru 2166/200519, (KE) Nru 388/200620, (KE) Nru 509/200721,(KE) Nru 1300/200822 u (KE) Nru 1342/200823 jistipulaw ir-regoli għall-isfruttament tal-istokk tal-merluzz fit-Tramuntana, tal-istokkijiet tal-merluzz u tal-iskampu fil-Baħar ta' Cantabria u qrib in-naħa tal-Punent tal-Peniżola Iberika, tal-lingwata fil-Bajja ta' Biskajja, tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent, tal-aringi fin-naħa tal-Punent tal-Iskozja u tal-bakkaljaw fil-Kattegat, fin-naħa tal-Punent tal-Iskozja tal-Baħar tat-Tramuntana, u fil-Baħar Irlandiż. Dawn u stokkijiet ta' ħut demersali oħrajn jittieħdu fis-sajd imħallat u/jew ta' speċijiet multipli. Għalhekk jixraq li jiġi stabbilit pjan pluriennali uniku li jqis dawn l-interazzjonijiet tekniċi. | |||||||||||||||||||||||||||
_________________ |
_________________ | |||||||||||||||||||||||||||
18 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004 tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi l-miżuri għall-irkupru tal-ħażna ta' marlozz tat-Tramuntana (ĠU L 150, 30.4.2004, p. 1) |
18 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004 tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi l-miżuri għall-irkupru tal-ħażna ta' marlozz tat-Tramuntana (ĠU L 150, 30.4.2004, p. 1) | |||||||||||||||||||||||||||
19 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz tan-Nofsinhar u l-awwista Norveġiża fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' speċijiet zgħar ta' ħlejjaq tal-baħar (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5) |
19 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz tan-Nofsinhar u l-awwista Norveġiża fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' speċijiet żgħar ta' ħlejjaq tal-baħar (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5) | |||||||||||||||||||||||||||
20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-isfruttament sostenibbli ta' stokkijiet tal-lingwata fil-Bajja ta' Biskajja (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 1) |
20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-isfruttament sostenibbli ta' stokkijiet tal-lingwata fil-Bajja ta' Biskajja (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 1) | |||||||||||||||||||||||||||
21 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2007 tas-7 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-ħażniet tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent (ĠU L 122, 11.5.2007, p. 7) |
21 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2007 tas-7 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-ħażniet tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent (ĠU L 122, 11.5.2007, p. 7) | |||||||||||||||||||||||||||
22 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokk ta' aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 6) |
22 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokk ta' aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 6) | |||||||||||||||||||||||||||
23 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20). |
23 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20). | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 11 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(11) Xi stokkijiet tal-ħut demersali huma sfruttati kemm fl-Ilmijiet tal-Punent kif ukoll fl-ilmijiet tal-madwar. Għaldaqstant, il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-pjan li għandhom rabta mal-miri u mas-salvagwardji għall-istokkijiet li prinċipalment jiġu sfruttati fl-Ilmijiet tal-Punent jeħtieġ li jiġi estiż saż-żoni 'l barra mill-Ilmijiet tal-Punent. Barra minn hekk, għall-istokkijiet li jinsabu wkoll fl-Ilmijiet tal-Punent li jiġu sfruttati b'mod prinċipali barra mill-Ilmijiet tal-Punent, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-miri u s-salvagwardji fil-pjanijiet pluriennali għaż-żoni fejn jiġu sfruttati dawk l-istokkijiet, 'il barra mill-Ilmijiet tal-Punent, u jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta'dawk il-pjanijiet biex ikun jinkludi l-Ilmijiet tal-Punent. |
(11) Xi stokkijiet tal-ħut demersali huma sfruttati kemm fl-Ilmijiet tal-Punent kif ukoll fl-ilmijiet tal-madwar. Għaldaqstant, il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-pjan li għandhom rabta mal-miri u mas-salvagwardji għall-istokkijiet tal-ħut demersali li prinċipalment jiġu sfruttati fl-Ilmijiet tal-Punent jenħtieġ li jiġi estiż saż-żoni ta' dawn l-istokkijiet 'il barra mill-Ilmijiet tal-Punent, dment li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi. Barra minn hekk, għall-istokkijiet li jinsabu wkoll fl-Ilmijiet tal-Punent li jiġu sfruttati b'mod prinċipali barra mill-Ilmijiet tal-Punent, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-miri u s-salvagwardji fil-pjanijiet pluriennali għaż-żoni fejn jiġu sfruttati dawk l-istokkijiet tal-ħut demersali, 'il barra mill-Ilmijiet tal-Punent, u jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta'dawk il-pjanijiet biex ikun jinkludi l-Ilmijiet tal-Punent. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 11a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
(11a) Il-pjan ta' ġestjoni jenħtieġ li ma jillimitax ruħu li jikkunsidra mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fuq medda qasira ta' żmien, ħaġa li tiġġenera inċertezza u nuqqas ta' trasparenza għas-settur. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 12 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(12) L-ambitu ġeografiku tal-pjan pluriennali jeħtieġ li jkun ibbażat fuq id-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet indikati fil-parir xjentifiku dwar l-istokkijiet l-aktar riċenti li jingħata mill-ICES. Jistgħu jkunu meħtieġa xi bidliet fid-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet stabbiliti fil-pjan pluriennali, jew għax ikun hemm informazzjoni xjentifika aħjar, jew minħabba l-migrazzjoni tal-istokkijiet. Għalhekk, jeħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati li jaġġustaw id-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet stabbiliti fil-pjan pluriennali jekk il-parir xjentifiku tal-ICES ikun jindika bidla fid-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet rilevanti. |
(12) L-ambitu ġeografiku tal-pjan pluriennali jenħtieġ li jkun ibbażat fuq id-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet indikati fil-parir xjentifiku dwar l-istokkijiet tal-ħut demersali l-aktar riċenti li jingħata mill-ICES. Jistgħu jkunu meħtieġa xi bidliet fid-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet stabbiliti fil-pjan pluriennali, jew għax ikun hemm informazzjoni xjentifika aħjar, jew minħabba l-migrazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut demersali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati li jaġġustaw id-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet stabbiliti fil-pjan pluriennali jekk il-parir xjentifiku tal-ICES, jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali, ikun jindika bidla fid-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet rilevanti. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 14 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(14) L-għan ta' dan il-pjan irid ikun li jgħin biex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS, u b'mod partikolari, li jintlaħaq u jinżamm ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY) f'dawk l-istokkijiet, li jiġi implimentat l-obbligu ta' ħatt l-art għall-istokkijiet tal-ħut demersali soġġett għal-limiti ta' qbid, li jiġi promoss livell ta' għajxien diċenti għan-nies li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd, u ma jintnesewx l-aspetti soċjoekonomiċi u s-sajd kostali. Irid ukoll jimplimenta metodu ta' ġestjoni tas-sajd li jkun ibbażat fuq l-ekosistema biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Irid ikun jaqbel mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-għan li jintlaħaq status ambjentali tajjeb sal-2020 (bi qbil mad-Direttiva 2008/56/KE) u mal-għanijiet tad-Direttiva 2009/147/KE u tad-Direttiva 92/43/KEE. Dan il-pjan irid ukoll jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art fil-partijiet tal-Unjoni tal-Ilmijiet tal-Punent fir-rigward tal-istokkijiet kollha ta' dawk l-ispeċijiet li japplika għalihom l-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
(14) L-għan ta' dan il-pjan jenħtieġ li jkun li jgħin biex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS, u b'mod partikolari, li jintlaħqu u jinżammu stokkijiet koperti b'dan ir-Regolament 'il fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, li jiġi implimentat l-obbligu ta' ħatt l-art għall-istokkijiet tal-ħut demersali soġġett għal-limiti ta' qbid, li jiġi promoss livell ta' għajxien diċenti għan-nies li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd, u ma jintnesewx l-aspetti soċjoekonomiċi u s-sajd kostali. jenħtieġ ukoll li jimplimenta metodu ta' ġestjoni tas-sajd li jkun ibbażat fuq l-ekosistema biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Jenħtieġ li jkun jaqbel mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-għan li jintlaħaq status ambjentali tajjeb sal-2020 (bi qbil mad-Direttiva 2008/56/KE) u mal-għanijiet tad-Direttiva 2009/147/KE u tad-Direttiva 92/43/KEE. Dan il-pjan jenħtieġ ukoll li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art fil-partijiet tal-Unjoni tal-Ilmijiet tal-Punent fir-rigward tal-istokkijiet kollha ta' speċijiet li jinstadu fis-sajd demersali u li għalihom japplika l-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 16 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(16) Jixraq li tiġi stabbilita mira għall-mortalità mis-sajd (F) li taqbel mal-għan li jinkiseb u jinżamm rendiment massimu sostenibbli (MSY) fil-forma ta' meded ta' valuri li jkunu konsistenti mal-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli (FMSY). Dawk il-meded, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli, huma meħtieġa biex ikun hemm biżżejjed flessibbiltà biex ikun jista' jsir addattament skont l-iżviluppi fil-parir xjentifiku, biex jgħinu fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art u biex tingħata wisa' għall-karatteristiki tas-sajd imħallat. Il-meded tal-FMSY iridu jiġu kkalkulati mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), b'mod partikolari fil-parir tiegħu dwar il-qabdiet perjodiċi. Abbażi ta' dan il-pjan dawn il-meded jiġu dderivati biex ma jingħatax aktar minn 5 % tnaqqis fir-rendiment fuq żmien twil meta mqabbel mar-rendiment massimu sostenibbli (MSY)24. L-ogħla medda għandha limitu massimu biex il-probabbiltà li l-istokk jinżel għal inqas minn Blim ma tkunx ogħla minn 5 %. Dak l-ogħla limitu jikkonforma wkoll mar-regola rakkomandata tal-ICES li tindika li meta l-bijomassa riproduttiva jew l-abbundanza jkunu fi stat ħażin, il-mortalità mis-sajd (F) titnaqqas għal valur li ma jaqbiżx l-ogħla limitu li jkun ugwali għall-valur tal-punt tal-FMSY immultiplikat bil-bijomassa riproduttiva jew bl-abbundanza fis-sena tal-qabda totali permissibbli (TAC) diviż bi MSY Btrigger. L-ICES iqis dawn il-kwistjonijiet u r-regola rakkomandata meta jagħti l-parir xjentifiku dwar il-mortalità mis-sajd u l-għażliet tal-qabdiet. |
(16) Jixraq li tiġi stabbilita mira għall-mortalità mis-sajd (F) li taqbel mal-għan li jinkiseb u jinżamm rendiment massimu sostenibbli (MSY) fil-forma ta' meded ta' valuri li jkunu konsistenti mal-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli (FMSY). Dawk il-meded, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli, huma meħtieġa biex ikun hemm biżżejjed flessibbiltà biex ikun jista' jsir addattament skont l-iżviluppi fil-parir xjentifiku, biex jgħinu fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art u biex tingħata wisa' għall-karatteristiki tas-sajd imħallat. Il-meded tal-FMSY jenħtieġ li jiġu kkalkulati, fost l-oħrajn, b'mod partikolari mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), b'mod partikolari fil-parir tiegħu dwar il-qabdiet perjodiċi. Abbażi ta' dan il-pjan dawn il-meded jiġu dderivati biex ma jingħatax aktar minn 5 % tnaqqis fir-rendiment fuq żmien twil meta mqabbel mar-rendiment massimu sostenibbli (MSY)24. L-ogħla medda għandha limitu massimu biex il-probabbiltà li l-istokk jinżel għal inqas minn Blim ma tkunx ogħla minn 5 %. Dak l-ogħla limitu jikkonforma wkoll mar-regola rakkomandata tal-ICES li tindika li meta l-bijomassa riproduttiva jew l-abbundanza jkunu fi stat ħażin, il-mortalità mis-sajd (F) titnaqqas għal valur li ma jaqbiżx l-ogħla limitu li jkun ugwali għall-valur tal-punt tal-FMSY immultiplikat bil-bijomassa riproduttiva jew bl-abbundanza fis-sena tal-qabda totali permissibbli (TAC) diviż bi MSY Btrigger. L-ICES iqis dawn il-kwistjonijiet u r-regola rakkomandata meta jagħti l-parir xjentifiku dwar il-mortalità mis-sajd u l-għażliet tal-qabdiet. | |||||||||||||||||||||||||||
___________ |
___________ | |||||||||||||||||||||||||||
24 Talba tal-UE lill-ICES biex jipprovdi l-meded tal-FMSY għal stokkijiet magħżulin fis-subżoni 5 sa 10 tal-ICES |
24 Talba tal-UE lill-ICES biex jipprovdi l-meded tal-FMSY għal stokkijiet magħżulin fis-subżoni 5 sa 10 tal-ICES | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 16a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
(16a) Sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-mira tal-mortalità mis-sajd (F) bħala li ma taqbiżx ir-rata ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli. Din ir-rata jenħtieġ li tinkiseb malajr kemm jista' jkun u fuq bażi progressiva u inkrementali sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha li dan ir-Regolament japplika għalihom. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 20 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(20) Għandu jkun possibbli li l-qabdiet totali permissibbli (TACs) għall-iskampu fl-Ilmijiet tal-Punent jiġu ffissati bħala s-somma tal-limiti tal-qbid stabbiliti għal kull unità funzjonali, u s-somma tal-limiti tal-qbid fir-rettangoli statistiċi 'l barra mill-unitajiet funzjonali, f'dik iż-żona ta' qabdiet totali permissibbli. Madankollu, dan ma jipprekludix l-adozzjoni ta' miżuri biex jiġu protetti unitajiet funzjonali speċifiċi. |
(20) Jenħtieġ li jkun possibbli li l-qabdiet totali permissibbli (TACs) għal stokk tal-iskampu fl-Ilmijiet tal-Punent jiġu ffissati bħala s-somma tal-limiti tal-qbid stabbiliti għal kull unità funzjonali, u s-somma tal-limiti tal-qbid fir-rettangoli statistiċi 'l barra mill-unitajiet funzjonali fiż-żona definita għal dan l-istokk. Madankollu, dan ma jipprekludix l-adozzjoni ta' miżuri biex jiġu protetti unitajiet funzjonali speċifiċi. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 21a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
(21a) Jenħtieġ li jiġu stabbiliti minn issa projbizzjonijiet speċifiċi tas-sajd fir-rigward tal-ispnott u l-pollakkju, partikolarment għall-protezzjoni tal-ġenituri ta' dawk l-ispeċijiet matul l-istaġun tat-tgħammir. Sabiex jiġu protetti l-livelli dejjem iktar baxxi tal-istokk tal-ispnott u tal-pollakkju, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu miżuri xierqa ta' rkupru kummerċjali u rikreattiv kif iddeterminat mill-aħjar evidenza xjentifika disponibbli. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 22 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(22) Meta l-Kunsill iqis impatt sinifikanti tas-sajd rikreattiv fil-qafas tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċertu stokk, irid ikun jista' jiffissa qabda totali permissibbli għall-qabdiet kummerċjali li tqis il-volum tal-qabdiet rikreattivi u/jew li jadotta miżuri oħrajn li jillimitaw is-sajd rikreattiv, bħalma huma limiti tal-qabdiet u perjodi ta' għeluq. |
(22) Meta l-mortalità mis-sajd rikreattiv ikollha impatt sinifikanti fuq stokk ġestit abbażi tal-MSY, il-Kunsill għandu jkun jista' jiffissa opportunitajiet tas-sajd individwali u mhux diskriminatorji għas-sajjieda rikreattivi. Dawk l-opportunitajiet individwali tas-sajd rikreattiv jenħtieġ li jkopru perjodi li ma jistgħux ikunu ta' anqas minn xahar, f'konformità mar-realtajiet prattiċi u tal-qabdiet fis-sajd rikreattiv. Huwa wkoll xieraq li l-qabdiet rikreattivi ta' ċerti speċijiet li għandhom valur kummerċjali għoli jkunu karatterizzati minn qtugħ ta' parti mid-denb, sabiex jiġu limitati l-possibbiltajiet ta' użu illegali ta' dawk il-qabdiet fil-kanali kummerċjali tal-ħut. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 23 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(23) Biex jikkonforma mal-obbligu ta' ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jeħtieġ li l-pjan jipprevedi li jerġgħu jiġu speċifikati miżuri ta' ġestjoni addizzjonali bi qbil mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
(23) Biex jikkonforma mal-obbligu ta' ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u biex jiġu minimizzati l-impatti negattivi fuq l-ekosistema, jenħtieġ li l-pjan jipprevedi li jerġgħu jiġu speċifikati miżuri ta' ġestjoni addizzjonali, b'mod partikolari miżuri biex gradwalment jiġi evitat u jiġi eliminat il-qbid skartat u biex jiġi minimizzat l-impatt negattiv tas-sajd fuq l-ekosistema, filwaqt li jitqies l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, fejn xieraq, bi qbil mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Jenħtieġ ukoll li jiġi speċifikat li l-obbligu ta' ħatt l-art ma għandux japplika għal sajd rikreattiv. Fin-nuqqas ta' rakkomandazzjonijiet konġunti, il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati. | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Il-PKS tistipula fl-Artikolu 2.5 li l-qbid skartat għandu jitneħħa gradwalment billi l-ewwel nett jiġu evitati u mnaqqsa kemm jista' jkun qabdiet mhux mixtieqa. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 23a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
(23a) Sabiex jiġu protetti speċijiet u ħabitats sensittivi, b'mod partikolari dawk f'periklu kritiku u affettwati minħabba l-pressjoni tas-sajd, il-pjan jenħtieġ li jistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni għas-sajd ikkonċernat, inklużi l-modifika tal-irkaptu tal-bastiment, il-modifika tal-attivitajiet tal-bastiment u modifiki tal-bastiment innifsu. Jenħtieġ li l-pjan jipprevedi li jerġgħu jiġu speċifikati miżuri ta' ġestjoni addizzjonali bi qbil mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu analiżi tal-baċiri tal-baħar, u l-format u l-iskedi ta' żmien għas-sottomissjoni u l-approvazzjoni ta' miżuri ta' ġestjoni. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 24a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
(24a) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew dwar l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli li sar użu minnhom għall-finijiet tal-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd jew l-applikazzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja mill-Kunsill, u li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew minn qabel dwar is-sitwazzjonijiet li għalihom il-pariri xjentifiċi jistgħu jwasslu għal bidliet importanti fl-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 25 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(25) Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni perjodika mill-Kummissjoni tal-adekwatezza u l-effikaċja tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skont il-parir xjentifiku. Jeħtieġ li l-pjan jiġi evalwat sa ... [ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull ħames snin wara dan. Dak il-perjodu jagħti ż-żmien biex jiġi implimentat bis-sħiħ l-obbligu ta' ħatt l-art, u biex jiġu adottati, implimentati, u jagħmlu l-effetti tagħhom fuq l-istokkijiet u fuq is-sajd il-miżuri reġjonali. Dan il-perjodu huwa wkoll il-perjodu minimu meħtieġ mill-korpi xjentifiċi. |
(25) Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-adekwatezza u l-effikaċja tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skont il-parir xjentifiku. Jenħtieġ li l-pjan jiġi evalwat sa ... [ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u d-dispożizzjonijiet tiegħu li jirrigwardaw il-mekkaniżmu ta' ġestjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd direttament abbażi tal-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli jenħtieġ li jintemmu fil-31 ta' Diċembru ... [is-seba' sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Dak il-perjodu jagħti ż-żmien biex jiġi implimentat bis-sħiħ l-obbligu ta' ħatt l-art, u biex jiġu adottati u implimentati miżuri reġjonali. Dan il-perjodu huwa wkoll il-perjodu minimu meħtieġ mill-korpi xjentifiċi għall-valutazzjoni tal-effetti fuq l-istokkijiet u s-sajd, u sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jingħataw biżżejjed żmien biex jiddeċiedu dwar kwalunkwe proposta ġdida għall-ġestjoni pluriennali ta' dawn l-istokkijiet. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 26 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(26) Biex isir adattament għall-progress tekniku u xjentifiku fil-ħin u b'mod proporzjonat, u biex tkun żgurata l-flessibbiltà u tiġi permessa jkunu jistgħu jevolvu ċerti miżuri, bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti dwar is-supplimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fejn għandu x'jaqsam mal-miżuri ta' rimedju u mal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art. Huwa importanti ħafna li waqt ix-xogħol ta' tħejjija l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet li hemm bżonn, anki ma' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skon il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar It-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet25. B'mod partikolari biex tkun aċċertata parteċipazzjoni ekwa fit-tħejjija tal-atti delegati, trid tiżgura li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-isess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u li dawn l-esperti jkollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qegħdin ifasslu l-atti delegati. |
(26) Biex isir adattament għall-progress tekniku u xjentifiku fil-ħin u b'mod proporzjonat, u biex tkun żgurata l-flessibbiltà u biex tiġi permessa l-evoluzzjonita' ċerti miżuri, bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti dwar is-supplimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fejn għandu x'jaqsam mal-miżuri ta' rimedju u mal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art. Huwa importanti ħafna li waqt ix-xogħol ta' tħejjija l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa mal-Kunsilli Konsultattivi affettwati, anki ma' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar It-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet25. B'mod partikolari biex tkun aċċertata parteċipazzjoni ekwa fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-isess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u li dawn l-esperti jkollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qegħdin ifasslu l-atti delegati. | |||||||||||||||||||||||||||
_________________ |
_________________ | |||||||||||||||||||||||||||
25 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1. |
25 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 28 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(28) L-applikazzjoni ta' referenzi dinamiċi għall-meded tal-FMSY u għall-punti ta' referenza għall-konservazzjoni tkun tiggarantixxi li dawn il-parametri, li huma essenzjali biex jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd, ma jiskadux, u li l-Kunsill dejjem ikun jista' juża l-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Barra minn hekk, għandu jiġi segwit dak l-approċċ li jipprovdi r-referenzi dinamiċi skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, għall-ġestjoni tal-istokkijiet fil-Baħar Baltiku. F'dan il-kuntest, "l-aħjar parir xjentifiku" jirreferi għal parir xjentifiku li jkun disponibbli għall-pubbliku u li jkun appoġġat mid-dejta xjentifika u mill-metodi xjentifiċi l-aktar riċenti, u li jkun inħareġ jew ġie evalwat minn korp xjentifiku indipendenti li jkun rikonoxxut fl-Unjoni Ewropea jew f'livell internazzjonali. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1139 jiġi emendat. |
(28) L-applikazzjoni ta' referenzi dinamiċi għall-meded tal-FMSY u għall-punti ta' referenza għall-konservazzjoni tkun tiggarantixxi li dawn il-parametri, li huma essenzjali biex jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd, ma jiskadux, u li l-Kunsill dejjem ikun jista' juża l-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi segwit dak l-approċċ li jipprovdi r-referenzi dinamiċi skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, għall-ġestjoni tal-istokkijiet fil-Baħar Baltiku għal seba' snin. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tissottometti wkoll rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli li sar użu minnhom, u jenħtieġ li tinforma lill-Parlament bil-quddiem meta pariri xjentifiċi jistgħu jwasslu għal varjazzjonijiet sinifikanti fid-determinazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. F'dan il-kuntest, "l-aħjar parir xjentifiku" jirreferi għal parir xjentifiku li jkun disponibbli għall-pubbliku li jiġi rivedut minn esperti mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) jew minn korpi xjentifiċi oħra xierqa, bħall-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES). Dan irid jkun appoġġat mid-dejta xjentifika u mill-metodi xjentifiċi l-aktar riċenti disponibbli u jrid jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. | |||||||||||||||||||||||||||
_________________ |
| |||||||||||||||||||||||||||
27 Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1). |
| |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali ("il-pjan") għall-istokkijiet tal-ħut demersali, fosthom stokkijiet tal-baħar fond, li ġejjin, fl-Ilmijiet tal-Punent, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u fejn dawk l-istokkijiet ikunu mifruxin 'il barra mill-Ilmijiet tal-Punent, fl-Ilmijiet tal-madwar: |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali ("il-pjan") għall-istokkijiet tal-ħut demersali elenkati hawn taħt, fosthom l-istokkijiet tal-baħar fond,fl-Ilmijiet tal-Punent, u fejn dawk l-istokkijiet ikunu mifruxin 'il barra mill-Ilmijiet tal-Punent, fl-ilmijiet tagħhom tal-madwar li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi, kif ukoll is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet: | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(4) L-ispnotta tat-tbajja' (Dicentrarchus labrax) fit-taqsimiet 4b, 4c, 7a, u 7d–h; |
(4) L-ispnotta tat-tbajja' (Dicentrarchus labrax) fit-taqsimiet 4b, 4c, 7a, 7b, 7d–h, 7j, is-subżona 8 u t-taqsima 9a; | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-ispnott huwa speċi fil-mira ta' valur għoli. Il-ġestjoni abbażi tal-MSY hija indispensabbli biex isir l-aqwa użu mir-riżorsa. Iż-żona ta' distribuzzjoni tal-ispeċi hija usa' u m'hemm l-ebda indikazzjoni xjentifika rigward l-eżistenza ta' stokkijiet bijoloġiċi separati mit-48 parallel (it-tqassim f'żoni tal-ICES huwa prinċipalment marbut ma' differenzi f'termini ta' disponibbiltà tad-data). Minbarra n-natura ferm inġusta, ir-restrizzjonijiet tas-sajd deċiżi mill-Kunsill x'aktarx imexxu l-attivitajiet tas-sajd lejn iż-żona tan-Nofsinhar u jkomplu jżidu l-pressjoni fuq dan l-istokk. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt 23 – inċiż 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
– Fin-Nofsinhar tal-Bajja ta' Biskajja (FU 25); |
– Fin-Nofsinhar tal-Bajja ta' Biskajja (FU 23-24); | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Hemm żball fid-deżinjazzjoni tal-Unità Funzjonali fil-proposta tal-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt 24 – inċiż 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
– Fil-Galizja tal-Punent (FU 26-27); |
– Fil-Galizja tal-Punent (FU 26); | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Hemm żball fid-deżinjazzjoni tal-Unità Funzjonali fil-proposta tal-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt 24 – inċiż 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
– Fl-Ilmijiet Iberiċi (FU 28-29); |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Hemm żball fid-deżinjazzjoni tal-Unità Funzjonali fil-proposta tal-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt 24 – inċiż 2a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
– Fit-Tramuntana tal-Portugal (FU 27) | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Hemm żball fid-deżinjazzjoni tal-Unità Funzjonali fil-proposta tal-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt 24 – inċiż 2b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
– Ilmijiet Portugiżi (il-Portugall tan-Nofsinhar u l-Algarve) (FU 28–29) | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Hemm żball fid-deżinjazzjoni tal-Unità Funzjonali fil-proposta tal-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
Meta l-parir xjentifiku juri bidla fid-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet elenkati fl-ewwel sottoparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista' tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 15 li jemendaw dan ir-Regolament billi jaġġustaw iż-żoni speċifikati hawn fuq biex dawn jiġu jirriflettu l-bidla. Dawn l-aġġustamenti ma għandhomx ikabbru ż-żoni tal-istokkijiet 'il barra mill-Ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni 4 sa 10, u miż-żoni tas-CECAF 34.1.1., 34.1.2, u 34.2.0. |
Meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) juri bidla fid-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista' tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 15 li jemendaw dan ir-Regolament billi jaġġustaw iż-żoni speċifikati hawn fuq biex dawn jiġu jirriflettu l-bidla. Dawn l-aġġustamenti ma għandhomx ikabbru ż-żoni tal-istokkijiet 'il barra mill-Ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni 4 sa 10, u miż-żoni tas-CECAF 34.1.1., 34.1.2, u 34.2.0. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
2. Meta, abbażi tal-parir xjentifiku, il-Kummissjoni tkun tal-fehma li l-lista tal-istokkijiet stabbiliti fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 1 jeħtieġ li tiġi emendata, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta biex dik il-lista tiġi emendata. |
2. Meta, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-Kummissjoni tkun tal-fehma li l-lista tal-istokkijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jeħtieġ li tiġi emendata, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta biex dik il-lista tiġi emendata. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
3. Fir-rigward tal-ilmijiet tal-madwar koperti fil-pargrafu 1 ta' dan l-Artikolu, japplikaw biss l-Artikoli 4 u 6 u l-miżuri b'rabta mal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament. |
3. Fir-rigward tal-ilmijiet tal-madwar koperti fil-pargrafu 1 ta' dan l-Artikolu, japplikaw biss l-Artikoli 4 u 6, il-miżuri b'rabta mal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 7, l-Artikolu 9(3a) u u l-Artikolu 9a ta' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
4. Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-qabdiet inċidentali li jinqabdu fl-Ilmijiet tal-Punent waqt is-sajd tal-istokkijiet elenkati fil-paragrafu 1. Iżda fejn il-meded tal-FMSY u s-salvagwardji marbutin mal-bijomassa għal dawk l-istokkijiet ikunu stabbiliti f'atti legali oħrajn tal-Unjoni li jistabbilixxu l-pjanijiet pluriennali, japplikaw dawk il-meded u s-salvagwardji. |
4. Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-qabdiet inċidentali li jinqabdu fl-Ilmijiet tal-Punent waqt is-sajd tal-istokkijiet tal-ħut demersali elenkati fil-paragrafu 1 u għandu jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin kollha tal-baħar jirripristina u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda aktar 'il fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, bi qbil mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 4a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
4a. Dan ir-Regolament jispeċifika wkoll id-dettalji għall-implimentazzjoni ta' miżuri għall-imminimizzar tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, b'mod partikolari l-qabdiet inċidentali ta' speċijiet protetti, fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Ibħra tal-Punent għall-attivitajiet kollha tas-sajd f'dawk l-ilmijiet. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu analiżi tal-baċiri tal-baħar, u l-format u l-iskedi ta' żmien għas-sottomissjoni u l-approvazzjoni ta' miżuri ta' ġestjoni. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
5. Dan ir-Regolament jispeċifika wkoll id-dettalji għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art fil-partijiet tal-Unjoni tal-Ilmijiet tal-Punent fir-rigward tal-istokkijiet kollha ta' dawk l-ispeċijiet li japplika għalihom l-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
5. Dan ir-Regolament jispeċifika wkoll id-dettalji għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art fil-partijiet tal-Unjoni tal-Ilmijiet tal-Punent fir-rigward ta' stokkijiet ta' dawk l-ispeċijiet li japplika għalihom l-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u li jinqabdu fis-sajd demersali. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
6. Dan ir-Regolament jipprevedi miżuri tekniċi, kif stabbilit fl-Artikolu 8, li japplikaw fl-Ilmijiet tal-Punent għal kwalunkwe stokk. |
6. Dan ir-Regolament jipprevedi miżuri tekniċi għas-sajd kummerċjali u rikreattiv, kif stabbilit fl-Artikolu 8, li japplikaw fl-Ilmijiet tal-Punent għal kwalunkwe stokk ta' ħut demersali. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(2) "Il-medda tal-FMSY" tfisser medda ta' valuri li jingħataw fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), li fiha l-livelli kollha tal-mortalità mis-sajd jagħtu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY) fuq żmien twil ibbażat fuq mudell tas-sajd eżistenti u f'kundizzjonijiet ambjentali medji, mingħajr ma taffettwa b'xi mod sinifikanti l-proċess tar-riproduzzjoni tal-istokk ikkonċernat. Hija dderivata biex tagħti mhux aktar minn tnaqqis ta' 5 % rendiment fuq tul ta' żmien imqabbel mar-rendiment massimu sostenibbli. Din għandha limitu massimu biex il-probabbiltà li l-istokk jinżel għal inqas mill-punt ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk (Blim) ma tkunx iktar minn 5 %. |
(2) "Il-medda tal-FMSY" tfisser medda ta' valuri li jingħataw fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li fiha l-livelli kollha tal-mortalità mis-sajd jagħtu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY) fuq żmien twil ibbażat fuq mudell tas-sajd eżistenti u f'kundizzjonijiet ambjentali medji, mingħajr ma taffettwa b'xi mod sinifikanti l-proċess tar-riproduzzjoni tal-istokk ikkonċernat. Hija ġiet determinata biex tagħti mhux aktar minn tnaqqis ta' 5 % rendiment fuq tul ta' żmien imqabbel mar-rendiment massimu sostenibbli. Din għandha limitu massimu biex il-probabbiltà li l-istokk jinżel għal inqas mill-punt ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk (Blim) ma tkunx iktar minn 5 %. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(5) "Il-punt ta' valur tal-FMSY" huwa l-valur tal-mortalità mis-sajd stmat li b'mudell tas-sajd partikolari u bil-kundizzjonijiet ambjentali attwali jagħti r-rendiment massimu fuq terminu ta' żmien twil. |
(5) "L-FMSY" huwa l-valur tal-mortalità mis-sajd stmat li b'mudell tas-sajd partikolari u bil-kundizzjonijiet ambjentali attwali jagħti r-rendiment massimu fuq terminu ta' żmien twil. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(8) "Blim" tfisser id-daqs tal-punt ta' referenza tal-istokk li jingħata fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-ICES, li taħtu tista' titnaqqas il-kapaċità riproduttiva; |
(8) "Blim" tfisser id-daqs tal-punt ta' referenza tal-istokk li jingħata fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-ICES, jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li taħtu tista' titnaqqas il-kapaċità riproduttiva; | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(9) "MSY Btrigger" tfisser il-bijomassa riproduttiva tal-istokk, jew, fil-każ tal-iskampu - il-punt ta' referenza tal-abbundanza, li jingħata fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-ICES, li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta' ġestjoni speċifika u xierqa biex jiġi żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jirripristinaw l-istokkijiet 'il fuq mil-livelli li jkunu kapaċi jipproduċu l-MSY fuq terminu ta' żmien twil. |
(9) "MSY Btrigger" tfisser il-bijomassa riproduttiva tal-istokk, jew, fil-każ tal-iskampu - il-punt ta' referenza tal-abbundanza, li jingħata fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-ICES, jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta' ġestjoni speċifika u xierqa biex jiġi żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jirripristinaw l-istokkijiet 'il fuq mil-livelli li jkunu kapaċi jipproduċu l-MSY fuq terminu ta' żmien twil. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
(9a) "L-Aqwa parir xjentifiku disponibbli" tirreferi għal parir xjentifiku disponibbli għall-pubbliku li huwa appoġġat mid-dejta u l-metodi xjentifiċi l-aktar aġġornati li nħarġu jew li ġew evalwati minn esperti minn korp xjentifiku indipendenti rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, bħall-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u l-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
1. Il-pjan għandu jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'mod partikolari billi jintuża approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirripristina l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet li jinstadu u jżommhom 'il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY. |
1. Il-pjan għandu jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'mod partikolari billi jintuża approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirripristina l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet li jinstadu u jżommhom 'il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY. Minbarra li jsegwi s-sostenibbiltà ambjentali, il-pjan għandu jiġi ġestit b'mod konsistenti mal-objettivi ta' ġenerazzjoni ta' benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, filwaqt li jikkontribwixxi għad-disponibbiltà tal-prodotti tal-ikel. | |||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-rata ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli għandha tinkiseb b'mod gradwali għall-istokkijiet kollha, u mhux aktar tard mill-2020, u għandha tinżamm minn hemm 'il quddiem. | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Minbarra d-dimensjoni ambjentali, huwa importanti li titqies id-dimensjoni soċjali u ekonomika tas-sajd u l-akkwakultura, kif stabbilit bir-Regolament 1380/2013. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
2. Il-pjan għandu jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tal-iskartar tal-ħut billi kemm jista' jkun jevita u jnaqqas il-qabdiet inċidentali, u jgħin fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 rigward l-ispeċijiet li huma soġġetti għal-limiti tal-qbid u li japplika għalihom dan ir-Regolament. |
2. Il-pjan għandu jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tal-iskartar tal-ħut billi kemm jista' jkun jevita u jnaqqas il-qabdiet inċidentali, inkluż bl-użu ta' rkaptu u tekniki tas-sajd innovattivi u selettivi, u jgħin, sa fejn possibbli, fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 rigward l-ispeċijiet li huma soġġetti għal-limiti tal-qbid u li japplika għalihom dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
3. Il-pjan għandu jimplimenta metodu ta' ġestjoni tas-sajd li jkun ibbażat fuq l-ekosistema biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Għandu jkun jaqbel mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b'mod partikolari bl-għan li jikseb status ambjentali tajjeb sal-2020, kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE u fl-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2009/147/KE u fl-Artikoli 6 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE. |
3. Il-pjan għandu jimplimenta metodu ta' ġestjoni tas-sajd li jkun ibbażat fuq l-ekosistema biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar, u b'mod partikolari fuq il-ħabitats vulnerabbli u l-ispeċijiet protetti, inklużi l-mammiferi tal-baħar, ir-rettili tal-baħar, l-għasafar tal-baħar, l-ammonti, is-sikek tal-fond u l-ġonna tal-korall jew aggregazzjonijiet ta' sponoż, jiġu minimizzati u preferibbilment jiġu eliminati sabiex jiġi żgurat li s-sajjieda jkomplu jistadu b'mod sostenibbli u selettiv. Għandu jkun jaqbel mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b'mod partikolari bl-għan li jikseb status ambjentali tajjeb sal-2020, kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE u fl-għanijiet stabbiliti fid-Direttiva 2009/147/KE u fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt b | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(b) jikkontribwixxi li jinkisbu deskritturi oħrajn rilevanti li jinsabu fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE bi proporzjon mal-parti li għandu s-sajd fil-kisba tagħhom. |
(b) jiżgura li l-impatti negattivi tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar jiġu minimizzati, b'mod partikolari fir-rigward ta' ħabitats vulnerabbli u ta' speċijiet protetti, inklużi l-mammiferi tal-baħar u l-għasafar tal-baħar. | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-għasafar tal-baħar, il-mammiferi tal-baħar u r-rettili jinqabdu inċidentalment fl-Ilmijiet tal-Punent kollha. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
5. Il-miżuri taħt il-pjan jittieħdu bi qbil mal-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Fejn ma hemmx biżżejjed dejta, għandu jkun hemm livell komparabbli ta' konservazzjoni għall-istokkijiet rilevanti. |
5. Il-miżuri taħt il-pjan jittieħdu bi qbil mal-aħjar parir xjentifiku disponibbli. L-aqwa parir xjentifiku disponibbli għandu jiġi analizzat minn esperti minn korpi xjentifiċi affidabbli u xierqa, bħall-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) jew il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). Għandu jkun disponibbli għall-pubbliku mhux aktar tard minn meta dawk il-miżuri jiġu proposti mill-Kummissjoni. Fejn ma hemmx biżżejjed dejta, għandu jkun hemm livell komparabbli ta' konservazzjoni għall-istokkijiet rilevanti. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
2. Dawk il-meded tal-FMSY ibbażati fuq dan il-Pjan għandhom jintalbu mingħand l-ICES. |
2. Dawk il-meded tal-FMSY ibbażati fuq dan il-Pjan għandhom jintalbu mingħand l-ICES, jew minn korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt a | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(a) jekk, abbażi tal-parir jew tal-evidenza xjentifiċi jkun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat; |
(a) jekk, abbażi tal-parir jew tal-evidenza xjentifiċi, ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat u/jew tas-sajd ta' speċijiet multipli, b'mod partikolari biex jiġu limitati r-restrizzjonijiet soċjoekonomiċi imposti fuq is-sajd; | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt c | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(c) biex ikun hemm limitazzjoni fil-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd għal mhux inqas minn 20 % minn sena għal sena konsekuttivi. |
(c) biex ikun hemm limitazzjoni fil-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd għal mhux inqas minn 20 % minn sena għal sena konsekuttivi, ħlief f'dawk il-każijiet fejn jittaffew sitwazzjonijiet ta' kwoti limitati jew sitwazzjonijiet oħrajn li jipparalizzaw jew jaffettwaw b'mod sinifikanti l-attività ta' xi flotot. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 6a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
6a. Sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-ġestjoni għal żmien qasir tfixkel l-implimentazzjoni tal-ġestjoni pluriennali u sabiex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, għandu jkun possibbli li, fil-qafas ta' dan ir-Regolament, jiġu approvati regoli ta' sfruttament permezz tar-reġjonalizzazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
2. Dawk l-istokkijiet għandhom jiġu ġestiti skont l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd kif iddefinit fil-punt 8 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 meta ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni xjentifika. |
2. Dawk l-istokkijiet għandhom jiġu ġestiti skont l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd kif iddefinit fil-punt 8 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 meta ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni xjentifika u għandhom jiżguraw tal-anqas livell paragunabbli ta' konservazzjoni daqs ir-MSY, kif stabbilit fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru. 1380/2013. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
3. Bi qbil mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-ġestjoni tas-sajd imħallat għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(4) ta' dan ir-Regolament għandha tqis id-diffikultà biex jinstadu l-istokkijiet kollha fil-livell MSY fl-istess ħin, speċjalment f'sitwazzjonijiet meta dan iwassal għall-għeluq qabel il-waqt tas-sajd. |
3. Bi qbil mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-ġestjoni tas-sajd imħallat u/jew ta' speċijiet multipli għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(4) ta' dan ir-Regolament għandha tqis id-diffikultà biex jinstadu l-istokkijiet kollha fil-livell MSY fl-istess ħin, speċjalment f'sitwazzjonijiet meta dan iwassal għall-għeluq qabel il-waqt tas-sajd. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
Il-punti ta' referenza għall-konservazzjoni għas-salvagwardja tal-kapaċità kollha riproduttiva tal-istokkijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) li ġejjin se jintalbu mingħand l-ICES skont dan il-Pjan: |
Il-punti ta' referenza għall-konservazzjoni għas-salvagwardja tal-kapaċità riproduttiva sħiħa tal-istokkijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) li ġejjin, abbażi ta' dan il-pjan, se jintalbu mingħand l-ICES jew mingħand korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, u bi qbil mad-definizzjoni tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli: | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
1. Meta l-parir xjentifiku jindika li għal sena partikolari l-bijomassa riproduttiva, u fil-każ tal-istokkijiet tal-iskampu - l-abbundanza, ta' xi wħud mill-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tkun inqas mil-livell tal-MSY Btrigger, għandhom jiġu adottati l-miżuri ta' rimedju kollha biex jiżguraw ir-ripristinament malajr tal-istokk jew tal-unità funzjonali kkonċernata għal-livelli ogħla minn dawk li huma kapaċi jipproduċu l-MSY. B'mod partikolari, permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(3) u (5), l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati f'livelli li jkunu konsistenti ma' mortalità mis-sajd li tkun tnaqqset aktar mill-ogħla medda tal-FMSY, meta jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa. |
1. Meta l-parir xjentifiku jindika li għal sena partikolari l-bijomassa riproduttiva, u fil-każ tal-istokkijiet tal-iskampu - l-abbundanza, ta' xi wħud mill-istokkijiet demersali msemmija fl-Artikolu 1(1) tkun inqas mil-livell tal-MSY Btrigger, għandhom jiġu adottati l-miżuri ta' rimedju kollha biex jiżguraw ir-ripristinament malajr tal-istokk jew tal-unità funzjonali kkonċernata għal-livelli ogħla minn dawk li huma kapaċi jipproduċu l-MSY. B'mod partikolari, permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(3) u (5), l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati f'livelli li jkunu konsistenti ma' mortalità mis-sajd li tkun tnaqqset aktar mill-ogħla medda tal-FMSY, meta jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
2. Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa riproduttiva tal-istokk, u fil-każ tal-istokkijiet tal-iskampu - l-abbundanza, ta' xi wħud mill-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tkun inqas mil-livell Blim, għandhom jittieħdu aktar miżuri ta' rimedju biex jiżguraw ir-ripristinament malajr tal-istokk jew tal-unità funzjonali kkonċernata għal-livelli ogħla minn dawk li huma kapaċi jipproduċu l-MSY. B'mod partikolari, dawk il-miżuri ta' rimedju jistgħu jinkludu, permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(3) u (5), is-sospenzjoni tas-sajd fil-mira għall-istokk jew għall-unità funzjonali kkonċernati u t-tnaqqis xieraq tal-opportunitajiet tas-sajd. |
2. Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa riproduttiva tal-istokk, u fil-każ tal-istokkijiet tal-iskampu - l-abbundanza, ta' xi wħud mill-istokkijiet demersali msemmija fl-Artikolu 1(1) tkun inqas mil-livell Blim, għandhom jittieħdu aktar miżuri ta' rimedju biex jiżguraw ir-ripristinament malajr tal-istokk jew tal-unità funzjonali kkonċernata għal-livelli ogħla minn dawk li huma kapaċi jipproduċu l-MSY. B'mod partikolari, dawk il-miżuri ta' rimedju jistgħu jinkludu, permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(3) u (5), is-sospenzjoni tas-sajd fil-mira għall-istokk jew għall-unità funzjonali kkonċernati u t-tnaqqis xieraq tal-opportunitajiet tas-sajd. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
2a. Minkejja l-Artikolu 4(1), il-mira tal-mortalità mis-sajd skont il-meded tal-FMSY imsemmija f'dak il-paragrafu, flimkien mar-rikostituzzjoni rapida tal-istokk jew tal-unità funzjonali kkonċernati għal livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu MSY bi qbil mal-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu, jistgħu jintlaħqu fuq bażi progressiva u inkrementali tul perjodu li ma jaqbiżx it-tliet snin, sa fejn dan huwa meħtieġ fid-dawl tal-impatti ekonomiċi, soċjali u fil-qasam tal-impjiegi fuq l-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati. | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Fil-każ ta' stokk li mhuwiex f'sitwazzjoni ta' sfruttament fl-MSY, il-konsegwenzi soċjoekonomiċi għas-sajd se jkunu direttament dipendenti fuq il-ħeffa li biha l-Kunsill għandu jikkoreġi din is-sitwazzjoni permezz ta' tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi ffissat perjodu raġonevoli biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-FMSY fi żmien definit, filwaqt li jiġi permess approċċ gradwali fuq diversi staġuni tas-sajd sabiex jiġu limitati l-impatti soċjoekonomiċi. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati bi qbil mal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament u mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament fejn għandu x'jaqsam mal-miżuri tekniċi li ġejjin: |
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati bi qbil mal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament u mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament fejn għandu x'jaqsam mal-miżuri tekniċi li ġejjin għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet demersali fl-Ilmijiet tal-Punent: | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
(a) l-ispeċifikazzjonijiet tal-karatteristiki tal-irkapti tas-sajd u tar-regoli għall-użu tagħhom biex tiġi żgurata jew titjieb is-selettività, jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali jew jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt negattiv fuq l-ekosistema; |
(a) l-ispeċifikazzjonijiet tal-karatteristiki tal-irkapti tas-sajd u tar-regoli għall-użu tagħhom biex tiġi żgurata jew titjieb is-selettività, jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali, partikolarment tal-ħut żgħir, jew jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt negattiv fuq l-ekosistema; | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3. |
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3 u huma applikabbli kemm għas-sajd kummerċjali kif ukoll għal dak rikreattiv. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 8a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 8a | |||||||||||||||||||||||||||
|
Projbizzjonijiet spazju-temporali tas-sajd għall-ispnott | |||||||||||||||||||||||||||
|
1. Is-sajd kummerċjali u s-sajd rikreattiv għall-ispnott huma pprojbiti fl-Ilmijiet tal-Punent u fid-diviżjonijiet tal-ICES 4b u 4c bejn l-1 ta' Frar u t-30 ta' April. Huwa pprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi rilokat jew jinħatt l-art, kif ukoll li jiġi kkonservat l-ispnott li jinqabad tul il-kosta fiż-żoni msemmija. | |||||||||||||||||||||||||||
|
2. Huwa pprojbit ukoll li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistadu għall-ispnott fid-diviżjonijiet 7b,7c, 7j u 7k tal-ICES, kif ukoll fl-ilmijiet tad-diviżjonijiet 7a u 7g tal-ICES li jinstabu iktar 'il bogħod minn 12-il mil nawtiku mil-linji bażi taħt is-sovranità tar-Renju Unit. Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jżommu abbord, jirrilokaw, jittrażbordaw jew iħottu l-art l-ispnott li jinqabad fiż-żoni msemmija. | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
F'dawn l-aħħar snin, il-Kunsill adotta, fir-regolamenti tat-TAC u l-kwoti, miżuri biex jipproteġi l-ispnott u, b'mod partikolari, matul parti mill-perjodu ta' riproduzzjoni. Jeħtieġ li tali miżuri tekniċi jkunu stabbiliti b'mod sostenibbli mill-koleġiżlaturi, u mhux fil-qafas ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-opportunitajiet tas-sajd. Protezzjoni hija wkoll meħtieġa għall-pollakkju, għall-prevenzjoni ta' sajd żejjed fuq il-gruppi ta' annimali li jirriproduċu, li jirriżulta f'sitwazzjoni identika għal dik tal-ispnott bħalissa. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, il-qabda totali permissibbli għall-istokkijiet tal-iskampu fl-Ilmijiet tal-Punent tista' tkun is-somma tal-limiti tal-qbid tal-unitajiet funzjonali u s-somma tal-limiti tal-qbid tar-rettangoli statistiċi 'l barra mill-unitajiet funzjonali. |
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, il-qabda totali permissibbli għal stokk tal-iskampu tista' tkun is-somma tal-limiti tal-qbid tal-unitajiet funzjonali u r-rettangoli statistiċi 'l barra mill-unitajiet funzjonali taż-żona definita għal dan l-istokk. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
3a. Għall-istokkijiet u l-ispeċijiet tal-ħut imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (4), li huma soġġetti, fil-livell tal-Unjoni u bl-għan li jiġu kkonservati r-riżorsi, għal projbizzjonijiet ta' sajd stabbiliti fuq bażi annwali fil-qafas tad-deċiżjonijiet dwar l-opportunitajiet tas-sajd, jew għal projbizzjonijiet ta' sajd staġjonali, il-Kunsill jista' madankollu jiffissa opportunitajiet tas-sajd individwali għall-bastimenti ta' sajd speċifiċi, sabiex titqies b'mod partikolari n-natura limitata jew inevitabbli ta' dawn il-qabdiet fid-dawl tal-importanza soċjoekonomika partikolari ta' dan it-tip ta' sajd. | |||||||||||||||||||||||||||
|
Dawk l-opportunitajiet tas-sajd eċċezzjonali għandhom jibqgħu limitati u m'għandhomx ipattu b'mod sinifikanti għall-effett fuq il-konservazzjoni tal-istokk tal-projbizzjoni temporanja tas-sajd rilevanti. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
4. Meta l-parir xjentifiku jindika li s-sajd rikreattiv ikollu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' xi stokk partikolari, il-Kunsill dan għandu jqisu u jista' jillimita s-sajd rikreattiv meta jkun qed jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd biex jevita li tinqabeż il-mira totali tal-mortalità mis-sajd. |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Sostitwit bl-Artikolu 9a (ġdid). | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 9a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 9a | |||||||||||||||||||||||||||
|
Sajd rikreattiv | |||||||||||||||||||||||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom iqisu l-mortalità mis-sajd rikreattiv meta jallokaw opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom u li huma msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, sabiex jiġi evitat li jinqabeż l-objettiv totali fil-mira ta' mortalità mis-sajd. | |||||||||||||||||||||||||||
|
Meta l-pariri xjentifiċi jindikaw li s-sajd rikreattiv ikollu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' xi stokk imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, il-Kunsill jista' jiffissa opportunitajiet individwali tas-sajd li japplikaw b'mod mhux diskriminatorju għas-sajjieda rikreattivi. | |||||||||||||||||||||||||||
|
2. Il-Kunsill jibbaża ruħu fuq kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika, fl-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sajd rikreattiv. Il-kriterji użati jistgħu jinkludu l-impatt ambjentali, l-importanza soċjali ta' din l-attività u l-kontribut tagħha għall-ekonomija tat-territorji kostali. | |||||||||||||||||||||||||||
|
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u proporzjonati għall-kontroll u l-ġbir tad-dejta għal stima affidabbli tal-livelli effettivi tal-qabdiet soġġetti għall-paragrafu 1. | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Fil-loġika tal-Artikolu 17 tar-Regolament ta' bażi, l-Istati Membri għandhom iqisu l-mortalità kollha mis-sajd. Is-sajd rikreattiv huwa spiss dgħajjef fir-rigward tal-inċertezza dwar il-mortalità effettiva mis-sajd professjonali, u dan għalhekk ma joħloq ebda problema kbira ta' allokazzjoni jew ta' rispett tal-kwoti. Il-PKS (Premessa 3) jirrikonoxxi wkoll li s-sajd rikreattiv huwa qabelxejn responsabbiltà tal-Istati Membri. Madankollu, meta jkollu impatt sinifikanti fuq stokk ġestit abbażi tal-MSY, dan is-sajd jista' jkun soġġett għal miżuri ġusti u proporzjonati fil-livell tal-UE. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 9b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 9b | |||||||||||||||||||||||||||
|
Immarkar tal-qabdiet tas-sajd rikreattiv | |||||||||||||||||||||||||||
|
1. Kampjuni ta' spnott, bakkaljaw, pollakkju u lingwata maqbuda fiż-żoni tal-istokkijiet korrispondenti msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom ikunu mmarkati b'referenza meta miżmuma minn sajjied rikreattiv. | |||||||||||||||||||||||||||
|
2. Dan l-immarkar għandu jikkonsisti fi qtugħ tal-parti t'isfel jew tal-parti ta' fuq tad-denb, b'mod madankollu li ma jipprekludix il-kejl tat-tul tal-ħut. | |||||||||||||||||||||||||||
|
3. Dan l-immarkar għandu jsir minnufih wara l-qbid u l-qtil, jew fuq ix-xatt, jew inkella wara li jittella' l-ħut abbord fil-każ ta' sajd rikreattiv imwettaq minn bastiment. Madankollu, il-kampjuni li jittellgħu abbord bastiment tas-sajd rikreattiv u li jinżammu ħajjin f'kundizzjoni tajba minn qabel ma jiġu rilaxxati m'għandhomx ikunu mmarkati. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-istokkijiet kollha tal-ispeċijiet fl-Ilmijiet tal-Punent li japplika għalihom l-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1380/2013, biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji ta' dak l-obbligu kif previst fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-istokkijiet kollha tal-ispeċijiet demersali fl-Ilmijiet tal-Punent li japplika għalihom l-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1380/2013, kif ukoll għall-qbid inċidentali ta' speċijiet pelaġiċi fis-sajd li jisfrutta l-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) u li għalih japplika l-obbligu ta' ħatt l-art, biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji ta' dak l-obbligu kif previst fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
L-obbligu ta' ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandux japplika għas-sajd rikreattiv, inkluż f'każijiet fejn il-Kunsill jiffissa opportunitajiet individwali tas-sajd skont l-Artikolu 9a ta' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Dispożizzjoni li tispeċifika b'mod ċar li s-sajd rikreattiv mhux soġġett għall-obbligu ta' ħatt l-art (inkompatibilità mal-osservanza ta' daqsijiet minimi biex wieħed iżomm ħut jew il-prattiki tas-sajd sportiv ta' "jistad//jeħles"). | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 10a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 10a | |||||||||||||||||||||||||||
|
Sajd artiġjanali u kostali fir-reġjuni ultraperiferiċi | |||||||||||||||||||||||||||
|
Dan ir-Regolament għandu jqis ir-restrizzjonijiet relatati mad-daqs tal-bastimenti tas-sajd artiġjanali u kostali użati fir-reġjuni ultraperiferiċi. Il-ħatt l-art ta' qabdiet inċidentali, sa fejn ma jżidx l-impatt fuq il-bijomassa tal-istokk riproduttiv, għandu għalhekk jiġi permess. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
1. Għal kull waħda miż-żoni tal-ICES imsemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu joħroġ l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li jistadu f'dik iż-żona. F'dawn l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd, l-Istati Membri jistgħu wkoll jillimitaw il-kapaċità totali espressa f'kW ta' dawn il-bastimenti li jużaw irkaptu speċifiku. |
1. Għaż-żoni tal-ICES imsemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu joħroġ l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li jistadu f'dik iż-żona. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
1a. F'dawn l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd imsemmija fl-ewwel paragrafu, l-Istati Membri jistgħu wkoll jillimitaw il-kapaċità totali tal-bastimenti fil-paragrafu msemmi hawn fuq li jużaw irkaptu speċifiku. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
1b. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 sabiex tistabbilixxi limiti fuq il-kapaċità totali ta' flotot tal-Istati Membri kkonċernati biex tiffaċilita l-ilħiq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
1. L-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 8 u 10 ta' dan ir-Regolament. |
1. L-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 8, 10 u 11b ta' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
2. Għall-għan tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett fl-Ilmijiet tal-Majjistral u l-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett fl-Ilmijiet tal-Lbiċ jistgħu jippreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ewwel darba mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u minn hemm 'il quddiem tnax-il xahar wara kull preżentazzjoni tal-evalwazzjoni tal-pjan skont l-Artikolu 14. Huma jistgħu wkoll jissottomettu tali rakkomandazzjonijiet meta jqisu li jkunu meħtieġa, b'mod partikolari fil-każ ta' tibdil f'daqqa fis-sitwazzjoni għal kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti fir-rigward tal-miżuri li jikkonċernaw sena kalendarja partikolari għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju tas-sena preċedenti. |
2. Għall-għan tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett fl-Ilmijiet tal-Majjistral u l-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett fl-Ilmijiet tal-Lbiċ jistgħu jippreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ewwel darba mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u minn hemm 'il quddiem tnax-il xahar wara kull preżentazzjoni tal-evalwazzjoni tal-pjan skont l-Artikolu 14. Huma jistgħu wkoll jissottomettu rakkomandazzjonijiet ulterjuri meta jkun meħtieġ, b'mod partikolari fil-każ ta' tibdil fis-sitwazzjoni għal kwalunkwe mill-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament, kif ukoll biex jiġi stabbilit pjan li fih miżuri li jimplimentaw approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd fl-Ilmijiet tal-Punent. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti fir-rigward tal-miżuri li jikkonċernaw sena kalendarja partikolari għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju tas-sena preċedenti, jew malajr kemm jista' jkun meta tali rakkomandazzjonijiet konġunti jkollhom l-għan li jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' emerġenza identifikati mill-iktar parir xjentifiku riċenti. | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament PKS | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 13a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 13a | |||||||||||||||||||||||||||
|
Monitoraġġ u informazzjoni minn qabel ta' modifiki għall-parir xjentifiku | |||||||||||||||||||||||||||
|
1. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' April ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli li servew ta' bażi għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill b'rabta mal-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd meħuda b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament bejn l-1 ta' Frar tas-sena preċedenti u l-31 ta' Jannar tas-sena attwali. | |||||||||||||||||||||||||||
|
Għall-istokkijiet u speċijiet tal-ħut kollha kkonċernati, dan ir-rapport isemmi b'mod partikolari l-opportunitajiet tas-sajd iffissati mill-Kunsill skont l-Artikolu 4, l-Artikolu 5, u fejn applikabbli, skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, billi jispeċifika wkoll il-valuri korrispondenti espressi f'mortalità mis-sajd. Dik id-dejta titqabbel mal-pariri xjentifiċi ta' referenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-meded ta' mortalità mis-sajd (MSY Flower, FMSY et MSY Fupper u l-korrispondenzi tagħhom f'opportunitajiet tas-sajd) u l-istimi ta' bijomassa tal-istokkijiet li jirriproduċu u l-limiti ta' referenza tal-bijomassa (MSY Btrigger u Blim). | |||||||||||||||||||||||||||
|
2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, mill-aktar fis possibbli wara li tkun saret taf, u f'kull każ qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-Kunsill għad-determinazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd, dwar is-sitwazzjonijiet li għalihom il-valuri l-aktar riċenti tal-FMSY jikkorrispondu għal varjazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd li huma ta' inqas minn 20 % tal-opportunitajiet tas-sajd li tikkorrispondi għall-punt ta' valur tal-FMSY tal-parir xjentifiku li ntuża biex jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd għall-perjodu attwali. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, kemm jista' jkun malajr u f'kull każ qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-Kunsill, dwar il-każijiet fejn il-pariri xjentifiċi dwar livelli differenti ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv jiġġustifikaw it-teħid ta' miżuri ta' salvagwardja skont l-Artikolu 7. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 14 – titolu | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
L-evalwazzjoni tal-pjan |
L-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-iffissar ta' opportunitajiet tas-sajd u l-miżuri ta' salvagwardja meħuda mill-Kunsill skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-pjan huma direttament ideterminati minn pariri xjentifiċi aġġornati. Madankollu, ġie propost li sitwazzjoni bħal din ma titħalliex tiġi estiża b'mod indefinit, u li dan il-qafas ġuridiku jitħalla fis-seħħ għal perjodu ta' żmien limitat. Hija l-Kummissjoni li għandha tipproponi qafas futur, u l-Parlament u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu fuq din il-bażi. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
Sal-[ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u wara dan, kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati u l-impatt tal-pjan fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament, u dwar is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, b'mod partikolari dwar il-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. |
Sal-[ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati u l-impatt tal-pjan fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament, u dwar is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, b'mod partikolari dwar il-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-iffissar ta' opportunitajiet tas-sajd u l-miżuri ta' salvagwardja meħuda mill-Kunsill skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-pjan huma direttament determinati minn pariri xjentifiċi aġġornati. Madankollu, ġie propost li sitwazzjoni bħal din ma titħalliex tiġi estiża b'mod indefinit, u li dan il-qafas ġuridiku jitħalla fis-seħħ għal perjodu ta' żmien limitat. Hija l-Kummissjoni li għandha tipproponi qafas futur, u l-Parlament u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu fuq din il-bażi. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 1(1), 8 u 10 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tittawwal b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, dejjem jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estenzjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 1(1), 8 u 10 u 11(1b), għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tittawwal b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, dejjem jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estenzjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 1(1), 8 u 10 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha sseħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 1(1), 8 u 10 u 11(1b), tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha sseħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 6 | ||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 1(1), 8 u 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx saret oġġezzjoni mingħand il-Parlament Ewropew jew mingħand il-Kunsill qabel ma jintemm perjodu ta' xahrejn wara li tkun saret in-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex biħsiebhom joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jittawwal b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 1(1), 8 u 10 u 11(1b), għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx saret oġġezzjoni mingħand il-Parlament Ewropew jew mingħand il-Kunsill qabel ma jintemm perjodu ta' xahrejn wara li tkun saret in-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex biħsiebhom joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jittawwal b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. | |||||||||||||||||||||||||||
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2016/1139 Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2016/1139 Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2016/1139 Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 2 Ir-Regolament (KE) Nru 2016/1139 Artikolu 4 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 2 Ir-Regolament (KE) Nru 2016/1139 Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt c | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 3 Ir-Regolament (KE) Nru 2016/1139 Artikolu 4a – paragrafu 1 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 4 Ir-Regolament (KE) Nru 2016/1139 Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt b | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 2016/1139 Artikolu -15 (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 2016/1139 Artikolu 15 | ||||||||||||||||||||||||||||
|
- [1] Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta tal-Kummissjoni
Fit-23 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat proposta għal regolament li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali tas-sajd fl-ilmijiet tal-Punent (il-Baħar Atlantiku u l-Kanal Ingliż). Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll modifika għall-pjan ta' ġestjoni pluriennali ta' ċertu sajd fil-Baħar Baltiku[1] ("il-pjan tal-Baħar Baltiku").
Ir-Regolament ta' bażi tal-Politika Komuni tas-Sajd[2] għandu jippromwovi l-istabbiliment ta' pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali. Dan jissodisfa rekwiżit doppju: politiki ta' ġestjoni aktar prevedibbli miksuba permezz ta' ppjanar fit-tul, u approċċ reġjonalizzat għal dawn il-pjanijiet skont il-baċir tal-baħar, sabiex jiġu kkunsidrati kif xieraq is-sitwazzjoni speċifika tal-partijiet interessati individwali u l-kontribuzzjonijiet magħmula minnhom. L-għan huwa li jiġi stabbilit qafas reġjonalizzat tal-ġestjoni tas-sajd għall-isfruttament tal-istokkijiet tal-ħut skont ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY).
Żewġ pjanijiet pluriennali diġà ġew approvati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill: il-pjan għall-Baħar Baltiku adottat fl-2016, u il-"pjan għall-Baħar tat-Tramuntana" adottat fl-2018[3].
Minbarra l-proposta li hija s-suġġett ta' dan ir-rapport, żewġ proposti oħra ta' pjanijiet bħalissa qed jiġu eżaminati mill-koleġiżlaturi: pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-Baħar Adrijatiku u pjan għall-Mediterran tal-Punent.
Waqt li kienet qed tippreżenta din il-proposta għall-Ilmijiet tal-Punent, il-Kummissjoni essenzjalment irripetiet id-dispożizzjonijiet ta' approċċ pluriennali għall-ġestjoni tas-sajd kif miftehma reċentement fil-Pjan għall-Baħar tat-Tramuntana. Il-pjan tal-Baħar Baltiku qed jiġi modifikat b'mod korrispondenti
Dan ir-rapport jeżamina l-proposta għal pjan pluriennali għall-Ilmijiet u jissuġġerixxi xi emendi.
L-opinjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur jilqa' x-xogħol tal-Kummissjoni u tal-koleġiżlaturi fl-iżvilupp ta' pjanijiet pluriennali għal ġestjoni reġjonalizzata tas-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd. Ir-rapporteur iqis li l-pjanijiet għall-Baħar Baltiku u għall-Baħar tat-Tramuntana joffru bażi tajba ta' referenza għal pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-Ilmijiet tal-Punent. Madankollu huwa jipproponi ċerti emendi għall-approċċ tal-pjan għall-Baħar tat-Tramuntana, sabiex jiġi aġġustat għal xi realtajiet istituzzjonali u jintegra aħjar ċerti speċifiċitajiet għall-baċir marittimu kkonċernat.
Għal dan il-għan, ir-rapporteur jipproponi dan li ġej:
L-iżgurar tal-konservazzjoni tal-istokkijiet skont ir-realtajiet soċjoekonomiċi
Ir-rapporteur jixtieq tmexxija aħjar tal-mod li bih jintlaħqu kemm l-objettivi ta' preżervazzjoni tar-riżorsi kif ukoll il-ħtieġa ta' kunsiderazzjoni tar-realtajiet soċjoekonomiċi. Fil-każ ta' stokk li l-kundizzjoni tiegħu ma jippermettix l-isfruttament tal-MSY, b'mod partikolari meta huwa jiġġustifika t-teħid ta' miżuri ta' salvagwardja kif proposti f'dan il-pjan, ir-rapporteur jipproponi li jiġi stabbilit terminu ta' tliet snin biex jinkiseb l-MSY, u b'hekk jiġu limitati l-impatti soċjoekonomiċi billi l-isforzi tas-settur jiġu maqsuma fuq diversi staġuni tas-sajd.
F'din l-istess perspettiva, ir-rapporteur jipproponi li tingħata l-possibbiltà lill-Kunsill li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti professjonijiet, f'każ li xi speċi tkun soġġetta għal projbizzjoni temporali tas-sajd (staġjonali jew annwali). Dan l-approċċ diġà ġie implimentat mill-Kunsill għall-ispnott fl-iffissar tat-TACs u l-kwoti għall-2018
[4]. Ir-Rapporteur iqis li dan huwa l-approċċ it-tajjeb, billi huwa flessibbli biżżejjed biex jikkunsidra l-professjonijiet ikkonċernati, u li għalhekk għandu jiġi inkorporat fil-pjanijiet pluriennali.
Kunsiderazzjoni tas-sajd rikreattiv b'mod proporzjonat u ġust
Ir-rapporteur jemmen li l-ġestjoni tas-sajd rikreattiv hija essenzjalment kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali. Madankollu, ir-rapporteur jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rikonoxxut li ħafna ċittadini tal-UE huma marbuta ma' din l-attività, u l-importanza soċjoekonomika ta' dan is-settur. F'każijiet fejn is-sajd rikreattiv jista' jkollu impatt sinifikanti fuq il-konservazzjoni ta' riżorsa, huwa jista' jkun ġestit fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, huwa importanti li jkun hemm trattament ġust meta mqabbla mas-sajd professjonali. Ir-rapporteur għalhekk iqis li dan il-pjan għandu wkoll jirregola l-kundizzjonijiet għall-ġestjoni tas-sajd rikreattiv, biex tiġi pprovduta prevedibbiltà għal dan is-settur.
Ir-rapporteur jappoġġa l-prinċipju stabbilit fil-pjan għall-Baħar tat-Tramuntana li jgħid li l-Kunsill jista' jadotta miżuri dwar is-sajd rikreattiv meta dan ikollu impatt sinifikanti fuq il-mortalità ta' speċi. Dawn il-miżuri huma madankollu ġġustifikati u ġusti biss jekk jikkonċernaw stokk ġestit abbażi tal-MSY, u jekk dawn huma limitati għal miżuri li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kunsill. L-iffissar ta' opportunitajiet tas-sajd rikreattiv għandu jsir fuq bażi individwali u b'mod mhux diskriminatorju. Għalhekk, ir-rapporteur jipproponi wkoll li dawn il-limiti individwali tal-qbid għandhom ikunu definiti għal perjodu ta' żmien ta' mill-inqas xahar. Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta' "sajd rikreattiv falz" u ta' bejgħ illegali ta' ħut maqbud minn sajjieda bl-iskuża ta' sajd rikreattiv, ir-rapporteur jipproponi obbligu ta' immarkar immedjat ta' qabdiet ta' ċerti speċijiet (spnott, bakkaljaw, pollakkju u lingwata). Ir-rapporteur jixtieq ukoll li l-pjan jispeċifika b'mod ċar li l-obbligu ta' ħatt l-art ma għandux japplika għas-sajd rikreattiv.
Tisħiħ tar-rwol tal-Parlament Ewropew fil-monitoraġġ tar-rabtiet bejn l-opinjonijiet xjentifiċi u d-deċiżjonijiet tal-Kunsill, u li jitħalla jeżerċita r-rwol tiegħu bħala koleġiżlatur b'mod f'waqtu
Il-pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku stabbilixxa approċċ pluriennali għall-ġestjoni tas-sajd abbażi tal-punti ta' referenza tal-mortalità (F) u ta' bijomassa (B) tal-istokkijiet. Dawn il-punti ta' referenza, kif ikkwantifikati mill-koleġiżlaturi fuq il-bażi tal-parir xjentifiku aġġornat b'mod regolari huma stabbiliti fir-regolament u għandhom jiġu aġġornati minnufih u b'mod regolari mill-koleġiżlaturi.
Minħabba din id-dinamika tal-pariri xjentifiċi, il-pjan għall-Baħar tat-Tramuntana għandu jistabbilixxi qafas ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd mill-Kunsill, direttament ikkundizzjonat mill-valuri tal-punti ta' referenza pprovduti fil-pariri xjentifiċi disponibbli (b'mod partikolari fuq l-aktar dejta reċenti). Dan ir-Regolament għall-Baħar tat-Tramuntana ma jinkludi l-ebda valur kwantitattiv ta' mortalità mis-sajd u tal-bijomassa tal-istokk. Dawn il-punti ta' referenza għandhom jiġu determinati mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u, ġeneralment fuq bażi annwali, iservu direttament għall-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd mill-Kunsill.
Il-Kummissjoni pproponiet ġestjoni tas-sajd għall-Ilmijiet tal-Punent skont l-istess prinċipju bħal dak tal-Baħar tat-Tramuntana (u reviżjoni tal-pjan Baltiku bl-istess mod). Ir-rapporteur jaqbel li l-ġestjoni tas-sajd tkun ibbażata fuq l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli. Madankollu, jixtieq itejjeb l-opportunitajiet ta' sorveljanza ta' dan il-proċess mill-Parlament Ewropew, u li jiġi ppreservat ir-rwol tiegħu ta' koleġiżlatur fil-qasam tal-ġestjoni pluriennali tas-sajd. Għal dan il-għan, huwa jipproponi:
• kontroll ex post regolari: il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew dwar l-adegwatezza bejn il-pariri xjentifiċi disponibbli u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill abbażi ta' dawn,
• informazzjoni ex ante f'każ ta' bidliet sinifikanti: il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni tal-Kunsill, dwar is-sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal bidliet sostanzjali tal-opportunitajiet tas-sajd (differenza ta' aktar minn 20 % fit-TAC li tikkorrispondi għall-valur il-ġdid tal-FMSY),
• klawżola ta' skadenza wara seba' snin, tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-ġestjoni bbażata direttament fuq il-pariri xjentifiċi dinamiċi sabiex il-leġiżlaturi jingħataw l-opportunità li jivvalutaw u fejn meħtieġ jemendaw dan il-mekkaniżmu meta jiddiskutu l-qafas ulterjuri għal din l-iskadenza.
- [1] Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet.
- [2] Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.
- [3] 2016/0238(COD); Ir-Regolament... ; ĠU...
- [4] Ara l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, emenda tar-Regolament (UE) 2016/1139 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku, u tħassir tar-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) 509/2007 u (KE) 1300/2008 |
||||
Referenzi |
COM(2018)0149 – C8-0126/2018 – 2018/0074(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
23.3.2018 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 16.4.2018 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Alain Cadec 26.4.2018 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
24.4.2018 |
11.7.2018 |
29.8.2018 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
9.10.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
15 6 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Linnéa Engström, Sylvie Goddyn, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Ruža Tomašić |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Nicola Caputo, Ole Christensen, Rosa D’Amato, Giuseppe Ferrandino, Elisabetta Gardini, Anja Hazekamp, Francisco José Millán Mon, Nosheena Mobarik |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Klaus Buchner, Tadeusz Zwiefka |
||||
Data tat-tressiq |
10.10.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
15 |
+ |
|
ALDE |
António Marinho e Pinto, Norica Nicolai |
|
ECR |
Nosheena Mobarik, Remo Sernagiotto, Ruža Tomašić |
|
EFDD |
Rosa D'Amato |
|
ENF |
Sylvie Goddyn |
|
PPE |
Alain Cadec, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Francisco José Millán Mon |
|
S&D |
Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Giuseppe Ferrandino |
|
6 |
- |
|
GUE/NGL |
Anja Hazekamp |
|
PPE |
Tadeusz Zwiefka |
|
S&D |
Ole Christensen, Ulrike Rodust |
|
VERTS/ALE |
Marco Affronte, Linnéa Engström |
|
1 |
0 |
|
S&D |
Ricardo Serrão Santos |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni