RAPPORT dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar il-varar fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA
19.10.2018 - (11282/2018 – C8‑0389/2018 – 2018/0809(CNS)) - *
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Branislav Škripek
(Simplified procedure – Rule 50(1) of the Rules of Procedures)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar il-varar fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA
(11282/2018 – C8‑0389/2018 – 2018/0809(CNS))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (11282/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0389/2018),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0343/2018),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
|
Titolu |
Deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar il-varar fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA |
||||
|
Referenzi |
11282/2018 – C8-0389/2018 – 2018/0809(CNS) |
||||
|
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
3.8.2018 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 10.9.2018 |
|
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Branislav Škripek 27.9.2018 |
|
|
|
|
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
6.9.2018 |
||||
|
Data tal-adozzjoni |
18.10.2018 |
|
|
|
|
|
Data tat-tressiq |
19.10.2018 |
||||