Proċedura : 2018/2041(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0351/2018

Testi mressqa :

A8-0351/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2018)0403

RAPPORT     
PDF 492kWORD 46k
22.10.2018
PE 628.646v01-00 A8-0351/2018

dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos

(2018/2041(IMM))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Heidi Hautala

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos

(2018/2041(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos, imressqa fis-27 ta' Frar 2018 mill-Viċi Prosekutur Ġenerali tal-Qorti Suprema tal-Greċja, għall-inadempjenza ta' ħlas ta' bonus tal-Għid ta' EUR 986.46 (il-fajl Nru AVM O 2017/6101), u mħabbra fis-seduta plenarja tal-14 ta' Marzu 2018,

–  wara li sema' lil Georgios Kyrtsos, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0351/2018),

A.  billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Suprema tal-Greċja talab it-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos, Membru tal-Parlament Ewropew, b'rabta ma' proċediment legali possibbli fir-rigward ir-reat allegat;

B.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' dak l-Istat;

C.  billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika jipprevedi li, matul il-mandat parlamentari tagħhom, il-membri tal-parlament ma jistgħux jiġu mħarrka, arrestati, inkarċerati jew detenuti bi kwalunkwe mod ieħor mingħajr permess minn qabel mogħti mill-parlament;

D.  billi Georgios Kyrtsos, bħala rappreżentant legali (president u uffiċjal kap eżekuttiv) tal-kumpaniji KMP Publishing House Ltd u Free Sunday Publishing House Ltd, impjega lill-eks-impjegat tiegħu fis-26 ta' Lulju 2005 f'isem il-KMP Publishing House Ltd b'kuntratt għal impjieg fiż-żewġ kumpaniji bħala direttur tal-arti;

E.  billi Georgios Kyrtsos huwa akkużat li ma ħallasx lill-eks-impjegat tiegħu bonus tal-Għid ta' EUR 986.46 fis-27 ta' April 2016, bi ksur tal-Liġi ta' Emerġenza Nru 690/1945, kif sostitwita mill-Artikolu 8(1) tal-Liġi 236/95, u dan jikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 28 tal-Liġi Nru 3996/2011, flimkien mad-Deċiżjoni Ministerjali Konġunta 19040/1981;

F.  billi, b'mod ċar, ir-reat allegat ma għandu ebda rabta diretta mal-kariga ta' Georgios Kyrtsos bħala Membru tal-Parlament Ewropew, iżda minflok huwa marbut mal-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta' maniġer taż-żewġ ditti tal-gazzetti tiegħu;

G.  billi l-prosekuzzjoni ma tikkonċernax opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiet tal-Membru tal-Parlament Ewropew inkwistjoni għall-finijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru. 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

H.  billi ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jissuspetta li l-intenzjoni li jitressqu l-proċedimenti kriminali hija li jagħmlu ħsara lill-attività politika ta' Membru (fumus persecutionis);

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Georgios Kyrtsos;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet Griegi u lil Georgios Kyrtsos.

(1)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Mady Delvaux, Laura Ferrara, Heidi Hautala, Mary Honeyball, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Geoffroy Didier, Angel Dzhambazki, Tiemo Wölken

Avviż legali - Politika tal-privatezza