RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
7.11.2018 - (COM(2018)0397 – C8-0250/2018 – 2018/0220(COD)) - ***I
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Marlene Mizzi
(Proċedura simplifikata – l-Artikolu 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
(COM(2018)0397 – C8-0250/2018 – 2018/0220(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0397),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0250/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0359/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Fin-nuqqas ta' kwalunkwe dispożizzjoni speċjali, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ser ikollu l-effett li l-approvazzjonijiet tat-tip li ngħataw qabel mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit ma jistgħux jiżguraw aktar aċċess għas-suq tal-Unjoni. Manifatturi stabbiliti fi Stati Membri għajr ir-Renju Unit, ukoll għandhom f'idejhom approvazzjonijiet bħal dawn. Filwaqt li vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati b'approvazzjoni tat-tip mir-Renju Unit jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni sal-mument meta d-dritt tal-Unjoni jieqaf japplika għar-Renju Unit u fih, hemm bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali biex jiġi ffaċilitat it-tqegħid ta' dawk il-prodotti fis-suq tal-Unjoni wara dik id-data. |
(4) Fin-nuqqas ta' kwalunkwe dispożizzjoni speċjali, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ser ikollu l-effett li l-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE jew tal-KE li ngħataw qabel mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit, f'konformità mal-atti regolatorji tal-Unjoni, ma jistgħux jiżguraw aktar aċċess għas-suq tal-Unjoni. Manifatturi stabbiliti fi Stati Membri għajr ir-Renju Unit, ukoll għandhom f'idejhom approvazzjonijiet bħal dawn. Filwaqt li vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati b'approvazzjoni tat-tip mir-Renju Unit, f'konformità mal-atti regolatorji tal-Unjoni, jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni sal-mument meta d-dritt tal-Unjoni jieqaf japplika għar-Renju Unit u fih, hemm bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali biex jiġi ffaċilitat it-tqegħid ta' dawk il-prodotti fis-suq tal-Unjoni wara dik id-data. |
Ġustifikazzjoni | |
Filwaqt li wieħed jaqbel mat-test tal-Kunsill, ir-rapporteur żiedet l-emendi għall-finijiet ta' ċarezza. B'hekk jiġi identifikat b'mod ċar li dan ir-regolament huwa abbozzat biss fil-kuntest tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE jew tal-KE, l-approvazzjonijiet tat-tip tal-UNECE ma għandhomx jaqgħu taħt dan ir-Regolament sakemm ma jkunx hemm referenza speċifika f'xi premessi jew dispożizzjonijiet sussegwenti. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura wkoll li l-manifatturi jibqa' jkollhom l-akbar libertà possibbli li jagħżlu l-awtorità l-ġdida tal-approvazzjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li dik l-għażla mill-manifattur ma tiddependix fuq il-kunsens tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit jew l-eżistenza ta' kwalunkwe arranġamenti bejn l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit u l-awtorità l-ġdida tal-approvazzjoni tat-tip. |
(6) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura wkoll li l-manifatturi jibqa' jkollhom l-akbar libertà possibbli li jagħżlu l-awtorità l-ġdida tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li dik l-għażla mill-manifattur ma tiddependix fuq il-kunsens tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit jew l-eżistenza ta' kwalunkwe arranġament bejn l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit u l-awtorità l-ġdida tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-"approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni..." hu ċ-ċarezza. Għalhekk qed isir aktar ċar li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li qed issir referenza għaliha hija awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tinsab fl-UE-27. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 15a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Meta l-manifatturi jagħmlu użu mill-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-approvazzjoni tat-tip tagħhom tar-Renju Unit tista' ssir invalida fil-ġurnata li tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għall-istess tip. Il-manifatturi li jimxu mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jitqiegħdux fi żvantaġġ. Għal dak il-għan, l-istokk ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati konformi mad-dritt tal-Unjoni u prodotti abbażi ta' approvazzjoni tat-tip valida tar-Renju Unit jenħtieġ li jitqiegħdu fis-suq, jiġu rreġistrati u jiddaħħlu fis-servizz sa dak iż-żmien meta l-manifatturi jkunu kisbu approvazzjoni tat-tip ġdida tal-Unjoni u sakemm id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih, dment li dawk il-prodotti jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżit ġenerali tal-atti msemmija f'dan ir-Regolament. Peress li l-mumenti tat-tqegħid fis-suq, tar-reġistrazzjoni, u tad-dħul fis-servizz jistgħu jvarjaw, id-determinazzjoni ta' jekk il-limiti taż-żmien stabbiliti f'dan ir-Regolament humiex rispettati jenħtieġ li sseħħ fil-ħin meta jsir l-ewwel wieħed minn dawk il-passi. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-premessa addizzjonali għandha tinqara flimkien mal-Artikolu 6a, li jagħmel referenza diretta għad-dispożizzjonijiet Tranżitorji. L-għan ewlieni ta' din il-premessa huwa li tidentifika b'mod ċar x'se jiġri mill-prodotti li huma diġà maħżuna, kemm jekk huma vetturi, sistemi, komponenti, jew unitajiet tekniċi separati. Għalhekk il-manifatturi mhux se jkunu żvantaġġati, kull fejn il-prodotti maħżuna jkunu f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Għall-istess raġunijiet, huwa wkoll meħtieġ li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni tassumi ċerti obbligi fir-rigward ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li tqiegħdu fis-suq fl-Unjoni abbażi tal-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija mir-Renju Unit li jew ma għadhomx validi skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2007/46/KE, l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jew l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2016/1628, jew li għalihom ma tintalab l-ebda approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament. Biex jiġi żgurat li jkun hemm awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli, jenħtieġ li l-manifatturi jiġu rikjesti li jitolbu lill-awtorità li tapprova t-tipi li qabel kienu jiġu approvati fir-Renju Unit, li tassumi l-obbligi fir-rigward ta' sejħiet lura ta' prodott mis-suq, informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, u kontrolli ta' konformità waqt is-servizz fir-rigward ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati bbażati fuq tipi oħra u li jkunu diġà tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Biex tiġi limitata l-firxa tal-obbligi meħuda mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk l-obbligi jikkonċernaw biss il-prodotti bbażati fuq l-approvazzjonijiet tat-tip tar-Renju Unit li kienu ngħataw wara l-1 ta' Jannar 2008. |
(16) Huwa wkoll meħtieġ li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni tassumi ċerti obbligi fir-rigward ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li tqiegħdu fis-suq fl-Unjoni abbażi tal-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija mir-Renju Unit li jew ma għadhomx validi skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2007/46/KE, l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jew l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2016/1628, jew li għalihom ma tintalab l-ebda approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament. Biex jiġi żgurat li jkun hemm awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli, jenħtieġ li l-manifatturi jiġu rikjesti li jitolbu lill-awtorità li tapprova t-tipi li qabel kienu jiġu approvati fir-Renju Unit, li tassumi l-obbligi fir-rigward ta' sejħiet lura ta' prodott mis-suq, informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, u kontrolli ta' konformità waqt is-servizz fir-rigward ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati bbażati fuq tipi oħra u li jkunu diġà tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Biex tiġi limitata l-firxa tal-obbligi meħuda mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk l-obbligi jikkonċernaw biss il-prodotti bbażati fuq l-approvazzjonijiet tat-tip tar-Renju Unit li kienu ngħataw wara l-1 ta' Jannar 2008. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 16a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali li jittieħdu qabel il-jum li fih id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih skont l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2007/46/KE, l-Artikolu 39(3) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 jew l-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, li jippermettu t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq, ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi li jikkonformaw ma' tip li l-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit tiegħu tkun saret invalida qabel il-jum li fih id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih, jenħtieġ li jibqgħu applikabbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Skont l-artikoli rispettivi msemmija f'din l-emenda, il-manifatturi għandhom ikunu marbuta li jfornu lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ir-raġunijiet li għalihom ma jistgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi. Ladarba dawn ir-raġunijiet ikunu pprovduti, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiddeterminaw jekk il-vetturi għadhomx disponibbli fis-suq, irreġistrati, mibjugħa jew imdaħħla fis-servizz. B'hekk, din l-emenda tiżgura li d-deċiżjonijiet jibqgħu validi anki fuq vetturi li jkunu ġew deċiżi qabel il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 16b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16b) L-eżenzjonijiet u d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali applikabbli għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq kif stabbilit fl-Artikolu 10(7) tad-Direttiva 97/68/KE, l-Artikoli 34(7), 34(8) jew 58(5) sa 58(11) tar-Regolament (UE) 2016/1628, fl-Artikoli 19(6), 20(8), 28(6) u 53(12) tar-Regolament Nru 167/2013 u l-Artikoli 11(4) u 14 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/96, jew l-Artikolu 13(3) sa 13(6) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2018/985, li jippermettu t-tqegħid fis-suq ta' tali makkinarju mingħajr ir-rekwiżit ta' approvazzjoni tat-tip valida, jenħtieġ li jkomplu japplikaw. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE, ir-Regolament (UE) Nru 167/2013, ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 jew ir-Regolament (UE) 2016/1628 u t-tipi tagħhom li ġew approvati mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit abbażi ta' dawk l-atti jew kwalunkwe att elenkat fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE jew kwalunkwe att imħassar minn dawk l-atti. |
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE, ir-Regolament (UE) Nru 167/2013, ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 jew ir-Regolament (UE) 2016/1628 u t-tipi tagħhom li ġew approvati mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit abbażi ta' dawk l-atti jew ta' kwalunkwe att regolatorju tal-Unjoni elenkat fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE jew kwalunkwe att regolatorju mħassar minn dawk l-atti regolatorji tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan ewlieni tat-test addizzjonali huwa partikolarment dak ta' ċarezza. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 6(6) tad-Direttiva 2007/46/KE, l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2016/1628, manifattur li jkollu approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit li ma saritx invalida skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2007/46/KE, l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jew l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2016/1628 jista', qabel il-jum ta' meta d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih, japplika għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għal approvazzjoni tal-istess tip tal-Unjoni. |
1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 6(6) u 7(1) tad-Direttiva 2007/46/KE, l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2016/1628, manifattur li jkollu approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit li ma saritx invalida skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2007/46/KE, l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jew l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2016/1628 jista', qabel il-jum li fih id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih, iressaq applikazzjoni għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-istess tip tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/46/KE jirreferi għall-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip fil-kuntest ta' sistemi, komponenti, vetturi u magni. Għalhekk, fiż-żieda ta' dan l-Artikolu se niżguraw li wieħed ikun jista' jieħu ħsieb il-kategoriji kollha li jistgħu jeħtieġu approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Meta jippreżenta l-applikazzjoni skont il-paragrafu 1, il-manifattur għandu jkun obbligat li jħallas tariffi adegwati għal xi spejjeż li jirriżultaw mill-eżerċizzju tas-setgħat u t-twettiq tal-obbligi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni b'rabta mal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni. |
3. Meta jippreżenta l-applikazzjoni skont il-paragrafu 1, il-manifattur għandu jkun obbligat li jħallas tariffi adegwati, kif determinat mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni, għal xi spejjeż li jirriżultaw mill-eżerċizzju tas-setgħat u t-twettiq tal-obbligi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni b'rabta mal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Meta jippreżenta l-applikazzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-manifattur għandu, fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni, jippreżenta kwalunkwe dokumentazzjoni u informazzjoni li l-awtorità tista' tqis meħtieġa sabiex tiddeċiedi jekk jagħtix approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni skont l-Artikolu 5. |
|
Id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tista' tinkludu l-approvazzjoni tat-tip oriġinali tar-Renju Unit inklużi l-emendi, il-folder ta' informazzjoni u r-rapporti tat-testijiet kollha. Fil-każ ta' vetturi, tali talba tista' tinkludi wkoll kwalunkwe approvazzjoni tal-UE, tal-KE jew tal-UNECE u l-annessi tagħha, bħala parti mill-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha. |
Ġustifikazzjoni | |
Fir-rigward ta' prodotti oħra fis-suq l-Unjoni tistabbilixxi standards u linji gwida ta' kwalità li jikkorrispondu mar-responsabbiltà għas-sikurezza u l-klima. Huwa għal din ir-raġuni li dan l-Artikolu addizzjonali jistieden lill-manifatturi biex jikkonformaw mat-talba tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni. Iż-żamma ta' standards tal-Unjoni għandha tkun xi ħaġa li għandha tiġi salvagwardjata, bħala tali żidna din l-emenda biex jiġi żgurat li l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni tiġi pprovduta bl-informazzjoni kollha possibbli qabel ma tittieħed approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit, għalhekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni tkun fil-pussess tal-fatti kollha qabel ma tiddeċiedi dwar jekk għandhiex tagħti jew tieħu approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Sakemm l-ebda rekwiżiti ġodda ma jkunu applikabbli u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni tista' tingħata abbażi tal-istess rapporti tat-test li jkunu ntużaw qabel għall-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli, irrispettivament minn jekk is-servizz tekniku li ħareġ ir-rapport tat-test ġiex maħtur u nnotifikat mill-Istat Membru tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni skont id-Direttiva 2007/46/KE, ir-Regolament (UE) Nru 167/2013, ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 jew ir-Regolament (UE) 2016/1628, anki wara li d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih. |
2. Sakemm l-ebda rekwiżit ġdid ma jkun applikabbli u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni tista' tingħata abbażi tal-istess rapporti tat-test li jkunu ntużaw qabel għall-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli, irrispettivament minn jekk is-servizz tekniku li ħareġ ir-rapport tat-test ġiex maħtur u nnotifikat mill-Istat Membru li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni skont id-Direttiva 2007/46/KE, ir-Regolament (UE) Nru 167/2013, ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 jew ir-Regolament (UE) 2016/1628, anki wara li d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih. |
Ġustifikazzjoni | |
Miżjud għall-finijiet ta' kjarifika biex jiġi identifikat li l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni hija l-istess waħda li se toħroġ iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. It-tip approvat skont il-paragrafu 1 għandu jirċievi ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE b'numru li jikkonsisti min-numru li jiddistingwi l-Istat Membru li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiegħu tat l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni u min-numru tal-att applikabbli msemmi fl-Artikolu 2(1). Huwa għandu jinkludi wkoll in-numru tal-aħħar att emendatorju li jkun fih ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip li skonthom tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni. Għall-vetturi, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u ċ-ċertifikat tal-konformità għandhom, taħt "Rimarki:", ikun fihom l-indikazzjoni "Approvat għat-tip preċedentement bħala" u referenza għan-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip li jkun ingħata wara l-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit. Għas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun fih l-indikazzjoni "Approvat għat-tip preċedentement u mmarkat bħala" u referenza għall-immarkar li jkun sarlu wara l-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit. |
4. It-tip approvat skont il-paragrafu 1 għandu jirċievi ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE b'numru li jikkonsisti min-numru li jiddistingwi l-Istat Membru li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiegħu tat l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni u min-numru tal-att applikabbli msemmi fl-Artikolu 2(1). Huwa għandu jinkludi wkoll in-numru tal-aħħar att emendatorju li jkun fih ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip li skonthom tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni. Għall-vetturi, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u ċ-ċertifikat tal-konformità għandhom, taħt "Rimarki:", ikun fihom l-indikazzjoni "Approvat għat-tip preċedentement bħala" u referenza għan-numru u d-data taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip li jkun ingħata wara l-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit. Għas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun fih l-indikazzjoni "Approvat għat-tip preċedentement u mmarkat bħala" u referenza għall-immarkar li jkun sarlu wara l-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-għoti tagħha jew f'data aktar tard stabbilita fiha. L-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit issir invalida sa mhux aktar tard mill-jum meta tidħol fis-seħħ l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni. |
5. L-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-għoti tagħha jew f'data aktar tard stabbilita fiha. L-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit għandha ssir invalida sa mhux aktar tard mill-jum li fih ir-Renju Unit jirtira mill-Unjoni jew, jekk l-Unjoni u r-Renju Unit jaqblu dwar perjodu tranżitorju fil-kuntest tal-ftehim dwar l-irtirar, wara l-aħħar jum tal-perjodu tranżitorju. Jekk ma jseħħx dan, għandha ssir invalida fil-jum li fih tidħol fis-seħħ l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għandha wkoll, mid-data meta l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni ssir effettiva, teżerċita s-setgħat kollha u tissodisfa l-obbligi kollha tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit fir-rispett tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati kollha prodotti abbażi tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit u li jkunu diġà tqiegħdu fis-suq, reġistrati jew jinsabu fis-servizz fl-Unjoni. Dan ma għandux ikopri kwalunkwe responsabbiltà għal kwalunkwe atti jew omissjonijiet attribwibbli lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għandha wkoll, mid-data meta l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni ssir effettiva, teżerċita s-setgħat kollha u tissodisfa l-obbligi kollha tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit fir-rispett ta' dan li ġej: |
|
(a) vetturi, sistemi, komponenti, jew unitajiet tekniċi separati prodotti abbażi tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit diġà mqiegħda fis-suq, irreġistrati jew fis-servizz fl-Unjoni; |
|
(b) vetturi, sistemi, komponenti, jew unitajiet tekniċi separati prodotti abbażi tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit biex jitqiegħdu fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz fl-Unjoni f'konformità mas-subparagrafu 2a . |
Ġustifikazzjoni | |
It-tibdil propost tal-artikolu jenfasizza meta se tidħol fis-seħħ l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni u liema vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati se jaqgħu taħt l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni, u li għalihom l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni se jkollha teżerċita s-setgħat tagħha u tassumi l-obbligi li altrimenti kienu jappartjenu lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit qabel l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni. Għal dan il-għan, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għandha tkun responsabbli għal dawk il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jkunu ġew prodotti abbażi tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit li jkunu għadhom jew se jitqiegħdu fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz fl-Unjoni skont dak li jiġi prodott fil-paragrafu sussegwenti. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati prodotti abbażi tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit li saru invalidi bħala riżultat tal-għoti ta' approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz fl-Unjoni sad-data li fiha d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih jew, meta l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni ssir invalida qabel dik id-data skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2007/46/KE, l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jew l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2016/1628, sad-data li fiha l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni ssir invalida. Għall-vetturi, il-manifatturi għandhom jindikaw in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni f'suppliment għaċ-ċertifikat ta' konformità qabel ma dawn il-vetturi jitqiegħdu fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz fl-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Fiż-żieda ta' dan it-test se niżguraw li jkun hemm awtorità tas-sorveljanza tas-suq li tkopri dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li jistgħu jkunu f'bidla interim peress li l-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit tkun saret invalida minħabba l-għoti ta' approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni, jew minħabba r-raġunijiet elenkati fl-artikoli msemmijin f'din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, il-manifatturi tal-vetturi għandhom jipprovdu wkoll ċertifikat ta' konformità supplimentari sabiex l-awtorità l-ġdida tal-approvazzjoni tat-tip tkun tista' tieħu r-responsabbiltà għal dawk il-vetturi. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 2b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni ma għandhiex tkun responsabbli għal xi atti jew ommissjonijiet tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan tmexxa mill-Artikolu 5(6) tal-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi enfasizzat li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni ma tinżammx responsabbli għal xi ommissjoni jew att li setgħu twettqu mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit. | |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Wara li taċċetta t-talba msemmija fil-paragrafu 1 u toħroġ l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni skont l-Artikolu 5, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għandha teżerċita l-poteri kollha u taqdi l-obbligi kollha tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit fir-rigward ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati prodotti abbażi tal-approvazzjonijiet tat-tip tar-Renju Unit imsemmija fil-paragrafu 1 rigward sejħiet lura ta' prodott mis-suq, informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni u kontrolli ta' konformità waqt is-servizz. Dan ma għandux ikopri kwalunkwe responsabbiltà għal kwalunkwe atti jew omissjonijiet attribwibbli lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit. |
3. Wara li taċċetta t-talba msemmija fil-paragrafu 1 u toħroġ l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni skont l-Artikolu 5, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għandha teżerċita l-poteri kollha u taqdi l-obbligi kollha tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit fir-rigward ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati prodotti abbażi tal-approvazzjonijiet tat-tip tar-Renju Unit imsemmija fil-paragrafu 1 rigward sejħiet lura ta' prodott mis-suq, informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni u kontrolli ta' konformità waqt is-servizz. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 6a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 6a |
|
Dispożizzjonijiet tranżitorji |
|
Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi t-tqegħid fis-suq, it-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' magni jew vetturi u makkinarju mobbli mhux tat-triq li fihom dawn il-magni jkunu installati, f'konformità ma' tip li l-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit tiegħu tkun saret invalida qabel il-jum li fih id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih, skont l-Artikolu 10(7) tad-Direttiva 97/68/KE, l-Artikoli 34(7), 34(8) jew 58(5) sa 58(11) tar-Regolament (UE) 2016/1628, l-Artikoli 19(6), 20(8), 28(6) u 53(12) tar-Regolament Nru 167/2013 u l-Artikoli 11(4) u 14 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/96, jew l-Artikolu 13(3) sa 13(6) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2018/985. |
Ġustifikazzjoni | |
Tiżgura li l-magni jew il-vetturi u l-makkinarju mhux tat-triq li fihom jiġu installati l-magni jkunu għadhom jistgħu jitqiegħdu u jsiru disponibbli fis-suq, jiġu rreġistrati u jiddaħħlu fis-servizz sakemm dawn ikunu konformi mad-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni msemmija; peress li l-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit tagħhom kellha ssir invalida qabel il-jum li fih id-dritt tal-Unjoni ma baqax japplika, u mhux bħala riżultat ta' dan. |
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond
Sa mid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ressaq in-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea f'konformtà mal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Huwa għal din ir-raġuni li d-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni hija stabbilita għat-30 ta' Marzu 2019, liema data tista' tinbidel biss jekk ftehim ta' ħruġ ratifikat jispeċifika mod ieħor. Il-leġiżlazzjoni tal-UE mbagħad tieqaf tapplika għar-Renju Unit u fih, bl-inklużjoni tal-qafas Leġiżlattiv li jirregola l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip. Dan ifisser ukoll li l-manifatturi kollha li kisbu approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit fl-imgħoddi issa jeħtieġu approvazzjoni tat-tip ġdida tal-Unjoni, maħruġa minn awtorità tal-approvazzjoni tat-tip rikonoxxuta tal-Unjoni.
F'dan il-kuntest u fir-rigward tal-leġiżlazzjoni attwali, il-Kummissjoni ħasset il-ħtieġa li tindirizza l-inċertezza legali għall-manifatturi bl-approvazzjonijiet tat-tip tar-Renju Unit. Il-proposta għandha l-għan li:
Tippermetti lill-manifatturi kkonċernati japplikaw għal kwalunkwe awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE-27 tal-għażla tagħhom biex jiżguraw li l-Unjoni tirrikonoxxi l-approvazzjonijiet tat-tip li kienu nħarġu qabel minn awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit.
Tippermetti r-rikonoxximent tat-testijiet li jkunu saru preċedentement minn awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit, filwaqt li tipprovdi wkoll il-possibbiltà lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni li jitolbu ttestjar ġdid.
Iżżomm l-istandards ta' sikurezza u ta' kwalità tal-Unjoni. B'attenzjoni partikolari għas-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati.
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet ukoll li l-manifatturi jistgħu jiksbu approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni waħda biss f'konformità ma' dik li kienet stabbilita qabel.
Il-ħidma parlamentari
Dan ir-Regolament biħsiebu jikkomplementa l-qafas attwali dwar il-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip u l-ftehim finali nnegozjat dwar il-Brexit. Bħala tali, ir-rapporteur u l-korapporteurs iqisu li dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien bla bżonn, u b'hekk jagħti lill-industrija ż-żmien meħtieġ biex tħejji għall-irtirar tar-Renju Unit.
Ir-rapporteur u l-korapporteurs qed jikkunsidraw li r-regolament:
Irid jitlob ir-responsabbiltà kemm tal-manifatturi kif ukoll tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, billi jipprovdi lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip bil-possibbiltà li jitolbu testijiet ġodda jekk ma jkunux sodisfatti b'mod partikolari b'dawk imwettqa mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit qabel il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.
Ma jbiddilx il-qafas attwali dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip, u b'hekk iżomm l-istess standards tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-parlament innota wkoll li l-perjodu ta' tranżizzjoni stabbilit fil-linji gwida dwar il-Brexit se japplika wkoll għal dan ir-Regolament, sakemm ftehim ta' rtirar ratifikat ma jispeċifikax mod ieħor.
Se jiżgura li jkun hemm impatt minimu fuq il-kummerċ u l-aċċess għas-suq. Billi huwa mifhum li l-irtirar tar-Renju Unit jista' jfisser aċċess ristrett għas-Suq Wieħed, dan m'għandux ifisser li l-kummerċ għandu jieqaf. Minflok dan, ir-regolament ifittex li jipprovdi kompromess li jista' jnaqqas l-impatt li dan l-irtirar jista' jkollu fuq il-manifatturi u l-industrija.
Din il-proposta tal-Parlament Ewropew tipprovdi lill-industrija b'aktar tħejjija u ċertezza, li altrimenti tista' tkun nieqsa mingħajr dan ir-regolament. Huwa f'dan l-ispirtu ta' kooperazzjoni li r-rapporteur u l-korapporteurs ippruvaw jindirizzaw it-tħassib ewlieni tal-industrija u tal-Unjoni flimkien ma' oħrajn li jistgħu jitilfu jew jibbenefikaw minn dan ir-regolament. Essenzjalment, l-għan tal-proposta tal-Parlament Ewropew huwa li tiżgura konformità regolatorja, kontinwità tan-negozju u responsabbiltà.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (4.9.2018)
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
(COM(2018)0397 – C8-0250/2018 – 2018/0220(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-għoti tagħha jew f'data aktar tard stabbilita fiha. L-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit issir invalida sa mhux aktar tard mill-jum meta tidħol fis-seħħ l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni. |
5. L-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-għoti tagħha jew f'data aktar tard stabbilita fiha. L-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit issir invalida fil-jum meta tidħol fis-seħħ l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni jew mhux aktar tard mill-jum li fih id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
L-ikkomplimentar tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni |
||||
Referenzi |
COM(2018)0397 – C8-0250/2018 – 2018/0220(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 2.7.2018 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 2.7.2018 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Adina-Ioana Vălean 21.6.2018 |
||||
Data tal-adozzjoni |
30.8.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
42 6 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Margrete Auken, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Arne Gericke, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Guillaume Balas, Cristian-Silviu Buşoi, Elena Gentile, Anja Hazekamp, Norbert Lins, Younous Omarjee, Christel Schaldemose, Bart Staes, Keith Taylor, Carlos Zorrinho |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Olle Ludvigsson |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
42 |
+ |
|
EFDD |
Piernicola Pedicini |
|
GUE/NGL: |
Stefan Eck, Anja Hazekamp, Younous Omarjee |
|
PPE: |
Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian-Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Giovanni La Via, Norbert Lins, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean |
|
S&D: |
Guillaume Balas, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Elena Gentile, Karin Kadenbach, Olle Ludvigsson, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho |
|
VERTS/ALE: |
Margrete Auken, Benedek Jávor, Michèle Rivasi, Bart Staes, Keith Taylor |
|
6 |
- |
|
ECR |
Mark Demesmaeker, Arne Gericke, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
L-ikkomplimentar tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni |
||||
Referenzi |
COM(2018)0397 – C8-0250/2018 – 2018/0220(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
4.6.2018 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 2.7.2018 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 2.7.2018 |
TRAN 2.7.2018 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
TRAN 20.6.2018 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Marlene Mizzi 19.6.2018 |
|
|
|
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
19.6.2018 |
||||
Eżami fil-kumitat |
10.10.2018 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
30.10.2018 |
|
|
|
|
Data tat-tressiq |
7.11.2018 |
||||