RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita

8.11.2018 - (COM(2018)0163 – C8-0129/2018 – 2018/0076(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Eva Maydell


Proċedura : 2018/0076(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0360/2018
Testi mressqa :
A8-0360/2018
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita

(COM(2018)0163 – C8-0129/2018 – 2018/0076(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0163),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0129/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2018/38) tal-31 ta' Awwissu 2018,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0360/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[2]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Minn mindu ġie adottat, l-ewwel, ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[4] u sussegwentement ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5], l-imposti fuq il-pagamenti transfruntiera fl-euro bejn l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro naqsu drastikament għal livelli li huma insinifikanti fil-biċċa l-kbira tal-każijiet.

(2)  Madankollu pagamenti transfruntiera fl-euro minn Stati Membri mhux taż-Żona tal-Euro jifformaw madwar 80 % mill-pagamenti transfruntiera kollha minn Stati Membri li mhumiex fiż-Żona tal-Euro. L-imposti għal dawk il-pagamenti transfruntiera speċifiċi għadhom għoljin b'mod eċċessiv fil-parti l-kbira tal-Istati Membri li mhux fiż-Żona tal-Euro, minkejja li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament ikollhom aċċess għall-istess infrastrutturi li jiffunzjonaw tajjeb, prinċipalment TARGET2 u STEP, biex jipproċessaw dawk it-tranżazzjonijiet bi spejjeż baxxi ħafna bħall-fornituri tas-servizzi ta' pagament miż-Żona tal-Euro.

(2a)  Huwa vitali li jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi għall-fornituri kollha tas-servizzi ta' pagament fl-Unjoni. Għaldaqstant, l-awtoritajiet li jimmaniġġjaw is-sistemi TARGET2 u STEP, jiġifieri l-BĊE u l-EBA, jenħtieġ li jiffaċilitaw l-aċċess għal dawk il-pjattaformi għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament madwar l-Unjoni kollha, indipendentement minn jekk dak il-fornitur tas-servizzi ta' pagament jinsabx fiż-Żona tal-Euro jew le.

(3)  Imposti għoljin b'mod eċċessiv għal pagamenti transfruntiera għadhom ostaklu għall-integrazzjoni sħiħa fis-suq uniku ta' negozji u ċittadini fi Stati Membri mhux fiż-Żona tal-Euro, u b'hekk ipoġġuhom f'pożizzjoni żvantaġġata fis-suq intern meta mqabbla ma' negozji u ċittadini fi Stati Membri taż-Żona tal-Euro. Dawk l-imposti għolja jipperpetwaw l-eżistenza ta' żewġ kategoriji ta' utenti tas-servizzi ta' pagamenti fl-Unjoni: minn naħa waħda l-utenti ta' servizzi ta' pagamenti, li l-maġġoranza vasta tagħhom jibbenefikaw minn żona unika ta' pagamenti bl-euro (single euro payments area, "SEPA"), u min-naħa l-oħra, l-utenti ta' servizzi ta' pagament li jħallsu bl-għoli għal pagamenti transfruntiera tagħhom fl-euro.

(4)  Sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tas-Suq Uniku u jintemmu l-ostakli bejn utenti tas-servizz ta' pagament fiż-Żona tal-Euro u Stati Membri li mhumiex fiż-Żona tal-Euro ▐, jeħtieġ li jkun żgurat li imposti għal pagamenti transfruntiera ▐ fl-Unjoni jkunu allinjati mat-tariffi għal pagamenti domestiċi li jsiru fil-munita nazzjonali ta' Stat Membru li fih il-fornitur tas-servizz ta' pagament jipprovdi s-servizzi tiegħu lil utent ta' servizzi ta' pagament. Biex dan ir-Regolament emendatorju jilħaq l-objettivi tiegħu b'mod sostenibbli, għandhom jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fis-swieq li jistgħu jappoġġaw l-għanijiet ta' dan ir-Regolament emendatorju, kif ukoll l-emendi għal-liġijiet relatati. Il-wasla ta' operaturi ġodda fis-suq tas-servizzi tal-pagament qed tgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjoni. Il-kompetizzjoni f'dak is-suq għandha għalhekk tiġi mħeġġa u mmonitorjata.

(5)  Imposti għal kambju tal-munita jirrappreżentaw spiża sinifikanti ta' pagamenti transfruntiera meta muniti differenti jkunu użati fil-pajjiżi ta' min iħallas u tal-benefiċjarju. L-Artikolu 45 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6] jeżiġi trasparenza tal-imposti u r-rata tal-kambju użata qabel tibda tranżazzjoni ta' pagament. Meta jiġu offruti għażliet alternattivi ta' kambju tal-munita, b'mod partikolari f'punt ta' bejgħ, jew f'kaxxiera awtomatika (automated teller machine, ATM) jew fil-forma ta' trasferimenti ta' kreditu, dik it-trasparenza tista' ma tippermettix tqabbil ta' malajr u ċara bejn dawn l-għażliet ta' kambju ta' munita. L-Artikolu 59 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 diġà jipprevedi għar-rekwiżiti ġenerali rigward l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata mill-parti li tipprovdi s-servizz ta' kambju tal-munita f'POS jew f'ATM, iżda hija meħtieġa aktar speċifikazzjoni sabiex l-objettivi ta' dan ir-Regolament fir-rigward tat-trasparenza u tal-komparabilità jinqdew b'mod sħiħ. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu implimentati rekwiżiti ċari ta' trasparenza u komparabbiltà għal servizzi ta' kambju tal-munita pprovduti fil-kuntest ta' trasferimenti ta' kreditu sabiex jiġi żgurat li l-kost tal-konverżjoni tal-munita ta' trasferiment ta' kreditu huwa dejjem divulgat lill-utenti ta' servizzi ta' pagament, u mhux biss meta jiġu offruti servizzi ta' kambju tal-munita alternattiva. Dan in-nuqqas ta' trasparenza u ta' kumparabbiltà jipprevjeni milli l-kompetizzjoni tnaqqas l-ispejjeż tal-kambju tal-munita u jżid ir-riskju li utent ta' servizzi ta' pagament jagħżel b'mod mhux intenzjonat, għażliet għola tal-kambju tal-munita. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu żviluppati miżuri indirizzati lill-partijiet li jipprovdu servizzi ta' kambju tal-munita li jtejbu t-trasparenza u jipproteġu lill-konsumaturi kontra tariffi eċċessivi għal servizzi ta' kambju tal-munita, b'mod partikolari meta l-konsumaturi mhux qed jingħataw l-informazzjoni li jeħtieġu biex jagħmlu l-aħjar għażla ta' kambju tal-munita.

(5a)  Għal dak il-għan, l-utenti ta' servizzi ta' pagament jenħtieġ li jiġu pprovduti bl-għażliet kollha ta' kambju tal-munita fl-istess ħin b'mod ċar, newtrali u b'mod komprensibbli, biex jiġu evitati sitwazzjonijiet li fihom l-għażliet ta' kambju tal-munita jkunu magħżula minn qabel jew ippreżentati lilhom b'mod qarrieqi. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament li joħorġu strumenti ta' pagament b'kard għandhom jiżguraw li d-detenturi ta' dawk l-istrumenti jkunu jistgħu jibdlu faċilment il-preferenzi tagħhom fir-rigward ta' servizzi ta' kambju tal-munita alternattiva.

(6)  Trasparenza fl-imposti fuq kambju ta' munita teħtieġ l-adattament tal-infrastrutturi u l-proċessi attwali ta' pagamenti, b'mod partikolari għal pagamenti li jsiru onlajn, fil-punt tal-bejgħ jew għall-ġbid ta' flus kontanti mill-ATMs. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-parteċipanti fis-suq jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw l-infrastruttura u l-proċessi tagħhom f'dak li jirrigwarda dawn id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw imposti għall-kambju tal-munita sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar it-trasparenza tal-miżati tal-kambju tal-munita f'dan ir-Regolament.

(7a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta' dan ir-Regolament. Għandu jikkontjeni evalwazzjoni tal-effikaċja tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament biex jiżgura komparabbiltà tal-prezzijiet tas-servizzi alternattivi tal-kambju tal-munita, u rakkomandazzjoni dwar jekk hemm bżonn ta' emendi ulterjuri sabiex tintlaħaq trasparenza sħiħa u komparabbiltà kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi.

(9)  Minħabba l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba n-natura transfruntiera tal-pagamenti, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1Emendi għar-Regolament (KE) Nru 924/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)  l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-pagamenti transfruntiera u t-trasparenza tal-miżati tal-kambju tal-munita fl-Unjoni",

(b)  fil-paragrafu 2, jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

"Madankollu l-Artikolu 3a u 3ba għandhom japplikaw għall-pagamenti transfruntiera kollha meta jseħħ servizz ta' kambju tal-munita, irrispettivament minn jekk dawk il-pagamenti humiex denominati fl-euro jew f'munita nazzjonali ta' Stat Membru għajr l-euro.";

(1a)  fl-Artikolu 2, hija miżjuda d-definizzjoni li ġejja:

"15a. "servizzi alternattivi ta' kambju tal-munita" tfisser servizzi ta' kambju tal-munita żvelati minn fornitur ta' servizzi ta' pagament bħala disponibbli b'rabta ma' tranżazzjoni ta' pagament transfruntiera mhux mibdija, inkluż fejn dawk is-servizzi huma pprovduti minn entità għajr mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament, mill-affiljati tiegħu jew minn fornitur mhux irregolat.";

(2)  L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.  L-imposti mitluba minn fornitur tas-servizz tal-pagament mill-utent tas-servizz ta' pagament fir-rigward ta' pagamenti transfruntieri f'munita ta' Stat Membru għandhom ikunu l-istess daqs l-imposti mitluba minn dak il-fornitur tas-servizz ta' pagament fuq dak l-utent tas-servizz ta' pagament fir-rigward tal-pagamenti nazzjonali korrispondenti tal-istess valur u fil-munita ▌tal-Istat Membru li fih il-fornitur tas-servizzi ta' pagament jipprovdi s-servizz tiegħu lill-utent ta' servizzi ta' pagament.",

(c)  il-paragrafu 3 huwa mħassar,

(d)  il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

"4.  L-imposti msemmija fil-paragrafu 1 ▌ma għandhomx ikopru imposti fuq kambju ta' munita.";

(3)  jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

"Artikolu 3aL-imposti fuq il-kambju tal-munita

relatati mat-tranżazzjonijiet ibbażati fuq kard

1.  Minn [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], fir-rigward tal-obbligi ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 59(2) u fil-punt (d) tal-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2015/2366, l-ammont totali ta' tariffi ta' kambju tal-munita applikati għal tranżazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard għandu jiġi espress bħala d-differenza bejn ir-rata tal-kambju ta' referenza użata għall-konverżjoni tat-tranżazzjoni ta' pagament u l-aħħar rata tal-kambju disponibbli tal-BĊE, kif applikata għall-ammont tat-tranżazzjoni.

Il-partijiet li jipprovdu servizzi ta' kambju tal-munita għal tranżazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard għandhom jippreżentaw id-differenza msemmija fl-ewwel subparagrafu kif ukoll l-ammont totali tat-tranżazzjoni lil utenti ta' servizzi ta' pagament fil-munita tal-kont ta' min iħallas, inkluża kwalunkwe tariffa ta' tranżazzjoni u imposti imposti. Dik l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata fl-istess ħin għall-għażliet kollha ta' kambju tal-munita u b'mod ċar, newtrali u li jinftiehem. L-informazzjoni għandha tingħata mingħajr ħlas.

2a.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-informazzjoni skont l-Artikolu 59(2) tal-PSD2, il-partijiet li jipprovdu servizzi ta' kambju tal-munita f'POS jew f'ATM dejjem għandhom jipprovdu l-għażla tal-pagament fil-munita lokali.

2b.  Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament li joħorġu strumenti ta' pagament b'kard għandhom jagħtu lid-detenturi ta' dawk l-istrumenti l-għażla li jimblukkaw l-użu ta' servizzi ta' kambju tal-munita minbarra dawk offruti mill-fornitur tas-servizzi ta' pagament ta' min iħallas fir-rigward tal-istrument ta' pagament tagħhom. Dik l-għażla għandha tiġi ppreżentata b'mod newtrali.

2c.  Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom ikunu jistgħu jbiddlu faċilment il-preferenzi tagħhom fir-rigward tas-servizzi alternattivi ta' kambju tal-munita permezz ta' għodod tekniċi mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom minn dawk il-fornituri tas-servizzi ta' pagament.

2d.  Jekk il-partijiet li jipprovdu s-servizzi ta' kambju tal-munita jużaw, għall-ikklerjar u s-saldu, rati tal-konverżjoni tal-munita stabbiliti fi żmien ieħor għajr meta l-konverżjoni tal-munita tkun inbdiet mill-utent ta' servizzi ta' pagament, huma għandhom jużaw għall-ikklerjar u s-saldu, ir-rata tal-kambju effettiva użata mill-parti li tipprovdi servizz ta' kambju tal-munita lill-utent ta' servizzi ta' pagament fil-mument tal-bidu tat-tranżazzjoni.";

(4a)  Jiddaħħal l-Artikolu 3ba li ġej:

"Artikolu 3baL-imposti fuq il-kambju tal-munita

relatati mat-trasferimenti tal-kreditu

Minn [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], kull meta servizz ta' kambju tal-munita jkun offrut mill-fornitur tas-servizzi ta' pagament ta' min iħallas għal trasferiment ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, il-fornitur ta' servizzi ta' pagament għandu jinforma lill-utent tas-servizzi ta' pagament, b'mod ċar, newtrali u komprensibbli, dwar l-ispiża totali stmata tas-servizzi ta' kambju tal-munita applikabbli għat-trasferiment ta' kreditu qabel il-bidu tat-tranżazzjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom jiddivulgaw il-kost sħiħ tal-kambju tat-tranżazzjoni ta' pagament fil-munita tal-kont ta' min iħallas. Il-kost sħiħ għandu jinkludi kwalunkwe tariffa tat-tranżazzjoni u għandu jiġi espress bħala differenza bejn ir-rata tal-kambju użata għall-kambju tat-tranżazzjoni ta' pagament u l-aħħar rata tal-kambju ta' referenza disponibbli tal-BĊE, kif applikati għall-ammont tat-tranżazzjoni. Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom jikkomunikaw ukoll l-ammont li għandu jintbagħat fil-munita tal-kont tal-benefiċjarju.";

(4b)  jitħassar l-Artikolu 14;

(5)  L-Artikolu 15 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 15Rieżami

Sal-31 ta' Diċembru 2021 , il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta' dan ir-Regolament, li għandu jkun fih, b'mod partikolari, evalwazzjoni tal-effikaċja tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fl-iżgurar tal-komparabbiltà tal-prezzijiet ta' servizzi ta' kambju tal-munita alternattivi, u rakkomandazzjoni dwar jekk humiex meħtieġa emendi ulterjuri għal dan ir-Regolament sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa tal-prezzijiet u komparabbiltà kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi. Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta biex temenda dan ir-Regolament.".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-punt (a) tal-Artikolu 1(2) għandu japplika minn [3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] fir-rigward ta' pagamenti f'euro u minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] fir-rigward ta' pagamenti f'muniti oħra tal-Unjoni.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

  • [1]    ...
  • [2] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [3]   ĠU C , , p. .
  • [4]   Ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar pagamenti transkonfini f'euro (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 13).
  • [5]   Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11).
  • [6]   Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u imposti fuq il-kambju tal-munita

Referenzi

COM(2018)0163 – C8-0129/2018 – 2018/0076(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.3.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

19.4.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

19.4.2018

JURI

19.4.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

23.4.2018

JURI

23.4.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Eva Maydell

31.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.8.2018

9.10.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, David Coburn, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Stefan Gehrold, Roberto Gualtieri, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Philippe Lamberts, Bernd Lucke, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Martin Schirdewan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Jakob von Weizsäcker, Steven Woolfe

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Corbett, Mady Delvaux, Bas Eickhout, Ashley Fox, Eva Joly, Syed Kamall, Thomas Mann, Eva Maydell, Luigi Morgano, Lieve Wierinck, Roberts Zīle

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Flack, Aleksander Gabelic, Anna Hedh, Agnes Jongerius, Ricardo Serrão Santos

Data tat-tressiq

8.11.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

37

+

ALDE

Petr Ježek, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

John Flack, Ashley Fox, Syed Kamall, Kay Swinburne, Roberts Zīle

EFDD

Marco Valli

PPE

Markus Ferber, Stefan Gehrold, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Esther de Lange, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Eva Maydell, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Tom Vandenkendelaere

S&D

Pervenche Berès, Richard Corbett, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Aleksander Gabelic, Roberto Gualtieri, Anna Hedh, Agnes Jongerius, Luigi Morgano, Ricardo Serrão Santos, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Bas Eickhout, Eva Joly, Philippe Lamberts

3

-

ECR

Bernd Lucke

EFDD

David Coburn

NI

Steven Woolfe

3

0

GUE/NGL

Marisa Matias, Martin Schirdewan

PPE

Luděk Niedermayer

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Novembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza