RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000
8.11.2018 - (COM(2018)0312 – C8-0202/2018– 2018/0158(COD)) - ***I
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Godelieve Quisthoudt-Rowohl
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000
(COM(2018)0312 – C8-0202/2018 – 2018/0158(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0312),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0202/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0361/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ser ikollu effetti fuq ir-relazzjonijiet tar-Renju Unit u l-Unjoni ma' partijiet terzi, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li tagħha t-tnejn huma membri oriġinali. |
(2) Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ser ikollu effetti fuq ir-relazzjonijiet tar-Renju Unit u l-Unjoni ma' partijiet terzi, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li tagħha t-tnejn huma membri oriġinali. Peress li dan il-proċess se jkun għaddej waqt in-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), u b'kont meħud tas-sehem iddedikat għas-settur agrikolu fil-QFP, dan is-settur jista' jkun espost fil-biċċa l-kbira tiegħu, u għaldaqstant hemm bżonn ċertu kawtela matul dawn in-negozjati. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) F'konformità mar-regoli tad-WTO, dan it-tqassim tal-kwoti tariffarji li huma parti mill-iskeda ta' konċessjonijiet u impenji tal-Unjoni ser ikollu jseħħ skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 ("GATT tal-1994"). Għalhekk, wara t-tlestija ta' kuntatti preliminari, l-Unjoni ser tidħol f'negozjati ma' Membri tad-WTO li għandhom interess prinċipali jew sostanzjali fil-fornimenti jew għandhom id-dritt inizjali ta' negozjati b'rabta ma' kull waħda minn dawn il-kwoti tariffarji. |
(4) F'konformità mar-regoli tad-WTO, dan it-tqassim tal-kwoti tariffarji li huma parti mill-iskeda ta' konċessjonijiet u impenji tal-Unjoni ser ikollu jseħħ skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 ("GATT tal-1994"). Għalhekk, wara t-tlestija ta' kuntatti preliminari, l-Unjoni ser tidħol f'negozjati ma' Membri tad-WTO li għandhom interess prinċipali jew sostanzjali fil-fornimenti jew għandhom id-dritt inizjali ta' negozjati b'rabta ma' kull waħda minn dawn il-kwoti tariffarji. Dawn in-negozjati jenħtieġ li jżommu portata limitata u jenħtieġ li bl-ebda mod ma jiġu estiżi għal negozjar mill-ġdid tat-termini ġenerali jew tal-livell ta' aċċess tal-prodotti fis-suq tal-Unjoni. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Għalhekk, jenħtieġ li tintuża l-metodoloġija li ġejja: bħala l-ewwel pass, jenħtieġ li jiġi stabbilit is-sehem tal-użu tar-Renju Unit għal kull kwota tariffarja individwali. Is-sehem tal-użu, espress bħala perċentwal, huwa s-sehem tar-Renju Unit tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni taħt il-kwota tariffarja fuq perjodu reċenti ta' tliet snin rappreżentattiv. Dan l-użu jenħtieġ li jiġi applikat fuq il-volum kollu tal-kwota tariffarja skedata biex jiġi stabbilit is-sehem tar-Renju Unit ta' kwota tariffarja partikolari. Mbagħad, is-sehem tal-Unjoni jkun jikkonsisti mill-bqija tal-kwota tariffarja inkwistjoni. Dan ifisser li l-volum totali ta' kwota tariffarja partikolari ma jinbidilx (jiġifieri wieħed jgħid li, il-volum tal-UE27 = il-volum attwali tal-UE28 – il-volum tar-Renju Unit). Jenħtieġ li d-dejta sottostanti tiġi estratta mill-bażijiet tad-dejta rilevanti tal-Kummissjoni. |
(6) Għalhekk, jenħtieġ li tintuża l-metodoloġija li ġejja: bħala l-ewwel pass, jenħtieġ li jiġi stabbilit is-sehem tal-użu tar-Renju Unit għal kull kwota tariffarja individwali. Is-sehem tal-użu, espress bħala perċentwal, huwa s-sehem tar-Renju Unit tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni taħt il-kwota tariffarja fuq perjodu reċenti ta' tliet snin rappreżentattiv. Dan l-użu jenħtieġ li jiġi applikat fuq il-volum kollu tal-kwota tariffarja skedata, b'kont meħud ta' kwalunkwe sottoutilizzazzjoni, biex jiġi stabbilit is-sehem tar-Renju Unit ta' kwota tariffarja partikolari. Mbagħad, is-sehem tal-Unjoni jkun jikkonsisti mill-bqija tal-kwota tariffarja inkwistjoni. Dan ifisser li l-volum totali ta' kwota tariffarja partikolari ma jinbidilx (jiġifieri wieħed jgħid li, il-volum tal-UE27 = il-volum attwali tal-UE28 – il-volum tar-Renju Unit). Jenħtieġ li d-data sottostanti tiġi estratta mill-bażijiet tad-data rilevanti tal-Kummissjoni. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Il-metodoloġija għas-sehem tal-użu għal kull kwota tariffarja individwali ġiet stabbilita u miftiehma bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, u għalhekk, din il-metodoloġija jenħtieġ li tinżamm kollha biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tagħha. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Għat-TRQs agrikoli kkonċernati, l-Artikoli 184-188 tar-Regolament (UE) Nru 1308/20131 jipprevedu l-bażi ġuridika meħtieġa għall-amminitsrazzjoni tat-TRQs ladarba jinqasmu skont ir-Regolament preżenti. Għat-TRQs li jkopru s-sajd, prodotti industrijali u ċerti prodotti agrikoli pproċessati, l-amministrazzjoni titwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 32/20002. Il-kwantitajiet tat-TRQs ikkonċernati huma stabbiliti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, li għalhekk jenħtieġ li jinbidlu bil-kwantitajiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(8) Għat-TRQs agrikoli kkonċernati, l-Artikoli 184-188 tar-Regolament (UE) Nru 1308/20131 jipprevedu l-bażi ġuridika meħtieġa għall-amministrazzjoni tat-TRQs ladarba jinqasmu skont ir-Regolament preżenti. Din l-amministrazzjoni għalhekk trid titwettaq skont il-mudell agrikolu tal-Unjoni, abbażi tal-multifunzjonalità tal-attività agrikola, b'enfasi wkoll fuq ir-rikonoxximent espliċitu ta' kunsiderazzjonijiet mhux kummerċjali u li taqdi l-ħtiġijiet tal-pubbliku fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, il-ħarsien tal-ambjent, il-kwalità tal-ikel u l-benessri tal-annimali. Għat-TRQs li jkopru s-sajd, prodotti industrijali u ċerti prodotti agrikoli pproċessati, l-amministrazzjoni titwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 32/20002. Il-kwantitajiet tat-TRQs ikkonċernati huma stabbiliti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, li għalhekk jenħtieġ li jinbidlu bil-kwantitajiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament. |
_________________ |
_________________ |
1 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013) |
1 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671). |
2 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta' tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1). |
2 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta' tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1). |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda li tirreferi għall-prinċipji fundaturi tal-Ftehim dwar l-Biedja fil-GATT, sabiex dawn jiġu applikati wkoll għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' dan it-tqassim tal-kwoti tariffarji. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Filwaqt li jittieħed kont li n-negozjati mal-Membri tad-WTO affettwati ser isiru fl-istess waqt tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jiġi ddelegat lill-Kummissjoni biex temenda l-Anness ta' dan ir-Regolament u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 fir-rigward tal-kwantitajiet tal-kwoti tariffarji mqassmin elenkati fih, sabiex jittieħed kont ta' kwalunkwe ftehim konkluż jew ta' informazzjoni pertinenti li tista' tirċievi fil-kuntest ta' dawn in-negozjati li tindika li l-fatturi speċifiċi li qabel ma kinux magħrufa jeħtieġu aġġustament fit-tqassim tal-kwoti tariffarji bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. L-istess possibbiltà jenħtieġ li tingħata wkoll meta din l-informazzjoni ssir disponibbli barra tali negozjati. |
(9) Filwaqt li jittieħed kont li n-negozjati mal-Membri tad-WTO affettwati ser isiru fl-istess waqt tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jiġi ddelegat lill-Kummissjoni biex temenda l-Anness ta' dan ir-Regolament u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 fir-rigward tal-kwantitajiet tal-kwoti tariffarji mqassmin elenkati fih. Dawn l-annessi jenħtieġ li jiġu emendati biss sabiex jittieħed kont ta' kwalunkwe ftehim internazzjonali konkluż jew ta' informazzjoni pertinenti li tista' tirċievi, jew fil-kuntest ta' dawn in-negozjati jew inkella lil hinn minnhom, li tindika li l-fatturi speċifiċi li qabel ma kinux magħrufa jeħtieġu aġġustament fit-tqassim tal-kwoti tariffarji bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 jagħti setgħat lill-Kummissjoni biex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, huwa xieraq li dawn is-setgħat jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dan l-allinjament għandu jsir, fejn xieraq, permezz tal-għoti ta' setgħat delegati lill-Kummissjoni u billi jiġu applikati ċerti proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għal dan il-għan, is-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu sostitwiti minn setgħat biex jadottaw atti delegati u ta' implimentazzjoni. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 1a |
|
Il-porzjon tal-Unjoni tal-kwoti tariffarja kif stipulat fl-Artikolu 1 għandu jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni tal-proċedura li ġejja: |
|
(1) Għandu jiġi stabbilit is-sehem tal-użu tal-importazzjonijiet tal-Unjoni, f'perċentwali, għal kull kwota tariffarja individwali fuq perjodu rappreżentattiv reċenti ta' tliet snin; |
|
(2) Is-sehem tal-użu tal-importazzjonijiet tal-Unjoni, f'perċentwali, għandu jiġi applikat fuq il-volum previst kollu tal-kwota tariffarja biex jiġi stabbilit is-sehem tagħha ta' kwota tariffarja partikolari; |
|
(3) Rigward il-kwoti tariffarji individwali li għalihom ma jista' jiġi osservat l-ebda kummerċ matul il-perjodu rappreżentattiv kif stabbilit fil-punt 1, il-porzjon tal-Unjoni għandu minflok jiġi stabbilit, billi tiġi segwita l-proċedura stabbilita fil-punt 2, abbażi tas-sehem tal-użu tal-importazzjonijiet tal-Unjoni, f'perċentwali, ta' kwota tariffarja oħra bl-istess definizzjoni tal-prodott, jew fil-linji tariffarji korrispondenti barra mill-kwota tariffarja. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 2 |
imħassar |
L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 għandu jinbidel bit-test tal-Parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 4 biex temenda l-Anness ta' dan ir-Regolament u l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 sabiex jittieħed kont dan li ġej: |
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 4 biex temenda l-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament sabiex jittieħed kont dan li ġej, filwaqt li tiżgura l-konsistenza mal-metodoloġija komuni maqbula b'mod konġunt mar-Renju Unit u b'mod partikolari billi tiżgura li l-aċċess għas-suq fl-Unjoni kif magħmul wara l-ħruġ tar-Renju Unit ma jaqbiżx dak li huwa rifless fis-sehem tal-flussi kummerċjali matul perjodu rappreżentattiv: |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) ta' informazzjoni pertinenti li tista' tirċievi jew fil-kuntest tan-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 jew permezz ta' mezzi oħra. |
(b) ta' informazzjoni pertinenti li tista' tirċievi jew fil-kuntest tan-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 jew minn sorsi oħra b'interess fi kwota tariffarja speċifika. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 3a |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 għandu jiġi emendat kif ġej: |
|
(1) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
|
"2. Id-deċiżjoni li l-intitolament għall-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 jiġi rtirat b'mod temporanju, kollu jew parti minnu, għandha tiġi adottata permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, wara konsultazzjonijiet xierqa minn qabel mill-Kummissjoni mal-pajjiż benefiċjarju inkwistjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2)." |
|
(2) Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
|
"1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a biex temenda l-Annessi I sa VII: |
|
(a) meta l-emendi u l-aġġustamenti tekniċi huma meħtieġa minħabba bidliet fin-Nomenklatura Magħquda u l-kodiċi TARIC; |
|
(b) meta l-aġġustamenti huma meħtieġa minħabba: |
|
– il-konklużjoni mill-Kunsill ta' ftehimiet jew skambji ta' ittri fi ħdan il-qafas tal-GATT jew il-konformità mal-obbligi kuntrattwali tal-Unjoni lejn xi pajjiżi fi ħdan il-qafas tal-GATT, jew |
|
– l-estensjoni tal-iskema ġeneralizzata ta' preferenzi fir-rigward tal-prodotti tal-ġuta u tal-fibra mill-ġewż tal-Indi; |
|
(c) iż-żieda tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw mal-listi miżmuma fl-Annessi IV u V fuq it-talba uffiċjali ta' Stat applikant li joffri l-garanziji meħtieġa għall-verifika tal-awtentiċità ta' dawn il-prodotti; |
|
(d) meta l-emendi u l-aġġustamenti huma meħtieġa għad-definizzjonijiet għal prodotti magħmulin bl-idejn u d-drappijiet tan-newl tal-idejn kif ukoll għaċ-ċertifikati mudell tal-awtentiċità; |
|
1a. Kwalunkwe emenda għall-Anness I, kif stabbilit fil-paragrafu 1, li tirriżulta mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni: |
|
(a) għandha tiżgura l-konsistenza mal-metodoloġija komuni maqbula b'mod konġunt mar-Renju Unit u b'mod partikolari tiżgura li l-aċċess għas-suq fl-Unjoni kif magħmul wara l-ħruġ tar-Renju Unit ma jaqbiżx dak li huwa rifless fis-sehem tal-flussi kummerċjali matul perjodu rappreżentattiv; kif ukoll |
|
(b) tista' tiġi adottata wkoll biex tiġi kkunsidrata l-informazzjoni pertinenti li l-Kummissjoni tista' tirċievi jew fil-kuntest tan-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 jew minn sorsi oħra b'interess fi kwota tariffarja speċifika". |
|
(3) L-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
|
"1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit mill-Artikolu 285 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. |
|
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011." |
|
(4) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 10a |
|
1. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. |
|
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 9 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
|
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 9 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
|
4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. |
|
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill." |
|
(5) L-Anness I jinbidel bil-Parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' [4] snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
(2) Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. |
(4) Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-informazzjoni kollha, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Att delegat adottat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien[two months] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[one month] fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
(6) Att delegat adottat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Artikoli 1 u 2 għandhom japplikaw mid-data li fiha d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit skont ftehim konkluż mill-Unjoni u r-Renju Unit skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew, fin-nuqqas ta' tali ftehim, mt-30 ta' Marzu 2019. |
L-Artikolu 1 u l-Artikolu 3a għandhom japplikaw mid-data li fiha d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit skont ftehim konkluż mill-Unjoni u r-Renju Unit skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew, fin-nuqqas ta' tali ftehim, mit-30 ta' Marzu 2019. |
(In-numerazzjoni tal-Artikoli mhijiex korretta fil-proposta tal-Kummissjoni. Bi żball, hemm żewġ Artikoli bin-numru 4.) |
NOTA SPJEGATTIVA
Fid-29 ta' Marzu 2017, il-Gvern tar-Renju Unit innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea (UE) li tagħha bħalissa huwa Stat Membru. B'hekk, huwa antiċipat li r-Renju Unit mhux ser jibqa' Stat Membru tal-UE mit-30 ta' Marzu 2019. F'dan il-kuntest, huwa meħtieġ li jiġi indirizzat it-tqassim tal-kwoti tariffarja rispettivi tal-UE u tar-Renju Unit inkluż fl-iskeda ta' konċessjonijiet u impenji tal-UE fl-ambitu tad-WTO annessa mal-GATT tal-1994.
L-UE qed tmexxi negozjati ma' pajjiżi terzi skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT biex timmodifika l-iskeda tal-UE fl-ambitu tad-WTO li tinkludi volumi tal-kwoti tariffarji. Madankollu, m'hemmx ċertezza li dawn in-negozjati kollha se jiġu konklużi bi ftehim qabel ma r-Renju Unit ma jibqax kopert mill-iskeda tal-UE fl-ambitu tad-WTO. Għalhekk, hemm bżonn li jiġi żgurat li, fl-assenza ta' tali ftehimiet, l-UE xorta tkun tista' tipproċedi bit-tqassim tal-kwoti tariffarji billi timmodifika l-konċessjonijiet tariffarji tad-WTO u li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat meħtieġa sabiex konsegwentement temenda d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UE dwar il-ftuħ u l-implimentazzjoni tal-kwoti tariffarji rilevanti.
Il-proposta tipprevedi kif il-kwoti tariffarji li hemm fl-iskeda ta' konċessjonijiet u impenji tal-UE fl-ambitu tad-WTO ser jinqasmu bejn l-UE u r-Renju Unit. Hi tagħti wkoll s-setgħa lill-Kummissjoni li timmodifika dan it-tqassim b'atti delegati jekk dan ikun meħtieġ wara l-ftehimiet konklużi sussegwentement mal-pajjiżi terzi. Il-kwoti tariffarji għall-prodotti agrikoli u mhux agrikoli huma kkonċernati.
Ir-rapporteur taqbel mal-ispirtu u l-għanijiet ġenerali tal-proposta, peress li l-UE għandha tkun mgħammra bl-għodod kollha meħtieġa biex ma jkunx hemm xkiel fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, u f'każ li ma jkunx possibbli li jiġu konklużi fil-ħin ftehimiet xierqa ma' pajjiżi terzi. Madankollu, ir-rapporteur tipproponi xi emendi għall-proposta, kif deskritt minn hawn 'il quddiem.
L-ewwel nett, fl-interess taċ-ċarezza ġuridika, huwa meħtieġ li fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tiġi stipulata – mhux biss il-premessi – il-metodoloġija li hija l-bażi tat-tqassim tal-kwoti tariffarja eżistenti bejn l-UE u r-Renju Unit.
It-tieni nett, l-ambitu tad-delega ta' setgħat lill-Kummissjoni kif previst bħalissa skont l-Artikolu 3 għandu jiġi ċċarat aktar.
Fl-aħħar nett, dan l-abbozz ta' rapport jindirizza kwistjoni li r-rapporteur tqis li l-Kummissjoni kellha tindirizza direttament fil-proposta. B'mod partikolari, il-proposta tinkludi delega ta' setgħa li jkollha l-effett li timmodifika l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 32/2000[1]. Skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati, skont att leġiżlattiv wieħed ma jistax ikollu l-effett li jimmodifika att leġiżlattiv ieħor (jiġifieri, sabiex jiġi modifikat att leġiżlattiv ieħor, id-delega ta' setgħa għandha tinsab fih). Ir-rapporteur tinnota li r-Regolament (KE) Nru 32/2000, minkejja l-impenji meħuda mill-aktar fis possibbli, b'mod partikolari, fil-paragrafu 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016[2], ma ġiex allinjat mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE. Bħala eżempju, ta' min jinnota li l-atti leġiżlattivi ewlenin kollha fil-qasam tal-politika kummerċjali kienu allinjati ma' atti delegati u ta' implimentazzjoni diġà fl-2014 magħrufa bħala "Trade Omnibus I[3]" u "Trade Omnibus II[4]". Għalhekk, ir-rapporteur ma tara l-ebda għażla ħlief li tinkorpora l-allinjament mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 fir-regolament kurrenti.
Barra minn hekk, minħabba l-inċertezza ġenerali fir-rigward tal-proċess tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, id-delega ta' setgħa għandu jkollha tul ta' żmien rinnovabbli, kif inhi l-prattika ġenerali.
- [1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta' tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1).
- [2] Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14).
- [3] Ir-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1).
- [4] Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri
OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (24.10.2018)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000
(COM(2018)312 – C8-0202/2018 – 2018/0158(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Matt Carty
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Kwota Tariffarja hija strument essenzjali għall-ġestjoni u l-kontroll tal-kompetizzjoni esterna għas-settur agroalimentari tal-Unjoni Ewropea. Bis-saħħa tal-limitazzjoni tal-importazzjonijiet għal livell ta' kwota predeterminat, flimkien ma' livell ta' tariffa barra mill-kwota mhux attraenti, is-setturi domestiċi sensittivi jew vulnerabbli huma protetti mill-kompetizzjoni inġusta. Dan l-istrument jintuża kemm fil-qafas multilaterali tad-WTO kif ukoll fil-qafas bilaterali ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTAs).
Matul is-snin, l-għadd ta' Kwoti Tariffarji tal-Unjoni Ewropea fid-WTO żdied biex jirrifletti b'mod partikolari il-kumpens mogħti fil-kuntest tat-tkabbir tal-UE jew fir-riżoluzzjoni tat-tilwim kummerċjali (eż. l-ormoni taċ-ċanga u l-biċċiet tat-tiġieġ mingħajr għadam u ffriżati). Il-ħruġ imminenti tar-Renju Unit mill-UE jwassal għall-ħtieġa għar-riallokazzjoni tal-lista sħiħa ta' Kwoti Tariffarji tad-WTO bejn l-UE u r-Renju Unit bil-għan li tirrifletti l-użu reali tal-Kwoti Tariffarji min-naħa taż-żewġ partijiet. Jekk dan ma jsirx skont metodoloġija ċara u oġġettiva, is-swieq jaf jimtlew eċċessivament, il-prodotti domestiċi jaf jiġu orjentati mill-ġdid lejn destinazzjonijiet oħrajn, u dan fl-aħħar mill-aħħar jaffettwa l-prezzijiet li l-produtturi primarji jirċievu għall-prodott tagħhom.
Mingħajr sorpriża, il-prodotti agrikoli jiddominaw il-lista tal-UE b'87 Kwota Tariffarja, u l-laħam, iċ-ċereali u l-prodotti tal-ħalib jirrappreżentaw l-akbar numru ta' kwoti. Dan juri s-sensittivitajiet ta' dawn s-setturi u ta' setturi agrikoli oħra għall-kompetizzjoni, u l-ħtieġa li dan ir-Regolament ikun ġust u preċiż fl-eżerċizzju ta' tqassim mill-ġdid tiegħu.
Fir-rigward tat-tqassim, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ssegwi l-metodoloġija maqbula b'mod konġunt mar-Renju Unit li jiġi eżaminat is-sehem tal-użu ta' kull kwota partikolari. Ir-Rapporteur jaqbel li t-tqassim tal-Kwoti Tariffarji abbażi ta' kalkolu tas-sehem ta' importazzjonijiet ta' kull parti taħt perjodu rappreżentattiv ta' 2013-2015 huwa mod loġiku u oġġettivament ġust ta' kif tiġi indirizzata s-sitwazzjoni attwali. Mingħajr ma jagħmel ebda tibdil sostantiv fil-metodoloġija, ir-Rapporteur jipproponi emenda li tenfasizza li l-applikazzjoni tas-sehem tal-użu hija applikata għall-kwota tariffarja sħiħa prevista, irrispettivament minn kwalunkwe sottoutilizzazzjoni.
Fl-applikazzjoni ta' din il-metodoloġija, il-Kummissjoni qed tipproponi li tniedi proċedura skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 bil-għan li tinvolvi lil dawk il-membri tad-WTO li huma fornituri prinċipali, li għandhom interess sostanzjali fin-negozjati mill-ġdid jew li għandhom drittijiet inizjali ta' negozjar. Għal dan il-proċess, ir-Rapporteur jemmen li huwa kruċjali li jiġi enfasizzat li l-mandat ta' negozjar bl-ebda mod ma jwassal għal negozjar mill-ġdid tat-termini ġenerali ta' aċċess u lanqas għal xi żieda fil-volumi globali. Dan naturalment għandu jinkludi l-ħtieġa li jinżamm il-bilanċ attwali, pereżempju fejn hija permessa trasferibbiltà limitata bejn l-Iskema taċ-Ċanga u l-Vitella ta' Kwalità Għolja u l-Kwota Awtonoma għaċ-Ċanga.
Ir-Rapporteur jirrikonoxxi li n-natura ta' dawn in-negozjati, u l-inċertezza dwar id-dejta u t-termini reali rigward il-ħruġ tar-Renju Unit, ifissru li jaf ikun hemm il-ħtieġa għal modifiki fid-diviżjoni tal-konċessjonijiet elenkati fl-Anness.
Xi drabi, naturalment dan ikun neċessità. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe soluzzjoni oħra fejn jidħol l-impenn biex tiġi evitata fruntiera fiżika fuq il-gżira tal-Irlanda, ir-Renju Unit u l-UE qablu li l-Irlanda ta' Fuq għandha tibqa' "allinjata bis-sħiħ" mas-Suq Uniku tal-UE u l-unjoni doganali tal-UE - l-hekk imsejħa Proposta ta' Kontinġenza. F'dan il-każ, se jkun meħtieġ tqassim mill-ġdid sħiħ tal-Kwoti Tariffarji elenkati fl-Anness għar-Regolament bil-għan li jitqiesu l-prodotti liċenzjati jew importati lejn l-Irlanda ta' Fuq.
Jaf ikun hemm ukoll il-ħtieġa li jinstab sett ġdid ta' dejta għat-tqassim mill-ġdid fejn, pereżempju, il-miżuri SPS matul il-perjodu ta' referenza 2013-2015 ikkawżaw tfixkil fil-kummerċ ma' sieħeb partikolari tad-WTO, u dan ifisser li l-informazzjoni ma tirriflettix sew ir-realtà.
Fl-aħħar, f'xi każijiet fejn is-sehem tal-użu tal-Kwoti Tariffarji tar-Renju Unit huwa tant żgħir, it-tqassim tal-kwoti skont il-metodoloġija proposta se toħloq Kwota Tariffarja iżgħar li s-sħab tad-WTO jaf ma jqisuhiex suffiċjenti biex tiġġustifika konsenja separata.
Ir-Rapporteur jemmen li l-emendi skont il-każijiet kollha msemmija hawn fuq se jinvolvu deċiżjonijiet politiċi, li jistgħu jolqtu setturi agrikoli sensittivi ħafna.
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni Ewropea m'għandux ikollha setgħa diskrezzjonali illimitata biex temenda t-tqassim mill-ġdid tal-Kwoti Tariffarji mingħajr ma jkollha l-approvazzjoni tal-Parlament kif previst mit-Trattati. F'dawn il-każijiet irid ikun hemm trasparenza sħiħa u skrutinju leġiżlattiv. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biss li tadotta Atti Delegati fejn ikun ġie konkluż ftehim internazzjonali, minħabba li f'dawn il-każijiet xorta tkun meħtieġa l-approvazzjoni tal-Parlament. Għall-emendi l-oħra kollha għad-diviżjonijiet, ir-Rapporteur jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont il-proċedura ddettata mit-Trattati.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ser ikollu effetti fuq ir-relazzjonijiet tar-Renju Unit u l-Unjoni ma' partijiet terzi, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li tagħha t-tnejn huma membri oriġinali. |
(2) Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ser ikollu effetti fuq ir-relazzjonijiet tar-Renju Unit u l-Unjoni ma' partijiet terzi, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li tagħha t-tnejn huma membri oriġinali. Peress li dan il-proċess ser ikun għaddej fl-istess ħin tan-negozjati tal-QFP, u b'kont meħud tas-sehem iddedikat għas-settur agrikolu fil-QFP, is-settur jaf jiġi espost ħafna, u għaldaqstant jeħtieġ li n-negozjati jsiru b'ċerta kawtela. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Jenħtieġ li wieħed jiftakar li, fir-rigward tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), iffirmat f'Ġinevra fl-1947, u tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f'Marrakesh fl-1994, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jaġixxu skont l-Artikoli 207 (il-politika kummerċjali komuni), 217 u 218 (ftehimiet internazzjonali) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (5.2.2). |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) F'konformità mar-regoli tad-WTO, dan it-tqassim tal-kwoti tariffarji li huma parti mill-iskeda ta' konċessjonijiet u impenji tal-Unjoni ser ikollu jseħħ skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 ("GATT tal-1994"). Għalhekk, wara t-tlestija ta' kuntatti preliminari, l-Unjoni ser tidħol f'negozjati ma' Membri tad-WTO li għandhom interess prinċipali jew sostanzjali fil-fornimenti jew għandhom id-dritt inizjali ta' negozjati b'rabta ma' kull waħda minn dawn il-kwoti tariffarji. |
(4) F'konformità mar-regoli tad-WTO, dan it-tqassim tal-kwoti tariffarji li huma parti mill-iskeda ta' konċessjonijiet u impenji tal-Unjoni ser ikollu jseħħ skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 ("GATT tal-1994"). Għalhekk, wara t-tlestija ta' kuntatti preliminari, l-Unjoni ser tidħol f'negozjati ma' Membri tad-WTO li għandhom interess prinċipali jew sostanzjali fil-fornimenti jew għandhom id-dritt inizjali ta' negozjati b'rabta ma' kull waħda minn dawn il-kwoti tariffarji. Dawk in-negozjati jenħtieġ li jibqgħu limitati fil-kamp ta' applikazzjoni u jenħtieġ li ma jestendu bl-ebda mod għal negozjar mill-ġdid tat-termini ġenerali ta' aċċess, u lanqas ta' livell ta' aċċess tal-prodotti fis-suq tal-Unjoni. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Madankollu, minħabba l-limiti ta' żmien imposti fuq dan il-proċess min-negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, huwa possibbli li l-ftehimiet jistgħu ma jiġux konklużi mal-membri kollha tad-WTO b'rabta mal-kwoti tariffarji kollha fid-data li l-iskeda ta' konċessjonijiet u impenji tad-WTO dwar il-kummerċ tal-oġġetti tal-Unjoni ma tibqax tapplika għar-Renju Unit. Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-operazzjoni kontinwa bla intoppi tal-importazzjonijiet, skont il-kwoti tariffarji, fl-Unjoni u fir-Renju Unit, hemm bżonn li l-Unjoni tkun tista' tipproċedi b'mod unilaterali bit-tqassim tal-kwoti tariffarji. Jenħtieġ li l-metodoloġija użata tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994. |
(5) Madankollu, minħabba l-limiti ta' żmien imposti fuq dan il-proċess min-negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u minħabba li l-eżitu tan-negozjati għadu mhux ċar, huwa possibbli li l-ftehimiet jistgħu ma jiġux konklużi mal-membri kollha tad-WTO b'rabta mal-kwoti tariffarji kollha fid-data li l-iskeda ta' konċessjonijiet u impenji tad-WTO dwar il-kummerċ tal-oġġetti tal-Unjoni ma tibqax tapplika għar-Renju Unit. Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu żgurati ċ-ċertezza legali, b'mod partikolari l-protezzjoni tal-konsumaturi u l-benessri tal-bdiewa, u l-operazzjoni kontinwa bla intoppi tal-importazzjonijiet, skont il-kwoti tariffarji, fl-Unjoni u fir-Renju Unit, hemm bżonn li l-Unjoni tkun tista' tipproċedi b'mod unilaterali bit-tqassim tal-kwoti tariffarji. Jenħtieġ li l-metodoloġija użata tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994. B'mod partikolari, għall-parti relatata mal-politika agrikola komuni (PAK), f'każ li tinqala' tilwima b'rabta mat-tqassim li jkun ġie deċiż, il-miżura kkonċernata se tiġi sottomessa għal valutazzjoni mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO, biex b'hekk jiġi żgurat li l-Istati firmatarji jikkonformaw mar-regoli multilaterali l-ġodda, iżda mingħajr ma tiġi impedita l-applikazzjoni tal-kwota tariffarja li sadanittant tkun ġiet stabbilita unilateralment mill-Unjoni. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Għalhekk, jenħtieġ li tintuża l-metodoloġija li ġejja: bħala l-ewwel pass, jenħtieġ li jiġi stabbilit is-sehem tal-użu tar-Renju Unit għal kull kwota tariffarja individwali. Is-sehem tal-użu, espress bħala perċentwal, huwa s-sehem tar-Renju Unit tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni taħt il-kwota tariffarja fuq perjodu reċenti ta' tliet snin rappreżentattiv. Dan l-użu jenħtieġ li jiġi applikat fuq il-volum kollu tal-kwota tariffarja skedata biex jiġi stabbilit is-sehem tar-Renju Unit ta' kwota tariffarja partikolari. Mbagħad, is-sehem tal-Unjoni jkun jikkonsisti mill-bqija tal-kwota tariffarja inkwistjoni. Dan ifisser li l-volum totali ta' kwota tariffarja partikolari ma jinbidilx (jiġifieri wieħed jgħid li, il-volum tal-UE27 = il-volum attwali tal-UE28 – il-volum tar-Renju Unit). Jenħtieġ li d-dejta sottostanti tiġi estratta mill-bażijiet tad-dejta rilevanti tal-Kummissjoni. |
(6) Għalhekk, jenħtieġ li tintuża l-metodoloġija li ġejja: bħala l-ewwel pass, jenħtieġ li jiġi stabbilit is-sehem tal-użu tar-Renju Unit għal kull kwota tariffarja individwali. Is-sehem tal-użu, espress bħala perċentwal, huwa s-sehem tar-Renju Unit tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni taħt il-kwota tariffarja fuq perjodu reċenti ta' tliet snin rappreżentattiv. Dan l-użu jenħtieġ li jiġi applikat fuq il-volum kollu tal-kwota tariffarja skedata, b'kont meħud ta' kwalunkwe sottoutilizzazzjoni, biex jiġi stabbilit is-sehem tar-Renju Unit ta' kwota tariffarja partikolari. Imbagħad, is-sehem tal-Unjoni jkun jikkonsisti mill-bqija tal-kwota tariffarja inkwistjoni. Dan ifisser li l-volum totali ta' kwota tariffarja partikolari ma jinbidilx (jiġifieri wieħed jgħid li, il-volum tal-UE27 = il-volum attwali tal-UE28 – il-volum tar-Renju Unit). Jenħtieġ li d-dejta sottostanti tiġi estratta mill-bażijiet tad-dejta rilevanti tal-Kummissjoni. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Il-metodoloġija għas-sehem tal-użu għal kull kwota tariffarja ġiet stabbilita u maqbula mill-Unjoni u r-Renju Unit, f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, u b'hekk il-metodoloġija stabbilita u maqbula jenħtieġ li tinżamm bis-sħiħ biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-metodoloġija. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Għat-TRQs agrikoli kkonċernati, l-Artikoli 184-188 tar-Regolament (UE) Nru 1308/20131 jipprevedu l-bażi ġuridika meħtieġa għall-amminitsrazzjoni tat-TRQs ladarba jinqasmu skont ir-Regolament preżenti. Għat-TRQs li jkopru s-sajd, prodotti industrijali u ċerti prodotti agrikoli pproċessati, l-amministrazzjoni titwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 32/20002. Il-kwantitajiet tat-TRQs ikkonċernati huma stabbiliti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, li għalhekk jenħtieġ li jinbidlu bil-kwantitajiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(8) Għat-TRQs agrikoli kkonċernati, l-Artikoli 184-188 tar-Regolament (UE) Nru 1308/20131 jipprevedu l-bażi ġuridika meħtieġa għall-amminitsrazzjoni tat-TRQs ladarba jinqasmu skont ir-Regolament preżenti. Dik l-amministrazzjoni trid, għaldaqstant, titwettaq skont il-mudell agrikolu Ewropew, abbażi tal-multifunzjonalità tal-attività agrikola, b'enfasi wkoll fuq ir-rikonoxximent espliċitu tal-konsiderazzjonijiet mhux kummerċjali u l-issodisfar tal-ħtiġijiet tal-pubbliku fil-qasam tas-sikurezza alimentari, il-protezzjoni ambjentali, il-kwalità tal-ikel u l-benessri tal-annimali. Għat-TRQs li jkopru s-sajd, prodotti industrijali u ċerti prodotti agrikoli pproċessati, l-amministrazzjoni titwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 32/20002 . Il-kwantitajiet tat-TRQs ikkonċernati huma stabbiliti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, li għalhekk jenħtieġ li jinbidlu bil-kwantitajiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament. |
_________________ |
_________________ |
1 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671). |
1 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671). |
2 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta' tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1). |
2 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta' tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1). |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda li tfakkar fil-prinċipji fundamentali tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura fil-GATT, sabiex dawn jiġu applikati wkoll għat-tfassil u l-implimentazzjoni tat-tqassim tal-kwoti tariffarji. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Filwaqt li jittieħed kont li n-negozjati mal-Membri tad-WTO affettwati ser isiru fl-istess waqt tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jiġi ddelegat lill-Kummissjoni biex temenda l-Anness ta' dan ir-Regolament u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 fir-rigward tal-kwantitajiet tal-kwoti tariffarji mqassmin elenkati fih, sabiex jittieħed kont ta' kwalunkwe ftehim konkluż jew ta' informazzjoni pertinenti li tista' tirċievi fil-kuntest ta' dawn in-negozjati li tindika li l-fatturi speċifiċi li qabel ma kinux magħrufa jeħtieġu aġġustament fit-tqassim tal-kwoti tariffarji bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. L-istess possibbiltà jenħtieġ li tingħata wkoll meta din l-informazzjoni ssir disponibbli barra tali negozjati. |
(9) Filwaqt li jittieħed kont li n-negozjati mal-Membri tad-WTO affettwati ser isiru fl-istess waqt tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jiġi ddelegat lill-Kummissjoni biex temenda l-Anness ta' dan ir-Regolament u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 fir-rigward tal-kwantitajiet tal-kwoti tariffarji mqassmin elenkati fih. Dan jenħtieġ isir sabiex jittieħed kont ta' kwalunkwe ftehim internazzjonali konkluż jew ta' informazzjoni pertinenti li tista' tirċievi jew fil-kuntest ta' dawn in-negozjati jew 'il barra minnhom, li tindika li l-fatturi speċifiċi li qabel ma kinux magħrufa jeħtieġu aġġustament fit-tqassim tal-kwoti tariffarji bejn l-Unjoni u r-Renju Unit |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Meta tasal informazzjoni pertinenti matul in-negozjati li tirrikjedi aġġustament tat-tqassim tal-kwoti tariffarji, minbarra l-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrispetta l-proċeduri previsti mill-Artikolu 207(4) u mill-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ser ikollu impatt fuq ir-relazzjonijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi li attwalment huma partijiet għal ftehim ta' kummerċ ħieles bilaterali mal-Unjoni Ewropea ta' 28 membru. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tindirizza din il-kwistjoni bil-għan li tiżgura ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u tevita eċċess ta' kwoti tariffarji li jaf jiddestabbilizza s-suq tal-UE27. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 4 biex temenda l-Anness ta' dan ir-Regolament u l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 sabiex jittieħed kont dan li ġej: |
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 4 biex temenda l-Anness ta' dan ir-Regolament u l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000, filwaqt li tieħu ħsieb li ma testendix il-livell attwali ta'aċċess għas-suq, sabiex jittieħed kont dan li ġej: |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' [4] snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
(2) Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' [sentejn] mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. |
(4) Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. Biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-informazzjoni kollha, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Att delegat adottat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[one month] fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
(6) Att delegat adottat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahar/jew kif mitlub, iżda mhux aktar minn 40 jum ta' xogħol] fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
It-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 |
||||
Referenzi |
COM(2018)0312 – C8-0202/2018 – 2018/0158(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 31.5.2018 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 31.5.2018 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Matt Carthy 4.7.2018 |
||||
Data tal-adozzjoni |
22.10.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
36 5 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Paolo De Castro, Albert Deß, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Norbert Lins, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Giulia Moi, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Marc Tarabella, Maria Gabriela Zoană, Marco Zullo |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Franc Bogovič, Elsi Katainen, Anthea McIntyre, Momchil Nekov, Sofia Ribeiro, Molly Scott Cato |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
John Flack |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
36 |
+ |
|
ALDE |
Elsi Katainen |
|
ECR |
Zbigniew Kuźmiuk |
|
EFDD |
Giulia Moi, Marco Zullo |
|
ENF |
Philippe Loiseau |
|
GUE/NGL |
Matt Carthy, Luke Ming Flanagan, Anja Hazekamp, Maria Lidia Senra Rodríguez |
|
PPE |
Franc Bogovič, Daniel Buda, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Marijana Petir, Sofia Ribeiro, Czesław Adam Siekierski |
|
S&D |
Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Karine Gloanec Maurin, Karin Kadenbach, Momchil Nekov, Maria Noichl, Ricardo Serrão Santos, Marc Tarabella |
|
VERTS/ALE |
Martin Häusling, Bronis Ropė, Molly Scott Cato |
|
5 |
- |
|
ECR |
Jørn Dohrmann, John Flack, Anthea McIntyre, James Nicholson |
|
EFDD |
John Stuart Agnew |
|
0 |
0 |
|
- |
- |
|
It-tifsira tas-simboli:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
It-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 |
||||
Referenzi |
COM(2018)0312 – C8-0202/2018 – 2018/0158(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
22.5.2018 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 31.5.2018 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 31.5.2018 |
AGRI 31.5.2018 |
PECH 31.5.2018 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 19.6.2018 |
PECH 20.6.2018 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Godelieve Quisthoudt-Rowohl 20.6.2018 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
10.7.2018 |
27.9.2018 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
5.11.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 0 5 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, Yannick Jadot, France Jamet, Jude Kirton-Darling, Patricia Lalonde, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Syed Kamall, Sajjad Karim, Sander Loones, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Ramon Tremosa i Balcells, Jarosław Wałęsa |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, John Flack, Norbert Lins |
||||
Data tat-tressiq |
8.11.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
32 |
+ |
|
ALDE |
Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Ramon Tremosa i Balcells |
|
EFDD |
Tiziana Beghin |
|
GUE/NGL |
Eleonora Forenza, Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz |
|
NI |
David Borrelli, Emmanuel Maurel |
|
PPE |
Georges Bach, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Christophe Hansen, Norbert Lins, Sorin Moisă, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler |
|
S&D |
Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster |
|
VERTS/ALE |
Heidi Hautala, Yannick Jadot |
|
0 |
- |
|
|
|
|
5 |
0 |
|
ECR |
John Flack, Syed Kamall, Sajjad Karim, Sander Loones |
|
ENF |
France Jamet |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni