Proċedura : 2018/0048(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0364/2018

Testi mressqa :

A8-0364/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/03/2019 - 18.2

Testi adottati :

P8_TA(2019)0301

RAPPORT     ***I
PDF 1225kWORD 151k
9.11.2018
PE 626.662v02-00 A8-0364/2018

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji

(COM(2018)0113 – C8-0103/2018 – 2018/0048(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Ashley Fox

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji

(COM(2018)0113 – C8-0103/2018 – 2018/0048(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0113),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0103/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0364/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2018/0048 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,(3)

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,(4)

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Il-finanzjament kollettiv dejjem aktar qed isir forma stabbilita ta' finanzjament alternattiv għal negozji ġodda kif ukoll għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fi stadju bikri tat-tkabbir ta' kumpanija, li tipikament jiddependi fuq investimenti żgħar. Il-finanzjament kollettiv jirrappreżenta tip dejjem aktar importanti ta' intermedjazzjoni ġdida fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jopera pjattaforma diġitali miftuħa għall-pubbliku sabiex ilaqqa' jew jiffaċilita t-tlaqqigħ ta' investituri jew mutwanti prospettivi ma' negozji li jfittxu finanzjament, irrispettivament minn jekk il-finanzjament iwassalx għal ftehim ta' self, għal investiment tal-ekwità jew għal investiment trasferibbli ieħor ibbażat fuq is-sigurtà, mingħajr ma jirrappreżenta riskju proprju għall-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. Għalhekk, huwa xieraq li fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament jiġi inkluż kemm il-finanzjament kollettiv ibbażat fuq is-self kif ukoll il-finanzjament kollettiv ibbażat fuq l-investiment▌.

(2)  Il-finanzjament kollettiv jista' jikkontribwixxi sabiex jingħata aċċess għall-finanzjament lil SMEs u ▌biex tiġi kkompletata l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU - Capital Markets Union). In-nuqqas ta' aċċess għal finanzjament għal tali ditti jikkostitwixxi problemi anki fi Stati Membri fejn l-aċċess għal finanzjament bankarju baqa' stabbli matul il-kriżi finanzjarja. Il-finanzjament kollettiv żviluppa fi prattika stabbilita ta' finanzjament ta' proġett jew negozju, tipikament minn numru kbir ta' nies jew organizzazzjonijiet, permezz ta' pjattaformi online li fuqhom, individwi privati, organizzazzjonijiet u negozji, inklużi negozji ġodda, jiġbru ammonti relattivament żgħar ta' flus.

(3)  Il-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv b'mod ġenerali tiddependi fuq tliet tipi ta' atturi: is-sid tal-proġett li jipproponi l-proġett jew is-self tan-negozji li jrid jiġi ffinanzjat, l-investituri li jiffinanzjaw il-proġett propost, ġeneralment permezz ta' investimenti limitati jew self, u organizzazzjoni intermedjarja fil-forma ta' fornitur ta' servizz li jlaqqa' flimkien lil sidien ta' proġetti u lill-investituri jew mutwanti permezz ta' pjattaforma online.

(4)  Barra milli jipprovdi sors alternattiv ta' finanzjament b'mod dirett, inkluż il-kapital ta' riskju, il-finanzjament kollettiv jista' joffri benefiċċji oħra lid-ditti. Il-finanzjament dirett jista' jipprovdi validazzjoni tal-kunċett u tal-idea lill-proġett jew lin-negozju, jagħti aċċess lil għadd kbir ta' nies u b'hekk jipprovdi lill-intraprenditur b'osservazzjonijiet u b'informazzjoni u jkun għodda tal-kummerċjalizzazzjoni.▌

(5)  Diversi Stati Membri diġà introduċew reġimi nazzjonali apposta dwar il-finanzjament kollettiv. Dawk ir-reġimi huma mfassla apposta għall-karatteristiċi u għall-ħtiġijiet tas-swieq lokali u tal-investituri. Bħala riżultat, ir-regoli nazzjonali eżistenti jvarjaw fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' operazzjoni tal-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv, il-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet permessi u r-rekwiżiti tal-liċenzjar.

(6)  Id-differenzi bejn ir-regoli nazzjonali eżistenti huma tali li jostakolaw il-provvista transfruntiera ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u, għaldaqstant, għandhom effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern f'dawn is-servizzi. B'mod partikolari, il-fatt li l-qafas legali huwa frammentat matul il-fruntieri nazzjonali joħloq spejjeż ta' konformità legali sostanzjali għall-investituri fil-livell tal-konsumatur li spiss jaffaċċjaw diffikultajiet li huma sproporzjonati għad-daqs tal-investiment tagħhom sabiex jiddeterminaw ir-regoli li japplikaw għal servizzi ta' finanzjament kollettiv transfruntiera. Għaldaqstant, dawn l-investituri spiss jaqtgħu qalbhom milli jinvestu b'mod transfruntiera permezz ta' pjattaformi ta' finanzjament kollettiv. Għall-istess raġunijiet, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li joperaw dawn il-pjattaformi jaqtgħu qalbhom milli joffru s-servizzi tagħhom fi Stat Membru differenti minn dak li huma stabbiliti fih. B'riżultat ta' dan, l-attivitajiet ta' finanzjament kollettiv fil-parti l-kbira sa issa baqgħu nazzjonali, għad-detriment ta' suq ta' finanzjament kollettiv għall-Unjoni kollha, u b'hekk in-negozji jiċċaħħdu mill-aċċess għal servizzi ta' finanzjament kollettiv, speċjalment f'każijiet fejn negozju jopera fi Stat Membru b'nuqqas ta' aċċess għall-parteċipazzjoni minħabba l-popolazzjoni relattivament żgħira tiegħu.

(7)  Sabiex jitrawmu attivitajiet ta' finanzjament kollettiv transfruntiera u sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċitar tal-libertà għall-fornituri ta' finanzjament kollettiv li jipprovdu u jirċievu tali servizzi fis-suq intern, huwa għaldaqstant meħtieġ li jiġu indirizzati l-ostakli eżistenti għat-tħaddim kif suppost tas-suq intern fis-servizzi ta' finanzjament kollettiv. Li jkun previst sett uniku ta' regoli dwar il-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jagħti lill-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv l-għażla li japplikaw għal awtorizzazzjoni unika fl-Unjoni kollha sabiex jeżerċitaw l-attività tagħhom skont dawk ir-regoli jirrappreżenta l-ewwel pass xieraq sabiex jitrawmu attivitajiet ta' finanzjament kollettiv transfruntiera u b'hekk jitjieb il-mod kif jopera s-Suq Uniku.

(8)  Billi jindirizza l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern f'servizzi ta' finanzjament kollettiv, dan ir-Regolament għandu l-għan li jrawwem finanzjament tan-negozji b'mod transfruntiera. Is-servizzi ta' finanzjament kollettiv fir-rigward tas-self lill-konsumaturi, kif definit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) jenħtieġ għalhekk li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(9)  Sabiex jiġi evitat li l-istess attività tkun soġġetta għal awtorizzazzjonijiet differenti fl-Unjoni, is-servizz ta' finanzjament kollettiv li jingħata minn persuni li jkun ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) jew li jingħata f'konformità mal-liġi nazzjonali jenħtieġ li jiġi eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(10)  Fir-rigward tal-finanzjament kollettiv ibbażat fuq is-self, il-faċilitazzjoni tal-għoti ta' self, inklużi servizzi bħall-preżentazzjoni ta' offerti ta' finanzjament kollettiv lil klijenti jew il-klassifikazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tas-sidien ta' proġetti, jenħtieġ li takkomoda mudelli kummerċjali differenti li jippermettu l-konklużjoni ta' ftehim ta' self permezz ta' pjattaforma ta' finanzjament bejn klijent wieħed jew aktar u sid ta' proġett wieħed jew aktar.

(11)  Fir-rigward tal-finanzjament kollettiv ibbażat fuq l-investiment, it-trasferibbiltà ta' titolu hija salvagwardja importanti għall-investituri biex ikunu kapaċi joħorġu mill-investiment tagħhom minħabba li tagħtihom il-possibbiltà legali li jiddisponu mill-interessi tagħhom fis-swieq kapitali. Għalhekk, dan ir-Regolament ikopri u jippermetti biss servizzi ta' finanzjament kollettiv ibbażat fuq l-investiment fir-rigward tat-titoli trasferibbli. Madankollu, l-istrumenti finanzjarji li mhumiex titoli trasferibbli jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għaliex dawk it-titoli jinvolvu riskji għall-investituri li ma jistgħux jiġu mmaniġġjati b'mod xieraq fl-ambitu ta' dan il-qafas legali.

(11a)  Il-karatteristiċi tal-offerti inizjali tal-muniti (ICOs) huma konsiderevolment differenti mill-finanzjament kollettiv irregolat f'dan ir-Regolament. Fost l-oħrajn, l-ICOs tipikament ma jużawx intermedjarji, bħall-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv, u ħafna drabi jiġbru fondi li jaqbżu EUR 1 000 000. L-inklużjoni tal-ICOs f'dan ir-Regolament ma tindirizzax il-problemi assoċjati mal-ICOs b'mod globali.

(12)  Minħabba r-riskji assoċjati mal-investimenti tal-finanzjament kollettiv, huwa xieraq li, fl-interessi tal-protezzjoni effettiva tal-investituri u tal-provvista ta' mekkaniżmu ta' dixxiplina fis-suq, jiġi impost limitu għal konsiderazzjoni massima għal kull offerta ta' finanzjament kollettiv. Dak il-limitu jenħtieġ li jkun stabbilit għal EUR 8 000 000, li huwa l-limitu massimu li Stat Membru jista' jeżenta offerti ta' titoli lill-pubbliku mill-obbligu li jiġu ppubblikati prospetti skont ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7). Minkejja l-istandard għoli ta' protezzjoni għall-investituri meħtieġ, dan il-limitu jenħtieġ li jiġi stabbilit skont prattiki fis-swieq nazzjonali sabiex il-pjattaforma tal-Unjoni tkun attraenti għal finanzjament tan-negozju transfruntier.

(12a)  Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment li għandu jiġi pprovdut lill-investituri potenzjali għal kull offerta ta' finanzjament kollettiv. Peress li din l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment hija mfassla biex tiġi adattata skont il-karatteristiċi speċifiċi ta' offerta ta' finanzjament kollettiv u l-ħtiġijiet ta' informazzjoni tal-investituri, jenħtieġ li din tissostitwixxi l-prospett meħtieġ mir-Regolament (UE) 2017/1129 għal offerta ta' titoli lill-pubbliku. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu esklużi offerti ta' finanzjament kollettiv skont dan ir-Regolament mill-ambitu tar-Regolament (UE) 2017/1129.

(13)  Sabiex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju u tiġi żgurata superviżjoni effettiva tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkunu pprojbiti milli jaċċettaw depożiti jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku, sakemm ma jkunux awtorizzati bħala istituzzjoni ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8).

(14)  Sabiex jinkiseb dak l-għan, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jingħataw l-għażla li japplikaw għal awtorizzazzjoni waħda fl-Unjoni kollha u jeżerċitaw l-attività tagħhom f'konformità ma' dawk ir-rekwiżiti uniformi. Madankollu, sabiex tiġi ppreservata d-disponibbiltà wiesgħa tal-offerti ta' finanzjament kollettiv immirati biss lejn is-swieq nazzjonali, fejn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jagħżlu li jipprovdu s-servizzi tagħhom taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, jenħtieġ li huma jkunu jistgħu jibqgħu jagħmlu dan. Għalhekk, skont dan, ir-rekwiżiti uniformi stabbiliti f'dan ir-Regolament ma japplikawx għal dawn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jagħżlu li jibqgħu attivi fuq bażi nazzjonali biss.

(15)  Sabiex jinżamm standard għoli ta' protezzjoni tal-investitur, sabiex jitnaqqsu r-riskji assoċjati mal-finanzjament kollettiv u sabiex jiġi żgurat trattament ġust tal-klijenti kollha, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ politika mfassla sabiex jiġi żgurat li l-proġetti jintgħażlu b'mod professjonali, ġust u trasparenti u li s-servizzi ta' finanzjament kollettiv jiġu pprovduti bl-istess mod.

(15a)  Għall-istess raġunijiet, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jużaw l-ICOs fuq il-pjattaforma tagħhom jenħtieġ li jkunu esklużi minn dan ir-Regolament. Biex tikseb regolamentazzjoni effiċjenti dwar it-teknoloġija ICO emerġenti, fil-futur il-Kummissjoni tista' tipproponi qafas leġiżlattiv komprensiv fil-livell tal-Unjoni bbażat fuq valutazzjoni tal-impatt dettaljata.

(15b)  Strumenti ta' investiment alternattivi, bħall-ICOs, għandhom potenzjal fil-finanzjament tal-SMEs, tan-negozji ġodda innovattivi u tan-negozji li qed jespandu, jistgħu jaċċeleraw it-trasferiment tat-teknoloġija, u jistgħu jkunu parti essenzjali mill-unjoni tas-swieq kapitali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-ħtieġa li tipproponi qafas leġiżlattiv separat tal-Unjoni għall-ICOs. It-tisħiħ sistematiku taċ-ċertezza tad-dritt akbar tista' tkun strumentali biex tiżdied il-protezzjoni tal-investitur u tal-konsumatur u biex jitnaqqsu r-riskji li jirriżultaw minn informazzjoni asimmetrika, imġiba frodulenti u attivitajiet illegali.

(16)  Sabiex itejbu s-servizz għall-klijenti tagħhom, li jistgħu jkunu investitur jew sid tal-proġett prospettiv jew attwali, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżerċitaw diskrezzjoni f'isem il-klijenti fir-rigward tal-parametri tal-ordnijiet tal-klijenti, dment li dawn jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiksbu l-aqwa riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom u jiddivulgaw il-metodu preċiż u l-parametri tad-diskrezzjoni. Sabiex jiżguraw li l-investituri prospettivi jiġu offruti opportunitajiet ta' investiment fuq bażi newtrali, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li ma jħallsux jew ma jaċċettawx kwalunkwe remunerazzjoni, skont jew benefiċċju mhux monetarju ieħor biex jidderieġu l-ordnijiet tal-investituri għal offerta partikolari pprovduta fuq il-pjattaforma tagħhom jew għal offerta partikolari pprovduta fuq pjattaforma ta' parti terza.

(17)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiffaċilita l-investiment dirett u jevita l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' arbitraġġ regolatorji għal intermedjarji finanzjarji rregolati taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari regoli tal-Unjoni li jirregolaw il-maniġers tal-assi. Għaldaqstant, l-użu ta' strutturi legali, inklużi strumenti bi skop speċjali, sabiex jinterponu bejn il-proġett jew negozju u l-investituri tal-finanzjament kollettiv, jenħtieġ li jiġi rregolat b'mod strett u permess biss lil kontropartijiet eliġibbli jew klijenti professjonali kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE.

(18)  L-iżgurar ta' sistema ta' governanza effettiva huwa essenzjali għall-ġestjoni tar-riskju xierqa u għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe kunflitt ta' interessi. Għaldaqstant, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkollhom arranġamenti ta' governanza li jiżguraw ġestjoni effettiva u prudenti u l-ġestjoni tagħhom jenħtieġ li jkollha reputazzjoni tajba u jkollha għarfien espert u esperjenza adegwati. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ ukoll li jistabbilixxu proċeduri biex jirċievu u jindirizzaw ilmenti mingħand il-klijenti.

(19)  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li joperaw bħala intermedjarji newtrali bejn il-klijenti fuq il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv tagħhom. Sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u tal-maniġers u tal-impjegati, jew ta' kwalunkwe persuna li tikkontrollhom b'mod dirett jew indirett. Sakemm ma jippubblikawx bil-quddiem il-parteċipazzjoni finanzjarja fil-proġetti jew l-offerti fuq is-sit web tagħhom, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkunu impeduti milli jkollhom xi parteċipazzjoni finanzjarja fl-offerti tal-finanzjament kollettiv fuq il-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv tagħhom. Dan jippermetti lill-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv biex jallinjaw l-interessi tagħhom mal-interessi tal-investituri. Barra minn hekk, azzjonisti li għandhom 20 % jew aktar tal-kapital azzjonarju jew tad-drittijiet tal-vot u l-maniġers▌, jew kwalunkwe persuna li tikkontrolla▌direttament▌il-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv, jenħtieġ li ma jaġixxux bħala klijenti, fir-rigward ta' dawn is-servizzi ta' finanzjament kollettiv offruti fuq dik il-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv.

(20)  Fl-interess ta' provvista effiċjenti u mingħajr xkiel tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jitħallew jafdaw kwalunkwe funzjoni operazzjonali, b'mod sħiħ jew parzjali, lill-fornituri ta' servizz oħrajn, sakemm l-esternalizzazzjoni ma tagħmilx ħsara materjali lill-kwalità tal-kontrolli interni u s-superviżjoni effettiva tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. Madankollu, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jibqgħu responsabbli b'mod sħiħ għall-konformità ma' dan ir-Regolament.

(21)  Iż-żamma tal-fondi tal-klijenti u l-provvista ta' servizzi ta' pagament jeħtieġu awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizz ta' pagament f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9). Ir-rekwiżit obbligatorju tal-awtorizzazzjoni ma jistax jiġi ssodisfat minn awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi ċċarat li fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv iwettaq dawn is-servizzi ta' pagament b'rabta mas-servizzi tal-finanzjament kollettiv tiegħu, huwa jeħtieġ li jiġi awtorizzat ukoll bħala istituzzjoni ta' pagament f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/2366. Sabiex tkun tista' ssir superviżjoni xierqa ta' dawn l-attivitajiet, l-awtorità nazzjonali kompetenti jenħtieġ li tiġi infurmata dwar jekk il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandux il-ħsieb li jwettaq servizzi ta' pagament huwa nnifsu bl-awtorizzazzjoni xierqa, jew jekk dawn is-servizzi humiex se jiġu esternalizzati lil parti terza awtorizzata.

(22)  It-tkabbir u l-funzjonament bla intoppi tas-servizzi transfruntiera ta' finanzjament kollettiv jeħtieġu skala biżżejjed u fiduċja pubblika f'dawk is-servizzi. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti uniformi, proporzjonati u direttament applikabbli għall-awtorizzazzjoni u punt uniku ta' superviżjoni.

(23)  Livell għoli ta' fiduċja tal-investituri jikkontribwixxi għat-tkabbir fis-servizzi ta' finanzjament kollettiv. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti għal servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jiffaċilitaw il-provvista transfruntiera ta' dawk is-servizzi, inaqqsu r-riskji operazzjonali u jiżguraw grad għoli ta' trasparenza u protezzjoni tal-investituri.

(24)  Is-servizzi ta' finanzjament kollettiv jistgħu jiġu esposti għar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, kif enfasizzat fir-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw lis-suq intern u li jirrigwardaw is-sitwazzjonijiet transfruntiera(10). Għaldaqstant jenħtieġ li jkunu previsti salvagwardji fl-issodisfar tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, li jivvalutaw ir-reputazzjoni tajba tal-maniġment, u s-servizzi ta' pagament jingħataw biss permezz ta' entitajiet liċenzjati soġġetti għal rekwiżiti kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Bl-għan li tkun ulterjorment żgurata stabbiltà finanzjarja permezz tal-prevenzjoni kontra r-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, u filwaqt li jitqies il-limitu massimu tal-finanzjament li jista' jinġabar minn offerta ta' finanzjament kollettiv f'konformità ma' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa u l-proporzjonalità li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, awtorizzati skont dan ir-Regolament, jiġu soġġetti għal obbligi, kollha jew parti minnhom, ta' konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2015/849 fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u li dawn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament jiġu miżjuda mal-lista ta' entitajiet marbuta b'obbligu għall-finijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849.

(25)  Sabiex il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jitħallew joperaw b'mod transfruntiera mingħajr ma jaffaċċjaw regoli diverġenti u b'hekk jiffaċilitaw il-finanzjament ta' proġetti madwar l-Unjoni minn investituri minn Stati Membri differenti, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jitħallewx jimponu rekwiżiti addizzjonali fuq il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li huma awtorizzati skont dan ir-Regolament.

(26)  Il-proċess tal-awtorizzazzjoni jenħtieġ li jippermetti li l-awtorità nazzjonali kompetenti tkun infurmata dwar is-servizzi li l-fornituri prospettivi ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom l-għan li jipprovdu u l-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv li biħsiebhom joperaw, tivvaluta l-kwalità tal-ġestjoni tagħhom u tivvaluta l-organizzazzjoni u l-proċeduri interni stabbiliti mill-fornituri prospettivi ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(27)  Sabiex tiġi ffaċilitata t-trasparenza għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, fir-rigward tal-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, l-ESMA jenħtieġ li tistabbilixxi reġistru pubbliku u aġġornat tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv kollha awtorizzati u li joperaw pjattaformi ta' finanzjament kollettiv fl-Unjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(28)  L-awtorizzazzjoni jenħtieġ li tiġi rtirata meta l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tagħha ma jibqgħux jiġu ssodisfati. B'mod partikolari, l-awtorità nazzjonali kompetenti jenħtieġ li tkun tista' tivvaluta jekk ir-reputazzjoni tajba tal-ġestjoni tkunx ġiet affettwata jew jekk il-proċeduri u s-sistemi interni jkunux fallew b'mod serju. Sabiex l-awtorità nazzjonali kompetenti tkun tista' tivvaluta jekk l-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġx li tiġi rtirata, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jinfurmaw lill-awtorità nazzjonali kompetenti kull meta fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, jew parti terza li taġixxi f'ismu, ikun tilef l-awtorizzazzjoni tiegħu bħala istituzzjoni ta' pagament, jew jinstab li jkun qiegħed jikser id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11).

(29)  Sabiex l-investituri prospettivi jkollhom komprensjoni ċara tan-natura, tar-riskji, tal-ispejjeż u tat-tariffi tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jipprovdu lill-klijenti tagħhom b'informazzjoni ċara u diżaggregata.

(30)  L-investimenti fi prodotti kkummerċjalizzati fuq pjattaformi ta' finanzjament kollettiv mhumiex komparabbli ma' prodotti ta' investimenti tradizzjonali jew prodotti tat-tfaddil u jenħtieġ li ma jiġux ikkummerċjalizzati bħala tali. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-investituri prospettivi jifhmu l-livell tar-riskju assoċjat mal-investimenti ta' finanzjament kollettiv, huwa obbligatorju li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jagħmlu test tal-għarfien tad-dħul tal-investituri prospettivi tagħhom sabiex jistabbilixxu l-għarfien tagħhom tal-investiment. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li b'mod espliċitu javżaw lill-investituri prospettivi kull meta s-servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti jitqiesu bħala mhux xierqa għalihom.

(31)  Sabiex l-investituri jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni informata dwar l-investiment, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jipprovdu lill-investituri prospettivi bi skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment. L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment jenħtieġ li tavża lill-investituri prospettivi li l-ambjent ta' investiment li jkunu daħlu fih jinvolvi riskji u la huwa kopert bl-iskema ta' kumpens tad-depożitu u lanqas bil-garanziji ta' kumpens tal-investitur.

(32)  L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment jenħtieġ li tqis ukoll il-karatteristiċi u r-riskji speċifiċi assoċjati ma' kumpaniji fi stadju bikri, u jenħtieġ li tiffoka fuq informazzjoni materjali dwar is-sidien tal-proġetti, id-drittijiet u t-tariffi tal-investituri, u t-tip ta' titoli offruti u l-ftehimiet ta' self. Minħabba li s-sid tal-proġett ikkonċernat jinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex jipprovdi dik l-informazzjoni, l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment jenħtieġ li titfassal minn dak is-sid tal-proġett. Madankollu, peress li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv huma responsabbli sabiex jinfurmaw lill-investituri prospettivi tagħhom, huma responsabbli għall-kompletezza tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment▌.

(33)  Sabiex jiġi żgurat aċċess mingħajr problemi u veloċi għas-swieq kapitali għal negozji ġodda u għal SMEs, sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tagħhom tal-finanzjament u sabiex jiġu evitati dewmien u spejjeż għall-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, id-dokument bl-informazzjoni dwar l-investiment ewlieni ma jenħtieġx li jiġi approvat minn awtorità kompetenti.

(34)  Sabiex jiġu evitati piż amministrattiv u spejjeż bla bżonn fuq il-provvista transfruntiera tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv, il-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni ma jeħtiġux li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' traduzzjoni▌.

(35)  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jipprovdu xi tqabbil diskrezzjonali jew mhux diskrezzjonali tax-xiri u l-bejgħ tal-imgħax, għaliex dik l-attività titlob awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/65/UE, jew bħala suq regolat f'konformità mal-Artikolu 44 ta' dik id-Direttiva. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament, fl-interess tat-trasparenza u l-fluss tal-informazzjoni, jenħtieġ li jkunu jistgħu jippermettu lill-investituri, li jkunu għamlu investimenti permezz tal-pjattaforma tagħhom, sabiex jikkuntattjaw lil xulxin u jagħmlu tranżazzjonijiet ma' xulxin fuq il-pjattaformi tagħhom, b'rabta ma' investimenti li oriġinarjament ikunu saru fuq il-pjattaforma tagħhom. Madankollu, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jinformaw lill-klijenti tagħhom li huma ma joperawx sistema ta' negozjar u li kwalunkwe attività ta' xiri u bejgħ fuq il-pjattaformi tagħhom issir fid-diskrezzjoni u fir-responsabbiltà tal-klijent.

(36)  Sabiex jiffaċilitaw it-trasparenza u jiżguraw dokumentazzjoni xierqa tal-komunikazzjonijiet mal-klijent, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jżommu r-rekords xierqa kollha relatati mas-servizzi u mat-tranżazzjonijiet tagħhom.

(37)  Sabiex jiżguraw trattament ġust u mhux diskriminatorju tal-investituri u tas-sidien tal-proġetti, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jkunu qed jippromwovu s-servizzi tagħhom permezz ta' komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li ma jittrattawx xi proġett partikolari b'mod aktar favorevoli▌mill-proġetti l-oħra offruti fuq il-pjattaforma tagħhom, sakemm ma jkunx hemm raġuni oġġettiva biex dan isir hekk bħal rekwiżiti speċifiċi tal-investitur jew fid-dawl tal-profil predeterminat ta' riskju tal-investitur. Madankollu, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma jiġux impeduti milli jagħmlu riferiment għal offerti li jingħalqu b'suċċess li ma jkunx għadu possibbli li jsiru investimenti fihom permezz tal-pjattaforma u huma mħeġġa jippermettu l-komparabilità tal-prestazzjoni tal-proġetti magħluqa tagħhom.

(38)  Sabiex tingħata aktar ċertezza legali lil fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li joperaw madwar l-Unjoni u sabiex jiġi żgurat aċċess aktar faċli għas-suq, jenħtieġ li tiġi ppubblikata elettronikament ▌informazzjoni kompleta dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istati Membri, u s-sommarji tagħhom, li speċifikament jirregolaw il-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jenħtieġ li jżommu bażijiet ta' data ċentrali.

(39)  Sabiex jiżviluppaw komprensjoni aħjar tal-firxa tad-diverġenzi regolatorji eżistenti fost l-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli għall-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, ta' kull sena, jipprovdu lill-ESMA b'rapport dettaljat dwar l-attivitajiet ta' infurzar tagħhom f'dan il-qasam.

(39a)  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-awtorizzazzjonijiet tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li joperaw madwar l-Unjoni, u r-rekwiżiti applikabbli għalihom, jenħtieġ li l-ESMA tfassal standards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni.

(40)  Huwa importanti li b'mod effettiv u effiċjenti tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni u għall-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-awtorità nazzjonali kompetentitingħata l-kompetenzi li tagħti awtorizzazzjoni u teżerċita sorveljanza. Jenħtieġ li l-awtorità nazzjonali kompetenti jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni, twettaq investigazzjonijiet ġenerali u spezzjonijiet fuq il-post, toħroġ avviżi u twissijiet pubbliċi u timponi sanzjonijiet. Jenħtieġ li l-awtorità nazzjonali kompetenti tagħmel użu mill-kompetenzi ta' sorveljanza u sanzjonar tagħha b'mod proporzjonat.

(42)  Jenħtieġ li l-awtorità nazzjonali kompetenti timponi tariffi fuq entitajiet sorveljati direttament biex tkopri l-ispejjeż tagħha, inklużi l-ispejjeż ġenerali. Il-livell tat-tariffa jenħtieġ li jkun proporzjonat għad-daqs ta' entità sorveljata direttament, filwaqt li jitqies l-istadju bikri tal-iżvilupp tal-industrija tal-finanzjament kollettiv.

(43)  Peress li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tal-qafas legali applikabbli għas-servizzi ta' finanzjament kollettiv sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern f'dawn is-servizzi, filwaqt li tittejjeb il-protezzjoni tal-investituri kif ukoll l-effiċjenza tas-suq u l-kontribuzzjoni għall-istabbiliment tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipji ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(44)  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita sabiex din tiġi allinjata mal-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva XXX/XXXX/UE (Direttiva (UE) …/… ta' …. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), li teżenta lill-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE.

(45)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi interpretat u applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(46)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu ISuġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għal dawn li ġejjin:

(a)  l-operat u l-organizzazzjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(b)  l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(c)  it-trasparenza u l-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni b'rabta mal-provvista tas-servizzi ta' finanzjament fl-Unjoni.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-persuni ġuridiċi li jagħżlu li jfittxu awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10 u għall-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzati f'konformità ma' dak l-Artikolu, b'rabta mal-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. Dawk il-persuni ġuridiċi għandu jkollhom sede effettiva u stabbli fi Stat Membru sabiex ikunu eliġibbli biex japplikaw għal awtorizzazzjoni.

2.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)  servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti lil sidien ta' proġetti li jkunu konsumaturi, kif definit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2008/48/KE;

(b)  servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu ġew awtorizzati bħala ditta ta' investiment f'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE;

(c)  servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi f'konformità mal-liġi nazzjonali;

(d)  offerti ta' finanzjament kollettiv b'knsiderazzjoni ta' aktar minn EUR 8 000 000 għal kull offerta ta' finanzjament kollettiv, li għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta' 12-il xahar, fir-rigward ta' proġett ta' finanzjament kollettiv partikolari.

2a.  Il-liġijiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti tal-liċenzji relatati mas-sidien jew l-investituri tal-proġetti m'għandhomx iżżommu lil dawk is-sidien jew investituri tal-proġetti milli jużaw servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti minn fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv skont dan ir-Regolament u awtorizzat minnu.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  "servizz ta' finanzjament kollettiv" tfisser il-forniment ta' pjattaforma ta' finanzjament kollettiv li tippermetti kwalunkwe element▌minn dawn li ġejjin:

(i)  servizz ta' finanzjament kollettiv dirett, li jinkludi l-faċilitazzjoni ta' tqabbil ta' investitur speċifiku ma' sid ta' proġett speċifiku u ta' tqabbil ta' sid ta' proġett speċifiku ma' investitur speċifiku;

(ii)  servizz ta' finanzjament kollettiv intermedjat, li jinkludi l-faċilitazzjoni ta' tqabbil ta' investitur ma' sid ta' proġett u l-istabbiliment tal-prezzijiet u l-imballaġġ tal-offerti fir-rigward tagħhom, jew il-faċilitazzjoni ta' tqabbil ta' sid ta' proġett ma' investitur u għall-istabbiliment tal-prezzijiet tal-offerti fir-rigward tagħhom, jew it-tnejn li huma.

(b)  "pjattaforma ta' finanzjament kollettiv" tfisser sistema▌elettronika operata jew ġestita minn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(c)  "fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv" tfisser persuna ġuridika li tipprovdi servizz jew diversi servizzi ta' finanzjament kollettiv u li ġiet awtorizzata għal dak l-għan mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti f'konformità mal-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament;

(d)  "offerta ta' finanzjament kollettiv" tfisser kwalunkwe komunikazzjoni minn fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li fiha informazzjoni li tippermetti lil investituri prospettivi jiddeċiedu dwar il-merti tad-dħul fi tranżazzjoni ta' finanzjament kollettiv;

(e)  "klijent" tfisser kwalunkwe investitur jew sid ta' proġett prospettiv li lilu fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jipprovdi jew jista' jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(f)  "sid ta' proġett" tfisser kwalunkwe persuna li tfittex li tikseb finanzjament permezz ta' pjattaforma ta' finanzjament kollettiv;

(g)  "investitur" tfisser kwalunkwe persuna, li permezz ta' pjattaforma ta' finanzjament kollettiv, li tagħti self jew tikseb titoli trasferibbli;

(h)  "proġett ta' finanzjament kollettiv" tfisser l-għan li għalih sid ta' proġett jiffinanzja jew ifittex li jiġbor fondi permezz tal-offerta ta' finanzjament kollettiv;

(i)  "titoli trasferibbli" tfisser titoli trasferibbli kif definit fl-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(j)  "komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni" tfisser kull informazzjoni jew komunikazzjoni mingħand fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv lil investitur prospettiv jew sid ta' proġett prospettiv dwar is-servizzi tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, minbarra divulgazzjonijiet tal-investituri meħtieġa taħt dan ir-Regolament;

(k)  "mezz li jservi għal żmien twil" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti l-ħżin ta' informazzjoni b'tali mod li jkun aċċessibbli għal riferiment fil-futur u għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet ta' informazzjoni, u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

(l)  "strument bi skop speċjali" jew "SPV" tfisser entità maħluqa għall-għan speċifiku li twettaq titolizzazzjoni, jew li sservi dan l-għan biss, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew(13).

(la)   "self" tfisser ftehim li jobbliga lill-investitur li jqiegħed ammont miftiehem ta' flus disponibbli għal sid ta' proġett għal perjodu miftiehem ta' żmien u li matulu s-sid tal-proġett ikun obbligat iħallas lura dak l-ammont fiż-żmien miftiehem;

(lb)  "awtorità nazzjonali kompetenti" jew "NCA" tfisser l-awtorità nazzjonali, jew l-awtoritajiet, maħtura minn Stat Membru u li jkollhom is-setgħat u r-responsabbiltajiet allokati meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti relatati mal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Kapitolu II Il-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u r-rekwiżiti operazzjonali u organizzazzjonali tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv

Artikolu 4

Il-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv

1.  Is-servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiġu pprovduti biss minn persuni ġuridiċi li huma stabbiliti b'mod effettiv u stabbli fi Stat Membru tal-Unjoni u li ġew awtorizzati bħala fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv f'konformità mal-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament.

Il-persuni ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz ma jistgħux japplikaw għal awtorizzazzjoni bħala fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv taħt dan ir-Regolament.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jaġixxu b'mod onest, ġust u professjonali f'konformità mal-aqwa interessi tal-klijenti tagħhom u klijenti prospettivi.

3.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma għandhomx iħallsu jew jaċċettaw xi tip ta' remunerazzjoni, skont jew benefiċċju mhux monetarju ieħor biex jidderieġu l-ordnijiet tal-investituri għal offerta partikolari ta' finanzjament kollettiv magħmula fuq il-pjattaforma tagħhom jew għal offerta partikolari pprovduta fuq pjattaforma ta' parti terza.

4.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jistgħu jeżerċitaw diskrezzjoni f'isem il-klijenti tagħhom fir-rigward tal-parametri tal-ordnijiet tal-klijenti, u f'dan il-każ huma għandhom jiddivulgaw lill-klijenti tagħhom il-metodu u l-parametri preċiżi ta' dik id-diskrezzjoni u għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiksbu l-aqwa riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom.

5.  Fir-rigward tal-użu ta' strumenti bi skop speċjali għall-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għall-investituri li mhumiex kontropartijiet eliġibbli kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jkollhom biss id-dritt li jittrasferixxu ass wieħed lill-istrument bi skop speċjali sabiex jippermettu lill-investituri jieħdu l-iskopertura għal dak l-ass billi jakkwistaw titoli. Id-deċiżjoni li jieħdu skopertura għal dak l-assi sottostanti għandha tittieħed esklużivament mill-investituri.

Artikolu 4a

Servizz ta' finanzjament kollettiv intermedjat

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, is-servizzi ta' finanzjament kollettiv intermedjati għandhom jitqiesu li jinkludu dawn li ġejjin:

a.  it-tqegħid mingħajr bażi ta' impenn sod, kif imsemmi fil-punt 7 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, ta' titoli trasferibbli jew tal-faċilitazzjoni ta' self maħruġa mis-sidien ta' proġetti;

b.  l-offerta ta' konsulenza fil-qasam tal-investiment, kif imsemmi fil-punt 5 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, fir-rigward ta' titoli trasferibbli jew il-faċilitazzjoni ta' self maħruġa mis-sidien ta' proġetti; u

c.  ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta' ordnijiet tal-klijenti, kif imsemmi fil-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65, fir-rigward ta' titoli trasferibbli jew il-faċilitazzjoni ta' self maħruġa mis-sidien ta' proġetti;

Artikolu 5

Ġestjoni effettiva u prudenti

Il-ġestjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandha tistabbilixxi, u tissorvelja l-implimentazzjoni ta' politiki u proċeduri sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva u prudenti, inkluża s-segregazzjoni tad-dmirijiet, il-kontinwità tan-negozju u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess, b'mod li tippromwovi l-integrità tas-suq u l-interessi tal-klijenti tagħhom. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv imsemmija fil-punt (iia) tal-Artikolu 3(1)(a) għandhom jiżguraw li huma għandhom sistemi u kontrolli adegwati għall-ġestjoni tar-riskju u l-immudellar finanzjarju għal dik l-offerta ta' servizzi.

Artikolu 5a

Rekwiżiti ta' diliġenza dovuta

1a.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom iwettqu għall-inqas livell minimu ta' diliġenza dovuta fir-rigward tas-sidien tal-proġetti li jipproponu li l-proġett tagħhom jiġi ffinanzjat mill-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv ta' fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.

2a.  Il-livell minimu ta' diliġenza dovuta msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

(a)  evidenza li s-sid tal-proġett ma għandu l-ebda rekord kriminali rigward ksur tal-liġi kummerċjali nazzjonali, il-liġi nazzjonali dwar l-insolvenza, il-liġi dwar is-servizzi finanzjarji nazzjonali, il-liġi kontra l-ħasil tal-flus, il-liġi dwar il-frodi nazzjonali jew l-obbligi ta' responsabbiltà professjonali nazzjonali;

(b)  evidenza li s-sid tal-proġett li jfittex li jiġi ffinanzjat permezz tal-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv:

(i) ma jkunx stabbilit f'ġurisdizzjoni li ma tikkooperax, kif rikonoxxut mill-politika rilevanti tal-Unjoni, jew f'pajjiż terz b'riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849; jew

(ii) effettivament jikkonforma ma' standards tat-taxxa tal-Unjoni jew miftiehma internazzjonalment dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni.

Artikolu 6

It-trattament tal-ilmenti

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jkollhom fis-seħħ u jippubblikaw deskrizzjonijiet u proċeduri effettivi u trasparenti għal trattament f'waqtu, ġust u konsistenti ta' lmenti rċevuti mingħand klijenti.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw li l-klijenti jkunu jistgħu jressqu lmenti kontrihom mingħajr ħlas.

3.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiżviluppaw u jagħmlu disponibbli lill-klijenti formola għall-ilmenti standardizzata u għandhom iżommu rekord tal-ilmenti kollha rċevuti u l-miżuri meħuda.

3a.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinvestigaw l-ilmenti kollha b'mod f'waqtu u ġust u jikkomunikaw l-eżitu lill-ilmentatur fi żmien raġonevoli.

4.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti, il-formati standard u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [XXX (xhur) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Qed tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7

Kunflitti ta' interess

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma għandux ikollhom xi parteċipazzjoni finanzjarja f'xi offerta ta' finanzjament kollettiv fuq il-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv tagħhom.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jista' jkollhom parteċipazzjoni finanzjarja f'offerta ta' finanzjament kollettiv fuq il-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv tagħhom meta l-informazzjoni dwar dik il-parteċipazzjoni tkun disponibbli b'mod ċar għall-klijenti billi jippubblikaw proċeduri tal-għażla ċari u trasparenti.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma għandhomx jaċċettaw bħala klijenti tagħhom lil kwalunkwe azzjonist tagħhom li jkollu 20 % jew aktar ta' kapital azzjonarju jew drittijiet tal-vot, kwalunkwe maniġer▌, jew kwalunkwe persuna li tkun relatata direttament▌ ma' dawk l-azzjonisti u l-maniġers▌ permezz ta' kontroll kif definit fl-Artikolu 4(1)(35)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE.

3.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom iżommu u joperaw regoli interni effettivi biex jimpedixxu l-kunflitti ta' interess u huma għandhom jiżguraw li l-impjegati tagħhom ma jkollhom l-ebda influwenza diretta jew indiretta fuq proġetti li fihom jipparteċipaw finanzjarjament.

4.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha biex jipprevjenu, jidentifikaw, jimmaniġġjaw u jiddivulgaw kunflitti ta' interess bejn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv infushom, l-azzjonisti tagħhom, il-maniġers u l-impjegati tagħhom, jew kwalunkwe persuna relatata direttament jew indirettament magħhom permezz ta' kontroll, kif definit fl-Artikolu 4(1)(35)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE, u tal-klijenti tagħhom, jew bejn klijent wieħed u ieħor.

5.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiddivulgaw lill-klijenti▌tagħhom in-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta' interess u l-passi meħuda għall-mitigazzjoni ta' dawk ir-riskji▌.

6.  Id-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandha:

(a)  issir b'mezz li jservi għal żmien twil;

(a)  tinkludi biżżejjed dettall, filwaqt li titqies in-natura ta' kull klijent, sabiex tippermetti lil kull klijent jieħu deċiżjoni infurmata fir-rigward tas-servizz li fil-kuntest tiegħu jinħoloq kunflitt ta' interess.

7.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina dan li ġej:

(a)  ir-rekwiżiti għall-manutenzjoni jew għat-tħaddim ta' proċeduri tal-għażla ta' parteċipazzjoni finanzjarja u tar-regoli interni msemmija fil-paragrafi 1 u 3;

(b)  il-passi msemmija fil-paragrafu 4;

(c)  l-arranġamenti għad-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [XXX (xhur) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7a

Allinjament tal-interessi tal-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv mal-investituri

1.  Biex jiġi żgurat li l-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv jallinjaw l-inċentivi tagħhom ma' dawk tal-investituri, għandhom jiġu mħeġġa mekkaniżmi ta' inċentiv.

2.  Il-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv jistgħu jipparteċipaw fil-finanzjament ta' proġett. Dik il-parteċipazzjoni ma għandhiex taqbeż it-2 % tal-kapital akkumulat għall-proġett.

3.  Ħlas għal eżitu pożittiv (carry) jista' jingħata lill-fornitur ta' finanzjament kollettiv kull meta l-proġett joħroġ b'suċċess mill-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv.

4.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiddeskrivu lill-ESMA l-politika ta' allinjament tal-interessi li qed jippjanaw li jużaw qabel l-awtorizzazzjoni u jitolbu l-approvazzjoni tagħha.

5.  Il-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv jistgħu jimmodifikaw l-allinjament tal-politika tal-interessi kull tliet snin. Kull modifika hija soġġetta għall-approvazzjoni mill-ESMA.

6.  Il-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiddeskrivu b'mod espliċitu l-allinjament tagħhom tal-politika tal-interessi fuq is-sit web tagħhom f'post prominenti.

Artikolu 8

Esternalizzazzjoni

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, meta jkunu qed jiddependu fuq parti terza għall-prestazzjoni ta' funzjonijiet operazzjonali, għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jevitaw riskju operazzjonali addizzjonali.

2.  L-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet operazzjonali ma għandhiex tfixkel▌il-kwalità tal-kontroll intern tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u l-kapaċità tal-awtorità nazzjonali kompetenti li tissorvelja l-konformità tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv mal-obbligazzjonijiet kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament.

3.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jibqgħu responsabbli b'mod sħiħ għall-konformità ma' dan ir-Regolament fir-rigward tal-attivitajiet esternalizzati.

Artikolu 9

Il-kustodja tal-assi tal-klijenti, iż-żamma ta' fondi u l-provvista ta' servizzi ta' pagament

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar dan li ġej:

(a)  jekk, u fuq liema termini u kundizzjonijiet huma jipprovdu servizzi ta' kustodja tal-assi, inklużi referenzi għal-liġi nazzjonali applikabbli;

(b)  jekk servizzi ta' kustodja tal-assi jiġux ipprovduti minnhom jew minn parti terza;

(c)  jekk is-servizzi ta' pagament u ż-żamma u s-salvagwardja tal-fondi jkunux provduti mill-fornitur tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv jew permezz ta' fornitur terz li jaġixxi f'isimhom.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew il-fornituri terzi li jaġixxu f'isimhom ma għandhomx iżommu fondi ta' klijenti jew jipprovdu servizzi ta' pagament sakemm dawk il-fondi ma jkunux intiżi għall-għoti ta' servizzi ta' pagament relatati mas-servizzi ta' finanzjament kollettiv u l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew il-fornitur terz ikunu fornitur ta' servizz ta' pagament kif definit fl-Artikolu 4(11) tad-Direttiva (UE) Nru 2015/2366.

3.  Il-fondi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ssalvagwardjati f'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/2366.

4.  Fil-każijiet li fihom il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma jipprovdux, huma stess jew permezz ta' parti terza, servizzi ta' pagament jew iż-żamma jew l-issalvagwardjar ta' fondi f'rabta mas-servizzi ta' finanzjament kollettiv, dawn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jagħmlu u jibqgħu jimplimentaw arranġamenti biex jaċċertaw li s-sidien tal-proġetti jaċċettaw il-finanzjament tal-offerti ta' finanzjament kollettiv jew kull pagament permezz ta' fornitur jew aġent tas-servizzi ta' pagament biss kif definit fl-Artikolu 4(11) u fl-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Kapitolu IIAwtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv

Artikolu 10

Awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv

1.  Sabiex isir fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv taħt dan ir-Regolament, fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv prospettiv għandu japplika lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit għall-awtorizzazzjoni biex jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv.

2.  L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)  l-indirizz tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(b)    l-istatus legali tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(c)  l-istatut ta' assoċjazzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(d)  programm ta' operazzjonijiet li jistabbilixxu t-tipi ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv jixtieq jipprovdi u l-pjattaforma li biħsiebu jopera, inkluż fejn u kif l-offerti se jiġu kkummerċjalizzati;

(e)  deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' governanza u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, inkluż il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju u ta' kontabbiltà;

(f)  deskrizzjoni tas-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv għall-kontroll u s-salvagwardja tas-sistemi ta' proċessar tad-data;

(g)  deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' kontinwità tan-negozju tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv sabiex jiġi żgurat li l-ħlasijiet lura tas-self u l-investimenti se jkomplu jiġu amministrati għall-investituri f'każ ta' insolvenza tal-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(h)  l-identità tal-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(i)  prova li l-persuni msemmija fil-punt (h) huma ta' reputazzjoni tajba u jħaddnu l-għarfien u l-esperjenza xierqa biex jimmaniġġjaw il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(j)  deskrizzjoni tar-regoli interni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv biex jipprevjenu li l-azzjonisti tiegħu li jkollhom 20 % jew aktar tal-kapital azzjonarju jew drittijiet tal-vot, il-maniġers tiegħu▌, jew kwalunkwe persuna marbuta direttament magħhom▌permezz ta' kontroll, jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament kollettiv offruti mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv, u dik id-deskrizzjoni għandha tinkludi wkoll ir-regoli interni tal-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv prospettiv dwar il-kunflitt ta' interess tal-impjegati esposti għall-proġetti;

(k)  deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(l)  deskrizzjoni tal-proċeduri tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv biex jittratta lmenti mingħand il-klijenti;

(m)  fejn applikabbli, deskrizzjoni tas-servizzi ta' pagament li l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv beħsiebu jipprovdi skont id-Direttiva (UE) 2015/2366;

(ma)  prova li l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv huwa kopert b'mod adegwat jew ikollu kapital suffiċjenti kontra l-konsegwenzi finanzjarji tar-responsabbiltà professjonali tiegħu fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi professjonali tiegħu stabbiliti f'dan ir-Regolament.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2(i), il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettivi għandhom jipprovdu prova ta' dawn li ġejjin:

(a)  in-nuqqas ta' preżenza ta' rekord kriminali fir-rigward ta' kundanni jew penali ta' regoli nazzjonali fis-seħħ fl-oqsma tal-liġi kummerċjali, il-liġi dwar l-insolvenza, il-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, il-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-frodi jew l-obbligazzjoni professjonali għall-persuni kollha involuti fl-immaniġġjar tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(b)  prova li l-persuni involuti fil-ġestjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv kollha flimkien iħaddnu biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza sabiex jimmaniġġjaw il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u li dawk il-persuni huma meħtieġa li jimpenjaw biżżejjed ħin biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.

4.  L-awtorità nazzjonali kompetenti, fi żmien 30 jum ta' xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandha tivvaluta li l-applikazzjoni tkun kompluta. Meta l-applikazzjoni ma tkunx mimlija, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien sa meta l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv għandu jipprovdi l-informazzjoni nieqsa.

5.  Meta applikazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1 tkun imtliet, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tinnotifika minnufih b'dan lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv.

5a.  Qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-għoti jew ir-rifjut ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni biex jiġi pprovdut servizz ta' finanzjament kollettiv, l-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tikkonsulta lill-awtorità nazzjonali ta' kompetenza ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor fil-każijiet li ġejjin:

(a)  il-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv prospettiv huwa sussidjarju ta' fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv awtorizzat fl-Istat Membru l-ieħor;

(b)  il-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv prospettiv huwa sussidjarju ta' impriża omm ta' fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv awtorizzat fl-Istat Membru l-ieħor;

(c)  il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv huwa kkontrollat mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzat fl-Istat Membru l-ieħor;

(d)  il-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv prospettiv għandu l-ħsieb li jikkummerċjalizza l-offerti direttament fl-Istat Membru l-ieħor.

5b.  Meta waħda mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fil-paragrafu 5a ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni ta' awtoritajiet kompetenti oħra, dan in-nuqqas ta' qbil għandu jiġi solvut skont l-Artikolu 13a.

6.  L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi applikazzjoni kompluta, tivvaluta jekk il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u għandha tadotta deċiżjoni kompletament motivata li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. L-awtorità nazzjonali kompetenti għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni jekk ikun hemm raġunijiet objettivi u li jistgħu jintwerew għaliex wieħed għandu jemmen li l-immaniġġjar tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jista' jkun ta' riskju għall-ġestjoni effettiva, tajba u prudenti tagħha u għall-kontinwità tan-negozju u għall-konsiderazzjoni adegwata tal-interess tal-klijenti tiegħu u l-integrità tas-suq.

6a.   L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tinforma lill-ESMA dwar applikazzjoni li tkun intlaqgħet għal awtorizzazzjoni taħt dan l-Artikolu. L-ESMA għandha żżid dik l-applikazzjoni fir-reġistru ta' pjattaformi approvati previst fl-Artikolu 11. L-ESMA tista' titlob informazzjoni sabiex tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jagħtu awtorizzazzjonijiet taħt dan l-Artikolu b'mod konsistenti. Jekk l-ESMA ma taqbilx ma' deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti li tagħti jew tirrifjuta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu, għandha tagħti r-raġunijiet għal dan in-nuqqas ta' qbil u għandha tispjega u tiġġustifika kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti mid-deċiżjoni.

7.  L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tinnotifika lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv bid-deċiżjoni tagħha fi żmien jumejn ta' xogħol wara li tkun ħadet id-deċiżjoni.

7a.  Fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzat skont dan l-Artikolu għandu jissodisfa f'kull ħin il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tiegħu.

8.  L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun effettiva u valida għat-territorju sħiħ tal-Unjoni.

9.  L-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikollhom preżenza fiżika fit-territorju ta' Stat Membru għajr il-faċilitajiet fl-Istat Membru li fih dawk il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikunu stabbiliti u jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni, sabiex jipprovdu servizzi ta' finanzjament kollettiv fuq bażi transfruntiera.

10.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa ... [XXX (xhur) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards regolatorji ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 11

Ir-reġistru tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv

1.  L-ESMA għandha tistabbilixxi reġistru tal-fornituri kollha ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. Dan ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha u għandu jiġi aġġornat regolarment.

2.  Ir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih din id-data:

(a)  l-isem u l-forma ġuridika tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(b)  l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-internet tal-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv operata mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(c)  informazzjoni dwar is-servizzi li għalihom huwa awtorizzat il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(d)  sanzjonijiet imposti fuq il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew il-maniġers tiegħu.

3.  Kwalunkwe rtirar ta' awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 13 għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru għal ħames snin.

Artikolu 12

Superviżjoni

1.  Il-fornituri ta' servizz ta' finanzjament kollettiv għandu jipprovdu s-servizzi tagħhom taħt is-superviżjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv ġie awtorizzat.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom dejjem jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament.

3.  L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tivvaluta l-konformità tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv mal-obbligazzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament. Hija għandha tiddetermina l-frekwenza u l-profondità ta' dik il-valutazzjoni billi tqis id-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-fornitur tas-servizz ta' finanzjament kollettiv. Għall-fini ta' dik il-valutazzjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista' twettaq spezzjoni fuq il-post fir-rigward tal-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv.

4.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinnotifikaw lill-awtorità nazzjonali kompetenti bi kwalunkwe bidla materjali fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien żejjed u, fuq talba, għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tal-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 12a (ġdid)Ħatra tal-awtorità kompetenti

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli għat-twettiq tad-dmirijiet skont dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u għandu jgħarraf lill-ESMA dwar dan.

Meta Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità kompetenti nazzjonali waħda, huwa għandu jiddetermina r-rwoli rispettivi tagħhom u għandu jaħtar awtorità waħda li għandha tkun responsabbli għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra u mal-ESMA, fejn ipprovdut f'dan ir-Regolament.

2.  L-ESMA għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1 fuq is-sit web tagħha.

3.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.

Artikolu 13

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

1.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom is-setgħa li jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin fejn il-fornitur ta' servizz ta' finanzjament:

(a)  ma jkunx uża l-awtorizzazzjoni fi żmien 18-il xahar wara li din tkun ingħatat;

(b)  ikun espressament irrinunzja l-awtorizzazzjoni tiegħu;

(c)  ma jkunx ipprovda servizzi ta' finanzjament kollettiv għal sitt xhur suċċessivi;

(d)  ikun kiseb l-awtorizzazzjoni b'mod irregolari, inkluż billi jagħmel dikjarazzjonijiet foloz fl-applikazzjoni tiegħu għall-awtorizzazzjoni;

(e)  ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(f)  ikun kiser serjament u sistematikament id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(g)  ikun tilef l-awtorizzazzjoni tiegħu bħala istituzzjoni ta' pagament f'konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2015/2366/UE, jew fornitur terz li jaġixxi f'ismu ikun tilef dik l-awtorizzazzjoni;

(h)  ikunu kiser id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/849 fir-rigward tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, jew il-maniġers, l-impjegati jew partijiet terzi tiegħu li jaġixxu f'ismu jkunu kisru dawk id-dispożizzjonijiet.

4.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifikaw lill-ESMA bid-deċiżjoni tagħhom li jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.

4a.  Qabel ma tieħu deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv milli jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor f'każijiet fejn il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv:

(a)    huwa sussidjarja ta' fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv awtorizzat f'dak l-Istat Membru ieħor;

(b)  huwa sussidjarja tal-impriża prinċipali ta' fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv awtorizzata f'dak l-Istat Membru ieħor;

(c)  huwa kkontrollat mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzat f'dak l-Istat Membru ieħor;

(d)  direttament jagħmel offerti f'dak l-Istat Membru l-ieħor.

Artikolu 13a

Riżoluzzjoni ta' tilwim bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.  Meta awtorità kompetenti ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-ESMA, fuq it-talba ta' awtorità kompetenti kkonċernata waħda jew iktar tista' tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu qbil f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4.

Meta, abbażi ta' kriterji oġġettivi, ikun jista' jiġi identifikat nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri differenti, l-ESMA tista', fuq inizjattiva tagħha stess, tassisti lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu ftehim f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4.

2.  L-ESMA għandha tistabbilixxi terminu perentorju għall-konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien, kif ukoll il-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F'dak l-istadju l-ESMA għandha taġixxi bħala medjatur.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jilħqux ftehim fil-fażi ta' konċiljazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA tista', f'konformità mal-proċedura mniżżla fit-tielet u fir-raba' subparagrafi tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tieħu deċiżjoni li tirrikjedi li huma jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni biex isolvu l-kwistjoni, b'effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, biex jiżguraw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni.

3.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-ESMA, u b'hekk tonqos milli tiżgura li fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jikkonforma mar-rekwiżiti taħt dan ir-Regolament, l-ESMA tista' tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li teħtieġ li tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta' kwalunkwe prattika.

4.  Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 3 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 2 jew 3 għandha tkun kompatibbli ma' tali deċiżjoni.

5.  Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, il-President tal-ESMA għandu jistipula n-natura u t-tip tan-nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehimiet milħuqa u d-deċiżjonijiet meħuda sabiex jiġi solvut dan in-nuqqas ta' qbil.

Kapitolu IVTrasparenza u test tal-għarfien għad-dħul tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv

Artikolu 14Informazzjoni lill-klijenti

1.  L-informazzjoni kollha, inkluż komunikazzjonijiet tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 19, minn fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv lill-klijenti▌dwarhom infushom, dwar l-ispejjeż, ir-riskji finanzjarji u l-imposti relatati ma' servizzi jew investimenti, inkluż dwar ir-riskji ta' insolvenza tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv dwar il-kundizzjonijiet tal-finanzjament kollettiv, inkluż il-kriterji tal-għażla tal-proġetti tal-finanzjament kollettiv, jew dwar in-natura tar-riskji u r-riskji assoċjati mas-servizzi tal-finanzjament kollettiv tagħhom għandhom ikunu ġusti, ċari, u mhux qarrieqa.

2.  L-informazzjoni kollha li għandha tiġi pprovduta lill-klijenti skont il-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta b'mod konċiż, preċiż u faċilment aċċessibbli, inkluż fuq is-sit web tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta kull meta jkun xieraq, inkluż qabel id-dħul fi tranżazzjoni ta' finanzjament kollettiv.

Artikolu 14a

Pubblikazzjoni tar-rata ta' inadempjenza

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiżvelaw pubblikament kull sena ir-rati ta' inadempjenza tal-proġetti ta' finanzjament kollettiv offruti fil-pjattaformi tagħhom ta' finanzjament kollettiv matul għall-inqas l-aħħar 24 xahar.

2.  Ir-rata ta' inadempjenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata online f'post prominenti fis-sit web tal-pjattaforma tal-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv.

3.  F'kooperazzjoni mill-qrib tal-EBA, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija għall-kalkolu tar-rata ta' inadempjenza tal-proġetti offruti fuq il-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [XXX (xhur) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 15Test tal-għarfien għad-dħul u simulazzjoni tal-kapaċità li jġorru l-piż ta' telf

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv▌għandhom jivvalutaw liema u jekk is-servizzi ta' finanzjament kollettiv offruti humiex xierqa għall-investituri prospettivi.

2.  Għall-finijiet tal-valutazzjoni skont▌il-paragrafu 1, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jitolbu informazzjoni dwar l-għarfien, l-esperjenza, l-objettivi tal-investiment u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-investitur prospettiv u l-komprensjoni tar-riskju fl-investiment b'mod ġenerali u t-tipi ta' investimenti offruti dwar il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv, inkluż informazzjoni dwar:

(a)  l-investimenti tal-passat tal-investitur prospettiv f'titoli trasferibbli jew ftehimiet ta' self, inkluż negozji fi stadju bikri jew ta' espansjoni;

(b)  il-fehim tal-investitur prospettiv tar-riskji involuti fl-għoti ta' self jew l-akkwist ta' titoli trasferibbli permezz ta' pjattaforma ta' finanzjament kollettiv, u l-esperjenza professjonali b'rabta mal-investimenti ta' finanzjament kollettiv.

▌4.  Fejn▌il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jikkunsidraw, abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 2, li l-investituri prospettivi ma għandhomx għarfien suffiċjenti tal-offerta jew li l-offerta mhix xierqa għal dawk l-investituri prospettivi, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw lil dawk l-investituri prospettivi li s-servizzi offruti fuq il-pjattaformi tagħhom jistgħu ma jkunux xierqa għalihom u jagħtuhom twissija ta' riskju. Dik l-informazzjoni jew it-twissija ta' riskju ma għandhiex tipprevjeni lil investituri prospettivi milli jinvestu fi proġetti ta' finanzjament kollettiv. L-informazzjoni jew it-twissija dwar riskju għandha tiddikjara b'mod ċar ir-riskju tat-telf kollu tal-flus investiti.

5.  Il-fornituri kollha ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom dejjem joffru lill-investituri prospettivi u lil investituri l-possibbiltà li jissimulaw il-kapaċità tagħhom li jġorru l-piż ta' telf, ikkalkolat bħala 10 % tal-valur nett tagħhom, abbażi tal-informazzjoni li ġejja:

(a)  l-introjtu regolari u l-introjtu totali, u, fejn meħtieġ, l-introjtu tal-unità domestika, u jekk l-introjtu jinkisibx fuq bażi permanenti jew temporanja;

(b)  l-assi, inklużi investimenti finanzjarji, proprjetà personali u għall-investiment, fondi ta' pensjoni u depożiti ta' flus;

(c)  l-impenji finanzjarji, inklużi dawk regolari, eżistenti jew futuri.

Fuq il-bażi tar-riżultati tal-fornituri ta' servizz tas-simulazzjoni, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jistgħu jipprevjenu▌investituri potenzjali milli jinvestu fi proġetti ta' finanzjament kollettiv. Madankollu, l-investituri għandhom jibqgħu responsabbli għar-riskju sħiħ li l-investiment iġib miegħu.

6.  B'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)  twettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)  twettaq is-simulazzjoni msemmija fil-paragrafu 5;

(c)  tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [XXX (xhur) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 16Skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment

-1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li joffru s-servizzi msemmija fil-punt (i) tal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jipprovdu lill-investituri prospettivi bl-informazzjoni kollha msemmija f'dan l-Artikolu.

1.  L-investituri prospettivi għandhom jingħataw skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment imfassla mis-sid tal-proġett għal kull offerta ta' finanzjament kollettiv. L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandha tiġi mfassla b'tal-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat jew b'lingwa abitwali jew bl-Ingliż.

2.  L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)  l-informazzjoni stipulata fl-Anness;

(b)  in-nota spjegattiva li ġejja, li tidher direttament taħt it-titlu tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment:

"Din l-offerta ta' finanzjament kollettiv għadha ma ġietx ivverifikata jew approvata mill-ESMA jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

L-adegwatezza tal-edukazzjoni u l-għarfien tiegħek ma ġewx ivvalutati qabel ma inti ngħatajt aċċess għal dan l-investiment. Billi tagħmel dan l-investiment, qed tassumi r-riskju sħiħ li tieħu dan l-investiment, inkluż ir-riskju ta' telf parzjali jew sħiħ tal-flus investiti.";

(c)  twissija ta' riskju, li għandha taqra kif ġej:

"L-investiment f'din l-offerta ta' finanzjament kollettiv jinvolvi riskji, inkluż ir-riskju tat-telf parzjali jew sħiħ tal-flus investiti. L-investiment tiegħek mhuwiex kopert mill-garanzija ta' depożitu u l-iskemi ta' kumpens tal-investitur stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.**

Inti tista' ma tirċievi l-ebda redditu fuq l-investiment tiegħek.

Dan mhuwiex prodott tat-tfaddil u r-rakkomandazzjoni hija li wieħed ma jinvestix aktar minn 10 % tal-ġid nett tiegħu fi proġetti ta' finanzjament kollettiv.

Jaf ma tkunx tista' tbigħ l-istrumenti tal-investiment meta tkun tixtieq. Jekk inti kapaċi tbiegħhom, tista' madankollu tkun soġġett għal telf."

_______________

*  Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

**  Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (ĠU L 084, 26.3.1997, p. 22)."

3.  L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandha tkun ġusta, ċara, komprensibbli u mhux qarrieqa, u ma għandux ikun fiha xi noti f'qiegħ il-paġna, għajr dawk b'referenzi għal-liġi applikabbli. Din għandha tiġi ppreżentata f'mezz li jservi għal żmien twil u awtonomu li jkun jista' jintgħaraf b'mod ċar minn komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u li jekk jiġi stampat ikun jikkonsisti minn massimu ta' tliet naħat ta' format ta' karta ta' daqs A4.

4.  Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jżomm l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment aġġornata dejjem u għall-perjodu kollu ta' validità tal-offerta tal-finanzjament kollettiv.

4a.  Ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li joffru s-servizzi msemmija fil-punt (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 3(1). Tali fornituri għandhom minflok ifasslu skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, li għandha jkun fiha informazzjoni dettaljata dwar il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv; is-sistemi u l-kontrolli tiegħu għall-ġestjoni tar-riskju, l-immudellar finanzjarju għall-offerta ta' finanzjament kollettiv u r-rendiment storiku tiegħu;

5.  Il-fornituri kollha ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jkollhom fis-seħħ u japplikaw proċeduri adegwati biex jivverifikaw il-kompletezza, il-korrettezza u ċ-ċarezza tal-informazzjoni fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.

6.  Meta fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jidentifika▌ommissjoni,▌żball jew▌ineżattezza fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment, li jista' jkollha impatt materjali fuq ir-redditu mistenni tal-investiment, il-korrezzjonijiet għandhom isiru bil-mod li ġej:

(a)  il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li joffru s-servizzi msemmija fil-punt (i) tal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għandhom jinnotifikaw minnufih l-ommissjoni, l-iżball jew l-ineżattezza lis-sid tal-proġett, li għandu jikkomplementa jew jemenda dik l-informazzjoni;

(b)  il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li joffru s-servizzi msemmija fil-punt (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għandhom huma stess jemendaw l-ommissjoni, l-iżball jew l-ineżattezza fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija;

Meta tali komplement jew emenda ma jkunux saru, il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma għandux jagħmel l-offerta ta' finanzjament kollettiv jew jikkanċella l-offerta eżistenti qabel ma l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment tkun tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu.

7.  Investitur jista' jitlob lil fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv biex iħejji traduzzjoni tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment f'lingwa tal-għażla tal-investitur. It-traduzzjoni għandha tirrifletti fedelment u b'mod preċiż il-kontenut tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.

Jekk il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma jipprovdix it-traduzzjoni mitluba tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment, il-fornitur tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jagħti parir biċ-ċar lill-investitur biex iżomm lura milli jagħmel l-investiment.

8.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma għandhomx jeħtieġu notifika u approvazzjoni ex ante għal skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.

9.  L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina dan li ġej:

(a)  ir-rekwiżiti għall-mudell u l-kontenut tiegħu għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u l-Anness;

(b)  it-tipi ta' riskji li huma materjali għall-offerta ta' finanzjament kollettiv u għalhekk iridu jiġu ddivulgati f'konformità mal-Parti C tal-Anness;

(ba) l-użu ta' ċerti proporzjonijiet finanzjarji biex titjieb iċ-ċarezza tal-informazzjoni finanzjarja ewlenija;

(c)  il-kummissjonijiet u t-tariffi u l-ispejjeż ta' tranżazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Parti H tal-Anness, inkluż qsim dettaljat tal-ispejjeż diretti u indiretti li għandu jġarrab l-investitur.

Fl-abbozzar tal-istandards, l-ESMA għandha tiddistingwi bejn is-servizzi msemmija fil-punt (i) tal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u dawk imsemmija fil-punt (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 3(1).

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [XXX xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Qed tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 17Bord tal-avviżi

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jippermettu lill-investituri tagħhom biex jinteraġixxu direttament ma' xulxin biex jixtru u jbigħu ftehimiet ta' self jew titoli trasferibbli li oriġinarjament ikunu ġew iffinanzjati b'mod kollettiv fuq il-pjattaformi tagħhom, għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom li huma ma joperawx sistema ta' negozjar u li tali attività ta' xiri u bejgħ fuq il-pjattaformi tagħhom issir fid-diskrezzjoni u fir-responsabbiltà tal-klijent. Tali fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw ukoll lill-klijenti tagħhom li r-regoli applikabbli skont id-Direttiva 2014/65/UE għaċ-ċentri tan-negozjar, kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva, ma japplikawx għall-pjattaformi tagħhom.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jipprovdu prezz ta' referenza għax-xiri u l-bejgħ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom jekk il-prezz ta' referenza issuġġerit huwiex vinkolanti jew le, u jiġġustifikaw il-bażi li fuqha jkun ġie kkalkolat il-prezz ta' referenza.

2a.   Sabiex l-investituri jkunu jistgħu jixtru u jbigħu self miksub permezz tal-pjattaforma tagħhom, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiffaċilitaw it-trasparenza tal-pjattaformi tagħhom għall-investituri billi jipprovdu informazzjoni dwar il-prestazzjoni tas-self iġġenerat.

Artikolu 18Aċċess għar-rekords

Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom:

(a)  iżommu r-rekords kollha relatati mas-servizzi u t-tranżazzjonijiet tagħhom għal ħames snin fuq mezz li jservi għal żmien twil;

(b)  jiżguraw li l-klijenti tagħhom dejjem ikollhom aċċess immedjat għar-rekords tas-servizzi pprovduti;

(c)  iżommu għal ħames snin il-ftehimiet kollha bejn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u l-klijenti tagħhom.

Kapitolu VKomunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni

Artikolu 19Rekwiżiti rigward il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet tagħhom ta' kummerċjalizzazzjoni kollha lill-investituri jkunu identifikabbli b'mod ċar bħala tali.

2.  Qabel l-għeluq tal-ġbir ta' fondi għal proġett, l-ebda komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni ma għandha tkun immirata b'mod sproporzjonat lejn proġetti jew offerti ta' finanzjament kollettiv individwali ppjanati, pendenti jew kurrenti.▌

3.  Għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tagħhom, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jużaw waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih ikun attiv il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew l-Ingliż.

4.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma għandhomx jeħtieġu notifika u approvazzjoni ex ante għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni.

Artikolu 20Pubblikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni

1.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jippubblikaw u jżommu l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni ta' fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv aġġornati fuq is-siti web tagħhom.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA bil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 u l-iperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti fejn dik l-informazzjoni tkun ippubblikata. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA sommarju ta' dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti b'lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzjament internazzjonali.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 2 u għandhom jissottomettu sommarju aġġornat tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti mingħajr dewmien.

4.  L-ESMA, fuq is-sit web tagħha, għandha tippubblika u żżomm sommarju tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti b'lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzjament internazzjonali u l-iperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1. L-ESMA ma għandhiex tkun responsabbli għall-informazzjoni ppreżentata fis-sommarju.

5.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu l-punti uniċi ta' kuntatt responsabbli milli jipprovdu informazzjoni dwar regoli ta' kummerċjalizzazzjoni fl-Istati Membri rispettivi tagħhom.

▌7.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom, regolarment, u tal-anqas fuq bażi annwali, jirrapportaw lill-ESMA dwar l-azzjonijiet ta' infurzar tagħhom li jkunu ħadu matul is-sena preċedenti abbażi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali tagħhom applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. B'mod partikolari; ir-rapport għandu jinkludi:

(a)  l-għadd totali ta' azzjonijiet ta' infurzar meħuda skont it-tip ta' mġiba ħażina, fejn applikabbli:

(b)  meta disponibbli, l-eżiti tal-azzjonijiet ta' infurzar, inklużi t-tipi ta' sanzjonijiet imposti skont it-tip ta' sanzjoni jew rimedju pprovduti mill-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(c)  meta disponibbli, eżempji ta' kif l-awtoritajiet kompetenti ttrattaw in-nuqqas tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali.

Kapitolu VIIs-setgħat u l-kompetenzi tal-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti

Taqsima IKompetenzi u proċeduri

Artikolu 21Privileġġ legali

Is-setgħat mogħtija lill-awtorità nazzjonali kompetenti, jew lil kwalunkwe uffiċjal jew persuna oħra awtorizzata mill-awtorità nazzjonali kompetenti, ma għandhomx jintużaw biex jitolbu d-divulgazzjoni ta' informazzjoni soġġetta għal privileġġ legali.

Artikolu 25Skambju ta' informazzjoni

L-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-qadi ta' dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 26Segretezza professjonali

L-obbligu tas-segretezza professjonali msemmi fl-Artikolu 76 tad-Direttiva 2014/65/UE għandu japplika għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għall-ESMA u għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew għall-ESMA, jew għal kwalunkwe persuna oħra li tkun ġiet iddelegata lilha xi kompiti, inklużi awdituri u esperti▌li jkunu ngħataw kuntratt.

Taqsima II

PENALI AMMINISTRATTIVI U MIŻURI AMMINISTRATTIVI OĦRA

Artikolu 27a

Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu penali kriminali skont l-Artikolu 27c, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jistabbilixxu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra xierqa, li jkunu applikabbli minn tal-inqas għal sitwazzjonijiet fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikun naqas milli jissodisfa ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli I sa V. Tali penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra huma implimentati b'mod effettiv.

2.  L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex japplikaw mill-inqas il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li ġejjin fil-każ ta' ksur tal-Kapitoli I sa V ta' dan ir-Regolament:

(a)  stqarrija pubblika li tindika l-persuna responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;

(b)  ordni li titlob lill-persuna biex tieqaf mill-imġiba ta' ksur u li tibqa' lura minn ripetizzjoni ta' dik il-kondotta;

(c)  projbizzjoni temporanja, jew f'każ ta' ksur serju ripetut, projbizzjoni permanenti li tipprevjeni lil kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-persuna ġuridika responsabbli għall-ksur, jew lil kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta' ġestjoni f'tali impriżi;

(d)  fil-każ ta' persuna fiżika, multi amministrattivi pekunarji massimi ta' 5 % tal-fatturat annwali tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv matul is-sena kalendarja li fiha jkun seħħ il-ksur;

(e)  multi amministrattivi pekunarji massimi ta' għall-inqas id-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista' jiġi stabbilit, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi fil-punt (d);

3.  Meta d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 japplikaw għal persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jikkonferixxu fuq l-awtoritajiet kompetenti s-setgħa li japplikaw il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra stabbiliti fil-paragrafu 2, soġġett għall-kundizzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali, fuq membri tal-korp maniġerjali, u fuq individwi oħrajn li huma responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li timponi penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra stabbiliti fil-paragrafu 2 tkun motivata sew u tkun soġġetta għad-dritt ta' appell quddiem tribunal.

Artikolu 27b

Eżerċizzju tas-setgħa biex jiġu imposti penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra ta' rimedju

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom li jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra msemmijin fl-Artikolu 27a skont dan ir-Regolament u mal-oqfsa ġuridiċi nazzjonali tagħhom, kif xieraq:

(a)  direttament;

(b)  f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn;

(c)  taħt ir-responsabilità tagħhom b'delega lil awtoritajiet oħra;

(d)  b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.  Meta jistabbilixxu t-tip u l-livell ta' penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra imposta skont l-Artikolu 27a, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu sa fejn il-ksur huwiex intenzjonat jew jirriżultax minn negliġenza u ċ-ċirkustanzi rilevanti l-oħra kollha, inkluż, u fejn xieraq:

(a)  il-materjalità, il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;

(b)  il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;

(c)  is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;

(d)  l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(e)  it-telf għal partijiet terzi kkaġunati mill-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(f)  il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(g)  il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur.

Artikolu 27c

Penali kriminal

1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistipulawx regoli għal penali amministrattivi jew miżuri oħra amministrattivi għal ksur li huwa soġġett għal penali kriminali taħt id-dritt nazzjonali tagħhom.

2.  Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, li jistabbilixxu penali kriminali għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 27a(1), huma għandhom jiżguraw li jkun hemm miżuri xierqa fis-seħħ sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa kollha biex ikollhom kuntatt mal-awtoritajiet ġudizzjarji, tal-prosekuzzjoni jew tal-ġustizzja kriminali fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika marbuta ma' investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali mibdija fir-rigward tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 27a(1), u biex jipprovdu l-istess informazzjoni lil awtoritajiet kompetenti oħrajn kif ukoll lill-ESMA sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom ta' kooperazzjoni għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 27d

Obbligi ta' notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw dan il-Kapitolu, inkluża kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tal-liġi kriminali, lill-Kummissjoni u l-ESMA sa ... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

Artikolu 27e

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA

1.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ESMA għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin u jiskambjaw informazzjoni sabiex iwettqu dmirijiethom skont dan il-Kapitolu.

2.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkoordinaw mill-qrib is-superviżjoni tagħhom sabiex jidentifikaw u jirrimedjaw il-ksur ta' dan ir-Regolament, jiżviluppaw u jippromwovu l-aħjar prattiki, jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni, irawmu l-konsistenza fl-interpretazzjoni u jipprovdu valutazzjonijiet transġuriżdizzjonali f'każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' qbil.

3.  Meta awtorità nazzjonali kompetenti ssib li ma jkunx ġie sodisfatt rekwiżit impost fil-Kapitoli I sa V jew ikollha raġun biex temmen li dan huwa l-każ, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-entità jew tal-entitajiet issuspettati bit-tali ksur bis-sejbiet tagħha b'mod dettaljat biżżejjed. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkoordinaw is-superviżjoni tagħhom mill-qrib sabiex jiżguraw deċiżjonijiet konsistenti.

Artikolu 27f

Pubblikazzjoni ta' penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.  Suġġett għall-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jippubblikaw fuq is-siti web uffiċjali tagħhom, mingħajr dewmien żejjed u bħala minimu, kwalunkwe deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra li għaliha ma tressaq l-ebda appell wara li d-destinatarju tal-penali jew tal-miżura jkun ġie nnotifikat b'dik id-deċiżjoni.

2.  Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni fuq it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli u l-penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra imposti.

3.  Meta l-pubblikazzjoni tal-identità, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, jew tal-identità u ta' data personali, fil-każ ta' persuni fiżiċi, titqies mill-awtorità kompetenti li mhijiex proporzjonata wara valutazzjoni ta' każ b'każ, jew meta l-awtorità kompetenti tqis li l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabilità tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja, jew meta l-pubblikazzjoni, sa fejn jista' jkun stabbilit, tikkawża ħsara sproporzjonata lill-persuna involuta, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  jiddifferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew il-miżura amministrattiva oħra sakemm ma jibqgħux jeżistu raġunijiet għal dak id-differiment;

(b)  jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew il-miżura amministrattiva oħra fuq bażi anonima, skont il-liġi nazzjonali; jew

(c)  ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew il-miżura amministrattiva oħra f'każ li l-awtorità kompetenti hija tal-opinjoni li l-għażliet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw:

(i) li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tiġix ipperikolata; jew

(ii) il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jitqiesu li huma ta' natura minuri.

4.  F'każ ta' deċiżjoni biex tiġi ppubblikata penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista' tiġi posposta. Meta awtorità nazzjonali kompetenti tippubblika deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra li għaliha jkun hemm appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw immedjatament fuq is-sit web uffiċjali tagħhom dik l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar l-eżitu ta' dak l-appell. Kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja li tannulla deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra għandha tiġi ppubblikata wkoll.

5.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni li hija ppubblikata, f'konformità mal-paragrafi 1 sa 4, tibqa' aċċessibbli fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin wara l-pubblikazzjoni tagħha. Data personali li tinsab f'dawk id-deċiżjonijiet għandha tinżamm biss fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perijodu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

6.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA dwar il-penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra kollha imposti, inkluż, fejn xieraq, kwalunkwe appell b'rabta magħhom u l-eżitu ta' dan.

7.  L-ESMA għandha żżomm bażi ċentrali ta' data tal-penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra kkomunikati lilha. Din il-bażi ta' data għandha tkun aċċessibbli biss għall-ESMA, għall-EBA, għall-EIOPA u għall-awtoritajiet kompetenti u għandha tiġi aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'konformità mal-paragrafu 6.

Artikolu 36

Protezzjoni tad-data

1.  Fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali fil-qafas ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta' dan ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.  Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-ESMA fil-qafas ta' dan ir-Regolament, din għandha tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Kapitolu VIIAtti delegati

Artikolu 37Eżerċitar tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 31(10) u l-Artikolu 34(3) għal perjodu ta' żmien ta' ħames snin minn .... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(7), l-Artikolu 10(10), l-Artikolu 15(6), l-Artikolu 16(9), l-Artikolu 31(10) u l-Artikolu 34(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun fis-seħħ.

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(7), l-Artikolu 10(10), l-Artikolu 15(6), l-Artikolu 16(9), l-Artikolu 31(10) u l-Artikolu 34(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Kapitolu VIIIDispożizzjonijiet finali

Artikolu 38

Rapport

1.  Qabel [uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-ESMA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat fejn meħtieġ bi proposta leġiżlattiva.

2.  Ir-rapport għandu jivvaluta dan li ġej:

(a)  it-tħaddim tas-suq għall-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv fl-Unjoni, inkluż l-iżvilupp u x-xejriet tas-suq,▌is-sehem mis-suq tagħhom u b'mod partikolari analiżi ta' jekk humiex meħtieġa xi aġġustamenti fid-definizzjonijiet u limiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u jekk il-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi koperti minn dan ir-Regolament jibqax xieraq;

(b)  l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv, inkluż l-impatt fuq l-aċċess għal finanzjament mill-SMEs u fuq l-investituri u kategoriji oħra ta' persuni affettwati minn dawk is-servizzi;

(c)  l-implimentazzjoni tal-innovazzjoni teknoloġika fis-settur tal-finanzjament kollettiv, inkluż l-applikazzjoni ta' metodi ta' finanzjament mhux bankarju (inkluż offerta inizjali tal-muniti) u tal-mudelli u t-teknoloġiji ta' negozju innovattivi ġodda;

(d)  jekk il-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 2(2)(d) għadux xieraq sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(e)  l-effetti li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jirregolaw il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom fuq il-libertà li jipprovdu servizzi, kompetizzjoni u protezzjoni lill-investitur;

(f)  l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u, b'mod partikolari, kwalunkwe ħtieġa biex ikomplu jiġu armonizzati s-sanzjonijiet amministrattivi stabbiliti għall-ksur ta' dan ir-Regolament.

(g)  Il-ħtieġa u l-proporzjonalità li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jiġu soġġetti għal obbligi ta' konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2015/849 fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u li dawn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament jiġu miżjuda mal-lista ta' entitajiet marbuta b'obbligu għall-finijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849.

(h)  l-adegwatezza tat-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal pajjiżi terzi;

(i)  il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-ESMA u l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali bħala s-superviżur ta' dan ir-Regolament;

(j)  Il-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri speċifiċi f'dan ir-Regolament għall-promozzjoni ta' proġetti ta' finanzjament kollettiv sostenibbli u innovattivi, kif ukoll l-użu ta' Fondi tal-UE.

Artikolu 38a

Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1129

Fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1129/UE, jiddaħħal il-punt li ġej:

(k) offerta ta' finanzjament kollettiv minn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv Ewropew kif definit fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru .../...(14)*, sakemm ma taqbiżx il-limitu stabbilit fl-Artikolu 2(2)(d) ta' dak ir-Regolament."

Artikolu 39Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika minn [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data ta' 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.  QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

  1.1.  Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

  1.2.  Qasam/oqsma ta' politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

  1.3.  Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

  1.4.  Għan(ijiet)

  1.5.  Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

  1.6.  Durata u impatt finanzjarju

  1.7.  Mod(i) ta' ġestjoni ppjanat(i)

2.  MIŻURI TA' ĠESTJONI

  2.1.  Regoli ta' monitoraġġ u ta' rapportar

  2.2.  Sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll

  2.3.  Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet

3.  IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

  3.1.  Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati

  3.2.  Impatt stmat fuq in-nefqa

  3.2.1.  Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

  3.2.2.  Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

  3.2.3.  Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

  3.2.4.  Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

  3.2.5.  Kontribuzzjonijiet ta' partijiet terzi

  3.3.  Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.  QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.  Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej għan-Negozji

1.2.  Qasam/Oqsma ta' politika kkonċernat(i)

Qasam ta' politika: L-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali

Attività: L-Unjoni tas-Swieq Kapitali

1.3.  Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

ý Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja(15)

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.  Għan(ijiet)

1.4.1.  L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Il-kontribuzzjoni għal suq intern aktar ġust u profond b'bażi industrijali msaħħa

1.4.2.  Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi

Għan speċifiku Nru

1. Biex il-pjattaformi jkunu jistgħu jespandu;

2. Tisħiħ tal-integrità tal-pjattaformi;

3. Tisħiħ tat-trasparenza tal-pjattaformi għall-investituri

1.4.3.  Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

1. L-ECSPs ikunu kapaċi jwettqu l-attivitajiet ewlenin tagħhom fl-Istati Membri kollha u jwettqu l-intermedjazzjoni tal-proġetti fl-UE kollha.

2. Il-fiduċja tal-investituri tissaħħaħ, b'mod partikolari fl-aċċess tagħhom għall-pjattaformi u biex jinvestu fuq bażi transfruntiera.

1.4.4.  Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jimmonitorjaw l-effetti tal-għażla ta' politika miżmuma abbażi tal-lista ta' indikaturi mhux eżawrjenti li ġejja:

1. Impatti fuq il-pjattaformi:

a.  L-għadd ta' pajjiżi fejn il-pjattaformi jinvolvu ruħhom

b.  Il-volumi annwali ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament kollettiv fil-pajjiżi tal-UE

c.  Il-bażi tal-investituri skont it-tip ta' investituri

d.  L-għadd, il-volum u t-tip ta' proġetti ffinanzjati b'mod transfruntiera

e.  Il-volum tal-flussi ta' investiment transfruntiera

2.  Spejjeż diretti

a.  it-tariffi tal-liċenzjar

b.  Tariffi superviżorji u regolatorji

c.  Spejjeż tal-infurzar

3.  Spejjeż/benefiċċji indiretti

a.  Evoluzzjoni ta' tariffi mħallsa għall-finanzjament ta' proġett / għall-investiment

b.  L-evoluzzjoni tad-daqs medju tat-tranżazzjonijiet

1.5.  Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.  Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

Din il-proposta għandha tindirizza l-isfidi li ġejjin:

1) Suq Uniku: il-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv huma dipendenti ħafna fuq l-effetti tan-netwerk. L-iskala mhux biss iżżid il-vijabbiltà tal-mudelli ta' negozju, iżda tipprovdi wkoll benefiċċji akbar għall-utenti tal-pjattaformi – investituri u sidien ta' proġetti. Bħalissa l-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv qed jiffaċċjaw diffikultajiet sostanzjali meta jippruvaw jespandu fi Stati Membri oħra tal-UE u għalhekk huma ristretti kważi għalkollox għall-fruntieri nazzjonali tagħhom. Din l-inizjattiva se tipprovdi lill-pjattaformi li jixtiequ joperaw fil-livell tal-UE l-possibbiltà li japplikaw għal liċenzja ta' Fornitur ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropew (ECSP) permezz tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq li tippermettilhom jipprovdu servizzi fis-Suq Uniku kollu mingħajr intoppi.

2) Integrità u Sikurezza Settorjali: il-finanzjament kollettiv għad irid jistabbilixxi ruħu bħala settur affidabbli u matur u l-investituri huma partikolarment kawti dwar jekk jagħmlux investimenti fuq bażi transfruntiera. Dan huwa parzjalment dovut għal settijiet diverġenti ta' regoli adottati minn Stati Membri differenti li joħolqu inċertezza fir-rigward tal-applikabbiltà ta' salvagwardji, trattament ta' diliġenza dovuta kif ukoll il-livell ta' skrutinju. Din l-inizjattiva se tipprovdi tikketta Ewropea li tingħaraf u li se tiżgura ambjent trasparenti u sikur għall-intermedjazzjoni ta' fondi, filwaqt li tippermetti lill-investituri jiffukaw fuq il-vijabbiltà tal-proġetti li jkunu jixtiequ jappoġġaw.

1.5.2.  Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (jista' jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib tal-koordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta' dan il-punt, "il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni" huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

L-azzjoni tal-UE tnaqqas ferm il-kumplessità, il-piżijiet finanzjarji u dawk amministrattivi għall-partijiet ikkonċernati ewlenin kollha, jiġifieri l-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv, is-sidien tal-proġetti u l-investituri filwaqt li fl-istess ħin jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost il-fornituri ta' servizzi kollha li jagħmlu użu mill-istess tikketta tal-UE. Barra minn hekk, l-armonizzazzjoni tar-regoli prudenzjali, tal-kundizzjonijiet u tar-regoli operazzjonali dwar it-trasparenza għall-atturi rilevanti jirriżultaw f'benefiċċji ċari għall-protezzjoni tal-investituri u l-istabbiltà finanzjarja. Billi tarmonizza l-karatteristiċi essenzjali li jikkostitwixxu pjattaforma ta' finanzjament kollettiv, il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi qafas uniformi fir-rigward tad-definizzjoni ta' tali attività ta' finanzjament kollettiv, u b'hekk tistabbilixxi regoli komuni b'mod ċar f'oqsma speċifiċi.

Evidenza li għadha kemm saret magħrufa fil-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u l-istudji esterni ssejjaħ għall-azzjoni f'dan il-punt ta' żmien. L-għan tal-azzjoni fil-livell tal-UE huwa li tikkontribwixxi għall-iżvilupp effettiv u effiċjenti tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv fil-livell tal-UE, il-protezzjoni tal-investituri, l-istabbiltà u l-effettività tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni tikkontribwixxi għal komprensjoni aħjar ta'għaliex dawn l-għanijiet jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni.

1.5.3.  Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Inizjattiva ġdida

1.5.4.  Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti xierqa oħra

L-objettivi ta' din il-proposta huma konsistenti ma' għadd ta' politiki tal-UE u inizjattivi li għadhom għaddejjin, b'mod partikolari l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, l-inizjattiva FinTech u s-Suq Uniku Diġitali.

1.6.  Durata u impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta' perjodu limitat

–  ¨  Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

–  ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

ý Proposta/inizjattiva ta' perjodu mhux limitat

–  Implimentazzjoni b'perjodu ta' tnedija minn SSSS sa SSSS,

–  segwita b'operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.  Mod(i) ta' ġestjoni ppjanat(i)(16)

¨ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta'

–  ¨  aġenziji eżekuttivi

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

ý Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li għandhom jiġu speċifikati);

¨ l-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

ý korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209;

¨ korpi irregolati bil-liġi pubblika;

¨ korpi irregolati bil-liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku, sakemm ikunu jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

¨ korpi rregolati bil-liġi privata ta' Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

N/A

2.  MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.  Regoli ta' monitoraġġ u ta' rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

F'konformità mal-arranġamenti diġà eżistenti, l-ASE jħejju rapporti regolari dwar l-attività tagħhom (inkluż ir-rapportar intern lill-Maniġment Superjuri, ir-rapportar lill-Bordijiet u l-produzzjoni tar-rapport annwali), u huma soġġetti għal awditi mill-Qorti tal-Awdituri u mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni dwar l-użu tar-riżorsi u l-prestazzjoni tagħhom. Il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-azzjonijiet inklużi fil-proposta se jkunu konformi mar-rekwiżiti diġà eżistenti, kif ukoll ma' kwalunkwe rekwiżit ġdid li jirriżulta minn din il-proposta.

2.2.  Sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll

2.2.1.  Riskju/i identifikat(i)

Minħabba d-daqs modest tas-suq, immirat għal appoġġ finanzjarju fi stadju bikri għal kumpaniji żgħar, għadu ma ġie identifikati l-ebda riskju ekonomiku sinifikanti, ta' stabbiltà finanzjarja jew oħrajn. Ġie nnutat li proġetti intermedjati fuq pjattaformi ta' finanzjament kollettiv għandhom riskju għoli ħafna, madankollu dan huwa rifless fi twissijiet ta' riskju lill-investituri u permezz ta' salvagwardji oħra, u b'hekk hija żgurata l-familjarità tal-investituri mal-ambjent magħżul tagħhom li mhuwiex komparabbli ma' spazju għall-prodotti ta' tfaddil, iżda jipprovdi spazju għall-appoġġ għall-attivitajiet tal-intrapriżi. Il-pjattaformi nfushom ma jistgħux jipparteċipaw billi jinvestu jew jissottoskrivu dawn l-offerti u dak li jagħmlu huwa biss li jgħinu biex jiġu ffaċilitati t-tranżazzjonijiet bejn il-partijiet.

2.2.2.  Metodu/i ta' kontroll previst(i)

Is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, kif previsti fir-Regolamenti dwar l-ASE, diġà qegħdin jiġu implimentati. L-ASE jaħdmu mill-qrib mas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-istandards xierqa fl-oqsma kollha tal-qafas ta' kontroll intern. Dawn l-arranġamenti se japplikaw ukoll fir-rigward tar-rwol tal-ASE skont il-proposta preżenti.

Barra minn hekk, kull sena finanzjarja, il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill, jagħti kwittanza lil kull ASE għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħhom.

2.3.  Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti.

Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) japplikaw għall-ASE mingħajr ebda restrizzjoni.

L-ASE għandhom strateġija ddedikata kontra l-frodi u pjan ta' azzjoni li jirriżulta minnha. L-azzjonijiet imsaħħa tal-ASE fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi se jkunu konformi mar-regoli u l-gwida pprovduti mir-Regolament Finanzjarju (miżuri kontra l-frodi bħala parti minn ġestjoni finanzjarja tajba), mal-politiki ta' prevenzjoni tal-frodi tal-OLAF, mad-dispożizzjonijiet ipprovduti mill-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (COM(2011)376) kif ukoll kif stabbilit mill-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE (Lulju 2012) u l-pjan direzzjonali relatat.

Barra minn hekk, ir-Regolamenti li jistabbilixxu l-ASE, kif ukoll ir-Regolamenti Finanzjarji tal-ASE jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-ASE u r-regoli finanzjarji applikabbli, inklużi dawk immirati biex jipprevjenu l-frodi u l-irregolaritajiet.

3.  IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.  Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati

•  Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Titolu tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'

nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

[Intestatura………………………...…………]

Diff./Mhux diff.(17)

mill-pajjiżi tal-EFTA(18)

mill-pajjiżi kandidati(19)

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1a

12 02 06 ESMA

 

Diff./Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

•  Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Titolu tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'

nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

[Intestatura………………………………………]

Diff./mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[…]

[XX.YY.YY.YY]

[…]

[…]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.  Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.  Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta' EUR (aġġustati 'l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

lntestatura tal-qafas finanzjarju

pluriennali

Numru

[Intestatura……………...……………………………………………………………….]

DG: …….

 

 

Sena

2019

Sena

2020

Sena

N+2

Sena

N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Titolu 1: Approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(1)

0.764

1.637

 

 

 

 

 

2.401

Pagamenti

(2)

0.764

1.637

 

 

 

 

 

2. 401

Titolu 2:

Impenji

(1a)

 

 

 

 

 

 

 

 

Pagamenti

(2a)

 

 

 

 

 

 

 

 

Titolu 3:

Impenji

(3a)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pagamenti

(3b)

 

 

 

 

 

 

 

 

Approprjazzjonijiet TOTALI

għall-ESMA

Impenji

=1+1a +3a

0.764

1. 637

 

 

 

 

 

2. 401

Pagamenti

=2+2a

+3b

0.764

1. 637

 

 

 

 

 

2. 401

lntestatura tal-qafas finanzjarju

pluriennali

5

"Nefqa amministrattiva"

miljuni ta' EUR (aġġustati 'l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

 

 

Sena

2019

Sena

2020

Sena

N+2

Sena

N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DG: …….

Ÿ Riżorsi Umani

0.401

0.995

 

 

 

 

 

1.396

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra

0.091

0.236

 

 

 

 

 

0.327

TOTAL DĠ …….

Approprjazzjonijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

Approprjazzjonijiet TOTALI

taħt l-INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali

 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

 

 

 

 

 

 

 

 

miljuni ta' EUR (aġġustati 'l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

 

 

Sena

2019

Sena

2020

Sena

N+2

Sena

N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI

taħt l-INTESTATURI 1 sa 5tal-qafas finanzjarju pluriennali

 

Impenji

0.764

1. 637

 

 

 

 

 

2. 401

Pagamenti

0.764

1. 637

 

 

 

 

 

2. 401

3.2.2.  Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp]

–  ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali

–  ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta' impenn f'miljuni ta' EUR (aġġustati 'l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

 

ò

 

 

Sena

N

Sena

N+1

Sena

N+2

Sena

N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

RIŻULTATI

Type(20)

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1(21)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

- Eżitu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

- Eżitu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

- Eżitu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

- Eżitu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

KOST TOTALI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2.3.  Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani [tal-korp]

3.2.3.1.  Sommarju

–  ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

–  ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta' EUR (aġġustati 'l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena

2019

Sena

2020

Sena

N+2

Sena

N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Uffiċjali (Gradi AD)

2

6

 

 

 

 

 

8

Uffiċjali (Gradi AST)

 

 

 

 

 

 

 

 

Persunal kuntrattwali

1

1

 

 

 

 

 

2

Persunal temporanju

 

 

 

 

 

 

 

 

Esperti Nazzjonali Sekondati

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

3

7

 

 

 

 

 

 

Stima tal-impatt fuq il-persunal (FTE addizzjonali) – pjan ta' stabbiliment

Grupp tal-funzjoni u grad

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

AD16

 

 

 

 

AD15

 

 

 

 

AD14

 

 

 

 

AD13

 

 

 

 

AD12

 

 

 

 

AD11

 

 

 

 

AD10

 

 

 

 

AD9

 

 

 

 

AD8

 

 

 

 

AD7

 

 

 

 

AD6

 

 

 

 

AD5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' AD

 

 

 

 

AST11

 

 

 

 

AST10

 

 

 

 

AST9

 

 

 

 

AST8

 

 

 

 

AST7

 

 

 

 

AST6

 

 

 

 

AST5

 

 

 

 

AST4

 

 

 

 

AST3

 

 

 

 

AST2

 

 

 

 

AST1

 

 

 

 

Total ta' AST

 

 

 

 

AST/SC 6

 

 

 

 

AST/SC 5

 

 

 

 

AST/SC 4

 

 

 

 

AST/SC 3

 

 

 

 

AST/SC 2

 

 

 

 

AST/SC 1

 

 

 

 

Total ta' AST/SC

 

 

 

 

TOTAL FINALI

 

 

 

 

Stima tal-impatt fuq il-persunal (FTE addizzjonali) – persunal estern

Aġenti kuntrattwali

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Grupp ta' funzjonijiet IV

 

 

 

 

Grupp ta' funzjonijiet III

 

 

 

 

Grupp ta' funzjonijiet II

 

 

 

 

Grupp ta' funzjonijiet I

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

Esperti Nazzjonali Sekondati

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

 

 

 

 

Jekk jogħġbok indika d-data tar-reklutaġġ ippjanata u adatta l-ammont skont dan (jekk ir-reklutaġġ isir f'Lulju, jitqies biss 50 % tal-kost medju) u pprovdi iktar spjegazzjonijiet f'anness.

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

–  ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani.

–  ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tingħata f'ammonti sħaħ (jew l-iktar l-iktar aġġustati 'l fuq għal pożizzjoni deċimali waħda)

 

Sena

2020

Sena

N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

•  Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

 

 

 

 

 

 

 

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

 

 

 

 

 

 

 

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

 

 

 

 

 

 

 

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

 

 

 

 

 

 

 

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ÿ Persunal estern (f'unità Ekwivalenti għall-Fulltime: FTE)(22)

 

 

 

 

 

 

 

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-"pakkett globali")

 

 

 

 

 

 

 

XX 01 02 02 (AC, AL, ENS, INT u JED fid-Delegazzjonijiet)

 

 

 

 

 

 

 

XX 01 04 ss(23)

- fil-Kwartieri Ġenerali(24)

 

 

 

 

 

 

 

 

- fid-Delegazzjonijiet

 

 

 

 

 

 

 

XX 01 05 02 (AC, ENS, INT – Riċerka indiretta)

 

 

 

 

 

 

 

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

 

 

 

 

 

 

 

Linji baġitarji oħra (speċifika)

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

 

XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati minn persunal tad-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġie skjerat mill-ġdid fid-DĠ, flimkien ma', jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tat-tmexxija skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanji

 

Persunal estern

 

Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ispiża għall-unitajiet FTE għandha titniżżel fit-Taqsima 3 tal-Anness V.

3.2.4.  Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

–  ¨  Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

–  ¨  Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

–  ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali(25).

Spjega x'inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.3.  Impatt stmat fuq id-dħul

–  ý  Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–  ¨  Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

–  ¨  fuq ir-riżorsi proprji

–  ¨  fuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta' EUR (aġġustati 'l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/inizjattiva(26)

Sena

N

Sena

N+1

Sena

N+2

Sena

N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

 

 

 

 

 

 

 

 

Għad-dħul "assenjat" mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

ANNESS tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għall-Proposta għal Regolament dwar il-Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-negozji

Metodoloġija applikata u s-suppożizzjonijiet sottostanti ewlenin

L-ispejjeż relatati mal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) mill-ESMA ġew stmati skont tliet kategoriji ta' spejjeż: l-ispejjeż tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż operazzjonali(27).

Skont l-istimi preliminari attwali li għamlet il-Kummissjoni, il-kompiti ta' awtorizzazzjoni u superviżorji tal-ECSP se jenħtieġu 4 membri ġodda tal-persunal fl-2019 u 9 membri ġodda tal-persunal għas-sena 2020. Dawn jiżdiedu mal-persunal li bħalissa qed jaħdem fl-ESMA u li hu kopert mill-baġit attwali għall-ESMA. L-ispejjeż jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE sabiex ma jitqiegħedx piż fuq industrija li għadha fil-bidu b'tariffi sproporzjonati. Il-kontribuzzjonijiet se jinġabru minn ECSP awtorizzat skont dan ir-reġim, madankollu, kif spjegat fit-test tal-proposta, se jiġi applikat livell massimu.

Il-ħtieġa ta' numri ikbar ta' persunal tirrifletti l-kompiti addizzjonali fdati mir-Regolament lill-ESMA u hija relatata mal-koordinazzjoni u s-superviżjoni tal-ECSPs:

•  Tħejjija għal u mmaniġġjar tal-proċessi ta' awtorizzazzjoni;

•  Stabbiliment u żamma ta' reġistru ċentrali;

•  Żvilupp ta' standards tekniċi previsti fir-Regolament;

•  Rieżami tal-Iskedi bl-Informazzjoni Ewlenija dwar l-Investiment (KIIS)

•  Tħejjija tal-bidu tal-koordinazzjoni u s-superviżjoni li għadha għaddejja tal-ECSPs

•  Monitoraġġ u rappurtar annwali tal-KPIs

Dawn il-kompiti ġodda huma stabbiliti fir-Regolament propost u spjegati aktar fil-memorandum ta' spjegazzjoni. Dawn jinkludu u mhumiex limitati għall-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ECSPs, għas-superviżjoni tal-ECSPs reġistrati, li jeħtieġu kuntatti perjodiċi mal-maniġment/ persunal tal-entitajiet taħt superviżjoni, it-tweġib ta' mistoqsijiet, ta' lmenti jew ta' talbiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew mill-konsumaturi, il-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti tal-ESCP kif stabbilit fir-Regolament dwar l-ESCP, għat-talba ta' informazzjoni mingħand l-ESCPs jew il-persuni involuti fl-immaniġġjar tal-entitajiet, għat-twettiq ta' spezzjonijiet fuq il-post, għall-eżaminar tar-rekords u għas-smigħ tal-persuni dwar ksur allegat tar-Regolament, l-eżaminazzjoni tal-Iskeda bl-Informazzjoni Ewlenija dwar l-Investiment f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament kif ukoll it-traduzzjoni ta' dokumenti meħtieġa. L-ESMA tista' tissodisfa wkoll rwol biex tirtira awtorizzazzjoni tal-ECSP u tieħu miżuri superviżorji oħra kif elenkat fir-Regolament dwar l-ECSP.

It-taqsima segwenti tanalizza s-suppożizzjonijiet ġenerali għall-kalkolu tar-riżorsi addizzjonali, l-ispiża tal-għadd ta' membri tal-persunal ġodda u tal-infrastruttura addizzjonali tal-IT.

Suppożizzjonijiet ġenerali magħmula meta jiġu kkalkulati riżorsi addizzjonali

Meta ġew ikkalkulati riżorsi addizzjonali, saru s-suppożizzjonijiet li ġejjin.

Ġie preżunt li r-Regolament għandu jibda japplika fil-bidu tal-2019 u s-sena se tintuża għal preparazzjonijiet mill-ESMA biex tabbozza l-RTS u pariri tekniċi kif ukoll biex tabbozza proċessi u proċeduri. Fl-2020, abbażi tan-numru ta' pjattaformi ta' finanzjament kollettiv bħalissa fis-suq, id-daqs, l-attività, il-kundizzjonijiet ġenerali tas-suq u n-numru ta' pjattaformi tagħhom li diġà bdew jippruvaw jespandu fuq livell transfruntiera, huwa stmat li madwar 25 entità se jkunu taħt superviżjoni mill-ESMA.

Karigi addizzjonali huma preżunti li jkunu jew persunal permanenti jew aġenti kuntrattwali. Il-kost totali annwali medju(28) għall-persunal permanenti huwa preżunt li huwa EUR 173 000 u EUR 86 000 għall-aġenti kuntrattwali. Jekk l-ispejjeż tal-pensjonijiet u tar-reklutaġġ jiġu inklużi, filwaqt li l-ispejjeż amministrattivi u operazzjonali relatati mal-persunal jidħlu f'kategorija separata, it-tabella ta' hawn taħt tiġbor fil-qosor il-kost medju annwali totali għal kull kategorija ta' persunal.

Tabella 1 Kostijiet tal-Persunal

Kategorija ta' Persunal

2019 Kost medju annwali totali tal-persunal (*)

2020 Kost medju annwali totali tal-persunal (*)

Uffiċjal

EUR 158 020

EUR 153 687

Aġent Kuntrattwali

EUR 85 640

EUR 72 640

(*) (*)Jinkludi: spejjeż ta' reklutaġġ, salarji u indennizzi, kontribuzzjonijiet tal-pensjoni, u spejjeż oħra (għat-taħriġ, mediċi, tal-iskola, tal-ġestjoni tal-persunal). L-ispejjeż amministrattivi (pereżempju spejjeż ta' missjonijiet) u operazzjonali (pereżempju bażijiet tad-data, laqgħat, spejjeż legali) relatati mal-persunal mhumiex inklużi.

Kalkolu tan-numru ta' membri addizzjonali

It-Tabella 2 turi r-riżorsi għall-persunal previsti li l-ESMA se tkun teħtieġ biex twettaq il-funzjonijiet kif stabbilit fir-Regolament.

Tabella 2 FTE totali kull sena

 

2019

2020

AD

2

6

CA

1

1

Total

3

7

Il-ħtiġijiet futuri wara l-2020 se jiġu kkalkulati u allokati fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur.

Infiq Ieħor

Infiq ieħor bħall-istabbiliment tar-reġistru, il-bażijiet ta' data u oħrajn ġew inklużi f'Nefqa Operazzjonali fit-Tabella 3. Huwa preżunt li l-ispejjeż tal-IT huma EUR 250 000 għall-2019 u l-2020 u wara dan iż-żmien se jinżlu għal 50. L-ispejjeż tat-traduzzjoni huma wkoll inklużi fir-ringiela dwar l-ispejjeż operazzjonali u jikkonsistu minn EUR 350 000 fis-sena.

Ammonti totali tan-nefqa 2019-2020

Fid-dawl tas-suppożizzjonijiet msemmija hawn fuq, l-ammonti totali stmati għall-istabbiliment u l-kompiti superviżorji u ta' awtorizzazzjoni li għandhom jitwettqu mill-ESMA għall-perjodu 2019-2020 huma ppreżentati fit-tabella hawn taħt.

Tabella 3 Total tal-infiq relatat mal-ESMA għall-ESMA f'ECSP fis-snin 2019-2020, f'EUR

 

2019

2020

Nefqa fuq il-persunal

EUR 401 680

EUR 994 760

Nefqa amministrattiva

EUR 90 720

EUR 236 040

Nefqa operazzjonali

EUR 271 600

EUR 656 200

Nefqa Totali

EUR 764 000

EUR 1 887 000

Tariffi miġbura mingħand entitajiet liċenzjati(*)

0

25 x EUR 10 000

Baġit totali mill-industrija

0

EUR 250 000

Impatt totali fuq il-baġit tal-UE

EUR 764 000

EUR 1 637 000

ANNESS

L-informazzjoni li għandha tkun provduta fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment

Parti A: Informazzjoni dwar sid il-proġett(i) u l-proġett ta' finanzjament kollettiv

(a)  L-identità, l-istatus ġuridiku, is-sjieda, il-ġestjoni u d-dettalji ta' kuntatt;

(b)  L-attivitajiet prinċipali; il-prodotti jew is-servizzi offruti;

(c)  Ċifri u proporzjonijiet finanzjarji ewlenin tas-sid tal-proġett f'dawn l-aħħar 3 snin.

(d)  Deskrizzjoni tal-proġett ta' finanzjament kollettiv, inklużi l-iskop tiegħu u l-fatturi prinċipali.

Parti B: Il-fatturi prinċipali tal-proċess tal-finanzjament kollettiv u l-kundizzjonijiet għall-ġbir tal-kapital jew self ta' fondi, skont kif ikun applikabbli

(a)  Il-kapital minimu fil-mira li għandu jinġabar jew il-fondi fil-mira li għandhom jittieħdu b'self f'offerta unika ta' finanzjament kollettiv u l-għadd ta' offerti li jkunu saru minn sid il-proġett jew mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għall-proġett ta' finanzjament kollettiv;

(b)  L-iskadenza biex tintlaħaq il-mira għall-ġbir tal-kapital jew biex jittieħdu fondi b'self;

(c)  Informazzjoni dwar il-konsegwenzi jekk il-kapital fil-mira ma jinġabarx jew il-fondi fil-mira ma jittieħdux b'self sal-iskadenza;

(d)  L-ammont massimu ta' offerta meta jkun differenti mill-kapital fil-mira stabbilit fil-punt (a);

(e)  L-ammont tal-fondi proprji impenjati għall-proġett ta' finanzjament kollettiv minn sid il-proġett;

(f)  Bidla fil-kompożizzjoni tal-kapital tal-emittent jew self relatat mal-offerta ta' finanzjament kollettiv.

Parti C: Fatturi ta' riskju

Preżentazzjoni tar-riskji ewlenin assoċjati mal-iffinanzjar tal-proġett ta' finanzjament kollettiv, mas-settur, mal-proġett, ma' sid il-proġett u l-istrument tal-investiment, inklużi r-riskji ġeografiċi, fil-każijiet li fihom dan ikun rilevanti.

Parti D: Informazzjoni relatata mal-offerta ta' titoli

(a)  Ammont totali u t-tip ta' strumenti tal-investiment li se jiġu offruti;

(b)  Il-prezz tas-sottoskrizzjoni;

(c)  Jekk hijiex aċċettata d-domanda eċċessiva għas-sottoskrizzjonijiet u kif dawn jiġu allokati;

(d)  It-termini tas-sottoskrizzjoni u l-pagament;

(e)  Il-kustodja u l-mod ta' kif l-istrumenti tal-investiment jaslu għand l-investituri;

(f)  Fil-każijiet li fihom l-investiment ikun iggarantit b'garanti jew b'kollateral:

(i)  jekk dak il-garanti jew fornitur ta' kollateral huwiex persuna ġuridika;

(ii)  l-identità, l-istatus ġuridiku u d-dettalji ta' kuntatt ta' dak il-garanti jew fornitur ta' kollateral;

(iii)  informazzjoni dwar in-natura u t-termini tal-garanzija jew kollateral;

(g)  Meta applikabbli, impenn sod li t-titoli jiġu riakkwistati u l-perjodu ta' żmien għal riakkwist bħal dan;

(h)  Għal strumenti mhux ta' ekwità, ir-rata tal-imgħax nominali, id-data minn meta jrid jibda jitħallas l-imgħax, id-dati tal-pagamenti tal-imgħax, id-data ta' maturità u r-rendiment applikabbli.

Parti E: L-informazzjoni tal-emittent, fil-każijiet li fihom l-emittent ikun differenti minn sid il-proġett u għalhekk ikun Strument ta' għan speċjali (SPV - Special Purpose Vehicle)

(a)  Jekk bejn sid il-proġett u l-investitur hemmx interpost SPV;

(b)  Id-dettalji ta' kuntatt tal-emittent.

Parti F: Id-drittijiet tal-investituri

(a)  Id-drittijiet ewlenin mehmuża mat-titoli;

(b)  Ir-restrizzjonijiet li għalihom it-titoli huma soġġetti;

(c)  Deskrizzjoni ta' kull restrizzjoni dwar it-trasferiment tat-titoli;

(d)  Opportunitajiet għall-ħruġ;

(e)  Għat-titoli ta' ekwità, id-distribuzzjoni tal-kapital u d-drittijiet tal-vot qabel u wara li jiżdied il-kapital b'riżultat tal-offerta (jekk wieħed jassumi li t-titoli kollha se jkunu sottoskritti).

Parti G: Divulgazzjoni relatata mal-ftehim tas-self

Fil-każijiet li fihom l-offerta ta' finanzjament kollettiv tinvolvi intermedjazzjoni kreditizja, l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandu jkun fiha, minflok l-informazzjoni msemmija fil-Partijiet D, E u F, l-informazzjoni segwenti:

(a)  In-natura u d-durata tal-ftehim kreditizju;

(b)  Ir-rati tal-imgħax applikabbli jew, meta applikabbli, kumpens ieħor lill-investitur;

(c)  Miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju, bħal jekk il-kreditu huwiex iggarantit;

(d)  L-iskeda ta' ammortizzament tal-kapital u l-ħlas lura tal-imgħax.

Parti H: Tariffi, informazzjoni u rimedju ġuridiku

(a)  It-tariffi li l-investitur ikun mitlub iħallas, u l-ispejjeż imġarrba minnu f'rabta mal-investiment;

(b)  Minn fejn u kif tista' tinkiseb bla ħlas informazzjoni addizzjonali dwar il-proġett ta' finanzjament kollettiv, sid il-proġett u l-emittent.

(a)(c)  Kif u lil min l-investitur jista' jindirizza lment dwar l-investiment jew dwar l-imġiba ta' sid il-proġett jew dwar il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.

(1)

  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 65.

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(3)

  ĠU C , , p. .

(4)

  ĠU C , , p. .

(5)

  Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

(6)

  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(7)

  Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

(8)

  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)

(9)

  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(10)

  COM(2017) 340 final, Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw lis-suq intern u li huma relatati ma' attivitajiet transfruntiera.

(11)

  Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(12)

  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.).

(13)

  ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107.

(14)

*   ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru, u d-dettalji tal-pubblikazzjoni għal dan ir-Regolament.

(15)

  Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

(16)

  Id-dettalji tal-modi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx.

(17)

  Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

(18)

  EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

(19)

  Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

(20)

  L-outputs huma prodotti u servizzi li jridu jiġu fornuti (eż.: l-għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, l-għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.).

(21)

  Kif deskritt fil-punt 1.4.2. "Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi..."

(22)

  AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet.

(23)

  Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA")

(24)

  Prinċipalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

(25)

  Ara l-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.

(26)

  Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta' 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.

(27)

  L-ispejjeż operazzjonali jinkludu wkoll l-ispejjeż tat-traduzzjoni u tal-IT.

(28)

  Bl-esklużjoni tal-ispejjeż tal-pensjonijiet u tar-reklutaġġ, iżda bl-inklużjoni tal-ispejjeż operazzjonali (pereżempju spejjeż ta' missjonijiet) u amministrattivi (pereżempju bażijiet tad-data, laqgħat, spejjeż legali) relatati mal-persunal.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji

Referenzi

COM(2018)0113 – C8-0103/2018 – 2018/0048(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.3.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.4.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

16.4.2018

IMCO

16.4.2018

JURI

16.4.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

21.3.2018

IMCO

23.4.2018

JURI

27.3.2018

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ashley Fox

31.5.2018

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

Ashley Fox

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.8.2018

9.10.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, David Coburn, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Stefan Gehrold, Roberto Gualtieri, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Caroline Nagtegaal, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Martin Schirdewan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Corbett, Mady Delvaux, Bas Eickhout, Ashley Fox, Eva Joly, Syed Kamall, Thomas Mann, Eva Maydell, Luigi Morgano, Lieve Wierinck, Roberts Zīle

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tiziana Beghin, John Flack, Aleksander Gabelic, Anna Hedh, Agnes Jongerius, Ricardo Serrão Santos

Data tat-tressiq

9.11.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

38

+

ALDE

Petr Ježek, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

John Flack, Ashley Fox, Syed Kamall, Bernd Lucke, Kay Swinburne, Roberts Zīle

EFDD

Tiziana Beghin, David Coburn, Marco Valli

PPE

Markus Ferber, Stefan Gehrold, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Eva Maydell, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Tom Vandenkendelaere

S&D

Pervenche Berès, Richard Corbett, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Aleksander Gabelic, Roberto Gualtieri, Anna Hedh, Agnes Jongerius, Luigi Morgano, Ricardo Serrão Santos, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

5

-

GUE/NGL

Marisa Matias, Martin Schirdewan

VERTS/ALE

Bas Eickhout, Eva Joly, Philippe Lamberts

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Novembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza