RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun
9.11.2018 - (07964/2018 – C8-0382/2018 – 2018/0091(NLE)) - ***
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Pedro Silva Pereira
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
- OPINJONI FIL-FORMA TA' ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI
- PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
- VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun
(07964/2018 – C8-0382/2018 – 2018/0091(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07964/2018),
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun (07965/2018),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91 u l-Artikolu 100(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), il-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0382/2018),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta'...[1] dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel kif ukoll l-opinjoni fil-forma ta' ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Reġjonali (A8-0366/2018),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġappun.
- [1] Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(0000)0000.
NOTA SPJEGATTIVA
In-negozjati bejn l-UE u l-Ġappun dwar Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE), li nbdew fil-25 ta' Marzu 2013, ġew konklużi fit-8 ta' Diċembru 2017. Fis-17 ta' Lulju 2018, l-UE u l-Ġappun iffirmaw l-FSE, kif ukoll il-Ftehim ta' Sħubija Strateġika, fis-Summit bejn l-UE u l-Ġappun f'Tokyo.
Il-Parlament Ewropew stabbilixxa l-prijoritajiet tiegħu għan-negozjati fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' Ottubru 2012. Dawn il-prijoritajiet huma riflessi fl-eżitu tan-negozjati. Il-Parlament Ewropew inżamm infurmat matul il-proċess u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ssorvelja n-negozjati mill-qrib, minn meta kienu qed jitħejjew sal-iffirmar tal-ftehim finali. Wara talbiet mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill ippubblika l-mandat ta' negozjar tiegħu f'Settembru 2017.
Għadhom qed isiru negozjati għal ftehim separat mal-Ġappun dwar il-protezzjoni tal-investiment. Il-Parlament Ewropew se jibqa' jsegwi dawn in-negozjati mill-qrib u diġà għamilha ċara li l-mekkaniżmu l-qadim ta' soluzzjoni tat-tilwim (ISDS) bejn investituri privati u l-istat mhuwiex aċċettabbli.
L-FSE bejn l-UE u l-Ġappun huwa ta' importanza strateġika. Huwa l-ftehim kummerċjali bilaterali l-aktar importanti li qatt ġie konkluż mill-UE, hekk li jkopri kważi terz tal-prodott domestiku gross (PDG) tad-dinja, kważi 40 % tal-kummerċ dinji u aktar minn 600 miljun ruħ.
Fi żminijiet ta' taqlib għall-ordni kummerċjali globali, dan il-ftehim jirrappreżenta sinjal ta' sostenn għal kummerċ ħieles u ġust ibbażat fuq ir-regoli, filwaqt li jgħin biex iġib 'il quddiem il-valuri u l-istandards għoljin tal-Unjoni.
L-UE u l-Ġappun jaqsmu valuri fundamentali, bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif ukoll impenn qawwi favur l-iżvilupp sostenibbli, il-multilateraliżmu u sistema kummerċjali dinjija bbażata fuq ir-regoli.
Il-Ġappun huwa t-tielet l-akbar suq tal-konsumaturi fid-dinja, iżda biss is-sitt sieħeb kummerċjali tal-Unjoni. Dan il-ftehim se jsaħħaħ ir-relazzjoni kummerċjali u politika bilaterali tal-lum.
Il-valutazzjoni tal-Kummerċ u tal-Impatt Sostenibbli tal-2016 tistma li l-ftehim se jwassal għal impatti pożittivi f'termini ta' PDG, introjtu, kummerċ u impjiegi, sew għall-UE u sew għall-Ġappun, filwaqt li jżomm mal-objettiv li jinħoloq "tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv".
Il-benefiċċji reali ta' ftehim internazzjonali jiddependu, madankollu, fuq l-implimentazzjoni xierqa u sħiħa tad-dispożizzjonijiet tiegħu mill-partijiet kollha. Għaldaqstant, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-impenji miftiehma huwa kruċjali.
Il-kummerċ fil-prodotti: L-FSE bejn l-UE u l-Ġappun se jelimina t-tariffi fuq aktar minn 90 % tal-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Ġappun minn meta jidħol fis-seħħ. Ladarba l-ftehim ikun ġie implimentat bis-sħiħ, il-Ġappun se jkun neħħa d-dazji doganali fuq 97 % tal-prodotti importati mill-UE, filwaqt li l-linji tariffarji li jifdal ikunu soġġetti għal liberalizzazzjoni parzjali permezz ta' rati ta' kwoti tariffarji jew tnaqqis fit-tariffi. Għall-karozzi tal-passiġġieri, l-UE se ddaħħal gradwalment eliminazzjoni tat-tariffi tagħha ta' 10 % fuq karozzi fuq perjodu ta' seba' snin, filwaqt li fuq tratturi u karozzi tal-linja, id-dwana tal-UE se tiġi eliminata wara tnax-il sena. Skont xi stimi, il-ftehim se jiffranka lill-esportaturi tal-UE madwar EUR 1 biljun f'dazji doganali fis-sena.
Il-miżuri mhux tariffarji (NTMs): In-negozjati bejn l-UE u l-Ġappun indirizzaw bosta miżuri mhux tariffarji, li kienu jikkostitwixxu preokkupazzjoni importanti għall-kumpaniji tal-UE, b'mod partikolari fis-setturi tal-karozzi, tal-addittivi tal-ikel, tat-tikkettar tal-ikel, tal-kożmetiċi, tat-tagħmir mediku u tat-tikkettar tat-tessuti. Il-Ġappun qabel li jallinja l-istandards tal-karozzi tiegħu saħansitra aktar mal-istandards internazzjonali (ir-regolamenti tal-UNECE) użati mill-manifatturi tal-karozzi tal-UE. Il-Ftehim fih klawsola ta' salvagwardja għal tul ta' 10 snin, u b'hekk jippermetti li l-UE terġa' tintroduċi t-tariffi f'każ li l-Ġappun ma jibqax japplika r-regolamenti tal-UNECE jew jerġa' jinstalla NTMs li neħħa.
L-agrikoltura u l-indikazzjonijiet ġeografiċi: It-tnaqqis fit-tariffi huwa l-aktar sostanzjali għas-settur agrikolu tal-UE, filwaqt li l-ftehim iħares il-prodotti l-aktar sensittivi. l-inbejjed, l-ispirti u x-xarbiet alkoħoliċi oħra se jidħlu mingħajr dazju mill-ewwel jum. Se jiġu eliminati d-dazji għoljin fuq il-ġobon iebes u se jiġu stabbiliti rati ta' kwoti tariffarji mingħajr dazju għall-ġobon frisk. Għaċ-ċanga, it-tariffi se jitnaqqsu progressivament (minn 38,5 % għal 9 % fuq 15-il sena). L-UE se tgawdi minn aċċess bla dazju għal-laħam tal-majjal ipproċessat u kummerċ kważi mingħajr dazju għal-laħam tal-majjal frisk. Wara perjodu ta' tranżizzjoni, se jiġu eliminati d-dazji doganali fuq prodotti agrikoli pproċessati bħall-għaġin, iċ-ċikkulata u l-gallettini. L-FSE jipprovdi wkoll għall-protezzjoni ta' 205 Indikazzjoni Ġeografika Ewropea, ħaġa li hija partikolarment importanti għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs).
L-akkwist pubbliku: Il-Ġappun aċċetta li jimpenja l-akkwist ta' 48 belt ewlenija (li jirrappreżentaw madwar 15 % tal-popolazzjoni tal-Ġappun) kif ukoll ta' ħafna aġenziji amministrattivi lokali indipendenti (universitajiet, sptarijiet u kumpaniji pubbliċi tal-enerġija). Il-Ġappun impenja ruħu wkoll li, sa mhux aktar tard minn sena wara li jidħol fis-seħħ il-ftehim, ineħħi l-hekk imsejħa "klawsola ta' sikurezza operazzjonali", li s'issa fil-prattika żammet lill-fornituri ferrovjarji tal-UE milli jkollhom aċċess għas-suq Ġappuniż Il-ftehim jibni fuq il-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku plurilaterali u jimmassimizza t-trasparenza fis-sejħiet għall-offerti għall-kuntratti pubbliċi.
Il-kummerċ fis-servizzi: Il-Ftehim iżomm id-dritt tal-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE li jiddefinixxu, jipprovdu u jirregolaw is-servizzi pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, minkejja l-approċċ tiegħu ta' lista negattiva. L-FSE ma jżommx lill-gvernijiet milli jreġġgħu fis-servizz pubbliku kwalunkwe servizz privatizzat. Il-Ftehim jippreserva wkoll id-dritt sovran tar-regolazzjoni tas-setturi finanzjarji u bankarji għal raġunijiet prudenzjali u superviżorji. Il-liberalizzazzjoni tkopri oqsma bħall-kummerċ elettroniku, it-trasport marittimu internazzjonali, is-servizzi postali u t-telekomunikazzjoni, iżda s-servizzi awdjoviżivi huma esklużi. Barra minn hekk, l-FSE jistabbilixxi l-moviment transfruntier temporanju ta' professjonisti(l-hekk imsejħa modalità 4), b'mod li jimpenja liż-żewġ naħat favur trasferimenti fi ħdan il-kumpaniji f'madwar 40 settur u għal professjonisti indipendenti f'madwar 20 settur.
L-SMEs: Din hija l-ewwel darba li kapitolu ddedikat għall-SMEs qed jiġi inkluż fi ftehim kummerċjali tal-UE. Il-kapitolu jipprevedi sit web aċċessibbli pubblikament u Punti ta' Kuntatt għall-SMEs, li jipprovdu informazzjoni rilevanti għall-kumpaniji żgħar biex dawn jaċċedu għas-swieq ta' xulxin. 78 fil-mija tal-kumpaniji tal-UE li jesportaw lejn il-Ġappun huma SMEs.
L-iżvilupp sostenibbli: L-FSE bejn l-UE u l-Ġappun jafferma mill-ġdid l-impenn taż-żewġ partijiet favur firxa wiesgħa ta' ftehimiet multilaterali fil-qasam tax-xogħol u tal-ambjent, kif ukoll favur l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli. Iż-żewġ partijiet jimpenjaw ruħhom ukoll favur l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim ta' Pariġi biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima u ftehimiet ambjentali multilaterali oħra, inklużi ftehimiet għall-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli ta' riżorsi naturali (sajd, bijodiversità u forestrija). Il-Ftehim jipprevedi, b'mod partikolari, tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat. Filwaqt li l-Ġappun, sfortunatament, għadu ma rratifikax żewġ konvenzjonijiet ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), il-ftehim fih impenji favur ir-ratifika tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO kollha. Il-kapitolu jirrikonoxxi wkoll id-dritt ta' regolazzjoni u jinkludi klawsola speċifika ta' reviżjoni li tista' u għandha tintuża biex issaħħaħ l-inforzabbiltà u l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet dwar ix-xogħol u dwar l-ambjent.
Il-flussi tad-data: L-FSE ma fihx dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-flussi tad-data iżda klawsola rendez-vous, li permezz tagħha l-partijiet se jivvalutaw il-kwistjoni ta' trasferiment transfruntier tad-data fi żmien tliet snin minn meta l-ftehim jidħol fis-seħħ.
Il-kooperazzjoni regolatorja: Il-kapitolu dwar il-kooperazzjoni regolatorja huwa volontarju u jirrispetta d-dritt sovran ta' kull parti li tirregola l-livelli ta' protezzjoni proprji tagħha biex tilħaq għanijiet tal-politika pubblika. Il-Ftehim jipprevedi wkoll li jitwaqqaf forum regolatorju finanzjarju biex iqawwi l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ġappun bil-għan li tissaħħaħ l-istabbiltà u tittejjeb is-sistema finanzjarja globali. Il-kapitolu dwar il-kooperazzjoni regolatorja jsemmi b'mod ċar ukoll li l-prinċipji stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, inkluż il-prinċipju ta' prekawzjoni, iridu jiġu rrispettati bis-sħiħ.
L-implimentazzjoni u s-soċjetà ċivili: Il-Ftehim jipprevedi djalogu konġunt mas-soċjetà ċivili u ma' kumitati settorjali, bħall-Kumitat għall-Kooperazzjoni Regolatorja, fejn tkun possibbli wkoll il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili. Bħall-ftehimiet kummerċjali tal-aħħar ġenerazzjoni tal-UE, l-FSE se joħloq grupp konsultattiv domestiku, li jiżgura li s-soċjetà ċivili tkun involuta fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tal-kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli.
Konklużjoni
Il-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun huwa ta' importanza strateġika maġġuri. Il-Ftehim jirrappreżenta eżitu bilanċjat u komprensiv ta' valur ekonomiku sinifikanti għall-UE u għaċ-ċittadini u għan-negozji tagħha. Il-Ftehim jipprovdi opportunitajiet ġodda tas-suq, b'mod partikolari għal setturi li s-soltu ma jkunux fost il-benefiċjarji ewlenin tal-ftehimiet kummerċjali (bħall-agrikoltura). Hemm għadd ta' novitajiet f'dan l-FSE, bħall-impenn favur il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima u l-kapitoli ddedikati dwar il-governanza korporattiva u l-SMEs. Il-Ftehim jirrispetta wkoll bis-sħiħ id-dritt li s-servizzi pubbliċi jiġu rregolati u protetti. Dan il-ftehim għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi biex jiġġenera tkabbir sostenibbli u impjiegi deċenti, filwaqt li jippromwovi l-valuri tal-Unjoni u jżomm standards għoljin, f'oqsma bħas-sikurezza tal-ikel, il-ħarsien tal-ambjent u d-drittijiet tax-xogħol.
Ir-rapporteur għalhekk jirrakkomanda li dan il-ftehim jiġi approvat.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (17.10.2018)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun
(07964/2018 - C8-0382/2018 – 2018/0091(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun |
||||
Referenzi |
07964/2018 – C8-0382/2018 – COM(2018)0192 – 2018/0091(NLE) |
||||
Kumitat responsabbli
|
INTA
|
|
|
|
|
Opinjoni minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 10.9.2018 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Adina-Ioana Vălean 17.10.2018 |
||||
Rapporteur għal opinjoni sostitwit(a) |
Joëlle Mélin |
||||
Data tad-diskussjoni fil-Kumitat |
29.8.2018 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
10.10.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
24 11 10 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marco Affronte, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Paul Brannen, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, György Hölvényi, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Joëlle Mélin, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Cristian-Silviu Buşoi, Jørn Dohrmann, Eleonora Evi, Christophe Hansen, Norbert Lins, Tilly Metz, Younous Omarjee, Gabriele Preuß, Bart Staes |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Linnéa Engström, Kati Piri |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
24 |
+ |
|
ALDE |
Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils Torvalds |
|
ECR |
Jørn Dohrmann, Arne Gericke, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha |
|
EFDD |
Eleonora Evi |
|
PPE |
Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian-Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Christophe Hansen, György Hölvényi, Peter Liese, Norbert Lins, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean |
|
11 |
- |
|
EFDD |
Julia Reid |
|
ENF |
Sylvie Goddyn, Joëlle Mélin |
|
GUE/NGL |
Lynn Boylan, Kateřina Konečná, Younous Omarjee |
|
VERTS/ALE |
Marco Affronte, Linnéa Engström, Tilly Metz, Michèle Rivasi, Bart Staes |
|
10 |
0 |
|
S&D |
Biljana Borzan, Paul Brannen, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Kati Piri, Gabriele Preuß |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI FIL-FORMA TA' ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI
Is-Sur Bernd Lange
President tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
ASP 12G205
IPOL-COM-AGRI D (2018) 42313
Sur President,
Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ġie awtorizzat, skont l-Artikolu 99 (2) tar-Regoli ta' Proċedura, biex ifassal abbozz ta' rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun (07964/2018 – C8–0382/2018–2018/0091M (NLE)).
Fil-laqgħa tagħhom tal-10 ta' Lulju 2018, il-Koordinaturi tal-Kumitat AGRI ddeċidew li ma joħorġux opinjoni formali dwar din il-mozzjoni għal riżoluzzjoni, iżda minflok jippreżentaw lill-Kumitat responsabbli kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar is-suġġett fil-forma ta' din l-ittra.
Minn konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat tagħna, irriżulta li maġġoranza kbira tal-membri tal-Kumitat AGRI huma favur il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun ("il-Ftehim"). Fil-fatt, l-istudji kollha disponibbli jikkonkludu li s-settur agroalimentari tal-UE jibbenefika b'mod sinifikanti mill-Ftehim.
L-UE bħalissa tesporta aktar prodotti agrikoli lejn il-Ġappun milli timoprta minnu, għalkemm is-sehem tal-prodotti agrikoli fl-esportazzjonijiet globali tal-UE lejn il-Ġappun huwa relattivament żgħir (5,4 % fl-2017). Peress li s-swieq agrikoli tal-Ġappun huma relattivament protetti (il-medja sempliċi tat-tariffi ta' nazzjon l-aktar iffavorit għall-prodotti tal-annimali hija 10,6 % u dik għall-prodotti tal-ħalib 63,4 %), dan is-sehem, madankollu, jista' jikber b'mod sinifikanti bħala konsegwenza tal-Ftehim. L-esportazzjonijiet ewlenin tal-ikel tal-UE lejn il-Ġappun mistennija jibbenefikaw minn tnaqqis importanti tad-dazji doganali, eż. fuq il-majjal (4,3 % sa 0 % fuq 10 snin għal qatgħat ta' laħam ta' valur għoli), fuq l-inbid (15 % sa 0 % mad-dħul fis-seħħ), fuq iċ-ċanga (38,5 % sa 9 % fuq 15-il sena), fuq l-għaġin u ċ-ċikkulata (minn sa 24 % u sa 30 % rispettivament għal 0 % fuq 10 snin). Għall-ġobnijiet (bħalissa bejn 30 % u 40 %), il-Ftehim mistenni jwassal għal liberalizzazzjoni sħiħa għall-ġobnijiet ibsin u jipprovdi kwoti tariffarji b'aċċess bla dazju għal ġobnijiet friski, ipproċessati u rotob.
Għalkemm ċerti prodotti sensittivi (b'mod partikolari r-ross) huma esklużi mill-Ftehim, huwa ċar li l-benefiċċji kumplessivi għas-settur agroalimentari li jirriżultaw mit-tnaqqis tat-tariffi u anke l-ostakli mhux tariffarji (b'mod partikolari s-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-approvazzjoni u tal-ikklerjar għall-miżuri sanitarji u fitosanitarji) huma pożittivi.
Barra minn hekk, nixtieq nirrileva li l-Membri tal-Kumitat AGRI huma sodisfatti ħafna bil-livell għoli ta' protezzjoni għall-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej li jintlaħaq skont il-Ftehim (bejn ikel, inbejjed u spirti, aktar 200 prodott tal-UE jkunu protetti), hekk li l-produtturi tal-UE kkonċernati se jkollhom wisq aktar opportunitajiet ibigħu dawn il-prodotti ta' kwalità għolja fis-suq Ġappuniż, bil-127 miljun konsumatur tiegħu.
Fl-aħħar nett, inqisu pożittivament ukoll it-taqsima komprensiva tal-Ftehim dwar il-faċilitazzjoni reċiproka tal-esportazzjonijiet tal-inbid, b'lista ta' prattiki enoloġiċi li għandhom jiġu approvati mill-UE u mill-Ġappun fi tliet fażijiet.
Nibqa' nafhulek jekk il-Kumitat INTA jqis l-ideat imsemmija hawn fuq meta jkun qed iħejji l-abbozz ta' rapport li jkun fih il-mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva u matul il-proċedura ta' approvazzjoni li tirriżulta.
M'għandniex xi ngħidu, jien nibqa' għal kollox disponibbli jekk ir-rapporteur tiegħek jew inti stess tixtiequ tagħmlu aktar skambji magħna dwar din il-kwistjoni.
Dejjem tiegħek,
Czesław Adam SIEKIERSKI
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun |
||||
Referenzi |
07964/2018 – C8-0382/2018 – COM(2018)0192 – 2018/0091(NLE) |
||||
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
18.7.2018 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 10.9.2018 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 10.9.2018 |
TRAN 10.9.2018 |
AGRI 10.9.2018 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
TRAN 14.5.2018 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Pedro Silva Pereira 16.5.2018 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
29.8.2018 |
27.9.2018 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
5.11.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 10 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, Yannick Jadot, France Jamet, Jude Kirton-Darling, Patricia Lalonde, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Syed Kamall, Sajjad Karim, Sander Loones, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Ramon Tremosa i Balcells, Jarosław Wałęsa |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Norbert Lins |
||||
Data tat-tressiq |
9.11.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
25 |
+ |
|
ALDE |
Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Ramon Tremosa i Balcells |
|
ECR |
Syed Kamall, Sajjad Karim, Sander Loones |
|
EFDD |
Tiziana Beghin |
|
NI |
David Borrelli |
|
PPE |
Georges Bach, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Christophe Hansen, Norbert Lins, Sorin Moisă, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler |
|
S&D |
Bernd Lange, David Martin, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández |
|
10 |
- |
|
ENF |
France Jamet |
|
GUE/NGL |
Eleonora Forenza, Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz |
|
NI |
Emmanuel Maurel, |
|
S&D |
Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Joachim Schuster |
|
VERTS/ALE |
Heidi Hautala, Yannick Jadot |
|
1 |
0 |
|
S&D |
Jude Kirton-Darling |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni