dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali
(COM(2018)0719 – C8-0448/2018 – 2018/0371(COD))
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0719),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 78(2) u 79(2) u (4), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0448/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0370/2018),
A. billi, għal raġunijiet ta' urġenza, huwa ġustifikat li l-votazzjoni ssir qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tmien ġimgħat stabbilita fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1) L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jippermetti l-impenn mill-ġdid tal-ammonti li fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, kif previst skont ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-Istati Membri fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-asil.
(1) L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jippermetti l-impenn mill-ġdid tal-ammonti li fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, kif previst skont ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-Istati Membri f'oqsma speċifiċi tal-migrazzjoni u l-asil. L-għan huwa wkoll li jiżgura li tali impenn mill-ġdid jew allokazzjoni jsiru b'mod trasparenti.
_____________
__________________
8. Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014. li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).
8. Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4) Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jużaw l-ammonti msemmija hawn fuq biex ikomplu jimplimentaw ir-rilokazzjoni billi jimpenjaw mill-ħdid l-ammonti għall-istess azzjoni fil-programmi nazzjonali. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli, jekk ikun ġustifikat kif xieraq fir-reviżjoni tal-programmi nazzjonali tal-Istati Membri, li dan il-finanzjament jintuża wkoll biex jindirizza sfidi oħra fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil, skont ir-Regolament dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. Il-ħtiġijiet tal-Istati Membri f'dawn l-oqsma jibqgħu sinifikanti. Jenħtieġ li l-impenji mill-ġdid tal-ammonti msemmija hawn fuq għall-istess azzjoni, jew it-trasferiment tagħhom għal azzjonijiet oħrajn taħt il-programm nazzjonali, ikunu possibbli biss darba u bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni.
(4) Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jużaw l-ammonti msemmija hawn fuq biex ikomplu jimplimentaw ir-rilokazzjoni billi jimpenjaw mill-ġdid l-ammonti għall-istess azzjoni fil-programmi nazzjonali. Bħala minimu, jenħtieġ li l-Istati Membri jerġgħu jimpenjaw 20 % ta' dawk l-ammonti għal azzjonijiet fi programmi nazzjonali, għar-rilokazzjoni ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew għar-rilokazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jew għar-risistemazzjoni u għal forom oħra ta' ammissjoni umanitarja ad hoc. Għall-bqija ta' dawk l-ammonti, , jenħtieġ li jkun possibbli, fejn ikun debitament ġustifikat fir-reviżjoni tal-programmi nazzjonali tal-Istati Membri, li jiġu ffinanzjati azzjonijiet speċifiċi previsti fil-Kapitoli II u III fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil, skont ir-Regolament dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, speċjalment għall-iżvilupp ta' aspetti tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, b'mod partikolari r-riunifikazzjoni tal-familji jew għall-appoġġ tal-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effikaċi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. Il-ħtiġijiet tal-Istati Membri f'dawk l-oqsma jibqgħu sinifikanti. Jenħtieġ li l-impenji mill-ġdid tal-ammonti msemmija hawn fuq għall-istess azzjoni, jew it-trasferiment tagħhom għal azzjonijiet oħrajn taħt il-programm nazzjonali, ikunu possibbli biss darba u bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-allokazzjoni tal-fondi sseħħ b'rispett sħiħ tal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari dawk tal-effiċjenza u t-trasparenza.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5) Il-grupp fil-mira eliġibbli għal rilokazzjoni jenħtieġ li jiġi estiż biex tingħata aktar flessibbiltà lill-Istati Membri li jwettqu r-rilokazzjonijiet.
(5) Il-grupp fil-mira eliġibbli għal rilokazzjoni, kif ukoll il-pajjiżi li fihom issir ir-rilokazzjoni, jenħtieġ li jiġu estiżi biex tingħata aktar flessibbiltà lill-Istati Membri li jwettqu r-rilokazzjonijiet. Jenħtieġ li l-prijorità tingħata lir-rilokazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjati, ta' applikanti vulnerabbli oħra u ta' membri tal-familja ta' benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7) Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex jużaw l-ammonti impenjati mill-ġdid għall-istess azzjoni jew ittrasferiti għal azzjonijiet oħra qabel id-diżimpenn ta' dawn l-ammonti. Għalhekk, meta tali impenji mill-ġdid jew trasferimenti ta' ammonti taħt il-programm nazzjonali jiġu approvati mill-Kummissjoni, l-ammonti kkonċernati għandhom jitqiesu li kienu twettqu fis-sena tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali li japprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment ikkonċernat.
(7) Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex jużaw l-ammonti impenjati mill-ġdid għall-istess azzjoni jew ittrasferiti għal azzjonijiet speċifiċi oħra qabel id-diżimpenn ta' dawn l-ammonti. Għalhekk, meta tali impenji mill-ġdid jew trasferimenti ta' ammonti taħt il-programm nazzjonali jiġu approvati mill-Kummissjoni, l-ammonti kkonċernati għandhom jitqiesu li kienu twettqu fis-sena tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali li japprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment ikkonċernat.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7a) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta' riżorsi għat-trasferiment ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali u ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari rigward it-trasferimenti għal azzjonijiet oħra fl-ambitu tal-programm nazzjonali u tal-impenji mill-ġdid.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(12a) Mingħajr emendar tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 qabel tmiem l-2018, il-finanzjament rilevanti mhux se jibqa' disponibbli għall-użu tal-Istati Membri fl-ambitu tal-programmi nazzjonali sostnuti mill-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. Minħabba l-urġenza tal-emendar tar-Regolament (UE) Nru 516/2014, huwa xieraq li tkun prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – titolu
Test fis-seħħ
Emenda
(-1) It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:
Riżorsi għat-trasferiment tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali
"Riżorsi għat-trasferiment ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali";
(1) Fil-paragrafu 1, il-kliem “benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali” huwa sostitwit bil-kliem “applikant għal protezzjoni jew benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali”;
“1. Bil-ħsieb li jiġi implimentat il-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta ta' responsabbiltajiet u fid-dawl tal-iżviluppi tal-politika tal-Unjoni fil-perijodu tal-implimentazzjoni tal-Fond, l-Istati Membri għandhom jirċievu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 15(1), ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta' EUR 000 għal kull benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali trasferit minn Stat Membru ieħor.
“1. Bil-ħsieb li jiġi implimentat il-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta ta' responsabbiltajiet u fid-dawl tal-iżviluppi tal-politika tal-Unjoni fil-perijodu tal-implimentazzjoni tal-Fond, l-Istati Membri għandhom jirċievu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 15(1), ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta' EUR 10 000 għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali u kull benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali ttrasferit minn Stat Membru ieħor.
3. L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta' finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u aktar tard f'deċiżjoni ta' finanzjament li għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni li tapprova l-programm nazzjonali tagħhom. L-impenji mill-ġdid ta' dawk l-ammonti għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ta' trasferimenti tagħhom taħt il-programm nazzjonali għandhom ikunu possibbli fejn ikun ġustifikat kif xieraq fir-reviżjoni tal-programm nazzjonali rispettiv. Ammont jista' jiġi impenjat mill-ġdid jew ittrasferit darba biss. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment permezz tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali.
3. L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta' finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u aktar tard f'deċiżjoni ta' finanzjament li għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni li tapprova l-programm nazzjonali tagħhom. L-impenji mill-ġdid ta' dawk l-ammonti għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ta' trasferimenti tagħhom għal azzjonijiet speċifiċi oħra previsti skont il-Kapitolu II u l-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament taħt il-programm nazzjonali għandhom ikunu possibbli fejn ikun debitament ġustifikat fir-reviżjoni tal-programm nazzjonali rispettiv. Ammont jista' jiġi impenjat mill-ġdid jew ittrasferit darba biss. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment permezz tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali. Il-finanzjament għandu jiġi allokat b'mod trasparenti u effiċjenti bi qbil mal-objettivi tal-programm nazzjonali.
Fir-rigward tal-ammonti li jirriżultaw mill-miżuri provviżorji stabbiliti bid-Deċiżjonijiet (UE) Nru 2015/1523 u (UE) Nru 2015/1601, tal-anqas 20 % tal-ammonti għall-impenn mill-ġdid għandhom jiġu impenjati mill-ġdid għal azzjonijiet taħt il-programmi nazzjonali għar-rilokazzjoni tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew għar-rilokazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jew għar-risistemazzjoni u għal forom oħra ta' ammissjoni umanitarja ad hoc.
3a. Għall-għan tal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, meta l-ammonti li joriġinaw mill-miżuri proviżorji stabbiliti mid-Deċiżjonijiet (UE) Nru 2015/1523 u (UE) Nru 2015/1601 huma impenjati mill-ġdid għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ittrasferiti għal azzjonijiet oħra taħt il-programm nazzjonali skont il-paragrafu 3, l-ammonti kkonċernati għandhom jitqiesu li ġew impenjati fis-sena tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali li tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment inkwistjoni.
3a. Għall-fini tal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, meta l-ammonti li joriġinaw mill-miżuri proviżorji stabbiliti mid-Deċiżjonijiet (UE) Nru 2015/1523 u (UE) Nru 2015/1601 jiġu impenjati mill-ġdid għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ittrasferiti għal azzjonijiet speċifiċi oħra taħt il-programm nazzjonali skont il-paragrafu 3, l-ammonti kkonċernati għandhom jitqiesu li ġew impenjati fis-sena tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali li tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment inkwistjoni.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 3c (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3c. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari rigward it-trasferimenti ta' ammonti għal azzjonijiet oħra taħt il-programmi nazzjonali u l-impenji mill-ġdid.
(4) Fil-paragrafu 4, il-kliem “benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali” huma sostitwiti bil-kliem “applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali”.
4. Biex jinkisbu b'mod effettiv l-objettivi tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 80 TFUE, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament biex taġġusta s-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari b'kont meħud tar-rati kurrenti tal-inflazzjoni, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tat-trasferiment ta' benefiċjarji minn protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor kif ukoll il-fatturi li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju pprovdut mis-somom sħaħ.
4. Biex jinkisbu b'mod effettiv l-objettivi tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 80 TFUE, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament biex taġġusta s-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari fil-qies tar-rati kurrenti tal-inflazzjoni, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tat-trasferiment ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali u ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor u għar-risistemazzjoni u għal forom oħra ta' ammissjoni umanitarja ad hoc, kif ukoll il-fatturi li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju pprovdut mis-somom sħaħ.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
L-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601 jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali
Asim Ademov, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Raymond Finch, Romeo Franz, Kinga Gál, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Eva Joly, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Bodil Valero, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Miriam Dalli, Barbara Spinelli, Axel Voss
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Karine Gloanec Maurin, Patricia Lalonde, Julia Pitera
Data tat-tressiq
19.11.2018
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
30
+
ALDE
Filiz Hyusmenova, Patricia Lalonde
GUE/NGL
Malin Björk, Barbara Spinelli
PPE
Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Brice Hortefeux, Roberta Metsola, József Nagy, Julia Pitera, Csaba Sógor, Axel Voss, Tomáš Zdechovský
S&D
Caterina Chinnici, Miriam Dalli, Tanja Fajon, Karine Gloanec Maurin, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Soraya Post, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer
VERTS/ALE
Romeo Franz, Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero