Proċedura : 2015/0003(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0371/2018

Testi mressqa :

A8-0371/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2018 - 12.10

Testi adottati :

P8_TA(2018)0508

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 596kWORD 55k
20.11.2018
PE 626.929v02-00 A8-0371/2018

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(07067/2015 – C8-0189/2016 – 2015/0003(NLE))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Keith Taylor

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(07067/2015 – C8-0189/2016 – 2015/0003(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07067/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (07066/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0189/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0371/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Ġordan ġie nnegozjat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill adottata f'Ottubru 2007 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati. Il-Ftehim ġie iffimat fil-15 ta' Diċembru 2010(1). Huwa jiftaħ is-swieq rispettivi u jintegra lill-Ġordan fi Spazju Komuni tal-Avjazzjoni mal-UE, billi jippermetti lil-linji tal-ajru kollha tal-UE joperaw titjiriet diretti lejn il-Ġordan minn kwalunkwe post fl-UE u viċeversa għall-kumpaniji tal-ajru Ġordanjani. Il-Ftehim jinkoraġġixxi l-investimenti min-naħa għall-oħra u jneħħi r-restrizzjonijiet kollha minn fuq il-prezzijiet, ir-rotot u l-kwoti tat-titjiriet bejn il-Ġordan u l-UE.

L-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

Skont l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja(2), il-Kroazja se taderixxi mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati qabel l-adeżjoni tal-Kroazja mill-Istati Membri tal-UE u l-Unjoni ma' pajjiż terz wieħed jew aktar permezz ta' protokoll għal dawk il-ftehimiet.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 13351/12 tal-14 ta' Settembru 2012 awtorizzat lill-Kummissjoni biex tinnegozja Protokolli li jemendaw il-ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-UE, jew l-UE u l-Istati Membri tagħha, u pajjiżi terzi, fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE.

Fl-1 ta' Lulju 2013, ir-Repubblika tal-Kroazja aderixxiet mal-UE u saret it-28 Stat Membru tagħha.

Il-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja ġie nnegozjat bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.

Id-dispożizzjonijiet ewlenin tal-Protokoll

L-għan tal-Protokoll huwa li jippermetti lir-Repubblika tal-Kroazja ssir Parti fil-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (Artikolu 1) u li jiddisponi għall-addattamenti lingwistiċi meħtieġa li jirriżultaw (Artikolu 2). Il-Protokoll ma hu se jintroduċi l-ebda tibdil fis-sustanza tal-Ftehim bejn l-UE u l-Ġordan.

Il-proċedura

Il-Protokoll ġie ffirmat fit-03 ta' Mejju 2016. Sabiex jiġi konkluż il-Protokoll, il-Kunsill għandu bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. F'konformità mal-Artikoli 99 u 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' votazzjoni unika, u m'għandha titressaq l-ebda emenda għall-ftehim innifsu. Huma ammissibbli biss emendi li jkollhom l-għan li jirrinversaw ir-rakkomandazzjoni kif proposta mir-rapporteur.

Abbażi ta' dan kollu li ssemma hawn fuq, ir-Rapporteur jissuġġerrixxi li l-kumitat TRAN għandu jagħti opinjoni favorevoli dwar il-konklużjoni ta' dan il-Protokoll.

(1)

It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ĠU L 334, 6.12.2012, p. 3.

(2)

ĠU L 112, 24.04.2012, p. 21


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Ġordan biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-UE

Referenzi

07067/2015 – C8-0189/2016 – COM(2015)00032015/0003(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

25.5.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

6.6.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Keith Taylor

23.2.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

8.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

15.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Innocenzo Leontini, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Renaud Muselier, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Francisco Assis, Daniel Dalton, Stefan Gehrold, Maria Grapini, Kateřina Konečná, Bolesław G. Piecha, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Anders Sellström, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Edward Czesak, Theodor Dumitru Stolojan, Richard Sulík

Data tat-tressiq

21.11.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

47

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Edward Czesak, Daniel Dalton, Peter Lundgren, Bolesław G. Piecha, Richard Sulík, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto

ENF

Marie-Christine Arnautu, Georg Mayer

GUE/NGL

Tania González Peñas, Kateřina Konečná, Merja Kyllönen

PPE

Georges Bach, Heinz K. Becker, Andor Deli, Stefan Gehrold, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Marian-Jean Marinescu, Renaud Muselier, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Anders Sellström, Theodor Dumitru Stolojan, Henna Virkkunen, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Francisco Assis, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, István Ujhelyi, Claudia Țapardel

VERTS/ALE

Michael Cramer, Karima Delli, Keith Taylor

0

-

 

 

1

0

EFDD

Jill Seymour

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Novembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza