RAPPORT dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew
23.11.2018 - (N8-0120/2018 – C8-0466/2018 – 2018/0905(NLE))
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Roberto Gualtieri
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew
(N8-0120/2018 – C8-0466/2018 – 2018/0905(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Novembru 2018 għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċetrali Ewropew (C8-0466/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu[1],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizju tal-kompiti mogħtija lill-BĊE fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0380/2018),
A. billi l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu jressaq lill-Parlament il-proposta tiegħu għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju u li l-President għandu jintgħażel abbażi ta' proċedura miftuħa ta' għażla minn fost l-individwi mhux membri tal-Kunsill Governattv li għandhom reputazzjoni u esperjenza rikonoxxuta f'operazzjonijiet bankarji u finanzjarji;
B. billi l-Artikolu 26(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-ħatriet għall-Bord Superviżorju skont dak ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki;
C. billi, b'ittra bid-data tas-7 ta' Novembru 2018, il-Bank Ċentrali Ewropew ippreżenta lill-Parlament proposta għall-ħatra ta' Andrea Enria bħala President tal-Bord Superviżorju;
D. billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad għadda għall-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (EU) Nru 1024/2013; billi fit-twettiq ta' dik l-evalwazzjoni, il-kumitat irċieva curriculum vitae mingħand il-kandidat propost;
E. billi l-kumitat organizza smigħ mal-kandidat propost fl-20 ta' Novembru 2018, li matulu l-kandidat għamel stqarrija preliminari u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet mill-membri tal-kumitat;
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħatra ta' Andrea Enria bħala President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew |
||||
Referenzi |
N8-0120/2018 – C8-0466/2018 – 2018/0905(NLE) |
||||
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
7.11.2018 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 12.11.2018 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Roberto Gualtieri 7.11.2018 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
20.11.2018 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
20.11.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
42 1 9 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Hugues Bayet, Pervenche Berès, David Coburn, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Barbara Kappel, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Alex Mayer, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrea Cozzolino, Ashley Fox, Jeppe Kofod, Paloma López Bermejo, Luigi Morgano, Michel Reimon, Joachim Starbatty, Lieve Wierinck |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Rosa D’Amato, Helga Stevens |
||||
Data tat-tressiq |
23.11.2018 |
||||