RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)

23.11.2018 - (COM(2018)0143 – C8-0123/2018 – 2018/0069(COD)) - ***I

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Linnéa Engström


Proċedura : 2018/0069(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0381/2018
Testi mressqa :
A8-0381/2018
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)

(COM(2018)0143 – C8-0123/2018 – 2018/0069(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0143),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0123/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2018[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0381/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Wieħed mill-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, huwa li tiżgura li r-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jiġu sfruttati b'mod li jipprovdi kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul.

 

______________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  Fl-Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Dan ir-Regolament japplika għall-attivitajiet kummerċjali kollha tas-sajd u tal-akkwakultura mwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-UE u miċ-ċittadini tal-Istati Membri fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.

"Dan ir-Regolament japplika għall-attivitajiet kummerċjali kollha tas-sajd u tal-akkwakultura, kif ukoll għall-attivitajiet tas-sajd rikreattivi fejn ikun speċifikament previst f'dan ir-Regolament, imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-UE u miċ-ċittadini tal-Istati Membri fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM."

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament dwar il-GFCM jillimita l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu għas-sajd kummerċjali. Madankollu, fil-proposta kurrenti, hemm għadd ta' dispożizzjonijiet li jittrattaw is-sajd rikreattiv (l-Artikoli 10c, 16n u 22h kif ukoll l-Anness VI, punt 6). Għaldaqstant, jixraq li konsegwentement il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2(1) jiġi emendat.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "żona ta' lqugħ" tfisser żona stabbilita madwar żona ristretta tas-sajd biex jiġi evitat aċċess aċċidentali għaliha;

(e)  "żona ta' lqugħ" tfisser żona li ddur madwar żona ristretta tas-sajd sabiex jiġi evitat l-aċċess aċċidentali għaliha, u b'hekk tissaħħaħ il-protezzjoni taż-żona mdawra;

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  "opra tal-baħar għar-rikreazzjoni" tfisser bastiment ta' kull tip, b'buq ta' tul ta' 2,5 metru jew iżjed, ikunu xi jkunu l-mezzi tal-propulsjoni tiegħu, maħsub għal skopijiet ta' sport jew ta' rilassament, u li mhux involut fil-kummerċ;

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 10a – paragrafu 1 – punt 3 – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  36° 59,344′ N, 15° 26,062′ E

–  35° 59,344′ N, 15° 26,062′ E

Ġustifikazzjoni

Skont ir-Rakkomandazzjoni GFCM/40/2016/4 (Anness 2)

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 10a – paragrafu 1 – punt 3 – inċiż 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  36° 59,344′ N, 15° 13,338′ E.

–  35° 59,344′ N, 15° 13,338′ E.

Ġustifikazzjoni

Skont ir-Rakkomandazzjoni GFCM/40/2016/4 (Anness 2)

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 10b – paragrafu 3 – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  36° 58,342′ N, 15° 27,294′ E

–  35° 58,342′ N, 15° 27,294′ E

Ġustifikazzjoni

Skont ir-Rakkomandazzjoni GFCM/40/2016/4 (Anness 2)

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 10b – paragrafu 3 – inċiż 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  36° 58,342′ N, 15° 12,106′ E

–  35° 58,342′ N, 15° 12,106′ E

Ġustifikazzjoni

Skont ir-Rakkomandazzjoni GFCM/40/2016/4 (Anness 2)

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 10d – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għall-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 10c, l-attivitajiet tas-sajd kummerċjali mwettqa bix-xbieki tal-qiegħ, bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ u bin-nases għandhom ikunu awtorizzati biss, fiż-żona msemmija f'dawk il-paragrafi, jekk il-bastiment ikun fil-pussess ta' awtorizzazzjoni speċifika, u jekk dan ikun jista' juri li storikament wettaq attivitajiet tas-sajd fiż-żoni kkonċernati.

1.  Mingħajr ħsara għall-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 10c, l-attivitajiet tas-sajd kummerċjali mwettqa bix-xbieki tal-qiegħ, bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ u bin-nases għandhom ikunu awtorizzati biss, fiż-żona msemmija f'dawk il-paragrafi, jekk il-bastiment ikun fil-pussess ta' awtorizzazzjoni nazzjonali speċifika, u jekk dan ikun jista' juri li storikament wettaq attivitajiet tas-sajd fiż-żoni kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi ċċarata l-oriġini tal-awtorizzazzjoni speċifika, espressa ulterjorment fil-punt (3).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 10d - paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fiż-żona msemmija fl-Artikolu 10c(2), il-bastimenti tas-sajd awtorizzati ma għandhomx ikunu intitolati li jistadu għal aktar minn jumejn tas-sajd fil-ġimgħa. Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati li jużaw irkaptu li jkun xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti tewmin ma għandhomx ikollhom id-dritt li jistadu għal aktar minn jum wieħed tas-sajd fil-ġimgħa.

Ġustifikazzjoni

Skont ir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/3 (paragrafu 8, 9)

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 10d – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-bastimenti tas-sajd bix-xbieki tal-qiegħ, bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ u bin-nases mingħajr awtorizzazzjonijiet għandhom jitħallew jgħaddu miż-Żona Ristretta tas-Sajd biss jekk dawn isegwu rotta diretta b'veloċità kostanti ta' mhux anqas minn 7 knots u b'VMS u/jew l-AIS attivi abbord.

7.  Il-bastimenti tas-sajd bix-xbieki tal-qiegħ, bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ u bin-nases mingħajr awtorizzazzjonijiet għandhom jitħallew jgħaddu miż-Żona Ristretta tas-Sajd biss jekk dawn isegwu rotta diretta b'veloċità kostanti ta' mhux anqas minn 7 knots u b'VMS u/jew l-AIS attivi abbord, u jekk ma jwettqu l-ebda tip ta' attivitajiet tas-sajd.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi ċċarat li l-bastimenti tas-sajd mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jitħallew jgħaddu minn Żona Ristretta biss jekk ma jwettqu l-ebda tip ta' attivitajiet tas-sajd, minkejja li r-rotta tkun diretta u l-veloċità tkun kostanti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 14a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fi ħdan il-perjodu ta' bejn April u Ġunju ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi perjodu tal-għeluq ta' tal-anqas xahrejn fil-Baħar l-Iswed.

1.  Kull Stat Membru konċernat għandu jistabbilixxi perjodu tal-għeluq ta' mill-anqas xahrejn matul l-istaġun tar-riproduzzjoni tal-barbun imperjali, minn April sa Ġunju ta' kull sena.

Ġustifikazzjoni

Skont ir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 paragrafu 19.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 16m – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru jista' jistabbilixxi fil-Baħar Mediterran sistema ta' limiti ta' qbid ta' kuljum u/jew annwali individwali għall-qroll aħmar.

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi fil-Baħar Mediterran sistema ta' limiti ta' qbid ta' kuljum u/jew annwali individwali għall-qroll aħmar.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 22i – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru tal-bastimenti tas-sajd li huma awtorizzati jġorru abbord jew iħottu kwantitajiet ta' paġella ħamra maqbuda fil-Baħar Alboran li jikkostitwixxu aktar minn 20 % tal-qabda f'piż ħaj wara t-tqassim skont il-marea.

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru tal-bastimenti tas-sajd li huma awtorizzati jġorru abbord jew iħottu kwantitajiet ta' paġella ħamra maqbuda fil-Baħar Alboran li jikkostitwixxu aktar minn 20 % tal-qabda f'piż ħaj wara t-tqassim skont il-marea. Dak ir-reġistru għandu jinżamm u jiġi aġġornat.

Ġustifikazzjoni

Skont ir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/2 (paragrafu 12)

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 22ka (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22ka

 

Għeluq temporanju fil-Golf ta' Gabès

 

Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Settembru ta' kull sena, is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit bejn il-kosta u l-isobati ta' 200 metru fond tas-Subżona Ġeografika GSA 14 (il-Golf ta' Gabès) kif imsemmi fl-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Dan huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni GFCM/40/2016/4 paragrafu 12. Il-PKS tittratta wkoll l-attivitajiet tas-sajd li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra mill-ilmijiet tal-Unjoni (ir-Regolament tal-PKS, Artikolu 1(2)(c)). B'mod korrispondenti, ir-Regolament dwar il-GFCM japplika għall-attivitajiet tas-sajd kummerċjali kollha mwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-UE u miċ-ċittadini tal-Istati Membri fiż-żona kollha koperta mill-Ftehim tal-GFCM (Artikolu 2(1)). Għalhekk, jekk ikun hemm bastimenti tas-sajd tal-Unjoni qed jistadu f'dawk l-ilmijiet, l-UE fil-fatt jeħtiġilha timplimenta r-rakkomandazzjoni li tirreferit għal dik il-parti wkoll.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 22kb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22kb

 

Portijiet magħżula

 

1.  Kull Stat Membru konċernat għandu jagħżel il-portijiet tal-ħatt l-art li fihom jista' jsir il-ħatt l-art tal-merluzz u tal-gamblu abjad mill-Kanal ta' Sqallija, b'konformità mal-Artikolu 43(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lis-Segretarjat tal-GFCM u lill-Kummissjoni lista tal-portijiet tal-ħatt l-art magħżula sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2018. Kwalunkwe bidla sussegwenti li ssir lil dik il-lista għandha tiġi notifikata fil-pront lis-Segretarjat tal-GFCM u lill-Kummissjoni.

 

2.  Għandu jkun ipprojbit li tinħatt l-art jew li tiġi trażbordata kwalunkwe kwantità ta' merluzz u ta' gamblu abjad li jkun ġie mistad fil-Kanal ta' Sqalija fi kwalunkwe post ħlief fil-portijiet tal-ħatt l-art magħżula mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Konformi mal-Parti V tar-Rakkomandazzjoni GFCM/40/2016/4.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 22n – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  operat mingħajr sistema VMS.

(c)  operat mingħajr sistema ta' VMS jew kwalunkwe sistema oħra ta' ġeolokalizzazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet ta' kontroll isegwu l-attivitajiet, fil-każ ta' bastimenti li jkunu itwal minn 12-il metru .

Ġustifikazzjoni

Fl-Artikolu 22i "Awtorizzazzjonijiet tas-sajd u attivitajiet tas-sajd", il-punt (4) jiddikjara li l-bastimenti kollha ta' 'l fuq minn 12-il metru tul "għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) jew bi kwalunkwe sistema oħra ta' ġeolokalizzazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet jintraċċaw l-attivitajiet tagħhom" biex jingħataw awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-ksur korrispondenti għan-nuqqas ta' tali tagħmir, espress fl-Artikolu 22n, ma jistipulax il-possibbiltà li ma jkunx hemm tagħmir ieħor għajr il-VMS.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 22o – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, permezz tal-appoġġ normali tal-proċessar ta' data, lista aġġornata tal-bastimenti li jużaw għeżula tal-qiegħ awtorizzati biex jistadu għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29 tal-GFCM, kif iddefinita fl-Anness I).

1.  Sat-30 ta' Diċembru ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, permezz tal-appoġġ normali tal-ipproċessar tad-data, lista aġġornata tal-bastimenti li jużaw għeżula tal-qiegħ awtorizzati biex jistadu għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29 tal-GFCM, kif iddefinita fl-Anness I), jekk ikun sar kwalunkwe tibdil lil dik il-lista.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (UE) Nru 1343/2011

Artikolu 22p – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-pjanijiet nazzjonali u l-elementi kollha tagħhom għandhom jiġu kkomunikati lill-assoċjazzjonijiet tas-sajd u għandhom ikunu pubblikament aċċessibbli għas-sajjieda kollha.

  • [1]  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 95.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) twaqqfet bi ftehim internazzjonali fl-1949 permezz ta' ftehim internazzjonali taħt l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), li daħal fis-seħħ fl-1952. L-Istati Membri kollha li jinsabu fuq il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed, flimkien mal-Unjoni Ewropea, jipparteċipaw fil-ġestjoni tas-sajd f'din iż-żona, b'kooperazzjoni ma' għadd ta' pajjiżi terzi, fil-qafas tal-GFCM. Il-Partijiet Kontraenti tal-GFCM huma: l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, l-Alġerija, il-Bulgarija, Ċipru, il-Kroazja, l-Eġittu, Franza, il-Ġappun, il-Greċja, Iżrael, l-Italja, il-Libanu, il-Libja, Malta, il-Marokk, Monaco, ir-Rumanija, is-Sirja, is-Slovenja, Spanja, it-Tuneżija u t-Turkija.

Il-GFCM tadotta, fuq il-bażi ta' parir xjentifiku, rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet imfassla sabiex jippromwovu l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni razzjonali u l-aqwa utilizzazzjoni tal-istokkijiet tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed f'livelli li huma kkunsidrati sostenibbli u b'riskju baxx.

L-organizzazzjoni għandha l-awtorità li tadotta deċiżjonijiet obbligatorji ("rakkomandazzjonijiet") fil-qasam tal-kompetenza tagħha. Bħala parti kontraenti tal-GFCM, l-UE hija marbuta li għaldaqstant tadotta u tittrasponi dawn ir-rakkomandazzjonijiet għal ġod-dritt tal-Komunità, fejn il-kontenut mhuwiex diġà kopert mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 jiġi emendat sabiex jiġu trasposti għal ġod-dritt tal-Unjoni għadd ta' miżuri adottati mill-GFCM fis-sessjonijiet annwali tagħha tal-2015, tal-2016 u tal-2017.

Dawn il-miżuri jikkonċernaw il-merluzz u l-gamblu abjad fil-Kanal ta' Sqallija, il-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed, il-paġella ħamra fil-Baħar Alboran u l-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran. Il-proposta tistabbilixxi wkoll żona ristretta tas-sajd fl-Adrijatiku (żona tal-Fossa ta' Jabuka / Pomo).

Il-proposta hija konsistenti mal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). Hija tkopri miżuri ta' konservazzjoni, miżuri ta' ġestjoni, miżuri ta' monitoraġġ, ta' kontroll u ta' sorveljanza u miżuri għall-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)

Referenzi

COM(2018)0143 – C8-0123/2018 – 2018/0069(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

22.3.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

16.4.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

16.4.2018

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

25.4.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Linnéa Engström

25.4.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.4.2018

24.9.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Linnéa Engström, Sylvie Goddyn, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Barbara Matera, Ulrike Rodust, Annie Schreijer-Pierik, Remo Sernagiotto, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Rosa D’Amato, Francisco José Millán Mon, Maria Lidia Senra Rodríguez, Nils Torvalds

Data tat-tressiq

23.11.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

24

+

ALDE

António Marinho e Pinto, Nils Torvalds

ECR

Remo Sernagiotto, Ruža Tomašić, Peter van Dalen

EFDD

Rosa D'Amato, Sylvie Goddyn

GUE/NGL

Maria Lidia Senra Rodríguez

PPE

Alain Cadec, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Barbara Matera, Francisco José Millán Mon, Annie Schreijer‑Pierik, Jarosław Wałęsa

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Ole Christensen, Richard Corbett, Ulrike Rodust, Isabelle Thomas

Verts/ALE

Marco Affronte, Linnéa Engström, Ian Hudghton

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Diċembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza