RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/27/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol
23.11.2018 - (COM2018)0171 – C8-0130/2018 – 2018/0081(COD)) - ***I
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Laura Agea
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/27/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol
(COM2018)0171 – C8-0130/2018 – 2018/0081(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0171),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 153(2)(b) u 153(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0130/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0382/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Il-prinċipju 10 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali43, ipproklamat f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017, jipprevedi li kull ħaddiem għandu d-dritt għal ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sikur u adattat sew. Id-dritt għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll għal ambjent tax-xogħol adattat għall-ħtiġijiet professjonali tal-ħaddiema u li jippermettihom itawlu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol jinkludi wkoll il-protezzjoni mill-karċinoġeni u mill-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. |
(1) It-twettiq tal-prinċipji u tad-drittijiet previsti mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali43, ipproklamat f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017, huwa impenn politiku komuni u responsabbiltà kondiviża tal-Unjoni, l-Istati Membri u s-sħab soċjali, b'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Il-prinċipju 10 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jipprevedi li kull ħaddiem għandu d-dritt għal ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sikur u adattat sew. Id-dritt għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll għal ambjent tax-xogħol adattat għall-ħtiġijiet professjonali tal-ħaddiema jinkludi wkoll il-protezzjoni mill-karċinoġeni u mill-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, irrispettivament mill-arranġamenti għall-impjieg u l-espożizzjoni jew it-tul tagħhom. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
43 Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, Novembru 2017, https://ec.europa.eu/commission/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/european-pillar-social-rights_mt |
43 Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, Novembru 2017, https://ec.europa.eu/commission/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/european-pillar-social-rights_mt | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1a) L-Artikoli 153, 154 u 155 tat-TFUE jistabbilixxu l-kamp ta' applikazzjoni u s-setgħat tas-sħab soċjali biex jinnegozjaw u jinfurzaw ftehimiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tiggarantixxi, b'mod partikolari, id-dritt fundamentali għall-ħajja (Artikolu 2), u d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa fir-rigward tas-saħħa, is-sikurezza u d-dinjità (Artikolu 31(1)). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(2) Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44 għandha l-għan li tipproteġi lill-ħaddiema minn riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. Livell konsistenti ta' protezzjoni mir-riskji relatati mal-karċinoġeni u l-mutaġeni huwa previst fid-Direttiva 2004/37/KE permezz ta' qafas ta' prinċipji ġenerali biex jippermetti li l-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti minimi. Il-valuri limitu vinkolanti ta' espożizzjoni okkupazzjonali stabbiliti fuq il-bażi ta' informazzjoni disponibbli, inkluża dejta xjentifika u teknika, il-fattibbiltà ekonomika, valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt soċjoekonomiku u d-disponibbiltà ta' protokolli u tekniki tal-kejl tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol, huma komponenti importanti tal-arranġamenti ġenerali għall-protezzjoni tal-ħaddiema stabbiliti bid-Direttiva 2004/37/KE. Ir-rekwiżiti minimi previsti fid-Direttiva 2004/37/KE għandhom l-għan li jipproteġu lill-ħaddiema fil-livell tal-Unjoni. Valuri limitu vinkolanti ta' espożizzjoni okkupazzjonali aktar stretti jistgħu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. |
(2) Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44 għandha l-għan li tipproteġi lill-ħaddiema minn riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. Livell ta' protezzjoni mir-riskji relatati mal-karċinoġeni u l-mutaġeni huwa previst fid-Direttiva 2004/37/KE permezz ta' qafas ta' prinċipji ġenerali biex jippermetti li l-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti minimi. Il-valuri limitu vinkolanti ta' espożizzjoni okkupazzjonali jeħtieġ li jkunu bbażati fuq l-evidenza, proporzjonati u kwantifikabbli u jenħtieġ li jkunu stabbiliti fuq il-bażi ta' informazzjoni disponibbli, inkluża data aġġornata, xjentifika u teknika, il-fattibbiltà ekonomika tal-implimentazzjoni u l-konformità, valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt soċjoekonomiku u d-disponibbiltà ta' protokolli u tekniki tal-kejl tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol. Dawk il-valuri limitu huma komponenti importanti tal-arranġamenti ġenerali għall-protezzjoni tal-ħaddiema stabbiliti bid-Direttiva 2004/37/KE. Ir-rekwiżiti minimi previsti fid-Direttiva 2004/37/KE għandhom l-għan li jipproteġu lill-ħaddiema fil-livell tal-Unjoni. Valuri limitu vinkolanti ta' espożizzjoni okkupazzjonali aktar stretti jistgħu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri b'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali. Meta jkun ġie stabbilit valur limitu għal karċinoġenu jew mutaġenu, l-espożizzjoni tal-ħaddiema jenħtieġ li titnaqqas, sa fejn ikun teknikament possibbli, taħt dak il-valur limitu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 2a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2a) Id-Direttiva 2004/37/KE għandha l-għan li tkopri sustanzi jew taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni u/jew mutaġeni tal-kategorija 1A jew 1B stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll sustanzi, taħlitiet jew proċessi msemmija fl-Anness I ta' din id-Direttiva. Is-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni jew mutaġeni tal-kategorija 1A jew 1B stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huma dawk bi klassifikazzjoni armonizzata jew ikklassifikati skont l-Artikolu 4 jew 36 tiegħu u nnotifikati lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) skont l-Artikolu 40 tiegħu. Dawk is-sustanzi huma elenkati fl-Inventarju pubbliku ta' Klassifikazzjoni u Tikkettar miżmum mill-ECHA. Jenħtieġ li jkun hemm aktar kooperazzjoni mal-IARC sabiex fil-futur sustanzi kklassifikati mill-IARC bħala karċinoġeni tal-kategorija 1 jew 2A jitqiesu wkoll li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni tal-kategorija 1A jew 1B stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 2b (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2b) Għadhom jeżistu differenzi kbar fl-Istati Membri rigward l-istabbiliment ta' valuri limitu għall-karċinoġeni u l-mutaġeni, u dan iwassal għal livelli differenti fil-protezzjoni tal-ħaddiema madwar l-Unjoni minbarra li jgħawweġ il-kompetizzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Il-valuri limitu ta' espożizzjoni okkupazzjonali huma parti mill-ġestjoni tar-riskju skont id-Direttiva 2004/37/KE. Il-konformità ma' dawk il-valuri limitu hija mingħajr preġudizzju għal obbligi oħrajn ta' min iħaddem skont id-Direttiva 2004/37/KE, bħal pereżempju t-tnaqqis tal-użu ta' karċinoġeni u mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-espożizzjoni tal-ħaddiema għall-karċinoġeni jew għall-mutaġeni u l-miżuri li jenħtieġ li jiġu implimentati għal dak l-għan. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jinkludu, sa fejn ikun teknikament possibbli, is-sostituzzjoni tal-karċinoġenu jew tal-mutaġenu b'sustanza, taħlita jew proċess li ma jkunux perikolużi jew li jkunu inqas perikolużi għas-saħħa tal-ħaddiem, l-użu ta' sistema magħluqa jew miżuri oħrajn li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-livell tal-espożizzjoni tal-ħaddiema. F'dak il-kuntest, huwa essenzjali li jittieħed kont tal-prinċipju ta' prekawzjoni fejn ikun hemm inċertezzi. |
(3) Il-valuri limitu ta' espożizzjoni okkupazzjonali huma parti mill-ġestjoni tar-riskju skont id-Direttiva 2004/37/KE. Il-valuri limitu jenħtieġ li jiġu riveduti regolarment f'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni u l-prinċipju tal-protezzjoni tal-ħaddiema, u fid-dawl tad-data xjentifika u teknika soda disponibbli dwar il-karċinoġeni u l-mutaġeni. Il-valuri limitu għas-sustanzi elenkati fl-Anness III għandhom l-għan li jimminimizzaw, sa fejn ikun possibbli, ir-riskju addizzjonali ta' kanċer minħabba l-espożizzjoni okkupazzjonali għal dawk is-sustanzi. Fuq dik il-bażi, huwa mistenni li r-riskju addizzjonali ma jkunx aktar minn 1 f'2500 tal-medja ponderata skont il-ħin ta' ħajja tax-xogħol standard. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll it-titjib tat-tekniki tal-kejl, il-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju u fatturi rilevanti oħra. Il-konformità ma' dawk il-valuri limitu hija mingħajr preġudizzju għal obbligi oħrajn ta' min iħaddem skont id-Direttiva 2004/37/KE, bħal pereżempju t-tnaqqis tal-użu ta' karċinoġeni u mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-espożizzjoni tal-ħaddiema għall-karċinoġeni jew għall-mutaġeni u l-miżuri li jenħtieġ li jiġu implimentati għal dak l-għan. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jinkludu, sa fejn ikun teknikament possibbli, is-sostituzzjoni tal-karċinoġenu jew tal-mutaġenu b'sustanza, taħlita jew proċess li ma jkunux perikolużi jew li jkunu inqas perikolużi għas-saħħa tal-ħaddiem, l-użu ta' sistema magħluqa jew miżuri oħrajn li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-livell tal-espożizzjoni tal-ħaddiema. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 3a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) Fil-farmakoloġija, il-mediċini ta' riskju huma l-mediċini magħrufa li jagħmlu ħsara, minħabba l-ġenotossicità, il-karċinoġeniċità, it-teratoġeniċità, it-tossiċità riproduttiva u forom oħra ta' tossiċità f'dożi baxxi1a. Dawk il-mediċini jinkludu s-sustanzi ċitotossiċi, li jinibixxu jew jipprevjenu t-tkabbir u d-diviżjoni rapidi taċ-ċelloli tal-kanċer, u jintużaw primarjament biex jittrattaw il-kanċer, sikwit bħala parti minn reġim ta' kimoterapija. Madankollu, il-mediċini ċitotossiċi disponibbli għall-użu attwali ġeneralment mhumiex selettivi u għalhekk aktarx li jagħmlu ħsara liċ-ċelloli normali (mhux tat-tumur) ukoll. Għaldaqstant, huwa magħruf li ħafna mediċini ċitotossiċi huma ġenotossiċi, karċinoġeniċi jew mutaġeniċi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
_______________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a IARC monographs on the evaluation of carcinogenic risks to humans, volumes 1-121 http://monographs.iarc.fr/ENG/Classification/index.php. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 3b (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3b) Għaldaqstant huwa importanti li jiġu protetti l-ħaddiema esposti għal sustanzi karċinoġeniċi jew mutaġeniċi minħabba t-tħejjija, is-somministrazzjoni jew ir-rimi ta' mediċini ta' riskju, inklużi l-mediċini ċitotossiċi, u xogħol li jinvolvi l-espożizzjoni għal sustanzi karċinoġeniċi jew mutaġeniċi fil-kuntest tal-forniment ta' servizzi relatati mat-tindif, it-trasport, il-ħasil tal-ħwejjeġ u r-rimi tal-iskart ta' mediċini ta' riskju jew ta' materjali kkontaminati b'mediċini ta' riskju, u l-kura personali għal pazjenti ttrattati b'mediċini ta' riskju. Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni ppubblikat, fi gwida ddedikata għall-prevenzjoni u l-prattiki tajbin, linji gwida ddedikati għat-tnaqqis tar-riskji tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fis-settur tal-kura tas-saħħa, inkluż dwar ir-riskju relatati mal-espożizzjoni għal mediċini ċitotossiċi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 3c (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3c) Bħala t-tieni pass, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku, jenħtieġ li tivvaluta l-possibbiltà tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/73/KE biex jinkludi l-mediċini ta' riskju, inklużi l-mediċini ċitotossiċi, li huma karċinoġeniċi jew mutaġeniċi, jew biex tipproponi strument ġuridiku aktar xieraq, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà okkupazzjonali tal-ħaddiema esposti għal dawk il-mediċini. Konsegwentement, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta, jekk ikun xieraq, u wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali, proposta leġiżlattiva xierqa. F'tali kuntest, huwa imperattiv, madankollu, li, f'konformità mal-Artikolu 168(1) tat-TFUE, l-aċċess għall-aħjar trattamenti disponibbli għall-pazjenti ma jitqegħidx f'dubju jew jiġi kompromess. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(5) Il-livelli massimi għall-espożizzjoni tal-ħaddiema għal xi karċinoġeni jew mutaġeni huma stabbiliti minn valuri li, skont id-Direttiva 2004/37/KE, ma għandhomx jinqabżu. |
(5) Il-livelli massimi għall-espożizzjoni tal-ħaddiema għal xi karċinoġeni jew mutaġeni huma stabbiliti fl-Anness III minn valuri li, skont id-Direttiva 2004/37/KE, ma għandhomx jinqabżu. Rakkomandazzjonijiet prattiċi għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema jistgħu jiġu stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2004/37/KE, mingħajr ma jkunu ta' natura vinkolanti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 6 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(6) Din id-Direttiva ssaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti valuri limitu ġodda fid-Direttiva 2004/37/KE fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, inklużi dejta xjentifika u teknika ġdida u l-aħjar prattiki, tekniki u protokolli bbażati fuq l-evidenza għall-kejl tal-livelli ta' espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni, jekk ikun possibbli, tinkludi dejta dwar ir-riskji residwi għas-saħħa tal-ħaddiema, rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Aġenti Kimiċi fuq il-Post tax-Xogħol (SCOEL) u opinjonijiet tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), kif ukoll opinjonijiet tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ASCH). L-informazzjoni relatata mar-riskju residwu, li tiġi ppubblikata fil-livell tal-Unjoni, hija ta' valur għall-ħidma futura biex jiġu limitati r-riskji mill-espożizzjoni okkupazzjonali għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni. Jenħtieġ li t-trasparenza ta' tali informazzjoni tkompli tkun inkoraġġuta. |
(6) Din id-Direttiva ssaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina mill-ġdid din id-Direttiva fuq bażi regolari u tressaq proposti leġiżlattivi jekk xieraq. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti valuri limitu ġodda fid-Direttiva 2004/37/KE fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, inklużi data xjentifika u teknika ġdida u l-aħjar prattiki, tekniki u protokolli bbażati fuq l-evidenza għall-kejl tal-livelli ta' espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni, jekk ikun possibbli, tinkludi data dwar ir-riskji residwi għas-saħħa tal-ħaddiema, rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Aġenti Kimiċi fuq il-Post tax-Xogħol (SCOEL) u opinjonijiet tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), kif ukoll opinjonijiet tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ASCH) u monografi tal-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC1a). L-informazzjoni relatata mar-riskju residwu hija siewja għal kwalunkwe ħidma futura biex jiġu limitati r-riskji mill-espożizzjoni okkupazzjonali għall-karċinoġeni u l-mutaġeni, u jenħtieġ li tiġi ppubblikata fil-livell tal-Unjoni. It-trasparenza hija għodda għall-prevenzjoni f'dan il-kuntest u jenħtieġ li tiġi żgurata. Din id-Direttiva ssegwi r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-SCOEL u tal-ACSH, li l-importanza tagħhom ġiet enfasizzata f'emendi preċedenti tad-Direttiva 2004/37/KE. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
__________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a L-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer ġiet stabbilita fl-1965 mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tan-Nazzjonijiet Uniti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 7 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(7) Huwa meħtieġ ukoll li jiġu kkunsidrati mezzi ta' assorbiment oħra minbarra l-inalazzjoni għall-karċinoġeni u l-mutaġeni kollha, inkluża l-possibbiltà ta' assorbiment mill-ġilda, sabiex ikun żgurat l-aħjar livell possibbli ta' protezzjoni. L-emendi għall-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE previsti f'din id-Direttiva jikkostitwixxu pass ieħor fi proċess aktar fit-tul li nbeda biex tiġi aġġornata d-Direttiva 2004/37/KE. |
(7) Huwa meħtieġ ukoll, fid-dawl tad-data xjentifika, li jiġu kkunsidrati mezzi ta' assorbiment oħra minbarra l-inalazzjoni għall-karċinoġeni u l-mutaġeni kollha, fid-dawl tal-osservazzjonijiet rigward il-possibbiltà ta' assorbiment mill-ġilda, b'mod konkret permezz ta' notazzjoni dwar il-ġilda, sabiex ikun żgurat l-aħjar livell possibbli ta' protezzjoni. L-emendi għall-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE previsti f'din id-Direttiva jikkostitwixxu pass ieħor fi proċess aktar fit-tul li nbeda biex tiġi aġġornata d-Direttiva 2004/37/KE. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 10a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10a) Il-kampanja 2018-2019 varata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) dwar Is-Saħħa fil-Postijiet tax-Xogħol: Il-Ġestjoni tas-Sustanzi Perikolużi, hija l-ewwel pass. L-EU-OSHA jeħtieġ li taħdem mill-qrib mal-Istati Membri u ssaħħaħ l-iskambju ta' prattiki tajba, biex tipprovdi informazzjoni mfassla apposta u eżempji ta' prattiki tajba lil ħaddiema f'kuntatt ma' ċerti sustanzi, b'mod partikolari dawk ċitotossiċi, filwaqt li tenfasizza l-iżviluppi politiċi u l-qafas leġiżlattiv diġà fis-seħħ. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 11a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(11a) Il-kadmju (Cd) huwa element li jeżisti b'mod naturali li l-bnedmin huma esposti għalih permezz tas-sigaretti, l-ikel u sorsi industrijali. Il-kliewi, u possibbilment l-għadam, huma l-organi l-aktar sensittivi għat-tossiċità mill-kadmju wara espożizzjoni okkupazzjonali (organi fil-mira kritiċi). Il-kadmju huwa sustanza tossika kumulattiva; il-manifestazzjonijiet sistemiċi assoċjati mal-espożizzjoni kronika huma relatati mal-ammont totali fil-ġisem tal-element (kontenut fil-fwied u fil-kliewi). Il-markaturi bijoloġiċi bħas-Cd-U (l-eskrezzjoni tal-kadmju fl-urina) jippermettu il-valutazzjoni tal-ammont totali fil-ġisem), u l-integrazzjoni tas-sorsi kollha ta' espożizzjoni għall-kadmju, anke permezz tal-ikel ikkontaminat u t-tipjip. L-użu ta' tali bijomarkaturi fil-biċċa l-kbira tal-istudji epidemjoloġiċi mwettqa f'kuntesti okkupazzjonali ppermetta lir-riċerkaturi jiddokumentaw relazzjonijiet affidabbli doża-effett-reazzjoni. Għalhekk, valur limitu bijoloġiku jipproteġi lill-ħaddiema mit-tossiċità sistemika tal-kadmju, primarjament mill-effetti fuq il-kliewi u l-għadam1a. Il-monitoraġġ bijoloġiku għaldaqstant jista' jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, iżda biss bħala strument komplementari għall-monitoraġġ tal-konċentrazzjoni tal-kadmju (u tal-komposti inorganiċi tiegħu) fl-arja fiż-żona ta' respirazzjoni ta' ħaddiem. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
__________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a https://circabc.europa.eu/sd/a/13cad802-1f3c-40c0-bce4-6838cf5fc4ff/OPIN-336%20Cadmium%20and%20its%20inorganic%20compounds.pd | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 12 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(12) Fir-rigward tal-kadmju, għal xi setturi jista' jkun diffiċli li jikkonformaw ma' valur limitu ta' 0,001 mg/m3 f'terminu qasir. Jenħtieġ għalhekk jiġi introdott perjodu tranżitorju ta' seba' snin li matulu jenħtieġ li japplika l-valur limitu ta' 0,004 mg/m3. |
(12) Fir-rigward tal-kadmju, għal xi setturi jista' jkun diffiċli li jikkonformaw ma' valur limitu ta' 0,001 mg/m3 f'terminu qasir. Jenħtieġ għalhekk li jiġi introdott perjodu ta' tranżizzjoni ta' seba' snin li matulu jenħtieġ li japplika l-valur limitu ta' 0,004 mg/m3. Fl-Istati Membri li jimplimentaw monitoraġġ bijoloġiku, il-valur limitu bijoloġiku jenħtieġ li jkun 2μg Cd/g kreatinina u l-valur limitu 8h/TWA jenħtieġ li jkun 0,004 mg/m3 (frazzjoni respirabbli). L-introduzzjoni ta' dak il-valur limitu ma tirrikjedix perjodu ta' tranżizzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal linji gwida għall-implimentazzjoni prattika ta' tali monitoraġġ bijoloġiku. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 17 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(17) Il-formaldeid jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/37/KE. Huwa karċinoġenu ġenotossiku li jaġixxi lokalment. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi dejta xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġi stabbilit valur limitu fuq terminu twil u fuq terminu qasir għal dak il-karċinoġenu. Il-formaldeid huwa wkoll allerġen ta' kuntatt mal-ġilda (sensitizzatur tal-ġilda). Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit valur limitu għall-formaldeid u li tiġi assenjata notazzjoni għas-sensitizzazzjoni tal-ġilda. Barra minn hekk, fuq talba tal-Kummissjoni, l-ECHA qed tiġbor l-informazzjoni eżistenti biex tivvaluta l-espożizzjoni potenzjali mill-formaldeid u mir-rilaxxaturi tal-formaldeid fuq il-post tax-xogħol inklużi l-użi industrijali u professjonali. |
(17) Il-formaldeid jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu fis-sens tad-Direttiva 2004/37/KE. Huwa karċinoġenu ġenotossiku li jaġixxi lokalment. Teżisti biżżejjed evidenza tal-karċinoġeniċità tal-formaldeid fil-bniedem. Il-formaldeid jikkawża l-kanċer nażofarinġali u l-lewkimja47a. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġi stabbilit valur limitu fuq terminu twil u fuq terminu qasir għal dak il-karċinoġenu. Il-formaldeid huwa wkoll allerġen ta' kuntatt mal-ġilda (sensitizzatur tal-ġilda). Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit valur limitu għall-formaldeid u li tiġi assenjata notazzjoni għas-sensitizzazzjoni tal-ġilda. Barra minn hekk, fuq talba tal-Kummissjoni, l-ECHA qed tiġbor l-informazzjoni eżistenti biex tivvaluta l-espożizzjoni potenzjali mill-formaldeid u mir-rilaxxaturi tal-formaldeid fuq il-post tax-xogħol inklużi l-użi industrijali u professjonali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
47a https://monographs.iarc.fr/wp-content/uploads/2018/06/mono100F-29.pdf | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
48 https://echa.europa.eu/documents/10162/13641/formaldehyde_cion_reqst_axvdossier_en.pdf/11d4a99a-7210-839a-921d-1a9a4129e93e |
48 https://echa.europa.eu/documents/10162/13641/formaldehyde_cion_reqst_axvdossier_en.pdf/11d4a99a-7210-839a-921d-1a9a4129e93e | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 17a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(17a) Il-fissativi tal-formaldeid jintużaw regolarment fiċ-ċentri tal-kura tas-saħħa tal-Unjoni għall-fissazzjoni standardizzata ta' kampjuni ta' tessuti minħabba l-konvenjenza ta' mmaniġġjar tagħhom, livell għoli ta' eżattezza u adattabilità kbira ħafna, li, sal-lum, għadhom ma nkisbu minn ebda grupp ieħor ta' fissativ. Konsegwentement, dijanjożi ta' patologu ta' diversi tipi ta' mard, inkluż il-kanċer, hija bbażata fuq l-identifikazzjoni ta' traċċi mikroskopiċi fit-tessut iffissat f'fissativ tal-formaldeid. Il-konċentrazzjonijiet tal-formaldeid użati fil-kura tas-saħħa huma minimi meta mqabbla ma' dawk użati fl-industrija u, filwaqt li ċ-ċentri tal-kura tas-saħħa fl-Unjoni jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex iżommu l-espożizzjoni tal-persunal tagħhom għall-formaldeid fi ħdan limiti sikuri, is-settur tal-kura tas-saħħa x'aktarx li ma jkollu ebda diffikultà biex jirrispetta l-valur limitu stabbilit f'din id-Direttiva. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 17b (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(17b) F'xi Stati Membri, il-formaldeid jintuża regolarment għall-fini tal-ibbalzmar ta' persuni mejta bħala parti mill-prattiki kulturali jew reliġjużi tagħhom. Is-settur funerarju x'aktarx li jsibha diffiċli li jikkonforma ma' valur limitu ta' 0,3 ppm bla ma jkun hemm effetti sinifikanti fuq perjodu qasir fuq il-kapaċità. Għalhekk, jenħtieġ li jiddaħħal perjodu ta' tranżizzjoni ta' tliet snin għas-settur, li matulu jenħtieġ li japplika l-valur limitu ta' 0,5 ppm. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 18 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(18) Is-sustanza 4,4'-Metilen-bis(2-kloroanilina)(MOCA) tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenika (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk hija karċinoġenu skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/37/KE. Ġiet identifikata l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti permezz tal-ġilda għall-MOCA. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit valur limitu għall-MOCA u li tiġi assenjata notazzjoni dwar il-ġilda. Barra minn hekk, ġiet identifikata bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna (SVHC) skont l-Artikolu 57(a) tar-Regolament KE Nru 1907/2006 u hija inkluża fl-Anness XIV ta' dak ir-Regolament, u tenħtieġ awtorizzazzjoni qabel ma tkun tista' titqiegħed fis-suq jew tintuża. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi dejta xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġi stabbilit valur limitu għall-MOCA. |
(18) Is-sustanza 4,4'-Metilen-bis(2-kloroanilina)(MOCA) tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenika (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk hija karċinoġenu fis-sens tad-Direttiva 2004/37/KE. Il-karċinoġeniċità tagħha, flimkien mal-kapaċitajiet ġenotossiċi evidenti tagħha, fil-fatt għamlu possibbli l-klassifikazzjoni ta' din is-sustanza bħala karċinoġenika għall-bniedem. Ġiet identifikata l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti permezz tal-ġilda għall-MOCA. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit valur limitu għall-MOCA u li tiġi assenjata notazzjoni dwar il-ġilda. Barra minn hekk, ġiet identifikata bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna (SVHC) skont l-Artikolu 57(a) tar-Regolament KE Nru 1907/2006 u hija inkluża fl-Anness XIV ta' dak ir-Regolament, u tenħtieġ awtorizzazzjoni qabel ma tkun tista' titqiegħed fis-suq jew tintuża. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġi stabbilit valur limitu għall-MOCA. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 21 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(21) Il-valuri limitu stabbiliti f'din id-Direttiva jridu jinżammu taħt rieżami sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50, b'mod partikolari sabiex titqies l-interazzjoni bejn il-valuri limitu stabbiliti fid-Direttiva 2004/37/KE u l-livelli derivati ta' bla effett għas-sustanzi kimiċi perikolużi skont dak ir-Regolament sabiex il-ħaddiema jkunu protetti b'mod effettiv. |
(21) Il-valuri limitu stabbiliti f'din id-Direttiva jridu jinżammu taħt skrutinju permanenti u rieżami regolari sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50, b'mod partikolari sabiex titqies l-interazzjoni bejn il-valuri limitu stabbiliti fid-Direttiva 2004/37/KE u l-livelli derivati ta' bla effett għas-sustanzi kimiċi ta' riskju skont dak ir-Regolament sabiex il-ħaddiema jkunu protetti b'mod effettiv. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
50 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1). |
50 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 23 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(23) Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva l-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw li jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b'tali mod li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. L-Istati Membri huma għalhekk mistiedna jevalwaw l-impatt tal-att ta' traspożizzjoni tagħhom fuq l-SMEs biex jiżguraw li l-SMEs ma jiġux affettwati b'mod sproporzjonat, b'attenzjoni speċifika għall-mikrointrapriżi u għall-piż amministrattiv, u biex jippubblikaw ir-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet. |
(23) Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu li l-SMEs u l-mikrointrapriżi, li jirrappreżentaw maġġoranza kbira ta' intrapriżi fl-Unjoni, għandhom riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani limitati. L-Istati Membri huma għalhekk mistiedna jevalwaw l-impatt tal-att ta' traspożizzjoni tagħhom fuq l-SMEs biex jiżguraw li l-SMEs ma jiġux affettwati b'mod sproporzjonat, b'attenzjoni speċifika għall-mikrointrapriżi u għall-piż amministrattiv, u biex jippubblikaw ir-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet; filwaqt li jżommu livelli ta' protezzjoni ugwali għall-ħaddiema kollha, il-konformità tal-SMEs u l-mikrointrapriżi jenħtieġ li tiġi ffaċilitata. F'dak il-kuntest, miżuri speċifiċi bħal inċentivi u għodda diġitali jistgħu jgħinu lill-SMEs u lill-mikrointrapriżi jikkonformaw aħjar mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2004/37/KE u jieħdu azzjoni favur l-eliminazzjoni tar-riskji karċinoġeniċi u mutaġeniċi. Is-sħab soċjali jenħtieġ li jiskambjaw l-aħjar prattiki f'dak ir-rigward. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid) Direttiva 2004/37/KE Artikolu 14 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu -1a (ġdid) Direttiva 2004/37/KE Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu -1b (ġdid) Direttiva 2004/37/KE Artikolu 18b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu -1c (ġdid) Direttiva 2004/37/KE Anness II – punt 2a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva Anness Direttiva 2004/37/KE Anness III – parti A – tabella – ringiela 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva Anness Direttiva 2004/37/KE Anness III – punt B | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
NOTA SPJEGATTIVA
Il-kanċer huwa l-problema ewlenija tas-saħħa relatata max-xogħol fl-EU-28, u jikkawża l-istess ammont ta' ħsara għall-ħajja u s-saħħa tal-ħaddiema bħal dawn it-tnejn li ġejjin flimkien (id-disturbi muskoloskeletali u l-mard relatat maċ-ċirkolazzjoni). Madankollu, l-impatt negattiv ta' espożizzjoni qawwija għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol huwa ferm aktar estensiv. Minbarra l-kanċers, din l-espożizzjoni tista' tikkawża wkoll firxa wiesgħa ta' problemi oħra tas-saħħa bħal mard respiratorju u disturbi newroloġiċi.
Il-Kummissjoni Ewropea diġà ħadet passi biex tindirizza dawn il-problemi billi adottat żewġ proposti leġiżlattivi li jaġġornaw id-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, f'Mejju 2016 u f'Jannar 2017 rispettivament.
Din it-tielet proposta leġiżlattiva teżamina ħames sustanzi kimiċi karċinoġeniċi oħra: il-kadmju u l-berillju, flimkien mal-komposti inorganiċi rispettivi, l-aċidu arseniku, il-formaldeid u l-hekk imsejħa MOCA (4,4'-metilen-bis).
Ir-rapporteur tilqa' din it-tielet proposta leġiżlattiva u l-valuri limitu li jinsabu fiha, li, skont l-istimi li saru, għandhom itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fit-tul ta' aktar minn miljun ħaddiem tal-UE, u b'hekk jiġu evitati aktar minn 22 000 każ ta' problemi tas-saħħa relatati max-xogħol (mard karċinoġeniku u mhux karċinoġeniku).
L-approċċ tar-rapporteur kien dak li tiggarantixxi l-ikbar livell ta' protezzjoni għall-ħaddiema, madankollu mingħajr ma żżid b'mod eċċessiv il-kostijiet tal-impriżi żgħar u medji. Dawn iż-żewġ aspetti jistgħu jitqiesu flimkien billi jingħata perjodu ta' tranżizzjoni għat-tlestija tal-bidliet meħtieġa mil-lat organizzattiv u, b'mod partikolari, mil-lat tekniku. Minħabba l-irkupru ekonomiku dgħajjef f'diversi pajjiżi Ewropej, li ilna naraw f'dawn l-aħħar snin, jitqies xieraq li jingħataw konċessjonijiet lill-intrapriżi li jistgħu jinqasmu f'żewġ kategoriji:
- attivi: bil-pagament ta' għotjiet lill-intrapriżi li jikkonformaw, anke permezz tat-tħeġġiġ ta' proġetti ssussidjati mill-UE, mingħajr ma jinkiser xi rekwiżit Ewropew;
- passivi: bl-għoti ta' eżenzjoni mit-taxxa lill-intrapriżi li jikkonformaw.
Fl-aħħar nett, ir-rapporteur xtaqet tindirizza b'mod dirett u ambizzjuż il-problema tal-ħaddiema esposti għal karċinoġeni u mutaġeni li jirriżultaw mit-tħejjija, is-somministrazzjoni jew ir-rimi ta' mediċini ta' periklu, inklużi l-mediċini ċitotossiċi. Għal din ir-raġuni, fl-Anness I ta' din id-Direttiva hija xtaqet tinkludi x-xogħlijiet li jinvolvu l-espożizzjoni għal sustanzi karċinoġeniċi jew mutaġeniċi li jirriżultaw mit-tħejjija, is-somministrazzjoni jew ir-rimi ta' mediċini ta' riskju (inklużi l-mediċini ċitotossiċi), li l-IARC tikklassifika bħala karċinoġeniċi (grupp 1 tal-IARC), probabbilment karċinoġeniċi (grupp 2A tal-IARC) jew possibilment karċinoġeniċi (grupp 2B tal-IARC).
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (15.10.2018)
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol
(COM(2018)0171 – C8-0130/2018 – 2018/0081(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Jiří Maštálka
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol hija intiża biex ittejjeb l-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema billi tnaqqas l-espożizzjoni l-espożizzjoni għal ħames aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol. Il-proposta hija appoġġata b'valutazzjoni tal-impatt.
Fl-UE, il-kanċer huwa l-kawża ewlenija (53 %) tal-imwiet marbuta max-xogħol. Għall-ħaddiema u l-familji tagħhom, il-kanċer ma jirriżultax biss f'telf sostanzjali tal-kwalità tal-ħajja, iżda wkoll fi spejjeż diretti għall-kura tas-saħħa u fit-telf indirett ta' qligħ attwali u futur. Il-kanċer relatat max-xogħol għandu impatt fuq l-ekonomija inġenerali wkoll billi jnaqqas il-provvista tax-xogħol u l-produttività u jżid il-piż fuq il-finanzi pubbliċi minħabba nfiq pubbliku, li jista' jiġi evitat, fuq il-kura tas-saħħa u benefiċċji oħra, . Finalment, għan-negozji, il-kanċer relatat max-xogħol jimplika spejjeż għas-sostituzzjoni tal-persunal, telf fil-produttività u l-ħtieġa li jitħallsu pagi ogħla biex jikkumpensaw għar-riskju ogħla fuq il-post tax-xogħol.
Is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi kkonfermaw li l-ħames karċinoġeni li ġejjin, magħżula għat-tielet emenda tad-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għall-karċinoġeni jew il-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, huma ta' rilevanza kbira għall-protezzjoni tal-ħaddiema u għalhekk ħeġġew lill-Kummissjoni biex tkompli l-ħidma ta' tħejjija għall-istabbiliment tal-valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol ("OELs") għal:
1. Il-kadmju u l-komposti inorganiċi tiegħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva
2. Il-berillju u l-komposti inorganiċi tal-berillju fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva
3. L-aċidu tal-arseniku u l-imluħ tiegħu, kif ukoll il-komposti inorganiċi tal-arseniku fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva
4. Il-formaldeid
5. 4,4'-Metilen-bis(2-kloroanilina) ("MOCA").
Id-Direttiva tistipula għadd ta' rekwiżiti minimi ġenerali biex tiġi eliminata jew titnaqqas l-espożizzjoni għall-karċinoġeni u l-mutaġeni kollha li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. L-impjegaturi għandhom jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji għall-ħaddiema marbuta mal-espożizzjoni għall-karċinoġeni u l-mutaġeni speċifiċi fuq il-post tax-xogħol, u għandhom jipprevjenu l-espożizzjoni fejn ikun hemm ir-riskju.
Din l-inizjattiva għal emenda tad-Direttiva 2004/37 hija konformi mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Timplimenta l-10 prinċipju tiegħu "Ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sigur u adattat sew" u tikkontribwixxi direttament għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema. Il-modernizzazzjoni tal-qafas ġuridiku permezz tal-istabbiliment ta' OELs aġġornati dwar l-espożizzjoni għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni ġiet identifikata wkoll bħala l-prijorità ewlenija fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Iktar Saħħa u Sikurezza fuq ix-Xogħol għal Kulħadd" ta' Jannar 2017.
Skont l-istimi, l-adozzjoni tal-proposta timplika li f'terminu ta' żmien twil aktar minn 1 000 000 ħaddiem tal-UE se jibbenefikaw minn prevenzjoni u protezzjoni mtejba fir-rigward tal-espożizzjoni għas-sustanzi karċinoġeni u mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, li jistgħu jkunu fl-oriġini ta' tipi differenti ta' kanċer u tista' tipprevjeni 22 000 każ ta' mard.
Ir-rapporteur jappoġġa bil-qawwa l-proposta msemmija hawn fuq, b'numru ta' emendi, li għandhom l-għan prinċipalment li jenfasizzaw il-bżonn ta' ħarsa ġenerali u aġġornament regolari ta' karċinoġeni jew mutaġeni potenzjali, li għandhom ikunu inklużi fil-lista, ibbażati fuq data xjentifika. Ir-rapporteur jemmen ukoll li s-sustanzi kollha, li jistgħu jżidu r-riskju ta' kanċer relatat max-xogħol, għandhom ikunu koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
(1) Il-prinċipju 10 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali43, ipproklamat f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017, jipprevedi li kull ħaddiem għandu d-dritt għal ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sikur u adattat sew. Id-dritt għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll għal ambjent tax-xogħol adattat għall-ħtiġijiet professjonali tal-ħaddiema u li jippermettihom itawlu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol jinkludi wkoll il-protezzjoni mill-karċinoġeni u mill-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. |
(1) Waħda mill-prijoritajiet attwali fil-qasam tal-politika soċjali tal-Unjoni Ewropea hija l-ħtieġa li tiġi evitata l-frammentazzjoni soċjali u d-dumping soċjali fl-Ewropa permezz ta' proċess ġdid ta' konverġenza lejn kundizzjonijiet aqwa fil-qasam tax-xogħol u tal-għajxien fl-Unjoni. Tikkostitwixxi wkoll wieħed mill-objettivi tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali43, ipproklamat f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017, fejn il-Prinċipju 10 tiegħu jipprevedi li kull ħaddiem għandu d-dritt għal ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sikur u adattat sew. Id-dritt għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll għal ambjent tax-xogħol adattat għall-ħtiġijiet professjonali tal-ħaddiema u li jippermettihom itawlu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol jinkludi wkoll il-protezzjoni mill-karċinoġeni u mill-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. | ||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||||||||
43 Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, Novembru 2017, https://ec.europa.eu/commission/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/european-pillar-social-rights_mt |
43 Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, Novembru 2017, https://ec.europa.eu/commission/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/european-pillar-social-rights_mt | ||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1a (ġdida) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
(1a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tiggarantixxi, b'mod partikolari, id-dritt fundamentali għall-ħajja fl-Artikolu 2, u d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti fir-rigward tas-saħħa, is-sikurezza u d-dinjità fl-Artikolu 31(1) tagħha. | ||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 1b (ġdida) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
(1b) L-Artikoli 153, 154 u 155 tat-TFUE jistabbilixxu l-kamp ta' applikazzjoni u l-awtorità tas-sħab soċjali biex jinnegozjaw u jinfurzaw ftehimiet relatati mas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; | ||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 2 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
(2) Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44 għandha l-għan li tipproteġi lill-ħaddiema minn riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. Livell konsistenti ta' protezzjoni mir-riskji relatati mal-karċinoġeni u l-mutaġeni huwa previst fid-Direttiva 2004/37/KE permezz ta' qafas ta' prinċipji ġenerali biex jippermetti li l-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti minimi. Il-valuri limitu vinkolanti ta' espożizzjoni okkupazzjonali stabbiliti fuq il-bażi ta' informazzjoni disponibbli, inkluża dejta xjentifika u teknika, il-fattibbiltà ekonomika, valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt soċjoekonomiku u d-disponibbiltà ta' protokolli u tekniki tal-kejl tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol, huma komponenti importanti tal-arranġamenti ġenerali għall-protezzjoni tal-ħaddiema stabbiliti bid-Direttiva 2004/37/KE. Ir-rekwiżiti minimi previsti fid-Direttiva 2004/37/KE għandhom l-għan li jipproteġu lill-ħaddiema fil-livell tal-Unjoni. Valuri limitu vinkolanti ta' espożizzjoni okkupazzjonali aktar stretti jistgħu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. |
(2) L-għan tal-emendi għad-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44 previsti f'din id-Direttiva huwa li jiġu introdotti miżuri iktar effiċjenti li jirrigwardaw is-saħħa u li tittejjeb u tissaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema minn espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol f'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni. Livell konsistenti ta' protezzjoni mir-riskji relatati mal-karċinoġeni u l-mutaġeni huwa previst fid-Direttiva 2004/37/KE permezz ta' qafas ta' prinċipji ġenerali biex jippermetti li l-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti minimi. Il-valuri limitu vinkolanti ta' espożizzjoni okkupazzjonali stabbiliti fuq il-bażi ta' informazzjoni attwalment disponibbli, inkluża dejta xjentifika u teknika, il-fattibbiltà ekonomika, valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt soċjoekonomiku u d-disponibbiltà ta' protokolli u tekniki tal-kejl tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol. Huwa essenzjali li dawk il-komponenti importanti stabbiliti bid-Direttiva 2004/37/KE jkunu s-suġġett ta' analiżi kostanti u reviżjoni u aġġornamenti regolari fid-dawl tad-data xjentifika l-aktar reċenti. Ir-rekwiżiti minimi previsti fid-Direttiva 2004/37/KE għandhom l-għan li jipproteġu lill-ħaddiema fil-livell tal-Unjoni. Valuri limitu vinkolanti ta' espożizzjoni okkupazzjonali aktar stretti jistgħu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. | ||||||||||||||||||
________________ |
________________ | ||||||||||||||||||
44 Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50). |
44 Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50). | ||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 3 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
(3) Il-valuri limitu ta' espożizzjoni okkupazzjonali huma parti mill-ġestjoni tar-riskju skont id-Direttiva 2004/37/KE. Il-konformità ma' dawk il-valuri limitu hija mingħajr preġudizzju għal obbligi oħrajn ta' min iħaddem skont id-Direttiva 2004/37/KE, bħal pereżempju t-tnaqqis tal-użu ta' karċinoġeni u mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-espożizzjoni tal-ħaddiema għall-karċinoġeni jew għall-mutaġeni u l-miżuri li jenħtieġ li jiġu implimentati għal dak l-għan. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jinkludu, sa fejn ikun teknikament possibbli, is-sostituzzjoni tal-karċinoġenu jew tal-mutaġenu b'sustanza, taħlita jew proċess li ma jkunux perikolużi jew li jkunu inqas perikolużi għas-saħħa tal-ħaddiem, l-użu ta' sistema magħluqa jew miżuri oħrajn li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-livell tal-espożizzjoni tal-ħaddiema. F'dak il-kuntest, huwa essenzjali li jittieħed kont tal-prinċipju ta' prekawzjoni fejn ikun hemm inċertezzi. |
(3) Il-valuri limitu ta' espożizzjoni okkupazzjonali huma parti mill-ġestjoni tar-riskju skont id-Direttiva 2004/37/KE. Il-valuri limitu jenħtieġ li jiġu riveduti u aġġornati regolarment f'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni, il-prinċipju tal-protezzjoni tal-ħaddiema u fid-dawl tal-aħħar data xjentifika u teknika disponibbli dwar il-karċinoġeni u l-mutaġeni. Għandhom jitqiesu wkoll it-titjib tat-tekniki tal-kejl, il-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju, u fatturi rilevanti oħra. Il-konformità ma' dawk il-valuri limitu hija mingħajr preġudizzju għal obbligi oħrajn ta' min iħaddem skont id-Direttiva 2004/37/KE, bħal pereżempju t-tnaqqis tal-użu ta' karċinoġeni u mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-espożizzjoni tal-ħaddiema għall-karċinoġeni jew għall-mutaġeni u l-miżuri li jenħtieġ li jiġu implimentati għal dak l-għan. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jinkludu, sa fejn ikun teknikament possibbli, is-sostituzzjoni tal-karċinoġenu jew tal-mutaġenu b'sustanza, taħlita jew proċess li ma jkunux perikolużi jew li jkunu inqas perikolużi għas-saħħa tal-ħaddiem, l-użu ta' sistema magħluqa jew miżuri oħrajn li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-livell tal-espożizzjoni tal-ħaddiema. F'dak il-kuntest, huwa essenzjali li jittieħed kont tal-prinċipju ta' prekawzjoni fejn ikun hemm inċertezzi. | ||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 4 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
(4) Għall-maġġoranza tal-karċinoġeni u tal-mutaġeni, mhuwiex xjentifikament possibbli li jiġu identifikati livelli li taħthom l-espożizzjoni ma twassalx għal effetti negattivi. Filwaqt li l-istabbiliment tal-valuri limitu fuq il-post tax-xogħol fir-rigward tal-karċinoġeni u tal-mutaġeni skont id-Direttiva 2004/37/KE ma jeliminax kompletament ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jirriżultaw minn espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol (riskju residwu), madanakollu dan jikkontribwixxi għal tnaqqis sinifikanti ta' riskji li jirriżultaw minn tali espożizzjoni fl-approċċ gradwali u li jistabbilixxi l-miri skont id-Direttiva 2004/37/KE. Għal karċinoġeni u mutaġeni oħrajn, jista' jkun xjentifikament possibbli li jiġu identifikati livelli li taħthom l-espożizzjoni ma tkunx mistennija twassal għal effetti negattivi. |
(4) Għall-maġġoranza tal-karċinoġeni u tal-mutaġeni, mhuwiex xjentifikament possibbli li jiġu identifikati livelli li taħthom l-espożizzjoni ma twassalx għal effetti negattivi. Filwaqt li l-istabbiliment tal-valuri limitu fuq il-post tax-xogħol fir-rigward tal-karċinoġeni u tal-mutaġeni skont id-Direttiva 2004/37/KE ma jeliminax kompletament ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jirriżultaw minn espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol (riskju residwu), madanakollu dan jikkontribwixxi għal tnaqqis sinifikanti ta' riskji li jirriżultaw minn tali espożizzjoni fl-approċċ gradwali u li jistabbilixxi l-miri skont id-Direttiva 2004/37/KE. | ||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 6 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
(6) Din id-Direttiva ssaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti valuri limitu ġodda fid-Direttiva 2004/37/KE fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, inklużi dejta xjentifika u teknika ġdida u l-aħjar prattiki, tekniki u protokolli bbażati fuq l-evidenza għall-kejl tal-livelli ta' espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni, jekk ikun possibbli, tinkludi dejta dwar ir-riskji residwi għas-saħħa tal-ħaddiema, rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Aġenti Kimiċi fuq il-Post tax-Xogħol (SCOEL) u opinjonijiet tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), kif ukoll opinjonijiet tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ASCH). L-informazzjoni relatata mar-riskju residwu, li tiġi ppubblikata fil-livell tal-Unjoni, hija ta' valur għall-ħidma futura biex jiġu limitati r-riskji mill-espożizzjoni okkupazzjonali għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni. Jenħtieġ li t-trasparenza ta' tali informazzjoni tkompli tkun inkoraġġuta. |
(6) Din id-Direttiva ssaħħaħ il-livell ta' protezzjoni tal-ħaddiema sabiex ittejjeb is-saħħa u s-sigurtà tagħhom fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti valuri limitu ġodda fid-Direttiva 2004/37/KE fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, inklużi dejta xjentifika u teknika ġdida u l-aħjar prattiki, tekniki u protokolli bbażati fuq l-evidenza għall-kejl tal-livelli ta' espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni, jekk ikun possibbli, tinkludi dejta dwar ir-riskji residwi għas-saħħa tal-ħaddiema, rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Aġenti Kimiċi fuq il-Post tax-Xogħol (SCOEL) u opinjonijiet tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), kif ukoll opinjonijiet tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ASCH). L-informazzjoni relatata mar-riskju residwu, li tiġi ppubblikata fil-livell tal-Unjoni, hija ta' valur għall-ħidma futura biex jiġu limitati r-riskji mill-espożizzjoni okkupazzjonali għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni. Miżuri li jiggarantixxu t-trasparenza, kif ukoll il-prevenzjoni u l-kampanji ta' informazzjoni fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li jkomplu jiġu inkoraġġuti. | ||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 7 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
(7) Huwa meħtieġ ukoll li jiġu kkunsidrati mezzi ta' assorbiment oħra minbarra l-inalazzjoni għall-karċinoġeni u l-mutaġeni kollha, inkluża l-possibbiltà ta' assorbiment mill-ġilda, sabiex ikun żgurat l-aħjar livell possibbli ta' protezzjoni. L-emendi għall-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE previsti f'din id-Direttiva jikkostitwixxu pass ieħor fi proċess aktar fit-tul li nbeda biex tiġi aġġornata d-Direttiva 2004/37/KE. |
(7) Huwa meħtieġ ukoll, fid-dawl tad-data xjentifika, li jiġu kkunsidrati mezzi ta' assorbiment oħra minbarra l-inalazzjoni għall-karċinoġeni u l-mutaġeni kollha, fid-dawl tal-osservazzjonijiet rigward il-possibbiltà ta' assorbiment mill-ġilda - konkretament permezz tal-penetrazzjoni fil-ġidla, sensittività akbar tal-ġilda jew tas-sistema respiratorja u s-sensibilizzazzjoni tan-nifs u tal-ġilda - sabiex ikun żgurat l-aħjar livell possibbli ta' protezzjoni. L-emendi għall-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE previsti f'din id-Direttiva jikkostitwixxu pass ieħor fi proċess aktar fit-tul li nbeda biex tiġi aġġornata d-Direttiva 2004/37/KE. | ||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 9a (ġdida) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
(9a) Huwa antiċipat li t-twaqqif ta' limiti tal-UE għall-espożizzjoni għal karċinoġeni u mutaġeni fuq il-post tax-xogħol se jikkontribwixxi b'mod effettiv għall-prevenzjoni ta' problemi tas-saħħa sinifikanti u tal-kanċer u, barra minn hekk, itejjeb il-kwalità tal-ħajja u l-benessri tal-ħaddiema u ta' dawk fiċ-ċirku immedjat tagħhom, filwaqt li jtawwal il-ħajja tax-xogħol, u jwassal għal produttività u kompetittività miżjuda fl-UE u jgħin biex jiżgura kundizzjonijiet ekwi għan-negozji fl-UE. | ||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 12 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
(12) Fir-rigward tal-kadmju, għal xi setturi jista' jkun diffiċli li jikkonformaw ma' valur limitu ta' 0,001 mg/m3 f'terminu qasir. Jenħtieġ għalhekk jiġi introdott perjodu tranżitorju ta' seba' snin li matulu jenħtieġ li japplika l-valur limitu ta' 0,004 mg/m3. |
(12) Fir-rigward tal-kadmju, għal xi setturi jista' jkun diffiċli li jikkonformaw ma' valur limitu ta' 0,001 mg/m3 f'terminu qasir. Jenħtieġ għalhekk jiġi introdott perjodu tranżitorju ta' ħames snin li matulu jenħtieġ li japplika l-valur limitu ta' 0,004 mg/m3. | ||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 14 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
(14) Fir-rigward tal-berillju, għal xi setturi jista' jkun diffiċli li jikkonformaw ma' valur limitu ta' 0,0002 mg/m3 f'terminu qasir. Jenħtieġ għalhekk jiġi introdott perjodu tranżitorju ta' ħames snin li matulu jenħtieġ li japplika l-valur limitu ta' 0,0006 mg/m3. |
(14) Fir-rigward tal-berillju, għal xi setturi jista' jkun diffiċli li jikkonformaw ma' valur limitu ta' 0,0002 mg/m3 f'terminu qasir. Jenħtieġ għalhekk jiġi introdott perjodu tranżitorju ta' erba' snin li matulu jenħtieġ li japplika l-valur limitu ta' 0,0006 mg/m3. | ||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 18a (ġdida) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
(18a) Hemm biżżejjed evidenza li turi l-karċinoġeniċità tal-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil. Fl-2012, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, ikklassifikat l-egżost mill-magni diżil bħala karċinoġeniku (Grupp 1) għall-bnedmin, abbażi ta' evidenza suffiċjenti li l-espożizzjoni huwa assoċjat ma' riskju akbar ta' kanċer fil-pulmun. Teknoloġija ġdida tal-magni diżil bidlet il-kwalità u l-kwantità tal-emissjonijiet diżil u r-riskji ta' kanċer assoċjati tnaqqsu iżda ma ġewx eliminati. Minħabba ż-żmien twil ta' tranżizzjoni biex issir il-bidla mit-teknoloġija diżil qadima għal dik ġdida, huwa mistenni li sseħħ espożizzjoni konkomitanti għall-emissjonijiet tal-egżost minn magni diżil qodma u ġodda fuq il-post tax-xogħol għal ħafna snin. L-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil huma ġġenerati minn proċess u konsegwentement mhumiex soġġetti għal klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, jenħtieġ li jiġi stabbilit valur limitu għall-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil. Għalhekk huwa xieraq li jiġi inkluż ix-xogħol li jinvolvi l-espożizzjoni għall-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil fl-Anness I u li jiġi stabbilit valur limitu għall-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil fl-Anness III għad-Direttiva 2004/37/KE. Jenħtieġ li l-entrati fl-Anness I u l-Anness III ta' dik id-Direttiva jkopru d-dħaħen mit-tipi kollha ta' magni diżil u għalhekk ma jiddependux fuq jekk l-emissjonijiet tal-egżost jirriżultawx minn magni diżil qodma jew ġodda. Il-karbonju elementali huwa magħruf bħala l-markatur rilevanti ta' espożizzjoni għall-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil. | ||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 18b (ġdida) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
(18b) Ċerti taħlitiet ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huma karċinoġeni kif definit fid-Direttiva 2004/37/KE. L-espożizzjoni għal tali taħlitiet tista' sseħħ matul ix-xogħol li jinvolvi proċessi ta' ħruq, bħal mill-egżost ta' magni b'kombustjoni, u minn proċessi ta' kombustjoni b'temperatura għolja, fost oħrajn. Għalhekk jenħtieġ li l-entrata 2 eżistenti fl-Anness I ta' dik id-Direttiva tiġi estiża sabiex tkopri wkoll sitwazzjonijiet oħra ta' espożizzjoni okkupazzjonali li matulhom il-ħaddiema jkunu esposti għal dawn is-sustanzi u t-taħlitiet tagħhom. Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża data xjentifika u teknika, huwa xieraq li jiġi stabbilit valur limitu għat-taħlitiet tal-PAHs mal-benżo[a]piren bħala indikatur fil-Parti A. | ||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 20a (ġdida) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
(20a) B'mod simili, valutazzjoni fuq perjodu twil tal-valur miżjud tal-implimentazzjoni ta' din id-direttiva tindika li hija se ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol għal aktar minn 1 000 000 ħaddiem fl-UE u tevita aktar minn 22 000 marda okkupazzjonali. | ||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 21 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
(21) Il-valuri limitu stabbiliti f'din id-Direttiva jridu jinżammu taħt rieżami sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50, b'mod partikolari sabiex titqies l-interazzjoni bejn il-valuri limitu stabbiliti fid-Direttiva 2004/37/KE u l-livelli derivati ta' bla effett għas-sustanzi kimiċi perikolużi skont dak ir-Regolament sabiex il-ħaddiema jkunu protetti b'mod effettiv. |
(21) Il-valuri limitu stabbiliti f'din id-Direttiva jridu jiġi vverifikati u jinżammu taħt skrutinju kontinwu u rieżami regolari sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50, b'mod partikolari sabiex titqies l-interazzjoni bejn il-valuri limitu stabbiliti fid-Direttiva 2004/37/KE u l-livelli derivati ta' bla effett għas-sustanzi kimiċi perikolużi skont dak ir-Regolament sabiex il-ħaddiema jkunu protetti b'mod effettiv. | ||||||||||||||||||
________________ |
________________ | ||||||||||||||||||
50 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1). |
50 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1). | ||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 21a (ġdida) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
(21a) Il-konformità mal-perjodi tranżitorji stabbiliti f'din id-Direttiva tippermetti l-adozzjoni ta' miżuri xierqa biex jiġi antiċipat kwalunkwe żvilupp ġdid u jiġu ppjanati l-investimenti sabiex jiġi evitat kull effett negattiv għan-negozji jew il-ħaddiema. Fil-każ tal-SMEs, pereżempju, perjodi tranżitorji rigward ċerti sustanzi se jgħinuhom jindirizzaw kwalunkwe sfida teknika speċifika u jippjanaw l-investimenti suffiċjentement minn qabel. | ||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu -1 (ġdid) Direttiva 2004/37/KE Anness I – punt 5a (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu -1a (ġdid) Direttiva 2004/37/KE Anness I – punt 5b (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu 1 Direttiva 2004/37/KE Anness III – punt A – tabella – kolonna "Miżuri transizzjonali" – ringiela 1 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu 1 Direttiva 2004/37/KE Anness III – punt A – tabella – kolonna "Miżuri transizzjonali" – ringiela 2 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu 1 Direttiva 2004/37/KE Anness III – punt A – tabella – kolonna "Miżuri transizzjonali" – ringiela 5a (ġdida) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu 1 Direttiva 2004/37/KE Anness III – punt A – tabella – kolonna "Valuri limitu" – kolonna "8 sigħat" – kolonna "mg/m3" – ringiela 5a (ġdida) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Dan il-livell huwa applikat fil-Ġermanja u bħalissa huwa l-aħjar prattika fl-UE. | |||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu 1 Direttiva 2004/37/KE Anness III – punt A – tabella – kolonna "Isem tal-aġent" – ringiela 5b (ġdida) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu 1 Direttiva 2004/37/KE Anness III – punt A – tabella – kolonna "Valuri limitu" – kolonna "8 sigħat" – kolonna "mg/m3" – ringiela 5b (ġdida) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Dan jikkorrispondi għal 4 imwiet għal kull 100 000, għal 40 sena ta' espożizzjoni okkupazzjonali, kif ikkalkulat mill-Kumitat ta' Esperti Netherlandiż dwar is-Sigurtà Okkupazzjonali. Il-ħaddiema ma għandhomx ikunu esposti għall-egżost mill-magni diżil f'livelli ogħla mil-livelli ta' bażi. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol |
||||
Referenzi |
COM(2018)0171 – C8-0130/2018 – 2018/0081(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 16.4.2018 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 16.4.2018 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Jiří Maštálka 23.4.2018 |
||||
Eżami fil-kumitat |
3.9.2018 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
10.10.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
22 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Max Andersson, Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Heidi Hautala, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Geoffroy Didier, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Angelika Niebler, Virginie Rozière, Tiemo Wölken |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
22 |
+ |
|
ALDE |
Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto |
|
ECR |
Angel Dzhambazki |
|
EFDD |
Joëlle Bergeron |
|
ENF |
Gilles Lebreton |
|
GUE/NGL |
Kostas Chrysogonos |
|
PPE |
Geoffroy Didier, Rosa Estaràs Ferragut, Angelika Niebler, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka |
|
S&D |
Mady Delvaux, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Virginie Rozière, Tiemo Wölken |
|
VERTS/ALE |
Max Andersson, Pascal Durand, Heidi Hautala |
|
0 |
- |
|
|
|
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol |
||||
Referenzi |
COM(2018)0171 – C8-0130/2018 – 2018/0081(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
5.4.2018 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 16.4.2018 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 16.4.2018 |
JURI 16.4.2018 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Laura Agea 16.5.2018 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
11.7.2018 |
9.10.2018 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
20.11.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
43 0 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Mara Bizzotto, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Miroslavs Mitrofanovs, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Dennis Radtke, Terry Reintke, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Marita Ulvskog |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Rosa D’Amato, Tania González Peñas, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Alex Mayer, Sven Schulze, Helga Stevens, Flavio Zanonato |
||||
Data tat-tressiq |
23.11.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
43 |
+ |
|
ALDE |
Martina Dlabajová, Marian Harkin, Robert Rochefort |
|
ECR |
Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Helga Stevens |
|
EFDD |
Laura Agea, Rosa D'Amato |
|
ENF |
Mara Bizzotto |
|
GUE |
Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo |
|
NI |
Lampros Fountoulis |
|
PPE |
Georges Bach, David Casa, Danuta Jazłowiecka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Dennis Radtke, Claude Rolin, Sven Schulze, Romana Tomc |
|
S&D |
Guillaume Balas, Brando Benifei, Ole Christensen, Michael Detjen, Agnes Jongerius, Edouard Martin, Alex Mayer, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Peter Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato |
|
VERTS/ALE |
Jean Lambert, Miroslavs Mitrofanovs, Terry Reintke |
|
0 |
- |
|
|
|
|
2 |
0 |
|
ENF |
Dominique Martin, Joëlle Mélin |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni