RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013
26.11.2018 - (COM(2018)0385 – C8-0249/2018 – 2018/0209(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Gerben-Jan Gerbrandy
- 001-075 (PDF - 277 KB)
- 001-075 (DOC - 90 KB)
- 076-080 (PDF - 358 KB)
- 076-080 (DOC - 74 KB)
- 081-090 (PDF - 400 KB)
- 081-090 (DOC - 48 KB)
- 091-092 (PDF - 342 KB)
- 091-092 (DOC - 24 KB)
- 093-095 (PDF - 447 KB)
- 093-095 (DOC - 74 KB)
- 096-100 (PDF - 381 KB)
- 096-100 (DOC - 37 KB)
- 101-101 (PDF - 363 KB)
- 101-101 (DOC - 69 KB)
- 102-104 (PDF - 355 KB)
- 102-104 (DOC - 69 KB)
- 105-105 (PDF - 330 KB)
- 105-105 (DOC - 121 KB)
- 106-113 (PDF - 141 KB)
- 106-113 (DOC - 82 KB)
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
- PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
- VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013
(COM(2018)0385 - C8-0249/2018 – 2018/0209(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0385),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0249/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2018[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Biedja u Iżvilupp Rurali (A8-0397/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal Regolament Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill6 għall-perjodu bejn l-2014 sal-2020 huwa l-aħħar wieħed minn sensiela ta' programmi tal-Unjoni li tul 25 sena appoġġaw l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u ta' prijoritajiet politiċi ambjentali u klimatiċi. Dan ġie vvalutat b'mod pożittiv f'evalwazzjoni ta' nofs it-terminu7 reċenti bħala li jinsab fit-triq it-tajba biex ikun effettiv, effiċjenti u rilevanti. Il-Programm LIFE 2014-2020 għalhekk jenħtieġ li jitkompla b'ċerti modifiki identifikati fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u fil-valutazzjonijiet sussegwenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi stabbilit Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (il-"Programm") għall-perjodu li jibda mill-2021. |
(2) Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill6 għall-perjodu bejn l-2014 sal-2020 huwa l-aħħar wieħed minn sensiela ta' programmi tal-Unjoni li tul 25 sena appoġġaw l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u ta' prijoritajiet politiċi ambjentali u klimatiċi. Dan ġie vvalutat b'mod pożittiv f'evalwazzjoni ta' nofs it-terminu7 reċenti bħala diġà kosteffikaċi ħafna u li jinsab fit-triq it-tajba biex ikun effettiv f'termini ġenerali, effiċjenti u rilevanti. Il-Programm LIFE 2014-2020 għalhekk jenħtieġ li jitkompla b'ċerti modifiki identifikati fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u fil-valutazzjonijiet sussegwenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi stabbilit Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (il-"Programm") għall-perjodu li jibda mill-2021. |
_________________ |
_________________ |
6 Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185). |

7 Rapport dwar l-Evalwazzjoni ta' Nofs it-Terminu tal-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (SWD(2017)355 final). |
7 Rapport dwar l-Evalwazzjoni ta' Nofs it-Terminu tal-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (SWD(2017)355 final). |
Emenda 2 Proposta għal Regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Il-Programm, li jimmira li jikseb l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni, mill-pjanijiet, mill-politika u mill-impenji internazzjonali fil-qasam tal-ambjent, il-klima u l-enerġija nadifa, jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, jew permezz ta' interventi diretti jew bl-appoġġ tal-integrazzjoni ta' dawk l-għanijiet f'politiki oħra. |
(3) Il-Programm, li jimmira li jikseb l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni, mill-pjanijiet, mill-politika u mill-impenji internazzjonali fil-qasam tal-ambjent, il-klima u l-enerġija nadifa, jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'żero emissjonijiet u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, għall-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent u s-saħħa, u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, inkluż permezz tal-appoġġ tan-netwerk Natura 2000, tal-amministrazzjoni effettiva u tal-indirizzar tad-degradazzjoni tal-ekosistemi, jew permezz ta' interventi diretti jew bl-appoġġ tal-integrazzjoni ta' dawk l-għanijiet f'politiki oħra. |
Emenda 3 Proposta għal Regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-Unjoni hija impenjata li tiżviluppa rispons komprensiv għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, li jenfasizza l-konnessjoni intrinsika bejn il-ġestjoni tar-riżorsi naturali biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħhom fuq perjodu ta' żmien twil, is-servizzi ekosistemiċi, ir-rabta tagħhom mas-saħħa tal-bniedem u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u soċjalment inklużiv. F'dan l-ispirtu, il-Programm jenħtieġ li jagħti kontribuzzjoni materjali kemm għall-iżvilupp ekonomiku kif ukoll għall-koeżjoni soċjali. |
(4) L-Unjoni hija impenjata li tiżviluppa rispons komprensiv għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, li jenfasizza l-konnessjoni intrinsika bejn il-ġestjoni tar-riżorsi naturali biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħhom fuq perjodu ta' żmien twil, is-servizzi ekosistemiċi, ir-rabta tagħhom mas-saħħa tal-bniedem u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u soċjalment inklużiv. F'dan l-ispirtu, il-Programm jenħtieġ li jirrifletti l-prinċipji tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà, filwaqt li jagħti kontribuzzjoni materjali kemm għall-iżvilupp ekonomiku kif ukoll għall-koeżjoni soċjali. |
Emenda 4 Proposta għal Regolament Premessa 4a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Bil-għan li jiġi promoss żvilupp sostenibbli, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u klimatika jenħtieġ li jiġu integrati fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni. Jenħtieġ li għaldaqstant jiġu promossi s-sinerġiji anke b'mod komplementari ma' programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, inkluż billi jiġi ffaċilitat il-finanzjament tal-attivitajiet li jikkomplementaw proġetti integrati strateġiċi u proġetti strateġiċi dwar in-natura u li jappoġġaw l-użu u r-replika ta' soluzzjonijiet żviluppati fl-ambitu tal-Programm. Koordinazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat li jkun hemm finanzjament doppju. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu passi biex jipprevjenu sovrapożizzjoni u piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji tal-proġett, li jirriżultaw mill-obbligi ta' rapportar minn strumenti finanzjarji differenti. |
Emenda 5 Proposta għal Regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Il-programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-kisba tal-għanijiet u l-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet u tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tal-enerġija nadifa rilevanti, b'mod partikolari l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli8, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika9 u l-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima10 ("il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima"). |
(5) Il-programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-kisba tal-għanijiet u l-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet u tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tal-enerġija nadifa rilevanti, b'mod partikolari l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli8, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika9, il-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima10 ("il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima"), il-Konvenzjoni UNECE dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-"Konvenzjoni ta' Aarhus"), il-Konvenzjoni UNECE dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja fuq Distanza Twila, il-Konvenzjoni tan-NU ta' Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li Jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta' Riskju u d-Disponiment Minnhom, il-Konvenzjoni tan-NU ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali u l-Konvenzjoni tan-NU ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes. |
_________________ |
_________________ |
8 Aġenda 2030, Riżoluzzjoni adottata mill-AĠ tan-NU fil-25/09/2015. |
8 Aġenda 2030, Riżoluzzjoni adottata mill-AĠ tan-NU fil-25/09/2015. |
9 93/626/KEE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1). |
9 93/626/KEE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1). |
10 ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4. |
10 ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4. |
Emenda 6 Proposta għal Regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Sabiex jinkisbu l-għanijiet komprensivi, l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari11 ,tal-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-203012 ,13 ,14, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura15, kif ukoll tal-politiki relatati16, 17, 18, 19, 20, hija partikolarment importanti. |
(6) Sabiex jinkisbu l-għanijiet komprensivi, l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari11 ,tal-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-203012 ,13 ,14, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura15, kif ukoll tal-politiki relatati16, 17, 18, 19, 20, hija partikolarment importanti, l-istess għall-implimentazzjoni20a tal-programmi ta' azzjoni ġenerali fil-qasam tal-politika tal-ambjent u l-klima adottati f'konformità mal-Artikolu 192(3) tat-TFUE, bħas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali20b. |
_________________ |
_________________ |
11 COM (2015)614 final, 02.12.2015. |
11 COM (2015)614 final, 02.12.2015. |
12 Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, COM(2014)15, 22.01.2014. |
12 Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, COM(2014)15, 22.01.2014. |
13 Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, COM(2013)216, 16.04.2013. |
13 Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, COM(2013)216, 16.04.2013. |
14 Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha, COM(2016)860, 30.11.2016. |
14 Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha, COM(2016)860, 30.11.2016. |
15 Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija, COM(2017)198, 27.04.2017. |
15 Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija, COM(2017)198, 27.04.2017. |
16 Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa, COM(2013)918. |
16 Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa, COM(2013)918. |
17 Id-Direttiva Nru 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1). |

18 Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija, COM(2006)231. |
18 Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija, COM(2006)231. |
19 Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b'emissjonijiet baxxi, COM(2016)0501 final. |
19 Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b'emissjonijiet baxxi, COM(2016)0501 final. |
20 Pjan ta' Azzjoni dwar l-Infrastruttura tal-Karburanti Alternattivi skont l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2014/94/UE, 8.11.2017. |
20 Pjan ta' Azzjoni dwar l-Infrastruttura tal-Karburanti Alternattivi skont l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2014/94/UE, 8.11.2017. |
|
20a Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma. |
|
20b Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna" (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171). |
Emenda 7 Proposta għal Regolament Premessa 6 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) L-Unjoni Ewropea tagħti importanza kbira lis-sostenibbiltà fit-tul tar-riżultati tal-proġetti LIFE u lill-kapaċità li tiżgura u żżomm dawn ir-riżultati wara l-implimentazzjoni tal-proġett, fost oħrajn b'kontinwazzjoni tal-proġetti, b'replika u/jew bi trasferiment. Dan jimplika li jkunu jeżistu rekwiżiti speċjali għall-applikanti kif ukoll il-ħtieġa ta' garanziji fil-livell tal-Unjoni biex jiġi żgurat li proġetti oħra ffinanzjati mill-Unjoni ma jdgħajfux ir-riżultati ta' kwalunkwe proġett LIFE implimentat. |
Emenda 8 Proposta għal Regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjeta effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Din, min-naħa l-oħra, tirrikjedi azzjonijiet, b'enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali tal-output u tat-tniġġis ta' CO2, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u tal-preparazzjonijiet għall-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u fuq terminu twil. Il-Programm jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. |
(7) Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjetà sostenibbli, ċirkolari, rinnovabbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'ebda emissjonijiet u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Din, min-naħa l-oħra, tirrikjedi azzjonijiet, b'enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali tal-output u tat-tniġġis ta' gassijiet serra, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u fuq terminu twil, skont l-objettiv tad-dekarbonizzazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi. Il-Programm jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. |
Emenda 9 Proposta għal Regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija kontribuzzjoni essenzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b'kobenefiċċji għall-ambjent. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iffinanzjati sal-2020 taħt Orizzont 2020, jenħtieġ li jiġu integrati fil-Programm billi l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u li jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta' teknoloġija diġà disponibbli li se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-subprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għalhekk, id-data jenħtieġ li tinġabar u tiġi ddiseminata dwar l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet eżistenti ta' riċerka u innovazzjoni fil-proġetti LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa u l-predeċessuri tiegħu. |
(8) It-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli, effiċjenti u b'ebda emissjonijiet hija kontribuzzjoni essenzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b'kobenefiċċji għall-ambjent. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iffinanzjati sal-2020 taħt Orizzont 2020, jenħtieġ li jiġu integrati fil-Programm billi l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u li jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta' teknoloġija diġà disponibbli għal enerġija rinnovabbli u enerġija effiċjenti, li se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Il-Programm jenħtieġ li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati u s-setturi kollha involuti fi tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, bħas-settur tal-bini, l-industrija, it-trasport u l-agrikoltura. L-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-subprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għalhekk, id-data jenħtieġ li tinġabar u tiġi ddisseminata dwar l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet eżistenti ta' riċerka u innovazzjoni fil-proġetti LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa u l-predeċessuri tiegħu. |
Emenda 10 Proposta għal Regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-leġiżlazzjoni dwar l-Enerġija Nadifa jistmaw li t-twettiq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 se jeħtieġ investimenti addizzjonali ta' EUR 177 biljun kull sena fil-perjodu bejn l-2021 u l-2030. L-akbar lakuni huma marbuta mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini (l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira), fejn il-kapital irid jiġi dirett lejn proġetti ta' natura distribwita ħafna. Wieħed mill-għanijiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u għall-aggregazzjoni tal-proġetti, li permezz tiegħu jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u jikkatalizza investimenti f'enerġija nadifa billi juża wkoll l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt l-InvestEU. |
(9) Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-leġiżlazzjoni dwar l-Enerġija Nadifa jistmaw li t-twettiq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 se jeħtieġ investimenti addizzjonali ta' EUR 177 biljun kull sena fil-perjodu bejn l-2021 u l-2030. L-akbar lakuni huma marbuta mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini (l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira), fejn il-kapital irid jiġi dirett lejn proġetti ta' natura distribwita ħafna. Wieħed mill-għanijiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u għall-aggregazzjoni tal-proġetti, li permezz tiegħu jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u jikkatalizza investimenti fl-enerġija rinnovabbli u fl-enerġija effiċjenti, billi juża wkoll l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt l-InvestEU. |
Emenda 11 Proposta għal Regolament Premessa 9 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Il-programm LIFE huwa l-uniku programm iddedikat b'mod speċifiku għall-ambjent u l-azzjoni klimatika u għaldaqstant jiżvolġi rwol kruċjali fl-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'dawn l-oqsma. |
Emenda 12 Proposta għal Regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni għandhom jiġu vverifikati darba biss, billi jkopru l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom. |
(11) Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni jeħtiġilhom jiġu vverifikati darba biss, billi jkopru l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom. |
Emenda 13 Proposta għal Regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Il-pakkett tal-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali tal-Unjoni21 l-aktar reċenti jindika li jenħtieġ progress sinifikanti biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-ambjent u biex tittejjeb l-integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali u klimatiċi f'politiki oħra. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jaġixxi bħala katalizzatur biex jikseb il-progress meħtieġ permezz tal-iżvilupp, tal-ittestjar u tar-replikazzjoni ta' approċċi ġodda; l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika, il-monitoraġġ u l-analiżi; it-tisħiħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati; il-mobilizzazzjoni tal-investimenti li ġejjin mill-programmi kollha ta' investiment tal-Unjoni jew minn sorsi finanzjarji oħra u l-appoġġ għal azzjonijiet biex jingħelbu d-diversi ostakli għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ewlenin meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ambjentali. |
(12) Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jaġixxi bħala katalizzatur biex jindirizza l-isfidi orizzontali, sistemiċi kif ukoll il-kawżi prinċipali għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni kif ġie identifikat fl-EIR u biex jikseb il-progress meħtieġ permezz tal-iżvilupp, tal-ittestjar u tar-replikazzjoni ta' approċċi ġodda; l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika, il-monitoraġġ u l-analiżi; it-titjib tal-governanza dwar kwistjonijiet ambjentali, tat-tibdil fil-klima u ta' tranżizzjoni relatata ma' enerġija nadifa, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-involviment f'bosta livelli tal-pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati, tal-bini ta' kapaċità, tal-komunikazzjoni u tas-sensibilizzazzjoni; il-mobilizzazzjoni tal-investimenti li ġejjin mill-programmi kollha ta' investiment tal-Unjoni jew minn sorsi finanzjarji oħra u l-appoġġ għal azzjonijiet biex jingħelbu d-diversi ostakli għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ewlenin meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ambjentali. |
_________________ |
_________________ |
21 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-analiżi tal-implimentazzjoni ambjentali tal-UE: L-isfidi ewlenin u kif se ngħaqqdu l-isforzi biex nagħtu riżultati aħjar (COM/2017/063 final). |

Emenda 14 Proposta għal Regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, inkluż f'ekosistemi tal-baħar, jeħtieġu appoġġ għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar u għall-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni, inkluża l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-202022, id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE23 u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u r-Regolament (UE) 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika u bl-iżvilupp, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni u l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet fuq skala żgħira jew imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inklużi approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-oqsfa ta' azzjoni prijoritizzati ppreparati fuq il-bażi tad-Direttiva 92/43/KEE. L-Unjoni jenħtieġ li ssegwi n-nefqa tagħha relatata mal-bijodiversità sabiex tissodisfa l-obbligi ta' rappurtar tagħha skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Jenħtieġ li jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti għas-segwiment f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. |
(13) It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistemi, inkluż f'ekosistemi tal-baħar u oħrajn akwatiċi, jeħtieġu appoġġ għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar u għall-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni, inkluża l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-202022, id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE23 u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u r-Regolament (UE) 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika u bl-iżvilupp, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni u l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet, bħal ġestjoni effettiva, fuq skala żgħira jew imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inklużi approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati ppreparati fuq il-bażi tad-Direttiva 92/43/KEE. L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jsegwu n-nefqa tagħhom relatata mal-bijodiversità sabiex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtar tagħhom skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Jenħtieġ li jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti għas-segwiment f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. |
_________________ |
_________________ |
22 COM(2011)244 final. |
22 COM(2011)244 final. |
23 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7). |
23 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7). |
24 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7). |
24 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7). |
25 Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35). |

Emenda 15 Proposta għal Regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) L-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet reċenti, inkluż ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u l-Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni dwar in-Natura, jindikaw li waħda mill-kawżi sottostanti ewlenin tal-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura u tal-istrateġija għall-bijodiversità hija n-nuqqas ta' finanzjament adegwat. L-istrumenti ewlenin ta' finanzjament tal-Unjoni, inkluż il-[Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd], jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jintlaħqu dawk il-ħtiġijiet. Il-Programm jista' jtejjeb aktar l-effiċjenza ta' tali integrazzjoni permezz ta' proġetti strateġiċi dwar in-natura ddedikati għall-katalizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-Unjoni dwar in-natura u l-bijodiversità, inklużi l-azzjonijiet stabbiliti fl-Oqfsa ta' Azzjoni ta' Prijorità żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE. Il-proġetti strateġiċi dwar in-natura jenħtieġ li jappoġġaw programmi ta' azzjonijiet fl-Istati Membri għall-integrazzjoni tal-għanijiet tan-natura u tal-bijodiversità rilevanti f'politiki oħra u fi programmi ta' finanzjament, u b'hekk ikun żgurat li jiġu mmobilizzati fondi adattati għall-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fi ħdan il-Pjan Strateġiku għall-Politika Agrikola Komuni li jużaw ċertu proporzjon tal-allokazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali biex jinkiseb appoġġ għal azzjonijiet li jikkumplimentaw il-Proġetti Strateġiċi dwar in-Natura kif definiti f'dan ir-Regolament. |
(14) L-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet reċenti, inkluż ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u l-Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni dwar in-Natura, jindikaw li waħda mill-kawżi sottostanti ewlenin tal-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura u tal-istrateġija għall-bijodiversità hija n-nuqqas ta' finanzjament adegwat. L-istrumenti ewlenin ta' finanzjament tal-Unjoni, inkluż il-[Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd], jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jintlaħqu dawk il-ħtiġijiet, bil-prekundizzjoni li l-finanzjament jeħtieġlu jkun komplementari. Il-Programm jista' jtejjeb aktar l-effiċjenza ta' tali integrazzjoni permezz ta' proġetti strateġiċi dwar in-natura ddedikati għall-katalizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-Unjoni dwar in-natura u l-bijodiversità, inklużi l-azzjonijiet stabbiliti fl-Oqfsa ta' Azzjoni ta' Prijorità żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE. Il-proġetti strateġiċi dwar in-natura jenħtieġ li jappoġġjaw programmi ta' azzjonijiet li jassistu fl-integrazzjoni tal-għanijiet tan-natura u tal-bijodiversità rilevanti f'politiki oħra u fi programmi ta' finanzjament, u b'hekk ikun żgurat li jiġu mmobilizzati fondi adattati għall-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fi ħdan il-Pjan Strateġiku għall-Politika Agrikola Komuni li jużaw ċertu proporzjon tal-allokazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali biex jinkiseb appoġġ għal azzjonijiet li jikkomplementaw il-Proġetti Strateġiċi dwar in-Natura kif definiti f'dan ir-Regolament. |
Emenda 16 Proposta għal Regolament Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) L-iskema volontarja għall-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji extra-Ewropej (BEST) tippromwovi l-konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluża l-bijodiversità tal-baħar, u l-użu sostenibbli ta' servizzi ekosistemiċi, inklużi approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fir-Reġjuni Ultraperifiċi tal-Unjoni u fil-Pajjiżi u fit-Territorji Extra-Ewropej. L-iskema BEST għenet biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ekoloġika tar-Reġjuni Ultraperifiċi u tal-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej għall-konservazzjoni tal-bijodiversità globali. Fid-Dikjarazzjonijiet Ministerjali tagħhom tal-2017 u l-2018, il-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej esprimew l-apprezzament tagħhom għal din l-iskema ta' għotjiet żgħar għall-bijodiversità. Huwa xieraq li l-Programm jitħalla jkompli jiffinanzja għotjiet żgħar għall-bijodiversità kemm fir-Reġjun Ultraperiferiċi kif ukoll fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej. |
(15) L-iskema volontarja għall-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji extra-Ewropej (BEST) tippromwovi l-konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluża l-bijodiversità tal-baħar, u l-użu sostenibbli ta' servizzi ekosistemiċi, inklużi approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-Unjoni u fil-Pajjiżi u fit-Territorji Extra-Ewropej. Bis-saħħa tal-azzjoni preparatorja BEST adottata fl-2011 u tal-Programm BEST 2.0 u l-proġett BEST RUP li segwew,BEST għenet biex l-iskema x tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ekoloġika tar-Reġjuni Ultraperiferiċi u tal-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej u r-rwol ewlieni tagħhom għall-konservazzjoni tal-bijodiversità globali. L-estimi tal-Kummissjoni Ewropea juru l-ħtieġa ta' appoġġ finanzjarju ta' EUR 8 miljun fis-sena għal azzjonijiet fil-post f'dawn it-territorji. Fid-Dikjarazzjonijiet Ministerjali tagħhom tal-2017 u l-2018, il-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej esprimew l-apprezzament tagħhom għal din l-iskema ta' għotjiet żgħar għall-bijodiversità. Għaldaqstant huwa xieraq li l-Programm ikompli jiffinanzja għotjiet żgħar għall-bijodiversità, inklużi t-tisħiħ tal-kapaċità u l-kapitalizzazzjoni ta' azzjonijiet iffinanzjati, kemm fir-Reġjuni Ultraperiferiċi kif ukoll fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej. |
Emenda 17 Proposta għal Regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari teħtieġ bidla fil-mentalità fir-rigward tat-tfassil, il-produzzjoni, il-konsum u r-rimi ta' materjali u prodotti, inklużi l-plastiks. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn mudell ta' ekonomija ċirkolari permezz ta' appoġġ finanzjarju mmirat lejn varjetà ta' atturi (in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi), b'mod partikolari billi japplika, jiżviluppa u jirreplika l-aħjar teknoloġiji, prattiki u soluzzjonijiet imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inkluż permezz ta' approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-immaniġġjar u l-prevenzjoni tal-iskart. Permezz ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-plastiks, tista' tittieħed azzjoni biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-iskart tal-baħar. |
(16) Il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari tal-effiċjenza fir-riżorsi teħtieġ bidla fil-mentalità fir-rigward tat-tfassil, il-produzzjoni, il-konsum u r-rimi ta' materjali u prodotti, inklużi l-plastiks. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn mudell ta' ekonomija ċirkolari permezz ta' appoġġ finanzjarju mmirat lejn varjetà ta' atturi (in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi, is-soċjetà ċivili u l-konsumaturi), b'mod partikolari billi japplika, jiżviluppa u jirreplika l-aħjar teknoloġiji, prattiki u soluzzjonijiet imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inkluż permezz ta' approċċi integrati għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-immaniġġjar u l-prevenzjoni tal-iskart. Permezz ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-plastiks, tista' tittieħed azzjoni biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-iskart tal-baħar. |
Emenda 18 Proposta għal Regolament Premessa 16 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Livell għoli ta' protezzjoni ambjentali huwa ta' importanza fundamentali għas-saħħa u għall-benessri taċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġja l-objettiv tal-Unjoni li tipproduċi u tuża sustanzi kimiċi b'modi li jwasslu għat-tnaqqis tal-effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u biex tiżviluppa strateġija tal-Unjoni għal ambjent mhux tossiku. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġja wkoll attivitajiet li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a sabiex jinkisbu livelli tal-istorbju li ma jwasslux għal impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u joħolqu riskji għal din. |
|
___________________ |
|
1a Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali - Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni dwar id-Direttiva relatata mal-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12). |
Emenda 19 Proposta għal Regolament Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) L-għan fit-tul tal-Unjoni għall-politika dwar l-ajra huwa li jinkisbu livelli ta' kwalità tal-arja li ma jikkawżawx impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u riskji għal din. Is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar it-tniġġis tal-arja hija għolja u ċ-ċittadini jistennew li l-awtoritajiet jaġixxu. Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 tenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-finanzjament tal-Unjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-arja nadifa. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa proġetti, inklużi l-proġetti integrati strateġiċi, li għandhom il-potenzjal li jisfruttaw fondi pubbliċi u privati, biex ikunu eżempji ta' prattika tajba u katalizzaturi għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet u leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja fil-livell lokali, reġjonali, multireġjonali, nazzjonali u transnazzjonali. |
(17) L-għan fit-tul tal-Unjoni għall-politika dwar l-arja huwa li jinkisbu livelli ta' kwalità tal-arja li ma jikkawżawx impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u riskji għal din u għall-ambjent, filwaqt li jissaħħu s-sinerġiji bejn it-titjib tal-kwalità tal-arja u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass serra. Is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar it-tniġġis tal-arja hija għolja u ċ-ċittadini jistennew li l-awtoritajiet jaġixxu, b'mod partikolari f'żoni fejn il-popolazzjoni u l-ekosistemi huma esposti għal livelli għolja ta' sustanzi li jniġġsu fl-arja. Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 tenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-finanzjament tal-Unjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-arja nadifa. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġja proġetti, inklużi l-proġetti integrati strateġiċi, li għandhom il-potenzjal li jisfruttaw fondi pubbliċi u privati, biex ikunu eżempji ta' prattika tajba u katalizzaturi għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet u leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja fil-livell lokali, reġjonali, multireġjonali, nazzjonali u transnazzjonali. |
_________________ |
_________________ |
26 Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1). |

Emenda 20 Proposta għal Regolament Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Il-protezzjoni u r-restawr tal-ambjent tal-baħar huma wieħed mill-miri ġenerali tal-politika ambjentali tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa dan li ġej: il-ġestjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar b'mod partikolari f'siti tal-baħar ta' Natura 2000 u l-protezzjoni tal-ispeċi skont l-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE; il-kisba ta' Status Ambjentali Tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28; il-promozzjoni ta' ibħra nodfa u b'saħħithom; l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea dwar il-plastik f'ekonomija ċirkolari, biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-irkaptu tas-sajd mitluf u tal-iskart tal-baħar; u l-promozzjoni tal-involviment tal-Unjoni fil-governanza internazzjonali tal-oċeani li hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u biex jiġu ggarantiti oċeani b'saħħithom għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-proġetti integrati strateġiċi u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura tal-Programm jenħtieġ li jinkludu azzjonijiet rilevanti li jkollhom il-mira li jipproteġu l-ambjent tal-baħar. |
(19) Il-protezzjoni u r-restawr tal-ambjent akkwatiku huma wieħed mill-miri ġenerali tal-politika ambjentali tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġja dan li ġej: il-ġestjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tal-bijodiversità u tal-ekosistemi akkwatiċi b'mod partikolari f'siti tal-baħar ta' Natura 2000 u l-protezzjoni tal-ispeċi skont l-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE; il-kisba ta' Status Ambjentali Tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28; il-promozzjoni ta' ibħra nodfa u b'saħħithom; l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea dwar il-plastik f'ekonomija ċirkolari, biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-irkaptu tas-sajd mitluf u tal-iskart tal-baħar; u l-promozzjoni tal-involviment tal-Unjoni fil-governanza internazzjonali tal-oċeani li hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u biex jiġu ggarantiti oċeani b'saħħithom għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-proġetti integrati strateġiċi u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura tal-Programm jenħtieġ li jinkludu azzjonijiet rilevanti li jkollhom il-mira li jipproteġu l-ambjent akkwatiku. |
_________________ |
_________________ |
28 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19). |

Emenda 21 Proposta għal Regolament Premessa 19 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19a) L-istatus attwali ta' konservazzjoni taż-żoni ta' Natura 2000 f'art agrikola huwa ħażin ħafna, li jindika li tali żoni għad jeħtieġu protezzjoni. Il-pagamenti attwali tal-PAK għaż-żoni ta' Natura 2000 huma l-aktar mezz effettiv biex tiġi ppreservata l-bijodiversità fl-art agrikola1a. Madankollu, tali pagamenti mhumiex biżżejjed u ma jirrappreżentawx valur għoli għall-kapital naturali. Sabiex tiġi inċentivata l-protezzjoni ambjentali ta' tali żoni, il-pagamenti tal-PAK għaż-żoni ta' Natura 2000 jenħtieġ li għalhekk jiżdiedu. |
|
_________________ |
|
1a G. Pe'er, S. Lakner, R. Müller, G. Passoni, V. Bontzorlos, D. Clough, F. Moreira, C. Azam, J. Berger, P. Bezak, A. Bonn, B. Hansjürgens, L. Hartmann, J. Kleemann, A. Lomba, A. Sahrbacher, S. Schindler, C. Schleyer, J. Schmidt, S. Schüler, C. Sirami, M. von Meyer-Höfer u Y. Zinngrebe (2017). Is the CAP Fit for purpose? An evidence based fitness check assessment (Il-PAK hija adattata għal dak l-iskop? Valutazzjoni tal-kontroll tal-idoneità bbażata fuq l-evidenza). Leipzig, "German Centre for Integrative Biodiversity Research" (Ċentru Ġermaniż għal Riċerka Integrata dwar il-Bijodiversità) (iDiv) Halle-Jena-Leipzig. |
Emenda 22 Proposta għal Regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) It-titjib tal-governanza fuq kwistjonijiet ambjentali, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa jeħtieġ l-involviment tas-soċjetà ċivili billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, l-involviment tal-konsumaturi u t-twessigħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjoni nongovernattivi, f'konsultazzjoni dwar il-politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom. |
(20) It-titjib tal-governanza fuq kwistjonijiet ambjentali, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa jeħtieġ l-involviment tas-soċjetà ċivili billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, inkluż permezz ta' strateġija ta' komunikazzjoni li tqis netwerks ġodda tal-midja u dawk soċjali, l-involviment tal-konsumaturi u tespandi f'diversi livelli l-involviment tal-pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjoni nongovernattivi, f'konsultazzjoni dwar il-politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-Programm jappoġġja firxa wiesgħa ta' NGOs kif ukoll netwerks ta' entitajiet mingħajr skop ta' qligħ li jsegwu għan li huwa ta' interess ġenerali tal-Unjoni, u li huma primarjament attivi fil-qasam tal-ambjent jew l-azzjoni klimatika, bl-għoti, b'mod kompetittiv u trasparenti, ta' għotjiet operattivi sabiex jgħinu lil dawn l-NGOs, in-netwerks u l-entitajiet jagħmlu kontribuzzjonijiet effikaċi għall-politika tal-Unjoni, u biex jibnu u jsaħħu l-kapaċità tagħhom biex isiru sħab aktar effiċjenti. |
Emenda 23 Proposta għal Regolament Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Filwaqt li t-titjib tal-governanza fil-livelli kollha jenħtieġ li jkun l-għan trasversali għas-subprogrammi kollha tal-Programm, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni orizzontali dwar il-governanza ambjentali, inkluża l-leġiżlazzjoni li timplimenta l-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali29. |
(21) Filwaqt li t-titjib tal-governanza fil-livelli kollha jenħtieġ li jkun l-għan trasversali għas-subprogrammi kollha tal-Programm, il-Programm jenħtieġ li jappoġġja l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar, u l-konformità effettiva mal-acquis tal-ambjent u tal-klima, b'mod partikolari tal-leġiżlazzjoni orizzontali dwar il-governanza ambjentali, inkluża l-leġiżlazzjoni li timplimenta l-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali29 29a, u l-Kumitat ta' Konformità tal-Konvenzjoni ta' Aarhus. |
_________________ |
_________________ |
29 ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4. |
29 ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4. |
|
29a Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13). |
Emenda 24 Proposta għal Regolament Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Il-Programm jenħtieġ li jħejji u jappoġġa lill-atturi fis-suq għal tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima billi jittestja opportunitajiet tan-negozju ġodda, jaġġorna l-ħiliet professjonali, jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi sostenibbli, jinvolvi u jagħti s-setgħa lill-influwenzaturi u jittestja metodi ġodda biex jiġu adattati l-proċessi u l-pajsaġġ kummerċjali eżistenti. Biex tkun appoġġata l-adozzjoni kummerċjali usa' ta' soluzzjonijiet sostenibbli, jenħtieġ li jiġu promossi l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-involviment tal-konsumatur. |
(22) Il-Programm jenħtieġ li jħejji u jappoġġja lill-atturi fis-suq għal tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'ebda emissjonijiet u reżiljenti għat-tibdil fil-klima billi jittestja opportunitajiet tan-negozju ġodda, jaġġorna l-ħiliet professjonali, jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi sostenibbli, jinvolvi u jagħti s-setgħa lill-influwenzaturi u jittestja metodi ġodda biex jiġu adattati l-proċessi u l-pajsaġġ kummerċjali eżistenti. Biex tkun appoġġata l-adozzjoni kummerċjali usa' ta' soluzzjonijiet sostenibbli, jenħtieġ li jiġu promossi l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-involviment tal-konsumatur. |
Emenda 25 Proposta għal Regolament Premessa 22 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22a) Il-Programm huwa mfassal biex jappoġġja d-dimostrazzjoni ta' tekniki, approċċi u l-aħjar prattiki li jistgħu jiġu rreplikati u estiżi. Soluzzjonijiet innovattivi jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali u s-sostenibbiltà, b'mod partikolari għall-iżvilupp ta' prattiki ta' biedja sostenibbli fl-oqsma attivi fis-suġġetti tal-klima, l-ilma, il-ħamrija, il-bijodiversità u l-iskart. Għandha ssir enfasi f'dan ir-rigward fuq is-sinerġiji ma' programmi u politiki oħra, bħas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikola u l- Iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali tal-UE. |
Emenda 26 Proposta għal Regolament Premessa 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Fil-livell tal-Unjoni, investimenti kbar f'azzjonijiet ambjentali u klimatiċi huma primarjament iffinanzjati minn programmi ta' finanzjament ewlenin tal-Unjoni (integrazzjoni). Fil-kuntest tar-rwol katalitiku tagħhom, il-proġetti strateġiċi integrati u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura li jridu jiġu żviluppati taħt il-Programm jenħtieġ li jisfruttaw opportunitajiet ta' finanzjament fi ħdan dawk il-programmi ta' finanzjament u sorsi oħrajn ta' finanzjament bħalma huma l-fondi nazzjonali, u joħolqu s-sinerġiji. |
(23) Fil-livell tal-Unjoni, investimenti kbar f'azzjonijiet ambjentali u klimatiċi huma primarjament iffinanzjati minn programmi ta' finanzjament ewlenin tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa kruċjali li jiżdiedu l-isforzi ta' integrazzjoni, biex jiġu żgurati s-sostenibbiltà, il-bijodiversità u l-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima ta' programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni u l-integrazzjoni ta' salvagwardji tas-sostenibbiltà fl-istrumenti kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li tadotta metodoloġija komuni u tieħu miżuri effettivi biex tiżgura li l-proġetti LIFE ma jiġux affettwati b'mod negattiv minn programmi u politiki oħra tal-Unjoni. Fil-kuntest tar-rwol katalitiku tagħhom, il-proġetti strateġiċi integrati u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura li jridu jiġu żviluppati taħt il-Programm jenħtieġ li jisfruttaw opportunitajiet ta' finanzjament fi ħdan dawk il-programmi ta' finanzjament u sorsi oħrajn ta' finanzjament bħalma huma l-fondi nazzjonali, u joħolqu s-sinerġiji. |
Emenda 27 Proposta għal Regolament Premessa 23 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23a) Is-suċċess ta' proġetti strateġiċi għall-protezzjoni tan-natura u ta' proġetti integrati strateġiċi jiddependi fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u l-atturi mhux statali affettwati mill-objettivi tal-Programm. Il-prinċipji ta' trasparenza u ta' żvelar rigward deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ ta' proġetti jenħtieġ li, għalhekk, jiġu applikati, b'mod partikolari fil-każ ta' integrazzjoni jew meta jkunu involuti sorsi ta' finanzjament multipli. |
Emenda 28 Proposta għal Regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u biex tinkiseb mira ġenerali ta' 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet fi ħdan dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 61 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti. |
(24) Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b'mod koordinat u ambizzjuż, skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u biex tinkiseb mira ġenerali ta' tal-inqas 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġja l-għanijiet klimatiċi matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. L-azzjonijiet fi ħdan dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu [61 %] tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti. |
Emenda 29 Proposta għal Regolament Premessa 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) Fl-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi fid-dawl tal-Artikolu 349 TFUE u l-ħtiġijiet u l-vulnerabilitajiet speċifiċi ta' dawn ir-reġjuni. Il-politiki tal-Unjoni, għajr il-politiki ambjentali, klimatiċi u ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa rilevanti, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll. |
(25) Fl-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi fid-dawl tal-Artikolu 349 TFUE u l-ħtiġijiet u l-vulnerabilitajiet speċifiċi ta' dawn ir-reġjuni. Jenħtieġ li l-finanzjament tal-Unjoni u tal-Istati Membri jissaħħaħ kif xieraq f'dak ir-rigward. Il-politiki tal-Unjoni, għajr il-politiki ambjentali, klimatiċi u ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa rilevanti, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll. |
Emenda 30 Proposta għal Regolament Premessa 26 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) B'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkollabora mal-punti ta' kuntatt nazzjonali tal-Programm, torganizza seminars u workshops, tippubblika listi ta' proġetti ffinanzjati taħt il-Programm jew twettaq attivitajiet oħra biex ixxandar ir-riżultati tal-proġetti u biex tiffaċilita skambji ta' esperjenza, għarfien u l-aħjar prattiki u r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġetti fl-Unjoni kollha. Jenħtieġ li dawn l-attivitajiet, b'mod partikolari, ikunu mmirati għall-Istati Membri b'użu baxx ta' fondi u jenħtieġ li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-benefiċjarji tal-proġetti, l-applikanti jew il-partijiet ikkonċernati ta' proġetti li tlestew u dawk li għadhom għaddejjin fl-istess qasam. |
(26) B'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkollabora mal-punti ta' kuntatt nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Programm, inkluż fl-istabbiliment ta' netwerk konsultattiv fil-livell lokali biex tiffaċilita l-iżvilupp ta' proġetti b'valur miżjud għoli u b'impatt kbir fuq il-politika u biex tiżgura l-għoti ta' informazzjoni dwar il-finanzjament komplementari, it-trasferibbiltà ta' proġetti kif ukoll is-sostenibbiltà fit-tul, torganizza seminars u workshops, tippubblika listi ta' proġetti ffinanzjati taħt il-Programm jew twettaq attivitajiet oħra, bħal kampanji tal-midja, sabiex ixxandar aħjar ir-riżultati tal-proġetti u biex tiffaċilita skambji ta' esperjenza, għarfien u l-aħjar prattiki u r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġetti fl-Unjoni kollha. Jenħtieġ li dawn l-attivitajiet, b'mod partikolari, ikunu mmirati għall-Istati Membri b'użu baxx ta' fondi u jenħtieġ li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-benefiċjarji tal-proġetti, l-applikanti jew il-partijiet ikkonċernati ta' proġetti li tlestew u dawk li għadhom għaddejjin fl-istess qasam. Huwa essenzjali li l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati jkunu involuti f'din il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni. |
Emenda 31 Proposta għal Regolament Premessa 28 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28a) Jenħtieġ li r-rati minimi u massimi ta' kofinanzjament jiġu stabbiliti f'livelli li huma meħtieġa b'dan il-mod biex jinżamm il-livell effettiv ta' appoġġ ipprovdut mill-Programm, filwaqt li jitqiesu l-flessibbiltà u l-adattabilità li huma meħtieġa biex iwieġbu għall-medda eżistenti ta' azzjonijiet u entitajiet. |
Emenda 32 Proposta għal Regolament Premessa 31 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(31) It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Fir-rigward tal-għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta' kostijiet unitarji. |
(31) It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Fir-rigward tal-għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta' kostijiet unitarji. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni li faċilment tiġi esegwita u li tippromwovi semplifikazzjoni reali għall-mexxejja tal-proġetti. |
Emenda 33 Proposta għal Regolament Premessa 36 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(36a) Sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-Programm huma konsistenti mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni u komplementari għal strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, is-setgħa biex jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta programmi ta' ħidma pluriennali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
Emenda 34 Proposta għal Regolament Premessa 38 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(38) Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ilħuq tal-għanijiet u tal-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet jew tal-impenji internazzjonali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima u l-enerġija nadifa rilevanti ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
(38) Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-kontribuzzjoni għal livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u azzjoni klimatika ambizzjuża b'governanza tajba u approċċ b'diversi partijiet ikkonċernati u għall-ilħuq tal-għanijiet u tal-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet jew tal-impenji internazzjonali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-bijodiversità, il-klima, l-ekonomija ċirkolari u l-enerġija rinnovabbli u l-enerġija effiċjenti rilevanti ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
Emenda 35 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (il-"Programm"). |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (il-"Programm"), li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027. |
Emenda 36 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament. |
Dan jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għal dan il-perjodu, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament. |
Emenda 37 Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) "proġetti strateġiċi dwar in-natura" tfisser proġetti li jappoġġaw il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità billi jimplimentaw programmi ta' azzjoni koerenti fl-Istati Membri biex jintegraw dawn l-għanijiet u l-prijoritajiet f'politiki u strumenti ta' finanzjament oħra, inkluż permezz ta' implimentazzjoni kkoordinata tal-oqfsa ta' azzjoni prijoritarji stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE; |
(1) "proġetti strateġiċi dwar in-natura" tfisser proġetti li jappoġġaw il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità billi jimplimentaw programmi ta' azzjoni koerenti, b'mod partikolari biex jintegraw dawn l-għanijiet u l-prijoritajiet f'politiki u strumenti ta' finanzjament oħra, inkluż permezz ta' implimentazzjoni kkoordinata tal-oqfsa ta' azzjoni prijoritarji stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE; |
Emenda 38 Proposta għal Regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli. |
1. L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'ebda emissjonijiet u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistemi, u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli. |
Emenda 39 Proposta għal Regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) li jiżviluppa, juri u jippromwovi tekniki u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-azzjoni klimatika, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, u li jikkontribwixxi għall-applikazzjoni tal-aħjar prassi fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità; |
(a) li jiżviluppa, juri u jippromwovi tekniki u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-azzjoni klimatika, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u rinnovabbli u aktar enerġija effiċjenti, u li jikkontribwixxi għal bażi ta' għarfien, għal ġestjoni effettiva u għall-applikazzjoni tal-aħjar prassi fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità, inkluż permezz tal-appoġġ tan-Netwerk Natura 2000; |
Emenda 40 Proposta għal Regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż billi jtejjeb il-governanza permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u tal-involviment tas-soċjetà ċivili; |
(b) li jappoġġja l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-konformità effettiva u l-infurzar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Programmi Ġenerali għall-Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni li ġew adottati skont l-Artikolu 192(3) tat-TFUE u billi jtejjeb il-governanza ambjentali u klimatika fil-livelli kollha, inkluż billi jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u tal-involviment tas-soċjetà ċivili; |
Emenda 41 Proposta għal Regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 5 450 000 000, f'termini ta' prezzijiet attwali. |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 6 442 000 000 f'termini ta' prezzijiet tal-2018 (EUR 7 272 000 000 f'termini ta' prezzijiet attwali). |
Ġustifikazzjoni | |
F'konformità mad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-13 ta' Settembru 2018, din l-emenda tirrifletti ċ-ċifri inklużi fir-rapport interim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 li ġie adottat mill-plenarja fl-14 ta' Novembru 2018. | |
Emenda 42 Proposta għal Regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun: |
2. Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun: |
(a) EUR 3 500 000 000 għall-qasam Ambjent, li minnhom |
(a) EUR 4 715 000 000 f'termini ta' prezzijiet tal-2018 (EUR 5 322 000 000 f'termini ta' prezzijiet attwali, li jikkostitwixxi 73,2 % tal-pakkett finanzjarju totali tal-Programm) għall-qasam Ambjent, li minnhom |
(1) EUR 2 150 000 000 għas-subprogramm Natura u Bijodiversità u |
(1) EUR 2 829 000 000 f'termini ta' prezzijiet tal-2018 (EUR 3 261 420 000 f'termini ta' prezzijiet attwali, li jikkostitwixxi 44,9 % tal-pakkett finanzjarju totali tal-Programm) għas-subprogramm Natura u Bijodiversità u |
(2) EUR 1 350 000 000 għas-subprogramm Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja; |
(2) EUR 1 886 000 000 f'termini ta' prezzijiet tal-2018 (EUR 2 060 580 000 f'termini ta' prezzijiet attwali, li jikkostitwixxi 28,3% tal-pakkett finanzjarju totali tal-Programm) għas-subprogramm Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja; |
(b) EUR 1 950 000 000 għall-qasam Azzjoni Klimatika, li minnhom |
(b) EUR 1 950 000 000 għall-qasam Azzjoni Klimatika, li minnhom |
(1) EUR 950 000 000 għas-subprogramm Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih u |
(1) EUR 950 000 000 għas-subprogramm Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih u |
(2) EUR 1 000 000 000 għas-subprogramm Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa. |
(2) EUR 1 000 000 000 għas-subprogramm Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa. |
Ġustifikazzjoni | |
F'konformità mad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-13 ta' Settembru 2018, din l-emenda tirrifletti ċ-ċifri inklużi fir-rapport interim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 li ġie adottat mill-plenarja fl-14 ta' Novembru 2018. | |
Emenda 43 Proposta għal Regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin: |
1. Soġġett għall-konformità sħiħa mar-regoli u mar-regolamenti kollha tiegħu, il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin: |
Emenda 44 Proposta għal Regolament Artikolu 6a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 6a |
|
Kooperazzjoni internazzjonali |
|
Matul l-implimentazzjoni tal-Programm, il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, u mal-istituzzjonijiet u l-korpi tagħhom, għandha tkun possibbli fejn meħtieġ għall-fini tal-ilħuq tal-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3. |
Emenda 45 Proposta għal Regolament Artikolu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Programm għandu jiġi implimentat b'tali mod li jiżgura l-konsistenza tiegħu mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u InvestEU, sabiex jinħolqu sinerġiji, b'mod partikolari fir-rigward tal-proġetti strateġiċi dwar in-natura u tal-proġetti integrati strateġiċi u biex jiġu appoġġati l-adozzjoni u r-replikazzjoni ta' soluzzjonijiet żviluppati fi ħdan il-Programm. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tal-Programm u l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koerenza u l-koordinazzjoni mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa , l-Iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, il-Fond għall-Innovazzjoni u InvestEU, sabiex jinħolqu sinerġiji, b'mod partikolari fir-rigward tal-proġetti strateġiċi dwar in-natura u tal-proġetti integrati strateġiċi u biex jiġu appoġġjati l-adozzjoni u r-replikazzjoni ta' soluzzjonijiet żviluppati fi ħdan il-Programm. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-komplementarjetà fil-livelli kollha. Il-Kummissjoni għandha tidentifika azzjonijiet speċifiċi u għandha timmobilizza finanzjament rilevanti fl-ambitu tal-programmi l-oħra tal-Unjoni, u tiffaċilita l-implimentazzjoni kkoordinata u koerenti tal-azzjonijiet komplementari ffinanzjati minn sorsi oħra. |
Emenda 46 Proposta għal Regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-proġetti fi ħdan is-subprogramm Natura u Bijodiversità dwar il-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tas-siti ta' Natura 2000 skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE għandhom jiġu appoġġati skont l-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE. |
3. Il-proġetti fi ħdan is-subprogramm Natura u Bijodiversità dwar il-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tas-siti ta' Natura 2000 skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE għandhom iqisu l-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet, l-istrateġiji u l-politiki nazzjonali u reġjonali, fost oħrajn fl-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE. |
Emenda 47 Proposta għal Regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-għotjiet jistgħu jiffinanzjaw attivitajiet barra mill-Unjoni, sakemm il-proġett isegwi l-għanijiet ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u l-attivitajiet barra l-Unjoni jkunu meħtieġa biex jiżguraw l-effettività tal-interventi mwettqa fit-territorji tal-Istati Membri. |
4. L-għotjiet jistgħu jiffinanzjaw attivitajiet barra minn Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew li jappartjeni għalih, sakemm il-proġett isegwi l-għanijiet ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u l-attivitajiet barra l-Unjoni jkunu meħtieġa biex jiżguraw l-effettività tal-interventi mwettqa fit-territorji tal-Istati Membri jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew, jew biex jappoġġjaw ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni hija parti għalihom. |
Emenda 48 Proposta għal Regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a – punt 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) pajjiżi terzi oħra elenkati fil-programm ta' ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 4 sa 6; |
(3) pajjiżi terzi oħra elenkati fil-programmi ta' ħidma pluriennali, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 4 sa 6; |
Emenda 49 Proposta għal Regolament Artikolu 11 – paragrafu 6 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-fondi tal-programm u l-parteċipazzjoni effiċjenti tal-entitajiet ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21 sabiex tissupplimenta dan l-artikolu billi tiddefinixxi taħt liema kundizzjonijiet dawn ikunu pparteċipaw b'mod suffiċjenti fil-politika dwar l-ambjent u l-klima tal-Unjoni biex ikunu jistgħu jitqiesu eliġibbli għall-programm. |
Emenda 50 Proposta għal Regolament Artikolu 12a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 12a |
|
Proċeduri għall-preżentazzjoni u l-għażla tal-proġetti |
|
1. Il-programm għandu jintroduċi l-proċeduri li ġejjin għall-preżentazzjoni u l-għażla ta' proġetti: |
|
(a) approċċ simplifikat f'żewġ stadji bbażat fuq is-sottomissjoni u l-evalwazzjoni ta' sommarju eżekuttiv u proposta kompluta għall-kandidati li l-proposti tagħhom ikunu ġew magħżula; |
|
(b) approċċ standard fi stadju wieħed ibbażat biss fuq is-sottomissjoni u l-evalwazzjoni ta' proposta kompluta. L-għażla tal-approċċ standard għad-detriment tal-approċċ simplifikat għandha tkun iġġustifikata fil-programm ta' ħidma li jqis ir-restrizzjonijiet organizzattivi u operattivi speċifiċi għal kull sottoprogramm u, fejn xieraq, ta' kull sejħa għal proposti. |
|
2. Fil-paragrafu 1, "sommarju eżekuttiv" tfisser sommarju ta' mhux aktar minn għaxar paġni li jinkludi deskrizzjoni tal-kontenut tal-proġett, is-sieħeb/sħab potenzjali, il-limitazzjonijiet li aktarx jinħolqu u l-pjan ta' emerġenza biex issir reazzjoni għalihom, kif ukoll l-istrateġija magħżula biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tar-riżultati tal-proġett lil hinn mill-ħajja nominali tagħhom, il-formoli amministrattivi relatati mal-benefiċjarji li jipparteċipaw fil-proġett kif ukoll il-baġit dettaljat tal-proġett. |
Emenda 51 Proposta għal Regolament Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Kriterji tal-għotjiet |
Kriterji tal-għotjiet |
Il-kriterji tal-għotjiet għandhom jiġu stabbiliti fis-sejħiet għall-proposti filwaqt li jitqiesu dawn li ġejjin: |
Il-kriterji tal-għotjiet għandhom jiġu definiti fil-programmi ta' ħidma pluriennali stabbiliti fl-Artikolu 17, u fis-sejħiet għall-proposti filwaqt li jitqiesu dawn li ġejjin: |
(a) proġetti ffinanzjati mill-Programm għandhom jevitaw li jimminaw l-għanijiet ambjentali, klimatiċi jew tal-enerġija nadifa rilevanti tal-Programm u, fejn possibbli, għandhom jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku; |
(a) proġetti ffinanzjati mill-Programm m'għandhomx idgħajfu l-għanijiet ambjentali, klimatiċi jew tal-enerġija nadifa rilevanti tal-Programm u, kull fejn possibbli, għandhom jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku; |
|
(aa) il-proġetti għandhom jiżguraw approċċ kosteffikaċi u li jkunu teknikament u finanzjarjament koerenti; |
|
(ab) il-proġetti bl-ogħla kontribut potenzjali sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 għandhom jingħataw prijorità; |
(b) proġetti li jipprovdu kobenefiċċji u jippromwovu sinerġiji bejn is-subprogrammi msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jingħataw prijorità; |
(b) proġetti li jipprovdu kobenefiċċji u jippromwovu sinerġiji bejn is-subprogrammi msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jingħataw prijorità; |
(c) proġetti bl-ogħla potenzjal li jiġu replikati u adottati mis-settur pubbliku jew privat jew li jimmobilizzaw l-akbar investimenti jew riżorsi finanzjarji (potenzjal katalitiku) għandhom jingħataw prijorità; |
(c) proġetti bl-ogħla potenzjal li jiġu replikati u adottati mis-settur pubbliku jew privat jew li jimmobilizzaw l-akbar investimenti jew riżorsi finanzjarji (potenzjal katalitiku) għandhom jibbenifikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom; |
(d) għandha tiġi żgurata r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġett ta' azzjoni standard; |
(d) għandha tiġi żgurata r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġett ta' azzjoni standard; |
(e) proġetti li jibnu fuq jew jespandu r-riżultati ta' proġetti oħra ffinanzjati mill-Programm, mill-programmi predeċessuri tiegħu jew minn fondi oħra tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom; |

(f) fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil proġetti f'żoni ġeografiċi bi bżonnijiet jew vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħalma huma żoni bi sfidi ambjentali speċifiċi jew b'restrizzjonijiet naturali, żoni transkonfinali jew reġjuni ultraperiferiċi. |
(f) fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-bilanċ bijoġeografiku tal-proġetti u lil proġetti f'żoni ġeografiċi bi bżonnijiet jew vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħalma huma żoni bi sfidi ambjentali speċifiċi jew b'restrizzjonijiet naturali, żoni transkonfinali, żoni ta' valur naturali għoli jew reġjuni ultraperiferiċi. |
Emenda 52 Proposta għal Regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta' kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ. |
1. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Sabiex ikunu eliġibbli għal kontribuzzjonijiet taħt il-Programm, l-azzjonijiet li ġew iffinanzjati minn programmi oħra tal-Unjoni għandhom jevitaw milli jdgħajfu l-objettivi ambjentali jew klimatiċi stabbiliti fl-Artikolu 3. Ir-regoli ta' kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ. |
Emenda 53 Proposta għal Regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni tas-Siġill ta' Eċċellenza, jew li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi u komparattivi li ġejjin: |
2. L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni tas-Siġill ta' Eċċellenza, jew li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi u komparattivi li ġejjin: |
(a) ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti fi ħdan il-Programm; |
(a) ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti fi ħdan il-Programm; |
(b) jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità ta' dik is-sejħa għal proposti; |
(b) jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità ta' dik is-sejħa għal proposti; |
(c) ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji. |
(c) ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji. |
jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta' Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b'konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u mal-Artikolu [8] jew mar-Regolament (UE) XX [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li tali azzjonjiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ. |
jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta' Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b'konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u mal-Artikolu [8] jew mar-Regolament (UE) XX [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet u l-kriterji ta' eliġibbiltà tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ. |
Emenda 54 Proposta għal Regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-operazzjonijiet ta' taħlit skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[Regolament InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju. |
L-operazzjonijiet ta' taħlit skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[Regolament InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju, b'attenzjoni dovuta għar-rekwiżiti ta' sostenibbiltà u ta' trasparenza. |
Emenda 55 Proposta għal Regolament Artikolu 17 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Programm ta' ħidma |
Programm ta' ħidma pluriennali |
Emenda 56 Proposta għal Regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta' mill-inqas żewġ programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit. |
1. Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta' mill-inqas żewġ programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta dawn il-programmi ta' ħidma pluriennali. |
Emenda 57 Proposta għal Regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-koleġiżlaturi u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jiġu kkonsultati b'mod adegwat meta jiġu żviluppati l-programmi ta' ħidma pluriennali. |
Emenda 58 Proposta għal Regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) il-livelli minimi u massimi għar-rati ta' kofinanzjament, differenzjati fost is-subprogrammi stipulati fl-Artikolu 4 u l-azzjonijiet eliġibbli stipulati fl-Artikolu 10, li għalihom ir-rati massimi ta' kofinanzjament totali fl-ewwel programm ta' ħidma pluriennali għall-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 10(2) u tal-Artikolu 10(5) għandhom ikunu sa [60 %] tal-kostijiet eliġibbli u [75 %] fil-każ ta' proġetti ffinanzjati taħt is-Subprogramm Natura u Bijodiversità li jikkonċernaw il-ħabitats jew l-ispeċijiet ta' prijorità għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE jew l-ispeċijiet ta' għasafar li jitqiesu bħala prijorità għal finanzjament mill-Kumitat tal-Adattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku, stabbilit skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/147/KE, meta meħtieġ sabiex jinkiseb l-għan tal-konservazzjoni; |
Emenda 59 Proposta għal Regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ab) l-ammont massimu globali riservat għall-operazzjonijiet ta' taħlit; |
Emenda 60 Proposta għal Regolament Artikolu 17 - paragrafu 2 - punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) skedi ta' żmien indikattivi għas-sejħiet għall-proposti għall-perjodu koperti mill-programm ta' ħidma pluriennali; |
Emenda 61 Proposta għal Regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt db (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(db) il-metodoloġija teknika għall-preżentazzjoni u l-proċedura tal-għażla tal-proġett u l-kriterji, stabbiliti fl-Artikolu 13, tal-għażla u tal-għoti; |
Emenda 62 Proposta għal Regolament Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. It-tul tal-ewwel programm ta' ħidma pluriennali għandu jkun ta' erba' snin u t-tul tat-tieni programm ta' ħidma pluriennali għandu jkun ta' tliet snin. |
Emenda 63 Proposta għal Regolament Artikolu 17 – paragrafu 2b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-fondi li ma jintużawx minn sejħa għal proposti partikolari jiġu riallokati bejn it-tipi differenti ta' azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(2). |
Emenda 64 Proposta għal Regolament Artikolu 17 – paragrafu 2c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2c. Il-Kummissjoni għandha tiżgura konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati fl-iżvilupp tal-programmi ta' ħidma pluriennali. |
Emenda 65 Proposta għal Regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. |
1. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet b'konsiderazzjoni dovuta għall-koerenza, is-sinerġiji, il-valur miżjud tal-Unjoni u s-sostenibbiltà fit-tul, filwaqt li jintużaw il-prijoritajiet rilevanti tal-Programm ta' Azzjoni Ambjentali. |
Emenda 66 Proposta għal Regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm. |
2. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm, fejn jintużaw l-indikaturi tal-output u tar-riżultati kif stabbilit f'konformità mal-Anness II. L-evalwazzjoni għandha, jekk meħtieġ, tiġi akkumpanjata minn proposta għal emenda ta' dan ir-Regolament. |
|
L-evalwazzjoni għandha tkopri mill-inqas dan li ġej: |
|
(a) l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-Programm; |
|
(b) l-effiċjenza tal-użu ta' riżorsi, |
|
(c) il-grad ta' kemm intlaħqu l-objettivi tal-miżuri kollha filwaqt li jiġu speċifikati, fejn possibbli, ir-riżultati u l-impatti, |
|
(d) is-suċċess attwali jew mistenni ta' proġetti fl-ingranaġġ ta' fondi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-benefiċċji ta' aktar koerenza ma' strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, |
|
(e) il-punt sa fejn jintlaħqu s-sinerġiji bejn l-objettivi u l-komplementarjetà ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni, |
|
(f) il-valur miżjud tal-Unjoni u l-impatt fit-tul tal-Programm, bil-ħsieb li tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri, |
|
(g) il-punt sa fejn il-partijiet ikkonċernati kienu involuti; |
|
(h) analiżi kwantitattiva u kwalitattiva tal-kontribuzzjoni tal-Programm għall-istat ta' konservazzjoni tal-ħabitats u l-ispeċi, elenkati fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE; |
Emenda 67 Proposta għal Regolament Artikolu 19 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. |
3. Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni u għandha tiġi kkomplementata minn rapport ta' evalwazzjoni ex post estern u indipendenti li jkopri l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Programm. |
Emenda 68 Proposta għal Regolament Artikolu 19 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. |
4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 69 Proposta għal Regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-proġetti u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku. |
1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-proġetti u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku. Għal dan il-għan, ir-riċevituri għandhom jużaw il-logo tal-Programm, kif muri fl-Anness IIa, għall-attivitajiet kollha ta' komunikazzjoni u dak il-logo għandu jidher fuq avviżieri viżibbli għall-pubbliku f'postijiet strateġiċi. L-oġġetti dewwiema kollha miksuba fil-qafas tal-Programm għandu jkollhom il-logo tal-Programm ħlief f'każijiet speċifikati mill-Kummissjoni. |
Emenda 70 Proposta għal Regolament Artikolu 23 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Riflussi minn strumenti finanzjarji stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 jistgħu jiġu investiti fi strumenti finanzjarji stabbiliti taħt [Fond InvestEU]. |
4. Riflussi minn strumenti finanzjarji stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 għandhom jiġu riallokati bejn l-azzjonijiet fl-ambitu ta' dan il-Programm. |
Emenda 71 Proposta għal Regolament Anness II – punt 2 – punt 2.1 – inċiż 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- Sustanzi kimiċi |
Emenda 72 Proposta għal Regolament Anness II – punt 2 – punt 2.1 – inċiż 5 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- Storbju |
Emenda 73 Proposta għal Regolament Anness II – punt 2 – punt 2.1 – inċiż 5b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- Użu u effiċjenza tar-riżorsi |
Emenda 74 Proposta għal Regolament Anness II – punt 2 – punt 2.2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2.2a. Sensibilizzazzjoni |
Emenda 75 Proposta għal Regolament Anness IIa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
ANNESS IIa |
|
Logo tal-programm |
|
|
NOTA SPJEGATTIVA
Il-protezzjoni tal-ambjent mhuwiex ostaklu għat-tkabbir ekonomiku u għall-impjiegi. Għall-kuntrarju, it-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, id-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari huma vitali għall-prosperità soċjoekonomika fit-tul u l-kompetittività globali. Kif isostnu l-istituzzjonijiet ripetutament, l-UE għandha tkun minn ta' quddiem fil-livell globali għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u għall-impjiegi. Minkejja dan, għad fadal ħafna xi jsir.
L-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-UE dwar l-ambjent u l-klima, flimkien mal-finanzjament neċessarju, hija meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet komprensivi dwar l-ambjent u l-klima u l-impenji internazzjonali tal-UE u tal-Istati Membri. Talba ewlenija għall-Parlament Ewropew kienet li jiġi żgurat livell suffiċjenti ta' finanzjament għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u konċentrazzjoni akbar ta' riżorsi baġitarji f'oqsma li juru valur miżjud Ewropew ċar u li jistimolaw tkabbir ekonomiku sostenibbli. Madankollu, il-baġit tal-UE huwa limitat fil-mezzi tiegħu, u l-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll biżżejjed riżorsi nazzjonali biex jilħqu l-miri stabbiliti mill-UE.
Peress li l-uniku programm speċifikament iddedikat għall-azzjoni ambjentali u klimatika, il-Programm LIFE jibqa' strument finanzjarju kruċjali, effikaċi u effiċjenti għall-għajnuna biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE. Għaldaqstant, l-irduppjar tal-pakkett finanzjarju għall-Programm LIFE huwa meħtieġ u ġġustifikat, kif ġie mtenni mill-Parlament Ewropew. Meta wieħed iqis li hemm diversi mezzi oħra ta' finanzjament għall-mitigazzjoni u l-adattament tal-klima, huwa xieraq li l-fondi addizzjonali jissupplimentaw b'mod proporzjonali l-portafoll dwar l-ambjent fi ħdan il-pakkett.
Minħabba d-daqs tal-pakkett finanzjarju propost tal-Programm LIFE, wieħed ma jistax jistenna li se jkun biżżejjed biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet komprensivi ambjentali u dawk klimatiċi tal-UE. Sabiex jikkumpensa għall-baġit modest, il-Programm LIFE huwa mistenni li jiffaċilita l-integrazzjoni, b'mod partikolari fil-programmi ta' finanzjament akbar tal-UE. Filwaqt li approċċ imtejjeb ta' integrazzjoni bla dubju se jġib miegħu benefiċċji, huwa imperattiv li jkun hemm biżżejjed trasparenza, monitoraġġ u valutazzjoni għall-programmi li għalihom il-Programm LIFE huwa maħsub li jkun katalizzatur għall-integrazzjoni. Se tkun meħtieġa konformità stretta u koerenza akbar bejn il-programmi baġitarji sinerġetiċi u l-oqsma ta' politika tal-UE biex jiġi żgurat li n-nefqa tilħaq b'mod effettiv l-għanijiet stabbiliti tal-Programm LIFE.
Mertu u kwalità
Baġitjar abbażi tal-prestazzjoni, u enfasi fuq il-kwalità u l-mertu għandhom ikunu l-pilastri ta' kwalunkwe finanzjament pubbliku. L-allokazzjonijiet nazzjonali tqiesu ineffikaċi u l-eliminazzjoni gradwali ta' dawn l-allokazzjonijiet fil-Programm LIFE kurrenti huwa żvilupp pożittiv, li jikkorrispondi għat-talbiet tal-Parlament. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-enfasi fuq il-mertu se jiżgura li l-fondi tal-UE jkunu mmirati lejn l-objettivi komprensivi tal-UE minflok il-prijoritajiet nazzjonali varji. Rinazzjonalizzazzjoni tal-prijoritajiet u l-finanzjament tal-Programm LIFE ma tnaqqasx il-piż fuq il-kontribwenti u l-konsumaturi, u lanqas ma tikseb riżultati aħjar, iżda minflok ixxekkel l-effiċjenza u l-effikaċja tal-Programm.
Iċ-ċentralizzazzjoni tal-ġestjoni u l-gwida mmirata se jgħinu biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi u jgħollu l-istandard u l-valur miżjud globali tal-proposti u l-proġetti. Il-Kummissjoni għamlet passi pożittivi, bl-iżvilupp tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali u tan-netwerk. Huwa importanti li wieħed jinnota li dan m'għandux iwassal għal tnaqqis fl-istandards tal-kriterji għall-għotjiet. Hija meħtieġa applikazzjoni orizzontali ta' kriterji definiti b'mod ċar biex jintlaħqu l-għanijiet ta-Programm LIFE.
Bilanċ bejn il-flessibbiltà u r-responsabbiltà
Il-Kummissjoni għamlet passi sostanzjali sabiex tikkondensa t-test legali u s-semplifikazzjoni tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Ta' min ifaħħar dan il-fatt, iżda m'għandux jirriżulta f'inċertezza jew insigurtà tad-dritt għall-azzjonijiet kurrenti u ta' finanzjament. Il-flessibbiltà strateġika u l-adattabilità se jippermettu lill-Programm LIFE biex jissodisfa l-prijoritajiet l-aktar urġenti. L-enfasi miżjuda fuq waħda minn dawn l-elementi fil-Programmi ta' Ħidma Pluriennali hija pass pożittiv; madankollu, iċ-ċarezza u l-istabbiltà huma ċentrali għall-funzjoni effiċjenti u effikaċi ta' kwalunkwe programm tal-baġit. Li tingħata "carte blanche" għal raġunijiet ta' effiċjenza ma tridx tkun ta' detriment biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm LIFE u dawk kumplessivi tal-UE. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-programmi ta' ħidma pluriennali jiġu implimentati permezz ta' atti delegati, li jiżguraw l-involviment interistituzzjonali u tal-partijiet ikkonċernati u r-responsabbiltà demokratika.
Il-valutazzjoni tal-impatt tiddikjara li l-bażi legali ma tippreġudikax ir-rati speċifiċi ta' finanzjament, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tad-domandi u tar-rekwiżiti. Billi jiġu stabbiliti rati ta' kofinanzjament minimi u massimi, li jvarjaw għas-subprogrammi u l-azzjonijiet, l-applikanti u l-proġetti potenzjali jingħataw stabbiltà, filwaqt li l-flessibbiltà u l-adattabilità ikunu possibbli sabiex jiġu kkunsidrati rekwiżiti u sitwazzjonijiet individwali.
Ambjent
Il-Programm LIFE huwa xprun u katalizzatur importanti għall-konservazzjoni tan-natura fl-UE, b'mod partikolari għall-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats u permezz tal-ġestjoni ta' Natura 2000. Il-bijodiversità u l-ekosistemi b'saħħithom huma wkoll essenzjali għat-tkabbir, għall-impjiegi u għall-ekonomija. Madwar 4,4 miljun impjieg jiddependu direttament fuq ekosistemi f'saħħithom fl-Ewropa u n-netwerk Natura 2000 jikkontribwixxi bejn 1,7 u 2,5 % għall-PDG tal-UE permezz tal-provvista ta' servizzi tal-ekosistema, bħall-ħżin tal-karbonju, il-purifikazzjoni tal-ilma, id-dakkir u t-turiżmu. Minkejja dan, il-miri tal-bijodiversità tal-UE għall-2020 u l-Miri tal-Bijodiversità Aichi mhux se jintlaħqu bl-andament kurrenti tal-telfien tal-bijodiversità. Sabiex iżżid l-isforzi tagħha, l-UE trid timpenja ruħha għal sforzi immedjati, sostanzjali u addizzjonali dwar il-konservazzjoni tan-natura.
Il-valutazzjoni tal-impatt tiddikjara li approċċ immirat jiggarantixxi l-aħjar il-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, ibbażat fuq il-finanzjament ta' proġetti żgħar, meta mqabbel ma' fond akbar u aktar ġenerali għall-bijodiversità. Żieda fil-pakkett finanzjarju żżid il-portata u l-impatt ta' tali proġetti mmirati, filwaqt li tikkontribwixxi għal effetti ta' integrazzjoni u katalitiċi. Fuq din l-iskala, huwa importanti li jiġu żgurati t-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-effikaċja. Il-Parlament Ewropew saħaq li l-UE, u b'mod partikolari l-Istati Membri, iridu jiżguraw miri ċari, kwantitattivi, li jistgħu jitkejlu b'indikaturi tal-prestazzjoni, strumenti ta' monitoraġġ, proċessi ta' impenn u mekkaniżmi ta' rieżami u ta' rappurtar.
Il-klima u t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa
Il-miri tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2030, l-istrateġija tagħha ta' dekarbonizzazzjoni għall-2050 u fuq terminu twil, u l-impenji tagħha skont il-Ftehim ta' Pariġi jridu jitqabblu mal-politiki u r-riżorsi finanzjarji xierqa. Fil-QFP kurrenti, l-UE naqset milli tilħaq kull sena l-mira ta' nfiq tagħha relatata mal-klima. Minbarra l-benefiċċji għall-klima, it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa se toħloq l-impjiegi, tistimula t-tkabbir u ttejjeb is-sigurtà tal-enerġija. Il-Parlament Ewropew issottolinja li żieda fl-infiq relatat mal-klima għal minimu ta' 30 % fil-QFP 2021-2027 hija għalhekk essenzjali.
L-objettiv ta' dekarbonizzazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi jeħtieġ bidla rapida għal strateġija tal-enerġija nadifa u b'livell baxx ta' emissjonijiet. Sehem konsiderevoli taż-żieda proposta għall-Programm LIFE ġie allokat għas-subprogramm il-ġdid tat-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa. Dan jista' jitqies bħala żvilupp naturali, minħabba l-funzjonament partikolari tal-Programm LIFE; minkejja dan, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-infiq tal-Programm LIFE għandu jintuża biss biex jikkatalizza l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' proġetti ta' enerġija rinnovabbli u ta' effiċjenza fl-effiċjenza fl-enerġija.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (6.11.2018)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013
(COM(2018)0385 – C8-0249/2018 – 2018/0209(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Anneli Jäätteenmäki
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
It-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali huma problemi globali fuq skala kbira li għandhom impatt dejjem akbar fuq is-soċjetajiet tagħna. L-isfidi ambjentali ma jirrispettawx il-fruntieri. L-indirizzar tal-isfidi ambjentali b'mod responsabbli u sostenibbli jeħtieġ aktar kooperazzjoni fil-livelli kollha.
Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) huwa l-istrument ewlieni tal-Unjoni u l-uniku fond tal-UE ddedikat biss għall-objettivi ambjentali u klimatiċi. Meta titqies in-natura tal-problemi li qegħdin niffaċċjaw, huwa tassew ġustifikat li jissaħħaħ il-baġit tal-programm.
Kif ħeġġeġ il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet tal-14 ta' Marzu[1][1] u tat-30 ta' Mejju[2][2] dwar il-QFP li jmiss, il-pakkett finanzjarju tal-programm għandu jiġi rdoppjat meta mqabbel mal-livell ta' finanzjament tiegħu fil-QFP attwali.
Ir-Rapporteur tappoġġa l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew li jżid il-mira ġenerali tal-infiq tal-baġit tal-UE minn 25 għal 30 % bħala appoġġ għall-objettivi klimatiċi u li din għandha tintlaħaq kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard mill-2027. Barra minn hekk, minħabba l-mira tal-UE dwar l-integrazzjoni tal-klima, l-azzjonijiet relatati mal-klima ser jirċievu wkoll finanzjament minn għadd ta' programmi oħra fil-QFP li jmiss.
Ir-Rapporteur tqis li huwa importanti li jiġi żgurat it-tisħiħ finanzjarju għall-azzjonijiet ambjentali. Għaldaqstant hija tipproponi li jiġi allokat aktar finanzjament għas-subprogrammi Ambjent fi ħdan il-programm LIFE.
Ir-Rapporteur tirrikonoxxi l-ħidma tajba li saret mill-Kummissjoni, b'enfasi partikolari fuq ir-rwol katalitiku tal-finanzjament tal-programm LIFE u l-komplementarjetà tiegħu ma' strumenti oħra tal-Unjoni.
Ir-Rapporteur tilqa' wkoll il-proposta tal-Kummissjoni sabiex jiġi estiż u jissaħħaħ l-użu ta' proġetti integrati strateġiċi, li kellhom impatti pożittivi fuq l-innovazzjonijiet fil-qasam ambjentali.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal Regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjeta effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Din, min-naħa l-oħra, tirrikjedi azzjonijiet, b'enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali tal-output u tat-tniġġis ta' CO2, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u tal-preparazzjonijiet għall-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u fuq terminu twil. Il-Programm jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. |
(7) Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima tirrikjedi t-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjetà effiċjenti fl-użu tal-enerġija, sostenibbli, ċirkolari, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Din, min-naħa l-oħra, tirrikjedi azzjonijiet, b'enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali tal-output u tat-tniġġis ta' CO2, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u fuq terminu twil, skont l-għan tal-Ftehim ta' Pariġi. Il-Programm jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. |
Emenda 2 Proposta għal Regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija kontribuzzjoni essenzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b'kobenefiċċji għall-ambjent. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iffinanzjati sal-2020 taħt Orizzont 2020, jenħtieġ li jiġu integrati fil-Programm billi l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u li jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta' teknoloġija diġà disponibbli li se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-subprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għalhekk, id-data jenħtieġ li tinġabar u tiġi ddiseminata dwar l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet eżistenti ta' riċerka u innovazzjoni fil-proġetti LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa u l-predeċessuri tiegħu. |
(8) It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija kontribut essenzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b'kobenefiċċji għall-ambjent. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iffinanzjati sal-2020 taħt Orizzont 2020, jenħtieġ li jiġu integrati fil-Programm billi l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u li jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta' teknoloġija diġà disponibbli, għall-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija, li se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-subprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li tinġabar u tiġi ddisseminata data dwar l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet eżistenti ta' riċerka u innovazzjoni fil-proġetti LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa u l-predeċessuri tiegħu. |
Emenda 3 Proposta għal Regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-leġiżlazzjoni dwar l-Enerġija Nadifa jistmaw li t-twettiq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 se jeħtieġ investimenti addizzjonali ta' EUR 177 biljun kull sena fil-perjodu bejn l-2021 u l-2030. L-akbar lakuni huma marbuta mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini (l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira), fejn il-kapital irid jiġi dirett lejn proġetti ta' natura distribwita ħafna. Wieħed mill-għanijiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u għall-aggregazzjoni tal-proġetti, li permezz tiegħu jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u jikkatalizza investimenti f'enerġija nadifa billi juża wkoll l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt l-InvestEU. |
(9) Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-leġiżlazzjoni dwar l-Enerġija Nadifa jistmaw li t-twettiq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 se jeħtieġ investimenti addizzjonali ta' EUR 177 biljun kull sena fil-perjodu bejn l-2021 u l-2030. L-akbar lakuni huma marbuta mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini (l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira), fejn il-kapital irid jiġi dirett lejn proġetti ta' natura distribwita ħafna. Wieħed mill-għanijiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u għall-aggregazzjoni tal-proġetti, li permezz tiegħu jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u jikkatalizza investimenti fl-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza fl-enerġija, billi juża wkoll l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt l-InvestEU. |
Emenda 4 Proposta għal Regolament Premessa 9a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Il-programm LIFE huwa l-uniku programm iddedikat b'mod speċifiku għall-ambjent u l-azzjoni klimatika u għaldaqstant jiżvolġi rwol kruċjali fl-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'dawn l-oqsma; |
Emenda 5 Proposta għal Regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Filwaqt li jirriflettu l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta' mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet fi ħdan dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 61 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti. |
(24) Filwaqt li jirriflettu l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta' mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. L-azzjonijiet fi ħdan dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 61 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u dawn se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti. |
Emenda 6 Proposta għal Regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 5 450 000 000, f'termini ta' prezzijiet attwali. |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 6 442 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 7 272 000 000 fi prezzijiet attwali). |
Ġustifikazzjoni | |
Qed jiġi propost li l-pakkett finanzjarju jiġi emendat f'konformità mar-riżoluzzjonijiet tal-PE tal-14 ta' Marzu u tat-30 ta' Mejju dwar il-QFP li jmiss. | |
Emenda 7 Proposta għal Regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) EUR 3 500 000 000 għall-qasam Ambjent, li minnhom |
(a) 70 %, li jikkorrispondu għal EUR 4 509 400 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 5 090 400 000 fi prezzijiet attwali), għall-qasam Ambjent, li minnhom |
Ġustifikazzjoni | |
Il-programm LIFE huwa l-uniku fond tal-UE ddedikat kollu kemm huwa għall-objettivi tal-ambjent u tal-klima. Filwaqt li, fil-kuntest tal-mira tal-UE dwar l-integrazzjoni tal-klima, l-azzjonijiet relatati mal-klima ser jiġu ffinanzjati wkoll minn għadd ta' programmi oħra fil-QFP li jmiss, huwa kruċjali li jiġi żgurat it-tisħiħ finanzjarju għall-azzjonijiet ambjentali. Għaldaqstant huwa ġġustifikat li jiġi allokat aktar finanzjament għas-subprogrammi Ambjent fi ħdan il-programm LIFE (70 %, minflok 64,2 % kif propost mill-Kummissjoni). | |
Emenda 8 Proposta għal Regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) EUR 2 150 000 000 għas-subprogramm Natura u Bijodiversità u |
(1) 61 %, li jikkorrispondu għal EUR 2 750 734 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 3 105 144 000 fi prezzijiet attwali), għas-subprogramm Natura u Bijodiversità u |
Ġustifikazzjoni | |
Il-programm LIFE huwa l-uniku fond tal-UE ddedikat kollu kemm huwa għall-objettivi tal-ambjent u tal-klima. Filwaqt li, fil-kuntest tal-mira tal-UE dwar l-integrazzjoni tal-klima, l-azzjonijiet relatati mal-klima ser jiġu ffinanzjati wkoll minn għadd ta' programmi oħra fil-QFP li jmiss, huwa kruċjali li jiġi żgurat it-tisħiħ finanzjarju għall-azzjonijiet ambjentali. Għaldaqstant huwa ġġustifikat li jiġi allokat aktar finanzjament għas-subprogrammi Ambjent fi ħdan il-programm LIFE (70 %, minflok 64,2 % kif propost mill-Kummissjoni). | |
Emenda 9 Proposta għal Regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a – punt 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) EUR 1 350 000 000 għas-subprogramm Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja; |
(2) 39 %, li jikkorrispondu għal EUR 1 758 666 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 958 256 000 fi prezzijiet attwali), għas-subprogramm Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-programm LIFE huwa l-uniku fond tal-UE ddedikat kollu kemm huwa għall-objettivi tal-ambjent u tal-klima. Filwaqt li, fil-kuntest tal-mira tal-UE dwar l-integrazzjoni tal-klima, l-azzjonijiet relatati mal-klima ser jiġu ffinanzjati wkoll minn għadd ta' programmi oħra fil-QFP li jmiss, huwa kruċjali li jiġi żgurat it-tisħiħ finanzjarju għall-azzjonijiet ambjentali. Għaldaqstant huwa ġġustifikat li jiġi allokat aktar finanzjament għas-subprogrammi Ambjent fi ħdan il-programm LIFE (70 %, minflok 64,2 % kif propost mill-Kummissjoni). | |
Emenda 10 Proposta għal Regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) EUR 1 950 000 000 għall-qasam Azzjoni Klimatika, li minnhom |
(b) 30 %, li jikkorrispondu għal EUR 1 932 600 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 182 000 000 fi prezzijiet attwali), għall-qasam Azzjoni Klimatika, li minnhom |
Ġustifikazzjoni | |
Il-programm LIFE huwa l-uniku fond tal-UE ddedikat kollu kemm huwa għall-objettivi tal-ambjent u tal-klima. Filwaqt li, fil-kuntest tal-mira tal-UE dwar l-integrazzjoni tal-klima, l-azzjonijiet relatati mal-klima ser jiġu ffinanzjati wkoll minn għadd ta' programmi oħra fil-QFP li jmiss, huwa kruċjali li jiġi żgurat it-tisħiħ finanzjarju għall-azzjonijiet ambjentali. Għaldaqstant huwa ġġustifikat li jiġi allokat aktar finanzjament għas-subprogrammi Ambjent fi ħdan il-programm LIFE (70 %, minflok 64,2 % kif propost mill-Kummissjoni). | |
Emenda 11 Proposta għal Regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) EUR 950 000 000 għas-subprogramm Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih u |
(1) 49 %, li jikkorrispondu għal EUR 946 974 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 069 180 000 fi prezzijiet attwali), għas-subprogramm Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih u |
Ġustifikazzjoni | |
Il-programm LIFE huwa l-uniku fond tal-UE ddedikat kollu kemm huwa għall-objettivi tal-ambjent u tal-klima. Filwaqt li, fil-kuntest tal-mira tal-UE dwar l-integrazzjoni tal-klima, l-azzjonijiet relatati mal-klima ser jiġu ffinanzjati wkoll minn għadd ta' programmi oħra fil-QFP li jmiss, huwa kruċjali li jiġi żgurat it-tisħiħ finanzjarju għall-azzjonijiet ambjentali. Għaldaqstant huwa ġġustifikat li jiġi allokat aktar finanzjament għas-subprogrammi Ambjent fi ħdan il-programm LIFE (70 %, minflok 64,2 % kif propost mill-Kummissjoni). | |
Emenda 12 Proposta għal Regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b – punt 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) EUR 1 000 000 000 għas-subprogramm Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa. |
(2) 51 %, li jikkorrispondu għal EUR 985 626 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 112 820 000 fi prezzijiet attwali), għas-subprogramm Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-programm LIFE huwa l-uniku fond tal-UE ddedikat kollu kemm huwa għall-objettivi tal-ambjent u tal-klima. Filwaqt li, fil-kuntest tal-mira tal-UE dwar l-integrazzjoni tal-klima, l-azzjonijiet relatati mal-klima ser jiġu ffinanzjati wkoll minn għadd ta' programmi oħra fil-QFP li jmiss, huwa kruċjali li jiġi żgurat it-tisħiħ finanzjarju għall-azzjonijiet ambjentali. Għaldaqstant huwa ġġustifikat li jiġi allokat aktar finanzjament għas-subprogrammi Ambjent fi ħdan il-programm LIFE (70 %, minflok 64,2 % kif propost mill-Kummissjoni). | |
Emenda 13 Proposta għal Regolament Artikolu 18 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta regolarment dwar l-integrazzjoni tal-għanijiet tal-klima u tal-bijodiversità, inkluż l-ammont tan-nefqa. Il-kontribuzzjoni ta' dan ir-Regolament għall-mira ta' allokazzjoni ta' 25 % tal-baġit għat-twettiq tal-għanijiet tal-klima, għandha tiġi segwita permezz tas-sistema ta' markaturi klimatiċi tal-Unjoni. L-infiq relatat mal-bijodiversità għandu jiġi segwit bl-użu ta' sett speċifiku ta' markaturi. Dawk il-metodi ta' segwiment għandhom jintużaw biex jikkwantifikaw l-approprjazzjonijiet ta' impenn li mistennija jikkontribwixxu rispettivament għall-għanijiet tal-klima u tal-bijodiversità tul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027 fil-livell xieraq ta' diżaggregazzjoni. L-infiq għandu jiġi ppreżentat kull sena fid-Dikjarazzjoni tal-Programm tal-baġit. Il-kontribuzzjoni tal-Programm għall-għanijiet tal-klima u tal-bijodiversità tal-Unjoni għandha tiġi rrapportata regolarment fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tar-rapport annwali. |
4. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta regolarment dwar l-integrazzjoni tal-għanijiet tal-klima u tal-bijodiversità, inkluż l-ammont tan-nefqa. Il-kontribuzzjoni ta' dan ir-Regolament għall-mira ta' allokazzjoni tal-baġit għat-twettiq tal-għanijiet tal-klima, li għandha tkun ta' 25 % matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027 u bħala mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027, għandha tiġi segwita permezz tas-sistema ta' markaturi klimatiċi tal-Unjoni. L-infiq relatat mal-bijodiversità għandu jiġi segwit bl-użu ta' sett speċifiku ta' markaturi. Dawk il-metodi ta' segwiment għandhom jintużaw biex jikkwantifikaw l-approprjazzjonijiet ta' impenn li mistennija jikkontribwixxu rispettivament għall-għanijiet tal-klima u tal-bijodiversità tul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027 fil-livell xieraq ta' diżaggregazzjoni. L-infiq għandu jiġi ppreżentat kull sena fid-Dikjarazzjoni tal-Programm tal-baġit. Il-kontribuzzjoni tal-Programm għall-għanijiet tal-klima u tal-bijodiversità tal-Unjoni għandha tiġi rrapportata regolarment fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tar-rapport annwali.
|
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
L-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) |
||||
Referenzi |
COM(2018)0385 – C8-0249/2018 – 2018/0209(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 14.6.2018 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 14.6.2018 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Anneli Jäätteenmäki 11.7.2018 |
||||
Eżami fil-kumitat |
26.9.2018 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
5.11.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
26 2 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Karine Gloanec Maurin, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Marco Valli |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Michael Detjen, Stefan Gehrold |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
26 |
+ |
|
ALDE |
Jean Arthuis, Gérard Deprez |
|
ECR |
Zbigniew Kuźmiuk |
|
EFDD |
Marco Valli |
|
NI |
Eleftherios Synadinos |
|
PPE |
Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Stefan Gehrold, Ingeborg Gräßle, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Inese Vaidere |
|
S&D |
Michael Detjen, Eider Gardiazabal Rubial, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken |
|
VERTS/ALE |
Indrek Tarand |
|
2 |
- |
|
ECR |
Bernd Kölmel |
|
ENF |
André Elissen |
|
1 |
0 |
|
ENF |
Marco Zanni |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] [1] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020 (2017/2052(INI))
- [2] [2] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji (2018/2714(RSP))
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (18.10.2018)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013
(COM(2018)0385 – C8-0249/2018 – 2018/0209(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Maria Gabriela Zoană
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-programm LIFE huwa strument għall-finanzjament tal-politika tal-Unjoni favur il-protezzjoni tal-ambjent u tal-bijodiversità u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Dan jikkontribwixxi għall-għan tal-Unjoni li tonfoq 25 % tan-nefqa globali fuq l-għanijiet klimatiċi. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020, il-Parlament Ewropew iddeċieda li dan l-għan għandu jiżdied għal 30 %.
Il-programm jiffinanzja proġetti taħt is-subprogrammi "Natura u Bijodiversità", "l-Ekonomija Ċirkolari u l-Kwalità tal-Ħajja", "Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih" u "Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa". L-għan tal-programm huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Dan isir billi jiġu promossi tekniki innovattivi fil-qasam tal-politika ambjentali, u ġeneralment billi jinstabu modi kif tittejjeb l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni f'dan il-qasam.
Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Programm LIFE għall-2021 sal-2027 tqis għadd ta' punti ta' tħassib tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. B'mod partikolari, il-proposta:
– tipprovdi sinerġiji bejn il-Programm LIFE u l-fondi tal-politika ta' koeżjoni;
– fiha regoli speċifiċi għall-finanzjament fir-Reġjuni Ultraperiferiċi u l-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej, inkluż l-iskema għall-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji extra-Ewropej (BEST);
– tippermetti l-estensjoni tal-programm għal pajjiżi terzi taħt ċerti kundizzjonijiet;
– tagħti post sinifikanti għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki.
Għalhekk, ir-rapporteur għal opinjoni tipproponi l-approvazzjoni ta' dan il-programm, b'għadd ta' emendi sabiex:
– tiġi enfasizzata r-rabta bejn il-politika ta' koeżjoni u l-Programm LIFE;
– l-awtoritajiet reġjonali u lokali jingħataw rwol aktar;
– jiġu appoġġati proġetti ta' bini ta' kapaċità amministrattiva;
– tiġi enfasizzata l-importanza tal-finanzjament ambjentali għar-Reġjuni Ultraperiferiċi u għall-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej;
– tingħata preċiżjoni akbar lill-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-programm ta' pajjiżi terzi, inklużi ex Stati Membri tal-Unjoni.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Il-Programm, li jimmira li jikseb l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni, mill-pjanijiet, mill-politika u mill-impenji internazzjonali fil-qasam tal-ambjent, il-klima u l-enerġija nadifa, jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, jew permezz ta' interventi diretti jew bl-appoġġ tal-integrazzjoni ta' dawk l-għanijiet f'politiki oħra. |
(3) Il-Programm, li jimmira li jikseb l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni, mill-pjanijiet, mill-politika u mill-impenji internazzjonali fil-qasam tal-ambjent, il-klima u l-enerġija nadifa, jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, għall-preservazzjoni, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, jew permezz ta' interventi diretti jew bl-appoġġ tal-integrazzjoni ta' dawk l-għanijiet f'politiki oħra. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-Unjoni hija impenjata li tiżviluppa rispons komprensiv għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, li jenfasizza l-konnessjoni intrinsika bejn il-ġestjoni tar-riżorsi naturali biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħhom fuq perjodu ta' żmien twil, is-servizzi ekosistemiċi, ir-rabta tagħhom mas-saħħa tal-bniedem u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u soċjalment inklużiv. F'dan l-ispirtu, il-Programm jenħtieġ li jagħti kontribuzzjoni materjali kemm għall-iżvilupp ekonomiku kif ukoll għall-koeżjoni soċjali. |
(4) L-Unjoni Ewropea kollha hija impenjata li tiżviluppa rispons komprensiv għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, li jenfasizza l-konnessjoni intrinsika bejn il-ġestjoni tar-riżorsi naturali biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħhom fuq perjodu ta' żmien twil, is-servizzi ekosistemiċi, ir-rabta tagħhom mas-saħħa tal-bniedem u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u soċjalment inklużiv. Dan se jikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi. F'dan l-ispirtu, il-Programm jenħtieġ li jagħti kontribuzzjoni materjali kemm għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli kif ukoll għall-koeżjoni soċjali u territorjali. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjeta effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Din, min-naħa l-oħra, tirrikjedi azzjonijiet, b'enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali tal-output u tat-tniġġis ta' CO2, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u tal-preparazzjonijiet għall-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u fuq terminu twil. Il-Programm jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. |
(7) Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjetà effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Din, min-naħa l-oħra, tirrikjedi azzjonijiet, b'enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali tal-output u tat-tniġġis ta' CO2, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri, inkluż fil-livell reġjonali u f'dak lokali, u tal-preparazzjonijiet għall-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u fuq terminu twil. Il-Programm jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE: l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE (2016/2250(INI)), fakkar fil-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi fir-rigward tal-ambjent u l-azzjoni klimatika. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija kontribuzzjoni essenzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b'kobenefiċċji għall-ambjent. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iffinanzjati sal-2020 taħt Orizzont 2020, jenħtieġ li jiġu integrati fil-Programm billi l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u li jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta' teknoloġija diġà disponibbli li se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-subprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għalhekk, id-data jenħtieġ li tinġabar u tiġi ddiseminata dwar l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet eżistenti ta' riċerka u innovazzjoni fil-proġetti LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa u l-predeċessuri tiegħu. |
(8) It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija kontribuzzjoni essenzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b'kobenefiċċji għall-ambjent. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iffinanzjati sal-2020 taħt Orizzont 2020, jenħtieġ li jiġu integrati fil-Programm billi l-għan tagħhom huwa li jiffaċilitaw l-adozzjoni ta' teknoloġija diġà disponibbli, li se tikkontribwixxi għall-indirizzar tal-isfidi ambjentali, għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-ksib tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni. L-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-subprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għalhekk, id-data jenħtieġ li tinġabar u tiġi ddisseminata dwar l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet eżistenti ta' riċerka u innovazzjoni fil-proġetti LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa u programmi eżistenti oħrajn u l-predeċessuri tagħhom. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-leġiżlazzjoni dwar l-Enerġija Nadifa jistmaw li t-twettiq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 se jeħtieġ investimenti addizzjonali ta' EUR 177 biljun kull sena fil-perjodu bejn l-2021 u l-2030. L-akbar lakuni huma marbuta mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini (l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira), fejn il-kapital irid jiġi dirett lejn proġetti ta' natura distribwita ħafna. Wieħed mill-għanijiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u għall-aggregazzjoni tal-proġetti, li permezz tiegħu jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u jikkatalizza investimenti f'enerġija nadifa billi juża wkoll l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt l-InvestEU. |
(9) Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-leġiżlazzjoni dwar l-Enerġija Nadifa jistmaw li t-twettiq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 se jeħtieġ investimenti addizzjonali ta' EUR 177 biljun kull sena fil-perjodu bejn l-2021 u l-2030. L-akbar lakuni huma marbuta mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini (l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira), fejn il-kapital irid jiġi dirett lejn proġetti ta' natura distribwita ħafna. Wieħed mill-għanijiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u għall-aggregazzjoni tal-proġetti, b'konċentrazzjoni fuq il-potenzjal enerġetiku speċifiku tar-reġjuni, li permezz tiegħu jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u jikkatalizza investimenti f'enerġija nadifa billi juża wkoll l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt l-InvestEU. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Is-sinerġiji ma' Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiżguraw li l-bżonnijiet fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali, klimatiċi u tal-enerġija fi ħdan l-UE jiġu identifikati u stabbiliti matul il-proċess tal-ippjanar strateġiku tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' Orizzont Ewropa. LIFE jenħtieġ li jkompli jaġixxi bħala katalizzatur għall-implimentazzjoni tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija nadifa, inkluż billi jintużaw u jiġu applikati r-riżultati tar-riċerka u tal-innovazzjoni minn Orizzont Ewropa u jgħin biex dawn jintużaw fuq skala ikbar fejn dawn jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ambjentali, klimatiċi jew ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni ta' Orizzont Ewropa jista' jipprovdi appoġġ għall-espansjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ideat rivoluzzjonarji ġodda li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-proġetti LIFE. |
(10) Is-sinerġiji ma' Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiżguraw li l-bżonnijiet fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali, klimatiċi u tal-enerġija fi ħdan l-UE jiġu identifikati u stabbiliti matul il-proċess tal-ippjanar strateġiku tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' Orizzont Ewropa. LIFE jenħtieġ li jkompli jaġixxi bħala katalizzatur għall-implimentazzjoni tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija nadifa, inkluż billi jintużaw u jiġu applikati r-riżultati tar-riċerka u tal-innovazzjoni minn Orizzont Ewropa u jgħin biex dawn jintużaw fuq skala ikbar fejn dawn jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ambjentali, klimatiċi jew ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Il-proċedura ta' applikazzjoni u evalwazzjoni fil-Programm LIFE l-ġdid, aktar kumplessa mil-lat amministrattiv, għandha tiġi ssimplifikata billi jiġi segwit il-mudell tar-regoli u l-proċeduri tal-Orizzont 2020. Il-Programm LIFE l-ġdid għandu jinkorpora komponenti ta' suċċess tal-Orizzont 2020 fil-pjanijiet ta' implimentazzjoni futuri tiegħu. Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni ta' Orizzont Ewropa jista' jipprovdi appoġġ għall-espansjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ideat rivoluzzjonarji ġodda li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-proġetti LIFE. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Il-pakkett tal-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali21 tal-Unjoni l-aktar reċenti jindika li jenħtieġ progress sinifikanti biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-ambjent u biex tittejjeb l-integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali u klimatiċi f'politiki oħra. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jaġixxi bħala katalizzatur biex jikseb il-progress meħtieġ permezz tal-iżvilupp, tal-ittestjar u tar-replikazzjoni ta' approċċi ġodda; l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika, il-monitoraġġ u l-analiżi; it-tisħiħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati; il-mobilizzazzjoni tal-investimenti li ġejjin mill-programmi kollha ta' investiment tal-Unjoni jew minn sorsi finanzjarji oħra u l-appoġġ għal azzjonijiet biex jingħelbu d-diversi ostakli għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ewlenin meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ambjentali. |
(12) Il-pakkett tal-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali21 tal-Unjoni l-aktar reċenti jindika li jenħtieġ progress sinifikanti biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-ambjent u biex tittejjeb l-integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali u klimatiċi f'politiki oħra. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jaġixxi bħala katalizzatur biex jikseb il-progress meħtieġ permezz tal-iżvilupp, tal-ittestjar u tar-replikazzjoni u taż-żieda fil-viżibilità ta' approċċi ġodda u l-aħjar prattika; l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika, il-koerenza, il-konsistenza, il-monitoraġġ u l-analiżi; il-promozzjoni għal koordinazzjoni aktar effikaċi bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali; it-tisħiħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, l-NGOs, iċ-ċentri ta' riċerka u n-negozji; il-mobilizzazzjoni tal-investimenti li ġejjin mill-programmi kollha ta' investiment tal-Unjoni jew minn sorsi finanzjarji oħra u l-appoġġ għal azzjonijiet biex jingħelbu d-diversi ostakli għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ewlenin meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ambjentali. |
_________________ |
_________________ |
21 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-analiżi tal-implimentazzjoni ambjentali tal-UE: L-isfidi ewlenin u kif se ngħaqqdu l-isforzi biex nagħtu riżultati aħjar (COM/2017/063 final). |
21 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-analiżi tal-implimentazzjoni ambjentali tal-UE: L-isfidi ewlenin u kif se ngħaqqdu l-isforzi biex nagħtu riżultati aħjar (COM/2017/063 final). |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, inkluż f'ekosistemi tal-baħar, jeħtieġu appoġġ għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar u għall-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni, inkluża l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-202022, id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE23 u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u r-Regolament (UE) 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika u bl-iżvilupp, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni u l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet fuq skala żgħira jew imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inklużi approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-oqsfa ta' azzjoni prijoritizzati ppreparati fuq il-bażi tad-Direttiva 92/43/KEE. L-Unjoni jenħtieġ li ssegwi n-nefqa tagħha relatata mal-bijodiversità sabiex tissodisfa l-obbligi ta' rappurtar tagħha skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Jenħtieġ li jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti għas-segwiment f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. |
(13) It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, inkluż f'ekosistemi tal-baħar, jeħtieġu appoġġ għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar u għall-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni, inkluża l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-202022, id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE23 u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u r-Regolament (UE) 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika u bl-iżvilupp, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni u l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet fuq skala żgħira jew imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inklużi approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-oqsfa ta' azzjoni prijoritizzati ppreparati fuq il-bażi tad-Direttiva 92/43/KEE. Il-protezzjoni tal-bijodiversità ma tistax tiġi indirizzata waħedha, iżda hemm bżonn approċċ koordinat fil-livell tal-UE u dak internazzjonali. Jenħtieġ li l-Unjoni tagħti aktar attenzjoni u tiddedika aktar riżorsi għat-titjib tal-ġbir u tal-kollazzjoni tad-data bijoloġika u għall-konverżjoni ta' din id-data f'outputs li se jipprovdu konċentrazzjoni ġeografika mtejba tal-azzjoni ta' konservazzjoni. L-Unjoni jenħtieġ li ssegwi n-nefqa tagħha relatata mal-bijodiversità sabiex tissodisfa l-obbligi ta' rappurtar tagħha skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Jenħtieġ li jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti għas-segwiment f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. |
_________________ |
_________________ |
22 COM(2011) 244 final. |
22 COM(2011) 244 final. |
23 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7). |
23 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7). |
24 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7). |
24 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7). |
25 Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35). |
25 Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35). |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) L-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet reċenti, inkluż ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u l-Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni dwar in-Natura, jindikaw li waħda mill-kawżi sottostanti ewlenin tal-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura u tal-istrateġija għall-bijodiversità hija n-nuqqas ta' finanzjament adegwat. L-istrumenti ewlenin ta' finanzjament tal-Unjoni, inkluż il-[Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd], jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jintlaħqu dawk il-ħtiġijiet. Il-Programm jista' jtejjeb aktar l-effiċjenza ta' tali integrazzjoni permezz ta' proġetti strateġiċi dwar in-natura ddedikati għall-katalizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-Unjoni dwar in-natura u l-bijodiversità, inklużi l-azzjonijiet stabbiliti fl-Oqfsa ta' Azzjoni ta' Prijorità żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE. Il-proġetti strateġiċi dwar in-natura jenħtieġ li jappoġġaw programmi ta' azzjonijiet fl-Istati Membri għall-integrazzjoni tal-għanijiet tan-natura u tal-bijodiversità rilevanti f'politiki oħra u fi programmi ta' finanzjament, u b'hekk ikun żgurat li jiġu mmobilizzati fondi adattati għall-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fi ħdan il-Pjan Strateġiku għall-Politika Agrikola Komuni li jużaw ċertu proporzjon tal-allokazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali biex jinkiseb appoġġ għal azzjonijiet li jikkomplementaw il-Proġetti Strateġiċi dwar in-Natura kif definiti f'dan ir-Regolament. |
(14) L-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet reċenti, inkluż ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u l-Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni dwar in-Natura, jindikaw li waħda mill-kawżi sottostanti ewlenin tal-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura u tal-istrateġija għall-bijodiversità hija n-nuqqas ta' finanzjament adegwat u l-koordinazzjoni aħjar bejn l-istituzzjonijiet governattivi u xjentifiċi. L-istrumenti ewlenin ta' finanzjament tal-Unjoni, inkluż b'mod partikolari l-Fondi SIE, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jintlaħqu dawk il-ħtiġijiet. Il-Programm jeħtieġlu jtejjeb aktar l-effiċjenza ta' tali integrazzjoni permezz ta' proġetti strateġiċi dwar in-natura ddedikati għas-sostenibbiltà u l-konservazzjoni u għall-katalizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-Unjoni dwar in-natura u l-bijodiversità, inklużi l-azzjonijiet stabbiliti fl-Oqfsa ta' Azzjoni ta' Prijorità żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE. F'ħafna Stati Membri, il-parti l-kbira tal-ekosistemi ġiet degradata; ir-restawr tal-ekosistemi jikkontribwixxi biex iwaqqaf it-telfien tal-bijodiversità, u jissalvagwardja s-servizzi tal-ekosistema li dawn jipprovdu. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika biex il-proċessi naturali jingħataw spazju biex jirrestawraw u jsostnu l-ekosistemi, u biex jitħeġġu sħubijiet ma' setturi ekonomiċi oħra, bħall-forestrija u l-ġestjoni tal-ilma, fl-iżvilupp ta' ekonomiji bbażati fuq in-natura. Il-proġetti strateġiċi dwar in-natura jenħtieġ li jappoġġaw programmi ta' azzjonijiet fl-Istati Membri għall-integrazzjoni tal-għanijiet tan-natura u tal-bijodiversità rilevanti f'politiki oħra u fi programmi ta' finanzjament, u b'hekk ikun żgurat li jiġu mmobilizzati fondi adattati b'sinerġija bejn id-diversi strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki, billi jintlaħaq bilanċ bejn il-protezzjoni tan-natura u l-ħtiġijiet tal-iżvilupp fil-livell lokali u f'dak reġjonali. L-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom jistgħu jiddeċiedu fi ħdan il-Pjan Strateġiku għall-Politika Agrikola Komuni li jużaw ċertu proporzjon tal-allokazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali biex jinkiseb appoġġ għal azzjonijiet li jikkomplementaw il-Proġetti Strateġiċi dwar in-Natura kif definiti f'dan ir-Regolament. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) L-iskema volontarja għall-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji extra-Ewropej (BEST) tippromwovi l-konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluża l-bijodiversità tal-baħar, u l-użu sostenibbli ta' servizzi ekosistemiċi, inklużi approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-Unjoni u fil-Pajjiżi u fit-Territorji extra-Ewropej. L-iskema BEST għenet biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ekoloġika tar-Reġjuni Ultraperiferiċi u tal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej għall-konservazzjoni tal-bijodiversità globali. Fid-Dikjarazzjonijiet Ministerjali tagħhom tal-2017 u l-2018, il-Pajjiżi u t-Territorjiextra-Ewropej esprimew l-apprezzament tagħhom għal din l-iskema ta' għotjiet żgħar għall-bijodiversità. Huwa xieraq li l-Programm jitħalla jkompli jiffinanzja għotjiet żgħar għall-bijodiversità kemm fir-Reġjun Ultraperiferiċi kif ukoll fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej. |
(15) L-iskema volontarja għall-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji extra-Ewropej (BEST) tippromwovi l-konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluża l-bijodiversità tal-baħar, u l-użu sostenibbli ta' servizzi ekosistemiċi, inklużi approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-Unjoni u fil-Pajjiżi u fit-Territorji extra-Ewropej. L-iskema BEST għenet biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ekoloġika tar-Reġjuni Ultraperiferiċi u tal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej għall-konservazzjoni tal-bijodiversità globali. Fid-Dikjarazzjonijiet Ministerjali tagħhom tal-2017 u l-2018, il-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej esprimew l-apprezzament tagħhom għal din l-iskema ta' għotjiet żgħar għall-bijodiversità. Għalhekk jeħtieġ li din l-iskema ssir sostenibbli billi tiġi integrata fil-Programm LIFE u billi jiġi żgurat li l-baġit tagħha jkollu riżorsi finanzjarji ambizzjużi. Il-Programm jeħtieġlu jkompli jiffinanzja għotjiet żgħar għall-bijodiversità kemm fir-Reġjun Ultraperiferiċi kif ukoll fil-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej, b'hekk jagħti effett għar-responsabbiltà tal-Unjoni lejn dawn l-oqsma, jiżgura l-ilħiq tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni, u jagħti kontribut għall-koeżjoni soċjali u territorjali. Din l-iskema ma tissostitwixxix finanzjament ieħor għar-reġjuni ultraperiferiċi taħt il-Programm LIFE. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari teħtieġ bidla fil-mentalità fir-rigward tat-tfassil, il-produzzjoni, il-konsum u r-rimi ta' materjali u prodotti, inklużi l-plastiks. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn mudell ta' ekonomija ċirkolari permezz ta' appoġġ finanzjarju mmirat lejn varjetà ta' atturi (in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi), b'mod partikolari billi japplika, jiżviluppa u jirreplika l-aħjar teknoloġiji, prattiki u soluzzjonijiet imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inkluż permezz ta' approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-immaniġġjar u l-prevenzjoni tal-iskart. Permezz ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-plastiks, tista' tittieħed azzjoni biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-iskart tal-baħar. |
(16) Il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari teħtieġ bidla fil-mentalità fir-rigward tat-tfassil, il-produzzjoni, il-konsum u r-rimi ta' materjali u prodotti, inklużi l-plastiks. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn mudell ta' ekonomija ċirkolari permezz ta' appoġġ finanzjarju mmirat lejn varjetà ta' atturi (in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali u lokali u l-konsumaturi), b'mod partikolari billi japplika, jiżviluppa u jirreplika l-aħjar teknoloġiji, prattiki u soluzzjonijiet imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inkluż permezz ta' approċċi territorjali integrati għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-immaniġġjar u l-prevenzjoni tal-iskart. Permezz ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-plastiks, tista' tittieħed azzjoni biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-iskart tal-baħar, u b'hekk jingħata kontribut għall-preservazzjoni tal-bijodiversità tal-baħar. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) It-titjib tal-governanza fuq kwistjonijiet ambjentali, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa jeħtieġ l-involviment tas-soċjetà ċivili billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, l-involviment tal-konsumaturi u t-twessigħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjoni nongovernattivi, f'konsultazzjoni dwar il-politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom. |
(20) It-titjib tal-governanza fil-livelli kollha fuq kwistjonijiet ambjentali, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa jeħtieġ l-involviment tas-soċjetà ċivili billi tiżdied il-komunikazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, l-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, tal-konsumaturi u t-twessigħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjoni nongovernattivi, is-sħab u n-negozji fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni f'konsultazzjoni dwar il-politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Il-Programm jenħtieġ li jħejji u jappoġġa lill-atturi fis-suq għal tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima billi jittestja opportunitajiet tan-negozju ġodda, jaġġorna l-ħiliet professjonali, jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi sostenibbli, jinvolvi u jagħti s-setgħa lill-influwenzaturi u jittestja metodi ġodda biex jiġu adattati l-proċessi u l-pajsaġġ kummerċjali eżistenti. Biex tkun appoġġata l-adozzjoni kummerċjali usa' ta' soluzzjonijiet sostenibbli, jenħtieġ li jiġu promossi l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-involviment tal-konsumatur. |
(22) Il-Programm jenħtieġ li jħejji u jappoġġa lill-atturi fis-suq għal tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima billi jittestja opportunitajiet tan-negozju ġodda, jaġġorna l-ħiliet professjonali, jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi sostenibbli, jinvolvi u jabilita lill-influwenzaturi u jittestja metodi ġodda biex jiġu adattati l-proċessi u l-pajsaġġ kummerċjali eżistenti, kif ukoll jinvolvi l-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni tal-għanijiet fil-kuntest tal-ekonomija ċirkolari. Biex tkun appoġġata l-adozzjoni kummerċjali usa' ta' soluzzjonijiet sostenibbli, jenħtieġ li jiġu promossi l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-involviment tal-konsumatur, inkluż permezz ta' kampanji tal-midja. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Fil-livell tal-Unjoni, investimenti kbar f'azzjonijiet ambjentali u klimatiċi huma primarjament iffinanzjati minn programmi ta' finanzjament ewlenin tal-Unjoni (integrazzjoni). Fil-kuntest tar-rwol katalitiku tagħhom, il-proġetti strateġiċi integrati u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura li jridu jiġu żviluppati taħt il-Programm jenħtieġ li jisfruttaw opportunitajiet ta' finanzjament fi ħdan dawk il-programmi ta' finanzjament u sorsi oħrajn ta' finanzjament bħalma huma l-fondi nazzjonali, u joħolqu s-sinerġiji. |
(23) Fil-livell tal-Unjoni, investimenti kbar f'azzjonijiet ambjentali u klimatiċi huma primarjament iffinanzjati minn programmi ta' finanzjament ewlenin tal-Unjoni (integrazzjoni), inkluż il-fondi ta' koeżjoni. Fil-kuntest tar-rwol katalitiku tagħhom, il-proġetti strateġiċi integrati u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura li jridu jiġu żviluppati taħt il-Programm jenħtieġ li jisfruttaw opportunitajiet ta' finanzjament fi ħdan dawk il-programmi ta' finanzjament u sorsi oħrajn ta' finanzjament bħalma huma l-fondi nazzjonali, u joħolqu s-sinerġiji. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta' mira ġenerali ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet fi ħdan dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 61 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti. |
(24) Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta' mira ġenerali ta' 30 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet fi ħdan dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 61 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) Fl-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi fid-dawl tal-Artikolu 349 TFUE u l-ħtiġijiet u l-vulnerabilitajiet speċifiċi ta' dawn ir-reġjuni. Il-politiki tal-Unjoni, għajr il-politiki ambjentali, klimatiċi u ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa rilevanti, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll. |
(25) Skont l-Artikoli 174 u 349 tat-TFUE, l-implimentazzjoni tal-Programm trid tirrispetta l-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi, li huma parti integrali tal-Unjoni, u, b'mod ġenerali, tkopri l-ħtiġijiet, il-karatteristiċi, il-limitazzjonijiet u l-vulnerabbiltajiet speċifiċi tar-reġjuni li jsofru minn restrizzjonijiet naturali u demografiċi severi u permanenti. Din l-implimentazzjoni tista' tikkontribwixxi wkoll għal tnaqqis tal-inugwaljanzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni differenti u għal tnaqqis tad-defiċit ta' żvilupp tar-reġjuni l-aktar żvantaġġati, inklużi l-isfidi speċifiċi tal-implimentazzjoni ta' politiki favur l-ambjent li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenza fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għall-klima, u għall-preservazzjoni tal-bijodiversità. Il-politiki tal-Unjoni, għajr il-politiki ambjentali, klimatiċi u ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa rilevanti, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 26 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) B'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkollabora mal-punti ta' kuntatt nazzjonali tal-Programm, torganizza seminars u workshops, tippubblika listi ta' proġetti ffinanzjati taħt il-Programm jew twettaq attivitajiet oħra biex ixxandar ir-riżultati tal-proġetti u biex tiffaċilita skambji ta' esperjenza, għarfien u l-aħjar prattiki u r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġetti fl-Unjoni kollha. Jenħtieġ li dawn l-attivitajiet, b'mod partikolari, ikunu mmirati għall-Istati Membri b'użu baxx ta' fondi u jenħtieġ li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-benefiċjarji tal-proġetti, l-applikanti jew il-partijiet ikkonċernati ta' proġetti li tlestew u dawk li għadhom għaddejjin fl-istess qasam. |
(26) B'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkollabora mal-punti ta' kuntatt nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Programm, torganizza seminars u workshops, tippubblika listi ta' proġetti ffinanzjati taħt il-Programm jew twettaq attivitajiet oħra, bħall-kampanji tal-midja, sabiex ixxandar aħjar ir-riżultati tal-proġetti u biex tiffaċilita skambji ta' esperjenza, għarfien u l-aħjar prattiki u r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġetti fl-Unjoni kollha, u b'hekk tippromwovi l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni. Jenħtieġ li dawn l-attivitajiet, b'mod partikolari, ikunu mmirati għall-Istati Membri b'użu baxx ta' fondi u jenħtieġ li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-benefiċjarji tal-proġetti, l-applikanti jew il-partijiet ikkonċernati ta' proġetti li tlestew u dawk li għadhom għaddejjin fl-istess qasam. Huwa essenzjali li l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati jkunu involuti f'din il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 31 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(31) It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Fir-rigward tal-għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta' kostijiet unitarji. |
(31) It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu l-aħjar riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, ir-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità u r-rata ta' kofinanzjament imqabbla ma' strumenti ta' ġestjoni diretta oħrajn. Fir-rigward tal-għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta' kostijiet unitarji. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 33 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(33) Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE, l-entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew it-territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Il-parteċipazzjoni ta' dawn l-entitajiet f'dan il-Programm jenħtieġ li tiffoka primarjament fuq proġetti taħt is-subprogramm Natura u Bijodiversità. |
(33) Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE, l-entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE), fejn l-Unjoni hija responsabbli għalihom, huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew it-territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Il-parteċipazzjoni ta' dawn l-entitajiet f'dan il-Programm jenħtieġ li tiffoka primarjament fuq proġetti taħt is-subprogramm Natura u Bijodiversità. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 35 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(35) Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. |
(35) Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi, inklużi ex Stati Membri tal-Unjoni, jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li jsir provvediment biex jitressaq rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fejn dan ikun f'loku. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (il-"Programm"). |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (il-"Programm") li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament. |
Dan jipprevedi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) "proġetti strateġiċi dwar in-natura" tfisser proġetti li jappoġġaw il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità billi jimplimentaw programmi ta' azzjoni koerenti fl-Istati Membri biex jintegraw dawn l-għanijiet u l-prijoritajiet f'politiki u strumenti ta' finanzjament oħra, inkluż permezz ta' implimentazzjoni kkoordinata tal-oqfsa ta' azzjoni prijoritarji stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE; |
(1) "proġetti strateġiċi dwar in-natura" tfisser proġetti li jappoġġaw il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità billi jimplimentaw programmi ta' azzjoni koerenti fl-Istati Membri fil-livell nazzjonali, f'dak reġjonali, u f'dak lokali, biex jintegraw dawn l-għanijiet u l-prijoritajiet f'politiki u strumenti ta' finanzjament oħra, inkluż permezz ta' implimentazzjoni kkoordinata tal-oqfsa ta' azzjoni prijoritarji stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE; |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) "proġetti integrati strateġiċi" tfisser proġetti li jimplimentaw fuq skala reġjonali, multireġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali, strateġiji ambjentali jew klimatiċi jew pjanijiet ta' azzjoni żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u meħtieġa minn leġiżlazzjoni jew politiki speċifiċi u rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima jew l-enerġija nadifa, filwaqt li jiżguraw l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u jippromwovu l-koordinazzjoni u l-mobilizzazzjoni ta' mill-inqas sors wieħed ta' finanzjament ieħor tal-Unjoni, nazzjonali jew privat; |
(2) "proġetti integrati strateġiċi" tfisser proġetti li jimplimentaw fuq skala reġjonali, multireġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali, strateġiji ambjentali jew klimatiċi jew pjanijiet ta' azzjoni żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-livell nazzjonali, f'dak reġjonali u f'dak lokali, u meħtieġa minn leġiżlazzjoni jew politiki speċifiċi u rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima jew l-enerġija nadifa, filwaqt li jiżguraw l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u jippromwovu l-koordinazzjoni u l-mobilizzazzjoni ta' mill-inqas sors wieħed ta' finanzjament ieħor tal-Unjoni, nazzjonali jew privat; |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) "proġetti ta' azzjoni standard" tfisser proġetti, għajr proġetti integrati strateġiċi, proġetti strateġiċi dwar in-natura jew proġetti ta' assistenza teknika, li jsegwu l-għanijiet speċifiċi tal-Programm stabbiliti fl-Artikolu 3(2); |
(4) "proġetti ta' azzjoni standard" tfisser proġetti, għajr proġetti integrati strateġiċi, proġetti strateġiċi dwar in-natura jew proġetti ta' assistenza teknika, bħal proġetti minn isfel għal fuq (Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità) li jsegwu l-għanijiet speċifiċi tal-Programm stabbiliti fl-Artikolu 3(2); |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) "proġetti ta' bini ta' kapaċità amministrattiva" tfisser proġetti li permezz tagħhom l-awtoritajiet tal-Istati Membri jżidu l-kapaċità tagħhom biex iwettqu l-funzjonijiet, isolvu l-problemi u jilħqu l-objettivi, kif ukoll biex jifhmu u jittrattaw l-iżvilupp tagħhom f'kuntest usa' u b'mod sostenibbli. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli. |
L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija tar-riżorsi, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u rinnovabbli, għall-protezzjoni, l-preservazzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u jindirizza t-tibdil fil-klima. Il-Programm għandu jappoġġa aħjar il-governanza ambjentali u klimatika fil-livelli kollha, inkluż l-involviment qawwi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) li jiżviluppa, juri u jippromwovi tekniki u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-azzjoni klimatika, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, u li jikkontribwixxi għall-applikazzjoni tal-aħjar prassi fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità; |
(a) li jiżviluppa, juri u jippromwovi tekniki u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-azzjoni klimatika, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u rinnovabbli, u li jikkontribwixxi għall-applikazzjoni tal-aħjar prassi fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità; |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż billi jtejjeb il-governanza permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u tal-involviment tas-soċjetà ċivili; |
(b) li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, filwaqt li jtejjeb il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni, inkluż billi jtejjeb il-governanza f'diversi livelli permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u tal-involviment tas-soċjetà ċivili, inkluż fil-livell reġjonali u lokali; |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) li jikkatalizza l-użu fuq skala kbira ta' soluzzjonijiet tekniċi u relatati mal-politika ta' suċċess għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni billi jirreplika r-riżultati, jintegra l-għanijiet relatati f'politiki oħra u fil-prattiki tas-settur pubbliku u privat, u jimmobilizza l-investiment u jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament. |
(c) li jikkatalizza l-użu fuq skala kbira ta' soluzzjonijiet tekniċi u relatati mal-politika ta' suċċess għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni billi jirreplika r-riżultati u l-aħjar prattiki, jintegra l-għanijiet relatati f'politiki oħra u fil-prattiki tas-settur pubbliku u privat, inkluż fil-livell reġjonali u f'dak lokali, u jimmobilizza l-investiment u jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) is-subprogramm Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih; |
(a) is-subprogramm Governanza, Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih; |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 5 450 000 000, f'termini ta' prezzijiet attwali. |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 6 442 000 000, f'termini ta' prezzijiet tal-2018. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun: |
2. Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun: |
(a) EUR 3 500 000 000 għall-qasam Ambjent, li minnhom |
(a) EUR 4 122 880 000 għall-qasam Ambjent, li minnhom |
(1) EUR 2 150 000 000 għas-subprogramm Natura u Bijodiversità u |
(1) EUR 2 514 956 800 għas-subprogramm Natura u Bijodiversità u |
(2) EUR 1 350 000 000 għas-subprogramm Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja; |
(2) EUR 1 607 923 200 għas-subprogramm Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja; |
(b) EUR 1 950 000 000 għall-qasam Azzjoni Klimatika, li minnhom |
(b) EUR 2 319 120 000 għall-qasam Azzjoni Klimatika, li minnhom |
(1) EUR 950 000 000 għas-subprogramm Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih u |
(1) EUR 1 136 368 000 għas-subprogramm Governanza, Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih u |
(2) EUR 1 000 000 000 għas-subprogramm Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa. |
(2) EUR 1 182 751 200 għas-subprogramm Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi kampanji ta' sensibilizzazzjoni. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal attivitajiet ta' komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom ikopru wkoll komunikazzjoni korporattiva fir-rigward tal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-istatus ta' implimentazzjoni u traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima jew l-enerġija nadifa; |
(a) informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi kampanji tal-midja bħal sensibilizzazzjoni. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal attivitajiet ta' komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom ikopru wkoll komunikazzjoni korporattiva fir-rigward tal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-istatus ta' implimentazzjoni u traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima jew l-enerġija nadifa; |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) netwerking u pjattaformi tal-aħjar prattika; |
(e) netwerking u pjattaformi jew proġetti tal-aħjar prattika; |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dak il-ftehim |
(d) pajjiżi terzi oħra, inklużi ex Stati Membri tal-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dak il-ftehim |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d – inċiż 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha. |
– jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha, u jipprevedi rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fejn dan ikun f'loku. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Programm għandu jiġi implimentat b'tali mod li jiżgura l-konsistenza tiegħu mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u InvestEU, sabiex jinħolqu sinerġiji, b'mod partikolari fir-rigward tal-proġetti strateġiċi dwar in-natura u tal-proġetti integrati strateġiċi u biex jiġu appoġġati l-adozzjoni u r-replikazzjoni ta' soluzzjonijiet żviluppati fi ħdan il-Programm. |
Il-Programm għandu jiġi implimentat b'tali mod li jiżgura t-trasparenza, u l-konsistenza tiegħu mal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, u b'mod partikolari mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, kif ukoll ma' Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u InvestEU, sabiex jinħolqu sinerġiji, b'mod partikolari fir-rigward tal-proġetti strateġiċi dwar in-natura u tal-proġetti integrati strateġiċi u biex jiġu appoġġati l-adozzjoni u r-replikazzjoni ta' soluzzjonijiet żviluppati fi ħdan il-Programm. L-awtoritajiet reġjonali u lokali affettwati għandhom ikunu involuti fl-istadji rilevanti kollha tal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni. |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Kummissjoni għandha timmira għal distribuzzjoni annwali bbilanċjata tal-finanzjament ta' proġetti tradizzjonali bejn l-Istati Membri. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju. |
Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju, b'rata ta' kofinanzjament ta' massimu ta' 85 %. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) proġetti ta' bini ta' kapaċità amministrattiva; |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu; |
(1) Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, marbut miegħu; |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f'konsorzji ta' mill-inqas tliet entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f'pajjiżi jew f'territorji extra-Ewropej marbuta ma' dawk l-Istati jew f'pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm jew f'pajjiżi terzi oħra, huma eliġibbli. |
5. L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f'konsorzji ta' mill-inqas tliet entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f'pajjiżi jew f'territorji extra-Ewropej, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, marbuta ma' dawk l-Istati jew f'pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm jew f'pajjiżi terzi oħra, huma eliġibbli. |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) il-proġetti għandhom jirrispettaw il-prinċipju ġenerali tal-bilanċ ġeografiku; |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil proġetti f'żoni ġeografiċi bi bżonnijiet jew vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħalma huma żoni bi sfidi ambjentali speċifiċi jew b'restrizzjonijiet naturali, żoni transkonfinali jew reġjuni ultraperiferiċi. |
(f) fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil proġetti f'żoni ġeografiċi bi bżonnijiet jew vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħalma huma żoni bi sfidi ambjentali speċifiċi jew b'restrizzjonijiet naturali, żoni transfruntiera, żoni tat-Tramuntana b'popolazzjoni żgħira jew reġjuni ultraperiferiċi. |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) tingħata attenzjoni partikolari għall-għoti ta' fondi għall-implimentazzjoni ta' proġetti mwettqa fir-reġjuni ultraperiferiċi; |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni tas-Siġill ta' Eċċellenza, jew li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi u komparattivi li ġejjin: |
imħassar |
(a) ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti fi ħdan il-Programm; |
|
(b) jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità ta' dik is-sejħa għal proposti; |
|
(c) ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji. |
|
jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta' Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b'konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u mal-Artikolu [8] jew mar-Regolament (UE) XX [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li tali azzjonjiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ. |
|
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Il-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għandhom ikunu involuti kif xieraq fl-istadji kollha tal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma. |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) l-allokazzjoni ta' fondi f'kull subprogramm bejn il-ħtiġijiet tiegħu u bejn tipi differenti ta' finanzjament; |
(a) l-allokazzjoni ta' fondi f'kull subprogramm bejn il-ħtiġijiet tiegħu u bejn tipi differenti ta' finanzjament, kif ukoll ir-rati ta' kofinanzjament minimi u massimi f'kull każ; |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jaħtru uffiċjal għall-komunikazzjoni ("uffiċjal għall-komunikazzjoni tal-proġett") għal kull proġett speċifiku. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
L-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) |
||||
Referenzi |
COM(2018)0385 – C8-0249/2018 – 2018/0209(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 14.6.2018 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 14.6.2018 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Maria Gabriela Zoană 20.6.2018 |
||||
Eżami fil-kumitat |
13.9.2018 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
15.10.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Franc Bogovič, Victor Boştinaru, Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, John Flack, Aleksander Gabelic, Ivan Jakovčić, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Iskra Mihaylova, Konstantinos Papadakis, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Ramón Luis Valcárcel Siso, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Joachim Zeller |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Raffaele Fitto, John Howarth, Bronis Ropė, Davor Škrlec |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Asim Ademov, Arne Lietz |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
23 |
+ |
|
ALDE |
Ivan Jakovčić, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg |
|
ECR |
Raffaele Fitto, John Flack |
|
EFDD |
Rosa D'Amato |
|
PPE |
Asim Ademov, Franc Bogovič, Lambert van Nistelrooij, Stanislav Polčák, Ramón Luis Valcárcel Siso, Joachim Zeller |
|
S&D |
Victor Boştinaru, Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Aleksander Gabelic, John Howarth, Constanze Krehl, Arne Lietz, Louis-Joseph Manscour, Liliana Rodrigues |
|
VERTS/ALE |
Bronis Ropė, Davor Škrlec |
|
1 |
- |
|
NI |
Konstantinos Papadakis |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
It-tifsira tas-simboli:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (16.10.2018)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013
(COM(2018)0385 – C8-0249/2018 – 2018/0209(COD))
Rapporteur għal opinjoni: John Stuart Agnew
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu bejn l-2014 sal-2020 huwa l-aħħar wieħed minn sensiela ta' programmi tal-Unjoni li tul 25 sena appoġġaw l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u prijoritajiet tal-politika ambjentali u klimatiċi. Permezz tar-rwol katalitiku tiegħu, il-programm jappoġġa azzjonijiet fuq skala żgħira maħsuba biex jinbdew, jespandu jew jippromwovu prattiki tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum sostenibbli.
Ir-Regolament propost għandu l-għan li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) għall-perjodu li jibda fl-2021 u għandu jiġi appoġġat, meta titqies ir-rilevanza tal-programm biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-problemi fil-qasam tal-klima u l-ambjent. L-indirizzar tat-tibdil fil-klima huwa waħda mill-aktar sfidi dinjija importanti, u jirrikjedi rispons koordinat u ambizzjuż.
L-emendi proposti jikkonċernaw, b'mod partikolari, l-aspetti deskritti hawn taħt.
- Kjarifika tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm
Il-Programm għandu jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija, b'livell baxx ta' karbonju u reżiljenti għall-klima, fosthom permezz tat-tranżizzjoni għal sistema effiċjenti fl-użu tal-enerġija u msejsa fuq l-enerġija rinnovabbli. Għandhom jissemmew l-appoġġ ta' Natura 2000 u l-indirizzar tad-degradazzjoni tal-ekosistemi, kif ukoll il-ħtieġa ta' livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u azzjoni ambizzjuża dwar il-klima. Il-Programm għandu jappoġġa governanza ambjentali u klimatika aqwa fil-livelli kollha, fosthom titjib fl-involviment tal-NGOs tas-soċjetà ċivili u l-atturi lokali. Fl-għanijiet speċifiċi tal-Programm għandhom jiġu inklużi referenzi għall-biedja u sistemi tal-ikel, kif ukoll agrikoltura, ortikultura, forestrija u sajd sostenibbli. Barra minn hekk, il-Programm m'għandux idgħajjef l-għanijiet ta' leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni.
- Struttura tal-programm
It-taqsima "Ambjent" għandha tinkludi wkoll il-prattiki ta' biedja sostenibbli, bħall-bijodiversità tal-ħamrija u l-agrobijodiversità, il-qbid tal-karbonju, il-monitoraġġ tal-ħamrija, u l-protezzjoni tal-ħamrija u tal-ilma.
- Kriterji tal-għotjiet
Il-Proġetti ffinanzjati mill-Programm għandhom jagħtu kontribut sinifikanti għall-ilħuq ta' mill-inqas wieħed mill-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament propost; għandhom jevitaw li jdgħajfu leġiżlazzjoni u prijoritajiet tal-politika oħra tal-Unjoni, notevolment l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-produzzjoni tal-ikel. Barra minn hekk, għandhom jingħataw prijorità l-proġetti bl-ikbar potenzjal ta' involviment u ta' kooperazzjoni intelliġenti mas-soċjetà ċivili, is-sidien tal-art, l-agrikoltura, l-ortikoltura u l-forestrija. Il-Kummissjoni għandha tiżgura bilanċ ġeografiku għall-proġetti ffinanzjati mill-Programm.
- Spejjeż eliġibbli relatati max-xiri tal-art
Fil-passat, l-art agrikola kienet tinxtara jew tiġi esproprjata bl-użu ta' fondi LIFE, u dan kien joħloq kontroversja pubblika. Ix-xiri tal-art, meta japplika, għandu jkun l-uniku mezz sabiex jintlaħaq ir-riżultat mixtieq. Għandha tingħata preferenza lill-kooperazzjoni mal-bdiewa biex jinkisbu l-għanijiet ta' konservazzjoni.
- Programmazzjoni, monitoraġġ, rappurtar u evalwazzjoni
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta programmi ta' ħidma pluriennali għall-programm LIFE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25 il-ġdid propost, b'konformità mal-programm LIFE attwali. Il-Kumitat LIFE għandu jinżamm. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-koleġiżlaturi u l-partijiet ikkonċernati jiġu kkonsultati b'mod adegwat meta jiġu żviluppati l-programmi ta' ħidma.
L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha, fejn ikun meħtieġ, tkun akkumpanjata minn proposta għal emenda tar-Regolament propost. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet disponibbli pubblikament. Barra minn hekk, l-evalwazzjonijiet għandhom jinkludu l-valutazzjoni tas-sinerġiji bejn il-Programm u programmi oħra komplementari tal-Unjoni, u bejn is-subprogrammi tiegħu.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-politika u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima u l-enerġija nadifa wasslu għal titjib sostanzjali fl-istat tal-ambjent. Madankollu, għad baqa' sfidi ambjentali u klimatiċi kbar li, jekk ma jiġux indirizzati, se jkollhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għall-Unjoni u għall-benessri taċ-ċittadini tagħha. |
(1) Il-politika u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima u l-enerġija nadifa wasslu għal titjib sostanzjali fl-istat tal-ambjent. L-integrazzjoni tal-miżuri ambjentali f'oqsma oħra tal-politika, bħall-agrikoltura u l-enerġija, iġġib magħha titjib sostanzjali fl-istat tal-ambjent. Madankollu, għad baqa' sfidi ambjentali u klimatiċi kbar li, jekk ma jiġux indirizzati, se jkollhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għall-Unjoni u għall-benessri taċ-ċittadini tagħha. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Il-Programm, li jimmira li jikseb l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni, mill-pjanijiet, mill-politika u mill-impenji internazzjonali fil-qasam tal-ambjent, il-klima u l-enerġija nadifa, jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, jew permezz ta' interventi diretti jew bl-appoġġ tal-integrazzjoni ta' dawk l-għanijiet f'politiki oħra. |
(3) Il-ħidma biex jinkisbu l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni, mill-pjanijiet, mill-politika u mill-impenji internazzjonali fil-qasam tal-ambjent, il-klima u l-enerġija nadifa trid tiġi rispettata. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, teknoloġikament avvanzata, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, jew permezz ta' interventi diretti jew bl-appoġġ tal-integrazzjoni ta' dawk l-għanijiet f'politiki oħra. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Il-programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-kisba tal-għanijiet u l-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet u tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tal-enerġija nadifa rilevanti, b'mod partikolari l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli8, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika9 u l-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima10 ("il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima"). |
(5) Il-programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ksib tal-għanijiet u l-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet u tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tal-enerġija nadifa rilevanti, b'mod partikolari u importanti l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli8, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika9 u l-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima10 ("il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima"). |
_________________ |
_________________ |
8 Aġenda 2030, Riżoluzzjoni adottata mill-AĠ tan-NU fil-25/09/2015. |
8 Aġenda 2030, Riżoluzzjoni adottata mill-AĠ tan-NU fil-25/09/2015. |
9 93/626/KEE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1). |
9 93/626/KEE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1). |
10 ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4. |
10 ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Sabiex jinkisbu l-għanijiet komprensivi, l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari11 , tal-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-203012 ,13 ,14 , tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura15, kif ukoll tal-politiki relatati,16 ,17 ,18 ,19 ,20 , hija partikolarment importanti. |
(6) Sabiex jinkisbu l-għanijiet komprensivi, l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari11 , tal-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-203012 ,13 ,14 , tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura15, kif ukoll tal-politiki relatati,16 ,17 ,18 ,19 ,20, inkluża l-istrateġija dwar il-bijoekonomija20a, hija partikolarment importanti. |
_________________ |
_________________ |
11 COM(2015) 614 final, 02.12.2015. |
11 COM(2015) 614 final, 02.12.2015. |
12 Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, COM(2014)15, 22.01.2014. |
12 Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, COM(2014)15, 22.01.2014. |
13 Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, COM(2013)216, 16.04.2013. |
13 Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, COM(2013)216, 16.04.2013. |
14 Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha, COM(2016) 860, 30.11.2016. |
14 Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha, COM(2016) 860, 30.11.2016. |
15 Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija, COM(2017)198, 27.04.2017. |
15 Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija, COM(2017)198, 27.04.2017. |
16 Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa, COM(2013)918. |
16 Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa, COM(2013)918. |
17 Id-Direttiva Nru 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1). |
17 Id-Direttiva Nru 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1). |
18 Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija, COM(2006)231. |
18 Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija, COM(2006)231. |
19 Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b'emissjonijiet baxxi, COM/2016/0501 final. |
19 Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b'emissjonijiet baxxi, COM/2016/0501 final. |
20 Pjan ta' Azzjoni dwar l-Infrastruttura tal-Karburanti Alternattivi skont l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2014/94/UE, 8.11.2017. |
20 Pjan ta' Azzjoni dwar l-Infrastruttura tal-Karburanti Alternattivi skont l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2014/94/UE, 8.11.2017. |
|
20a Innovazzjoni għal Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa, COM(2012) 60 finali, 13.02.2012. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjeta effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Din, min-naħa l-oħra, tirrikjedi azzjonijiet, b'enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali tal-output u tat-tniġġis ta' CO2, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u tal-preparazzjonijiet għall-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u fuq terminu twil. Il-Programm jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. |
(7) Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, li jrid jiġi rispettat, teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjetà effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Din, min-naħa l-oħra, tirrikjedi azzjonijiet, b'enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali tal-output u tat-tniġġis ta' CO2, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u tal-preparazzjonijiet għall-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u fuq terminu twil. Il-Programm jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima, u jiġu antiċipati u kkontrastati d-diżastri kkawżati minnu. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija kontribuzzjoni essenzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b'kobenefiċċji għall-ambjent. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iffinanzjati sal-2020 taħt Orizzont 2020, jenħtieġ li jiġu integrati fil-Programm billi l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u li jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta' teknoloġija diġà disponibbli li se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-subprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għalhekk, id-data jenħtieġ li tinġabar u tiġi ddiseminata dwar l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet eżistenti ta' riċerka u innovazzjoni fil-proġetti LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa u l-predeċessuri tiegħu. |
(8) It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija kontribuzzjoni essenzjali għall-mitigazzjoni u t-tnaqqis tat-tibdil fil-klima b'kobenefiċċji għall-ambjent. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iffinanzjati sal-2020 taħt Orizzont 2020, jenħtieġ li jiġu integrati fil-Programm billi l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u li jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta' teknoloġija diġà disponibbli li se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni u t-tnaqqis tat-tibdil fil-klima. L-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-subprogrammi billi tinkoraġġixxi l-finanzjament multiplu u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li tinġabar u tiġi ddisseminata data dwar l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet eżistenti ta' riċerka u innovazzjoni fil-proġetti LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa u l-predeċessuri tiegħu. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-leġiżlazzjoni dwar l-Enerġija Nadifa jistmaw li t-twettiq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 se jeħtieġ investimenti addizzjonali ta' EUR 177 biljun kull sena fil-perjodu bejn l-2021 u l-2030. L-akbar lakuni huma marbuta mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini (l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira), fejn il-kapital irid jiġi dirett lejn proġetti ta' natura distribwita ħafna. Wieħed mill-għanijiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u għall-aggregazzjoni tal-proġetti, li permezz tiegħu jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u jikkatalizza investimenti f'enerġija nadifa billi juża wkoll l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt l-InvestEU. |
(9) Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-leġiżlazzjoni dwar l-Enerġija Nadifa jistmaw li t-twettiq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 proposti mill-Kummissjoni se jeħtieġ investimenti addizzjonali ta' EUR 177 biljun kull sena fil-perjodu bejn l-2021 u l-2030. Dawn il-miri għollewhom il-koleġiżlaturi fil-finalizzazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, sabiex il-miri tal-Unjoni jitqarrbu lejn l-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi. L-akbar lakuni huma marbuta mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini (l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli deċentralizzati, b'mod partikolari maħsuba għall-konsum tal-enerġija permezz tat-tisħin u tal-arja kundizzjonata), fejn il-kapital irid jiġi dirett lejn proġetti ta' natura distribwita ħafna, pereżempju billi jiġu promossi proġetti pilota bbażati fuq konglomerati urbani żgħar. Wieħed mill-għanijiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u għall-aggregazzjoni tal-proġetti, li permezz tiegħu jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u jikkatalizza investimenti f'enerġija nadifa billi juża wkoll l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt l-InvestEU. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-kostruzzjoni hija pass essenzjali għall-ksib tal-għanijiet klimatiċi u tal-enerġija tal-UE, u, għaldaqstant, biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet tal-ftehim ta' Pariġi. Madankollu, huwa importanti li tingħata aktar attenzjoni lill-konsum tal-enerġija għat-tisħin u l-arja kundizzjonata, li tirrappreżenta parti sinifikanti mill-konsum tal-enerġija fl-Ewropa. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Il-pakkett tal-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali tal-Unjoni l-aktar reċenti21 jindika li jenħtieġ progress sinifikanti biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-ambjent u biex tittejjeb l-integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali u klimatiċi f'politiki oħra. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jaġixxi bħala katalizzatur biex jikseb il-progress meħtieġ permezz tal-iżvilupp, tal-ittestjar u tar-replikazzjoni ta' approċċi ġodda; l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika, il-monitoraġġ u l-analiżi; it-tisħiħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati; il-mobilizzazzjoni tal-investimenti li ġejjin mill-programmi kollha ta' investiment tal-Unjoni jew minn sorsi finanzjarji oħra u l-appoġġ għal azzjonijiet biex jingħelbu d-diversi ostakli għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ewlenin meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ambjentali. |
(12) Il-pakkett tal-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali tal-Unjoni l-aktar reċenti21 jindika li jenħtieġ progress sinifikanti biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-ambjent u biex tittejjeb l-integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali u klimatiċi f'politiki oħra. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jaġixxi bħala katalizzatur essenzjali biex jinkiseb il-progress meħtieġ permezz tal-iżvilupp, tal-ittestjar u tar-replikazzjoni ta' approċċi ġodda; l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika, il-monitoraġġ u l-analiżi; il-promozzjoni ta' aktar kuxjenza u kommunikazzjoni; l-iżvilupp ta' governanza tajba; it-tisħiħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati; il-mobilizzazzjoni tal-investimenti li ġejjin mill-programmi kollha ta' investiment tal-Unjoni jew minn sorsi finanzjarji oħra u l-appoġġ għal azzjonijiet biex jingħelbu d-diversi ostakli għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ewlenin meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ambjentali. |
_________________ |
_________________ |
21 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-analiżi tal-implimentazzjoni ambjentali tal-UE: L-isfidi ewlenin u kif se ngħaqqdu l-isforzi biex nagħtu riżultati aħjar (COM/2017/063 final). |
21 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-analiżi tal-implimentazzjoni ambjentali tal-UE: L-isfidi ewlenin u kif se ngħaqqdu l-isforzi biex nagħtu riżultati aħjar (COM/2017/063 final). |
Ġustifikazzjoni | |
Governanza mtejba, b'mod partikolari permezz tal-qawmien ta' kuxjenza u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, hija kruċjali għall-ksib tal-għanijiet ambjentali u kienet prijorità msemmija b'mod speċifiku fil-programm LIFE preċedenti. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, inkluż f'ekosistemi tal-baħar, jeħtieġu appoġġ għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar u għall-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni, inkluża l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-202022, id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE23 u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 r-Regolament (UE) 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika u bl-iżvilupp, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni u l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet fuq skala żgħira jew imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inklużi approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-oqsfa ta' azzjoni prijoritizzati ppreparati fuq il-bażi tad-Direttiva 92/43/KEE. L-Unjoni jenħtieġ li ssegwi n-nefqa tagħha relatata mal-bijodiversità sabiex tissodisfa l-obbligi ta' rappurtar tagħha skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Jenħtieġ li jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti għas-segwiment f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. |
(13) It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, inkluż f'ekosistemi akkwatiċi, jeħtieġu appoġġ għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar u għall-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni, inkluża l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-202022 , id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE23 u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 r-Regolament (UE) 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika u bl-iżvilupp, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni u l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet fuq skala żgħira jew imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inklużi approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-oqsfa ta' azzjoni prijoritizzati ppreparati fuq il-bażi tad-Direttiva 92/43/KEE. L-Unjoni jenħtieġ li ssegwi n-nefqa tagħha relatata mal-bijodiversità sabiex tissodisfa l-obbligi ta' rappurtar tagħha skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Jenħtieġ li jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti għas-segwiment f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. |
_________________ |
_________________ |
22 COM(2011) 244 final. |
22 COM(2011) 244 final. |
23 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7). |
23 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7). |
24 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7). |
24 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7). |
25 Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35). |
25 Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35). |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari teħtieġ bidla fil-mentalità fir-rigward tat-tfassil, il-produzzjoni, il-konsum u r-rimi ta' materjali u prodotti, inklużi l-plastiks. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn mudell ta' ekonomija ċirkolari permezz ta' appoġġ finanzjarju mmirat lejn varjetà ta' atturi (in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi), b'mod partikolari billi japplika, jiżviluppa u jirreplika l-aħjar teknoloġiji, prattiki u soluzzjonijiet imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inkluż permezz ta' approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-immaniġġjar u l-prevenzjoni tal-iskart. Permezz ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-plastiks, tista' tittieħed azzjoni biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-iskart tal-baħar. |
(16) Il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari teħtieġ bidla fil-mentalità fir-rigward tat-tfassil, il-produzzjoni, il-konsum u r-rimi ta' materjali u prodotti, inklużi l-plastiks. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn mudell ta' ekonomija ċirkolari permezz ta' appoġġ finanzjarju mmirat lejn varjetà ta' atturi (in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi), b'mod partikolari billi japplika, jiżviluppa u jirreplika l-aħjar teknoloġiji, prattiki u soluzzjonijiet imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inkluż permezz ta' approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-immaniġġjar u l-prevenzjoni tal-iskart. Permezz ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-plastiks, tista' tittieħed azzjoni biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-iskart fl-ambjent akkwatiku. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Il-protezzjoni u r-restawr tal-ambjent tal-baħar huma wieħed mill-miri ġenerali tal-politika ambjentali tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa dan li ġej: il-ġestjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar b'mod partikolari f'siti tal-baħar ta' Natura 2000 u l-protezzjoni tal-ispeċi skont l-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE; il-kisba ta' Status Ambjentali Tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28; il-promozzjoni ta' ibħra nodfa u b'saħħithom; l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea dwar il-plastik f'ekonomija ċirkolari, biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-irkaptu tas-sajd mitluf u tal-iskart tal-baħar; u l-promozzjoni tal-involviment tal-Unjoni fil-governanza internazzjonali tal-oċeani li hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u biex jiġu ggarantiti oċeani b'saħħithom għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-proġetti integrati strateġiċi u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura tal-Programm jenħtieġ li jinkludu azzjonijiet rilevanti li jkollhom il-mira li jipproteġu l-ambjent tal-baħar. |
(19) Il-protezzjoni u r-restawr tal-ambjent akkwatiku huma wieħed mill-miri ġenerali tal-politika ambjentali tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa dan li ġej: il-ġestjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tal-bijodiversità u tal-ekosistemi akkwatiċi b'mod partikolari f'siti tal-baħar ta' Natura 2000 u l-protezzjoni tal-ispeċi skont l-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE; il-ksib ta' Status Ambjentali Tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28; il-promozzjoni ta' ibħra nodfa u b'saħħithom; l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea dwar il-plastik f'ekonomija ċirkolari, biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-irkaptu tas-sajd mitluf u tal-iskart tal-baħar; u l-promozzjoni tal-involviment tal-Unjoni fil-governanza internazzjonali tal-oċeani li hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u biex jiġu ggarantiti oċeani b'saħħithom għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-proġetti integrati strateġiċi u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura tal-Programm jenħtieġ li jinkludu azzjonijiet rilevanti li jkollhom il-mira li jipproteġu l-ambjent akkwatiku. |
_________________ |
_________________ |
28 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19). |
28 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19). |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) It-titjib tal-governanza fuq kwistjonijiet ambjentali, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa jeħtieġ l-involviment tas-soċjetà ċivili billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, l-involviment tal-konsumaturi u t-twessigħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjoni nongovernattivi, f'konsultazzjoni dwar il-politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom. |
(20) It-titjib tal-governanza fuq kwistjonijiet ambjentali, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa jeħtieġ l-involviment tas-soċjetà ċivili billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, fosthom permezz ta' strateġija tal-komunikazzjoni li tqis il-mezzi ġodda tax-xandir u n-netwerks soċjali u żżid l-involviment tal-konsumaturi u tal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjoni nongovernattivi, f'konsultazzjoni dwar il-politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li tiġi ppreċiżata l-ħtieġa ta' komunikazzjoni moderna. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Il-Programm jenħtieġ li jħejji u jappoġġa lill-atturi fis-suq għal tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima billi jittestja opportunitajiet tan-negozju ġodda, jaġġorna l-ħiliet professjonali, jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi sostenibbli, jinvolvi u jagħti s-setgħa lill-influwenzaturi u jittestja metodi ġodda biex jiġu adattati l-proċessi u l-pajsaġġ kummerċjali eżistenti. Biex tkun appoġġata l-adozzjoni kummerċjali usa' ta' soluzzjonijiet sostenibbli, jenħtieġ li jiġu promossi l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-involviment tal-konsumatur. |
(22) Il-Programm jenħtieġ li jħejji u jappoġġa lill-atturi fis-suq għal tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima permezz tal-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali eżistenti u l-ittestjar ta' opportunitajiet tan-negozju ġodda, jaġġorna l-ħiliet professjonali, jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi sostenibbli, jinvolvi u jagħti s-setgħa lill-influwenzaturi u jittestja metodi ġodda biex jiġu adattati l-proċessi u l-pajsaġġ kummerċjali eżistenti. Biex tkun appoġġata l-adozzjoni kummerċjali usa' ta' soluzzjonijiet sostenibbli, b'mod partikolari l-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi tal-enerġija rinnovabbli, l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-involviment tal-konsumatur. |
Ġustifikazzjoni | |
Bis-saħħa tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq u (anke) l-appoġġ pubbliku, l-ispejjeż tal-istallazzjoni ta' sistemi tal-enerġija rinnovabbli naqsu ħafna tul l-aħħar għaxar snin. Irridu nkomplu f'din id-direzzjoni sabiex nagħtu lok li jiġi żviluppat għalkollox il-potenzjal tal-enerġija tal-Ewropa, billi jiġu vvalutati sorsi ta' enerġija alternattivi li s'issa mhux qed jintużaw biżżejjed (bħall-enerġija tal-baħar u dik ġeotermali) u billi tiġi żviluppata l-indipendenza enerġetika tal-UE minn pajjiżi terzi. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u biex tinkiseb mira ġenerali ta' 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet fi ħdan dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 61 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti. |
(24) L-indirizzar tat-tibdil fil-klima huwa waħda mill-aktar sfidi dinjija importanti, u jirrikjedi rispons koordinat u ambizzjuż. L-Unjoni jeħtiġilha tindirizza t-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u ambjentali u biex tinkiseb mira ġenerali ta' 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-għanijiet klimatiċi u ambjentali. L-azzjonijiet fi ħdan dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 61 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) Fl-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi30 fid-dawl tal-Artikolu 349 tat-TFUE u l-ħtiġijiet u l-vulnerabilitajiet speċifiċi ta' dawn ir-reġjuni. Il-politiki tal-Unjoni, għajr il-politiki ambjentali, klimatiċi u ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa rilevanti, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll. |
(25) Fl-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi30 fid-dawl tal-Artikolu 349 tat-TFUE u l-ħtiġijiet u l-vulnerabilitajiet speċifiċi ta' dawn ir-reġjuni. Il-politiki tal-Unjoni, għajr il-politiki ambjentali, klimatiċi, tal-ekonomija ċirkolari u tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa rilevanti, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll. |
_________________ |
_________________ |
30 COM(2017) 623 finali |
30 COM(2017) 623 finali |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 26a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26a) L-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament se tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, jekk ikun meħtieġ, itejjeb il-Programm. Apparti l-evalwazzjoni ta' kemm il-Programm laħaq l-għan tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-proċess ta' applikazzjoni sabiex ikun żgurat li dawn il-fondi jkunu aċċessibbli għall-proġetti rilevanti kollha. Huwa importanti b'mod speċjali li jkun żgurat li l-parteċipazzjoni għall-komunitajiet lokali u s-soċjetà ċivili tkun prattika u faċli. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) "proġetti strateġiċi dwar in-natura" tfisser proġetti li jappoġġaw il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità billi jimplimentaw programmi ta' azzjoni koerenti fl-Istati Membri biex jintegraw dawn l-għanijiet u l-prijoritajiet f'politiki u strumenti ta' finanzjament oħra, inkluż permezz ta' implimentazzjoni kkoordinata tal-oqfsa ta' azzjoni prijoritarji stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE; |
(1) "proġetti strateġiċi dwar in-natura" tfisser proġetti li jappoġġaw il-ksib tal-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità, stabbiliti b'mod partikolari fid-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, billi jimplimentaw programmi ta' azzjoni koerenti fl-Istati Membri biex jintegraw dawn l-għanijiet u l-prijoritajiet f'politiki u strumenti ta' finanzjament oħra, inkluż permezz ta' implimentazzjoni kkoordinata tal-oqfsa ta' azzjoni prijoritarji stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE; |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) "proġetti ta' azzjoni standard" tfisser proġetti, għajr proġetti integrati strateġiċi, proġetti strateġiċi dwar in-natura jew proġetti ta' assistenza teknika, li jsegwu l-għanijiet speċifiċi tal-Programm stabbiliti fl-Artikolu 3(2); |
(4) "proġetti ta' azzjoni standard" tfisser proġetti, għajr proġetti integrati strateġiċi, proġetti strateġiċi dwar in-natura jew proġetti ta' assistenza teknika, bħal proġetti minn isfel għal fuq (CLLD), li jsegwu l-għanijiet speċifiċi tal-Programm stabbiliti fl-Artikolu 3(2); |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli. |
1. L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari, effiċjenti fir-riżorsi u fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tat-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija effiċjenti ħafna u msejsa fuq l-enerġija rinnovabbli, sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, inkluż l-appoġġ għan-Natura 2000 u l-indirizzar tad-degradazzjoni tal-ekosistemi, u b'hekk jingħata kontribut għal livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u azzjoni klimatika ambizzjuża. Il-Programm għandu wkoll jappoġġa governanza ambjentali u klimatika aqwa fil-livelli kollha, fosthom titjib fl-involviment tal-NGOs tas-soċjetà ċivili u l-atturi lokali. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) li jiżviluppa, juri u jippromwovi tekniki u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-azzjoni klimatika, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, u li jikkontribwixxi għall-applikazzjoni tal-aħjar prassi fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità; |
(a) li jiżviluppa, juri u jippromwovi tekniki u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-azzjoni klimatika, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, u li jikkontribwixxu u jappoġġaw l-applikazzjoni tal-aħjar prassi fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità u biedja u sistemi tal-ikel sostenibbli; |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż billi jtejjeb il-governanza permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u tal-involviment tas-soċjetà ċivili; |
(b) li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż billi jtejjeb il-governanza permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati, inkluża l-agrikoltura, l-ortikultura, il-forestrija u s-sajd, u l-involviment tas-soċjetà ċivili; |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Programm m'għandux idgħajjef l-għanijiet ta' leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
Sfortunatament, il-proġetti LIFE f'xi Stati Membri kkawżaw kontroversja pubblika u kunflitti fil-passat, minħabba l-esproprjazzjoni ta' azjendi agrikoli tal-familja. Iridu jiġu evitati l-kunflitti fl-applikazzjoni tal-LIFE ma' leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni bħall-PAK u l-protezzjoni ta' bdiewa żgħażagħ u azjendi agrikoli tal-familja. Il-kooperazzjoni mal-bdiewa u s-sidien tal-art, iżda wkoll l-SME u s-settur privat, jeħtieġ li jissaħħu fir-regolament dwar il-fond LIFE. | |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) prattiki ta' biedja sostenibbli, bħall-bijodiversità tal-ħamrija u l-agrobijodiversità, il-qbid tal-karbonju, il-monitoraġġ tal-ħamrija u l-protezzjoni tal-ħamrija u tal-ilma; |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-a) il-proġetti ffinanzjati mill-Programm għandhom jagħtu kontribut sinifikanti għall-ksib ta' mill-inqas wieħed mill-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3; |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) proġetti ffinanzjati mill-Programm għandhom jevitaw li jimminaw l-għanijiet ambjentali, klimatiċi jew tal-enerġija nadifa rilevanti tal-Programm u, fejn possibbli, għandhom jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku; |
(a) proġetti ffinanzjati mill-Programm għandhom jevitaw li jimminaw l-għanijiet ambjentali, klimatiċi jew tal-enerġija nadifa rilevanti tal-Programm u, sikwit kemm jista' jkun, għandhom jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku; |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) il-proġetti ffinanzjati mill-Programm għandhom jevitaw li jdgħajfu leġiżlazzjoni u prijoritajiet tal-politika oħra tal-Unjoni, notevolment l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-produzzjoni tal-ikel; |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) għandhom jingħataw prijorità l-proġetti bl-ikbar potenzjal ta' involviment u ta' kooperazzjoni intelliġenti mas-soċjetà ċivili, is-sidien tal-art, l-agrikoltura, l-ortikoltura u l-forestrija; |
Ġustifikazzjoni | |
L-involviment u l-kooperazzjoni intelliġenti mas-soċjetà ċivili, is-sidien tal-art, l-agrikoltura, l-ortikoltura u l-forestrija għall-iżvilupp, il-wiri u l-promozzjoni ta' tekniki u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-azzjoni klimatika, inkluża t-tranżizzjoni tal-enerġija, u għall-kontribut u l-applikazzjoni tal-aħjar prassi fir-rigward tan-natura u l-bijodiversità, huma essenzjali għal proġetti LIFE li jirnexxu, kif uriet l-esperjenza tal-passat s'issa. | |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) il-Kummissjoni għandha tiżgura bilanċ ġeografiku għall-proġetti ffinanzjati mill-Programm; |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil proġetti f'żoni ġeografiċi bi bżonnijiet jew vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħalma huma żoni bi sfidi ambjentali speċifiċi jew b'restrizzjonijiet naturali, żoni transkonfinali jew reġjuni ultraperiferiċi. |
(f) fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil proġetti, dment li l-proġetti joffru benefiċċji ambjentali, f'żoni ġeografiċi bi bżonnijiet jew vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħalma huma żoni bi sfidi ambjentali speċifiċi jew b'restrizzjonijiet naturali, żoni transkonfinali jew reġjuni ultraperiferiċi. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) ix-xiri tal-art ikun l-uniku jew l-aktar mezz kosteffettiv biex jintlaħaq l-eżitu ta' konservazzjoni mixtieq; |
(b) ix-xiri tal-art ikun l-uniku mezz biex jintlaħaq l-eżitu ta' konservazzjoni mixtieq; |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-passat, l-art agrikola kienet tinxtara jew tiġi esproprjata bl-użu ta' fondi LIFE, u dan kien joħloq kontroversja pubblika. Ix-xiri tal-art, meta japplika, għandu jkun l-uniku mezz sabiex jintlaħaq ir-riżultat mixtieq. Għandha tingħata preferenza lill-kooperazzjoni mal-bdiewa biex jinkisbu l-għanijiet ta' konservazzjoni. | |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta programmi ta' ħidma pluriennali għall-programm LIFE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21a. |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-proċedura tal-Kumitat LIFE hija konformi mar-regolament LIFE attwali. L-Istati Membri għandhom ikunu involuti fit-tħejjija tal-programmi ta' ħidma. | |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-koleġiżlaturi u l-partijiet ikkonċernati jiġu kkonsultati b'mod adegwat fl-iżvilupp tal-programmi ta' ħidma. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm. |
2. L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm, u tinkludi l-valutazzjoni magħmula skont l-Artikolu 18(5). Dik l-evalwazzjoni interim għandha, fejn ikun meħtieġ, tkun akkumpanjata minn proposta għal emenda ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. |
3. Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni, u tinkludi l-valutazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 18(5). |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. |
4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet disponibbli pubblikament. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 21a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 21a |
|
Proċedura ta' kumitat |
|
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programm LIFE għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
Fejn il-Kumitati ma jagħtu ebda opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proċedura ta' kumitat hija konformi mar-regoli tal-programm LIFE attwali. Il-kooperazzjoni tajba bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandha tinżamm. Il-Kumitat LIFE għandu jinżamm. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
L-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) |
||||
Referenzi |
COM(2018)0385 – C8-0249/2018 – 2018/0209(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 14.6.2018 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 14.6.2018 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Czesław Adam Siekierski 9.10.2018 |
||||
Rapporteur għal opinjoni sostitut(a) |
John Stuart Agnew |
||||
Data tal-adozzjoni |
9.10.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
17 13 4 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, José Bové, Daniel Buda, Matt Carthy, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Martin Häusling, Esther Herranz García, Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Norbert Lins, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Ulrike Müller, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Czesław Adam Siekierski, Maria Gabriela Zoană |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Elsi Katainen, Susanne Melior, Momchil Nekov, Ramón Luis Valcárcel Siso |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Stanisław Ożóg |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
17 |
+ |
|
ALDE |
Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Elsi Katainen, Ulrike Müller |
|
ECR |
Zbigniew Kuźmiuk, Stanisław Ożóg |
|
PPE |
Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski, Ramón Luis Valcárcel Siso |
|
13 |
- |
|
ECR |
Jørn Dohrmann, Laurenţiu Rebega |
|
EFDD |
John Stuart Agnew |
|
ENF |
Philippe Loiseau |
|
S&D |
Paolo De Castro, Karine Gloanec Maurin, Susanne Melior, Momchil Nekov, Maria Noichl, Maria Gabriela Zoană |
|
Verts/ALE |
José Bové, Martin Häusling, Bronis Ropė |
|
4 |
0 |
|
GUE/NGL |
Matt Carthy, Luke Ming Flanagan, Maria Lidia Senra Rodríguez |
|
PPE |
Herbert Dorfmann |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
L-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) |
||||
Referenzi |
COM(2018)0385 – C8-0249/2018 – 2018/0209(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
1.6.2018 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 14.6.2018 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 14.6.2018 |
ITRE 14.6.2018 |
REGI 14.6.2018 |
AGRI 14.6.2018 |
|
|
PECH 14.6.2018 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 19.6.2018 |
PECH 20.6.2018 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Gerben-Jan Gerbrandy 16.5.2018 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
11.10.2018 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
20.11.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
44 1 4 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marco Affronte, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Bas Eickhout, Francesc Gambús, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Annie Schreijer-Pierik, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Cristian-Silviu Buşoi, Nicola Caputo, Michel Dantin, Esther Herranz García, Peter Jahr, Gesine Meissner, Tilly Metz, Ulrike Müller, Carlos Zorrinho |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Mercedes Bresso, Innocenzo Leontini, Olle Ludvigsson, Ana Miranda, Miroslav Poche |
||||
Data tat-tressiq |
26.11.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
44 |
+ |
|
ALDE |
Catherine Bearder, Gerben Jan Gerbrandy, Valentinas Mazuronis, Gesine Meissner, Ulrike Müller, Frédérique Ries |
|
ECR |
Mark Demesmaeker |
|
EFDD |
Sylvie Goddyn |
|
NI |
Zoltán Balczó |
|
PPE |
Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian Silviu Buşoi, Birgit Collin Langen, Michel Dantin, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Esther Herranz García, Peter Jahr, Giovanni La Via, Innocenzo Leontini, Peter Liese, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer Pierik, Adina Ioana Vălean |
|
S&D |
Biljana Borzan, Paul Brannen, Mercedes Bresso, Nicola Caputo, Nessa Childers, Seb Dance, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Olle Ludvigsson, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Miroslav Poche, Carlos Zorrinho |
|
VERTS/ALE |
Marco Affronte, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Tilly Metz, Ana Miranda |
|
1 |
- |
|
EFDD |
Julia Reid |
|
4 |
0 |
|
ECR |
Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni