RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

27.11.2018 - (COM(2018)0437 – C8‑0380/2018 – 2018/0226(NLE)) - *

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Miapetra Kumpula‑Natri


Proċedura : 2018/0226(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0406/2018
Testi mressqa :
A8-0406/2018
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

(COM(2018)0437 – C8‑0380/2018 – 2018/0226(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0437),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0380/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0406/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jiġi kkonsultat matul il-passi kollha rilevanti fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Programm. Il-Kunsill talab lill-Parlament Ewropew biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025. Madankollu, peress li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja ma tapplikax skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-Parlament Ewropew mhuwiex meqjus li huwa fl-istess livell mal-Kunsill meta jadotta leġiżlazzjoni relatata mal-enerġija atomika. Minħabba r-rwol tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur fir-rigward ta' kwistjonijiet baġitarji u sabiex jiġu żgurati disinn u implimentazzjoni koerenti tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Unjoni, il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ ta' Euratom jenħtieġ li jiġi adottat ukoll permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Ir-riċerka nukleari tista' tikkontribwixxi għall-benesseri soċjali, il-prosperità ekonomika u s-sostenibbiltà ambjentali billi ttejjeb is-sikurezza u s-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari. Ir-riċerka dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni wasslet għal titjib fit-teknoloġiji mediċi li minnhom jibbenefikaw bosta ċittadini u dik ir-riċerka issa tista' twassal għal titjib f'setturi oħra bħall-industrija, l-agrikoltura, l-ambjent u s-sigurtà. Daqstant importanti huwa l-kontribut potenzjali tar-riċerka nukleari għad-dekarbonizzazzjoni fuq perjodu fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur.

(2)  Ir-riċerka nukleari tista' tikkontribwixxi għall-benesseri soċjali u l-prosperità ekonomika billi ttejjeb is-sikurezza u s-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari. Ir-riċerka nukleari tagħti kontribut importanti lis-sostenibbiltà ambjentali u lill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima billi tnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq l-enerġija importata, filwaqt li r-riċerka dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni wasslet għal titjib fit-teknoloġiji mediċi li minnhom jibbenefikaw bosta ċittadini u dik ir-riċerka issa tista' twassal għal titjib f'setturi oħra bħall-industrija, l-agrikoltura, l-ambjent u s-sigurtà. Daqstant importanti huwa l-kontribut tar-riċerka nukleari għad-dekarbonizzazzjoni fuq perjodu fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ ta' Euratom 2014-18 (COM(2017) 697 final) jipprovdi sett ta' prinċipji gwida għall-Programm. Dawn jinkludu: li tkompli tiġi appoġġata r-riċerka nukleari ffokata fuq is-sikurezza, is-salvagwardji, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-iskart, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp tal-fużjoni nukleari; li jkomplu jittejbu, flimkien mal-benefiċjarji, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Programmi Konġunti Ewropej fil-qasam nukleari; li jkomplu u jissaħħu l-azzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ ta' Euratom sabiex jiġu żviluppati l-kompetenzi rilevanti li fuqhom huma msejsa l-aspetti kollha tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari; li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn il-programm Euratom u oqsma tematiċi oħrajn tal-Programm Qafas tal-Unjoni; u li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn l-azzjonijiet diretti u indiretti tal-programm Euratom.

(4)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ ta' Euratom 2014-18 (COM(2017) 697 final) jipprovdi sett ta' prinċipji gwida għall-Programm. Dawn jinkludu: li tkompli tiġi appoġġata r-riċerka nukleari ffokata fuq is-sikurezza, il-prestazzjoni, is-salvagwardji, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp tal-fużjoni nukleari; li jkomplu jittejbu, flimkien mal-benefiċjarji, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Programmi Konġunti Ewropej fil-qasam nukleari; li jkomplu u jissaħħu l-azzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ ta' Euratom sabiex jiġu żviluppati l-kompetenzi rilevanti li fuqhom huma msejsa l-aspetti kollha tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' ħiliet b'mod partikolari fil-ġenerazzjoni l-ġdida tal-inġiniera; li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn il-programm Euratom u oqsma tematiċi oħrajn tal-Programm Qafas tal-Unjoni; u li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn l-azzjonijiet diretti u indiretti tal-programm Euratom, li jgħin jiżgura l-konsistenza u l-effettività tul il-Programm Euratom.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-proġetti tal-ġestjoni tal-iskart tal-Euratom jikkontribwixxu għal fehim aħjar tal-kwistjonijiet tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv fl-Unjoni, bħas-sikurezza tal-faċilitajiet tad-disponiment ġeoloġiku futuri, il-kundizzjonament tal-iskart radjuattiv u l-imġiba fit-tul tal-fjuwil użat ġewwa landfill.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-kunċett u d-disinn tal-Programm huwa determinat skont il-ħtieġa li tiġi stabbilita massa kritika tal-attivitajiet appoġġati. Dan jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta' għadd limitat ta' għanijiet speċifiċi ffokati fuq l-użu sikur tal-fissjoni nukleari għall-applikazzjonijiet tal-potenza elettrika u mhux tal-potenza elettrika, iż-żamma u l-iżvilupp tal-għarfien espert neċessarju, it-trawwim tal-enerġija mill-fużjoni u appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari

(5)  Il-kunċett u d-disinn tal-Programm huwa determinat skont il-ħtieġa li tiġi stabbilita massa kritika tal-attivitajiet appoġġati. Dan jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta' għadd limitat ta' għanijiet speċifiċi ffokati fuq l-użu sikur tal-fissjoni nukleari għall-applikazzjonijiet tal-potenza elettrika u mhux tal-potenza elettrika, iż-żamma u l-iżvilupp tal-għarfien espert neċessarju, it-trawwim tal-enerġija mill-fużjoni u appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, inkluż l-iżvilupp ta' għarfien dwar dekummissjonar sikur, effettiv u kosteffiċjenti tal-installazzjonijiet li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja tagħhom, qasam li fih id-dispożizzjonijiet u l-investiment għadhom lura;

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-Programm huwa parti kruċjali mill-isforzi tal-Unjoni biex iżżomm u ttejjeb it-tmexxija xjentifika u industrijali fil-qasam tat-teknoloġiji tal-enerġija. Sabiex jiġi appoġġat l-operat sigur tal-enerġija eżistenti ta' fissjoni u tiġi ffaċilitata d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija, ir-riċerka fil-fissjoni jenħtieġ li tkompli tifforma parti integrali mill-programm Euratom.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  L-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u ta' applikazzjonijiet mhux ta' potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inklużi s-sikurezza nukleari u d-dekummissjonar, jenħtieġ li jiġi appoġġat permezz ta' spezzjonijiet transkonfinali strutturali u l-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-aħjar prattiki relatati mas-sikurezza tas-sistemi tar-reatturi u ċ-ċikli tal-fjuwil li jintużaw attwalment, speċjalment fil-każ ta' faċilitajiet nukleari li jinsabu fil-viċinanza ta' fruntiera waħda jew aktar bejn Stati Membri.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Billi jappoġġa r-riċerka nukleari, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ("Orizzont Ewropa") stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 u jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2030 u t-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(7)  Billi jappoġġa r-riċerka nukleari, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ("Orizzont Ewropa") stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, b'mod partikolari billi jippromwovi l-eċċellenza u x-xjenza miftuħa, u jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2030 u t-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

__________________

__________________

20 Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] li jistabbilixxi l-FP9 tal-UE - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 (ĠU […]).

20 Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] li jistabbilixxi l-FP9 tal-UE - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 (ĠU […]).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-Programm jenħtieġ li jfittex sinerġiji ma' Orizzont Ewropa u programmi oħrajn tal-Unjoni, mid-disinn u l-ippjanar strateġiku tagħhom, għall-għażla, il-ġestjoni, il-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġett, għall-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza. Bil-ħsieb li jiġu evitati t-trikkib u d-duplikazzjoni u jiżdied l-ingranaġġ tal-finanzjament tal-UE, jistgħu jseħħu trasferimenti minn programmi oħrajn tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' Orizzont Ewropa. F'tali każijiet dawn isegwu r-regoli ta' Orizzont Ewropa.

(8)  Il-Programm jenħtieġ li jfittex sinerġiji u allinjament aktar mill-qrib ma' Orizzont Ewropa u programmi oħrajn tal-Unjoni, mid-disinn u l-ippjanar strateġiku tagħhom, għall-għażla, il-ġestjoni, il-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġett, għall-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza. Huwa essenzjali li l-prinċipji ewlenin ta' eċċellenza u ta' xjenza miftuħa jinżammu fil-programmi kollha. Bil-ħsieb li jiġu evitati t-trikkib u d-duplikazzjoni u jiżdied l-ingranaġġ tal-finanzjament tal-UE, jistgħu jseħħu trasferimenti minn programmi oħrajn tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' Orizzont Ewropa. F'tali każijiet dawn isegwu r-regoli ta' Orizzont Ewropa.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Il-JRC jipprovdi appoġġ għall-istandardizzazzjoni, aċċess miftuħ għax-xjenzjati tal-Unjoni għal faċilitajiet nukleari individwali u attivitajiet ta' taħriġ f'oqsma bħall-garanziji nukleari, il-forensika jew id-dekummissjonar.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li potenzjalment jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur.

(b)  li jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jtejjeb l-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u tal-applikazzjonijiet mhux ta' potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà, is-salvagwardji, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni u d-dekummissjonar tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv sikuri, nukleari;

(a)  li jtejjeb l-użu sikur, sigur u effiċjenti tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet mhux ta' potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà, is-salvagwardji, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni u d-dekummissjonar tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv sikuri, nukleari;

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  li jappoġġa l-politika tal-Komunità dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari.

(d)  li jappoġġa l-politika tal-Komunità dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, inkluż l-iżvilupp ta' għarfien dwar dekummissjonar sikur, effettiv u kosteffiċjenti tal-installazzjonijiet li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja tagħhom.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta' EUR 1 675 000 000 fil-prezzijiet attwali.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta' EUR 1 516 000 000 fil-prezzijiet tal-2018 (EUR 1 675 000 000 fil-prezzijiet attwali).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

Id-distribuzzjoni tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  EUR 724 563 000 għar-riċerka u l-iżvilupp tal-fużjoni;

(a)  43 % għar-riċerka u l-żvilupp tal-fużjoni;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  EUR 330 930 000 għall-fissjoni, sikurezza u protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari;

(b)  25 % għall-fissjoni, sikurezza u protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  EUR 619 507 000 għall-azzjonijiet diretti mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

(c)  32 % għall-azzjonijiet diretti mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni ma tistax tiddevja, fil-proċedura tal-baġit annwali, mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 2(c) ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tista' tiddevja, fil-proċedura tal-baġit annwali, mill-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu b'massimu ta' 10 %.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  rispett għall-prinċipji tal-Istat tad-dritt;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Programm għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Komunità (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż il-midja u l-pubbliku.

(1)  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Programm għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jindikaw l-oriġini tal-finanzjament tal-Unjoni sabiex jiżguraw il-viżibbiltà tiegħu (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż il-midja u l-pubbliku.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta' politika tal-Komunità, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

(2)  Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu maħsuba kemm għal riċevituri speċjalisti kif ukoll għall-pubbliku. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta' politika tal-Komunità, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu fil-ħin sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-programm, is-suċċessur tiegħu u inizjattivi oħrajn rilevanti għar-riċerka u l-innovazzjoni.

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu kull sentejn sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-programm, is-suċċessur tiegħu u inizjattivi oħrajn rilevanti għar-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi Euratom preċedenti u għandha tifforma l-bażi għall-aġġustament tal-implimentazzjoni tal-programm, kif xieraq.

2.  L-ewwel evalwazzjoni tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi Euratom preċedenti u għandha tifforma l-bażi għall-aġġustament tal-estensjonijiet u tal-implimentazzjoni tal-programm, kif xieraq.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi tmiem tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi preċedenti.

3.  Fi tmiem tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi preċedenti.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jikseb l-għanijiet speċifiċi, il-Programm se jappoġġa attivitajiet trażversali li jiżguraw sinerġija tal-isforzi tar-riċerka fir-risolviment ta' sfidi komuni. Ir-rabtiet u l-interfaċċi xierqa, bħas-sejħiet konġunti, se jkunu żgurati ma' Orizzont Ewropa. L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni relatati jistgħu jibbenefikaw ukoll minn appoġġ finanzjarju fornut mill-Fondi skont ir-Regolament [Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni] sa fejn ikunu konformi mal-għanijiet u r-regolamenti ta' dawn il-Fondi.

Sabiex jikseb l-għanijiet speċifiċi, il-Programm se jappoġġa attivitajiet trażversali li jiżguraw sinerġija tal-isforzi tar-riċerka fir-risolviment ta' sfidi komuni. Ir-rabtiet u l-interfaċċi xierqa, bħas-sejħiet konġunti, se jkunu żgurati ma' Orizzont Ewropa. L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni relatati jistgħu jibbenefikaw ukoll minn appoġġ finanzjarju fornut mill-Fondi skont ir-Regolament [Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni] jew programmi oħra u strumenti finanzjarji tal-Unjoni, sa fejn dawn ikunu konformi mal-għanijiet u r-regolamenti ta' dawk il-Fondi, programmi u strumenti.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prijoritajiet tal-programmi ta' ħidma għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-prijoritajiet ta' politika tagħha, inputs minn awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u partijiet ikkonċernati tar-riċerka nukleari f'korpi jew oqfsa bħall-pjattaformi, l-assoċjazzjonijiet, l-inizjattivi u l-forums tekniċi Ewropej tat-teknoloġija għas-sistemi u s-sikurezza nukleari, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, il-fjuwil nukleari użat u l-protezzjoni mir-radjazzjoni/riskju ta' doża baxxa, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, ir-riċerka fil-fużjoni, jew kwalunkwe organizzazzjoni jew forum rilevanti ta' partijiet ikkonċernati nukleari.

Il-prijoritajiet tal-programmi ta' ħidma għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-prijoritajiet ta' politika tagħha, inputs minn awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u partijiet ikkonċernati tar-riċerka nukleari f'korpi jew oqfsa bħall-pjattaformi, l-assoċjazzjonijiet, l-inizjattivi u l-forums tekniċi Ewropej tat-teknoloġija għas-sistemi u s-sikurezza nukleari preżenti u futuri, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, il-fjuwil nukleari użat u l-protezzjoni mir-radjazzjoni/riskju ta' doża baxxa, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, ir-riċerka fil-fużjoni, jew kwalunkwe organizzazzjoni jew forum rilevanti ta' partijiet ikkonċernati rilevanti.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 5 – punt a – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sikurezza nukleari: sikurezza tas-sistemi nukleari u ċ-ċikli tal-fjuwil, fl-użu fil-Komunità jew, sa fejn huwa neċessarju sabiex jinżamm għarfien espert nukleari mifrux fil-Komunità, dawk it-tipi ta' reatturi u ċikli tal-fjuwil, li jistgħu jintużaw fil-futur, li jiffokaw esklussivament fuq l-aspetti tas-sikurezza, inkluż l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħas-separazzjoni u t-trażmutazzjoni.

(1)  Sikurezza nukleari: sikurezza tas-sistemi nukleari u ċ-ċikli tal-fjuwil, fl-użu fil-Komunità jew, sa fejn huwa neċessarju sabiex jinżamm u jiġi żviluppat għarfien espert nukleari mifrux fil-Komunità, dawk it-tipi ta' reatturi u ċikli tal-fjuwil, li jistgħu jintużaw fil-futur, li jiffokaw esklussivament fuq l-aspetti tas-sikurezza, inkluż l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħas-separazzjoni u t-trażmutazzjoni; appoġġ għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki relatati mas-sikurezza tas-sistemi tar-reatturi u ċ-ċikli tal-fjuwil li qed jintużaw bħalissa, speċjalment fil-każ ta' faċilitajiet nukleari li jinsabu fil-viċinanza ta' fruntiera waħda jew aktar bejn Stati Membri.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 5 – punt a – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Dekummissjonar: riċerka għall-iżvilupp u l-evalwazzjoni tat-teknoloġiji għad-dekummissjonar u r-rimedju ambjentali tal-faċilitajiet nukleari; appoġġ għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u tal-għarfien dwar id-dekummissjonar.

(3)  Dekummissjonar: riċerka għall-iżvilupp u l-evalwazzjoni tat-teknoloġiji għad-dekummissjonar u r-rimedju ambjentali tal-faċilitajiet nukleari; appoġġ għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u tal-għarfien dwar id-dekummissjonar, inkluż il-kondiviżjoni tal-għarfien fil-każ ta' faċilitajiet nukleari li jinsabu qrib fruntiera waħda jew aktar bejn l-Istati Membri u permezz tal-ġbir komuni ta' riżorsi u persunal f'ċentri ta' eċċellenza.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Anness II – sottotitolu 4 – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Indikaturi tal-innovazzjoni tal-mogħdiji ta' impatt

Indikaturi tal-innovazzjoni tal-mogħdiji ta' impatt

Progress tal-UE lejn 3 % ta' PDG dovut għall-programm Euratom

Progress tal-UE lejn mira ta' nfiq għal riċerka u żvilupp (R&Ż) ta' 3 % ta' PDG dovut għall-programm Euratom

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Rapporteur tiegħek tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' riċerka u taħriġ ta' EURATOM għas-snin 2021-2025. Il-proposta tkompli fit-triq stabbilita ta' programmi preċedenti iżda tindirizza wħud mill-preokkupazzjonijiet ewlenin espressi mill-Parlament Ewropew fil-passat, jiġifieri s-simplifikazzjoni tal-programm u allinjament aħjar mal-programm ta' riċerka usa' ta' Orizzont Ewropa.

Ir-Rapporteur tiegħek hija tal-opinjoni li l-iżvilupp kontinwu tas-sikurezza fl-operazzjonijiet nukleari huwa ta' importanza ewlenija biex jitgawdew il-benefiċċji tat-teknoloġija filwaqt li jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji assoċjati. Il-flotta li qed tiqdiem ta' faċilitajiet nukleari tal-UE se tirrikjedi mhux biss aktar riċerka dwar id-dekummissjonar, iżda modi ġodda, aktar sikuri u aktar effiċjenti ta' kif joperaw u jiġu mantnuti r-reatturi eżistenti.

Sabiex tissodisfa l-miri tal-klima tal-Ftehim ta' Pariġi, l-UE teħtieġ li tuża t-teknoloġiji u l-innovazzjonijiet kollha li huma sikuri u sostenibbli. L-enerġija nukleari, bħala forma ta' enerġija b'livell baxx ta' karbonju, hija parti importanti mit-taħlita enerġetika f'xi Stati Membri u għandha l-potenzjal li tikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-UE kollha kemm hi. Madankollu, l-operat sigur tal-mudelli tar-reatturi eżistenti u t-tħejjija għal teknoloġiji ġodda huma kruċjali.

L-Ewropa hija mexxejja globali fir-riċerka, is-sikurezza u l-kwistjonijiet ta' sigurtà nukleari li għandhom x'jaqsmu ma' materjali nukleari u ma' skart nukleari. Għandna nkomplu ninvestu fir-riċerka l-aktar avvanzata f'dawn is-suġġetti sabiex jinżammu l-ħiliet u l-għarfien meħtieġa għall-operat sikur u sigur tal-enerġija nukleari. Barra minn hekk, huma meħtieġa investimenti fl-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' fużjoni u kkompletar b'impenn tal-pjan direzzjonali tal-Fużjoni. L-akbar sehem ta' fondi skont dan il-programm għandu jkompli jiġi użat għar-riċerka dwar il-fużjoni.

Peress li jaqa' taħt it-trattat tal-Euratom, il-programm jibqa' separat mill-programmi ta' qafas ġenerali tal-UE għax-xjenza u r-riċerka. Ir-Rapporteur tiegħek tħoss li din id-distinzjoni hija kompletament arbitrarja u li jistgħu jinkisbu aktar sinerġiji u xjenza aħjar permezz tal-integrazzjoni taż-żewġ programmi. Importanti b'mod speċjali jkun li jiġu estiżi l-iskrutinju tal-Parlament Ewropew u s-setgħat leġiżlattivi għall-programm ta' riċerka u taħriġ ta' Euratom, kif jixraq għar-rwol tal-Parlament bħala koleġiżlatur dwar kwistjonijiet baġitarji.

Madankollu, din il-proposta tmur fid-direzzjoni t-tajba ta' allinjament de facto tal-programm mar-regoli u r-regolamenti ta' Orizzont Ewropa. Flimkien mal-allinjament tekniku, huwa kruċjali wkoll li l-istess prinċipji ta' eċċellenza u tax-xjenza miftuħa jinżammu f'dawn iż-żewġ programmi.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

Referenzi

COM(2018)0437 – C8-0380/2018 – 2018/0226(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

16.7.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

10.9.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.9.2018

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

28.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Miapetra Kumpula-Natri

13.6.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

12

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, David Borrelli, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Igor Gräzin, Theresa Griffin, András Gyürk, Rebecca Harms, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Tilly Metz, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Amjad Bashir, Soledad Cabezón Ruiz, Françoise Grossetête, Olle Ludvigsson, Marian-Jean Marinescu, Clare Moody, Dennis Radtke, Davor Škrlec

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Detjen, John Procter, Bronis Ropė

Data tat-tressiq

27.11.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

43

+

ALDE

Fredrick Federley, Morten Helveg Petersen, Lieve Wierinck

ECR

Edward Czesak, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

ENF

Christelle Lechevalier

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček

PPE

Bendt Bendtsen, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Christian Ehler, Françoise Grossetête, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Janusz Lewandowski, Marian-Jean Marinescu, Nadine Morano, Angelika Niebler, Dennis Radtke, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Hermann Winkler, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, Soledad Cabezón Ruiz, Michael Detjen, Adam Gierek, Theresa Griffin, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Csaba Molnár, Clare Moody, Dan Nica, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

12

-

EFDD

Jonathan Bullock, Dario Tamburrano

ENF

Barbara Kappel

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

NI

David Borrelli

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Tilly Metz, Bronis Ropė, Davor Škrlec

7

0

ALDE

Igor Gräzin, Angelika Mlinar, Carolina Punset

ECR

Amjad Bashir, Ashley Fox, John Procter

PPE

Paul Rübig

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Jannar 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza