RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 283/2014

28.11.2018 - (COM(2018)0438 – C8-0255/2018– 2018/0228(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Henna Virkkunen, Marian-Jean Marinescu, Pavel Telička
(Joint committee procedure – Rule 55 of the Rules of Procedure)


Proċedura : 2018/0228(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014
(COM(2018)0438 – C8-0255/2018 – 2018/0228(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Fabio Massimo Castaldo

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-dimensjoni tal-Mobilità Militari fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) tista' tkun innovazzjoni importanti għas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin. Unjoni Ewropea aktar konnessa, sostenibbli, sikura, b'emissjonijiet aktar baxxi u intelliġenti, li tkun ibbażata fuq konnessjonijiet transfruntieri hija l-għan ewlieni tal-FNE, u se tkun ukoll element ewlieni tal-approċċ tal-UE lejn il-Mobilità Militari. Għalhekk, huwa meħtieġ li din il-kwistjoni tiġi trattata b'mod komprensiv u li jibqa' validu fil-futur, li jikkorrispondi għall-ħtiġijiet kurrenti mingħajr ma jiġu injorati l-isfidi futuri ta' madwarna.

Id-dimensjoni tas-sigurtà fl-iżviluppi tal-konnessjonijiet Ewropej fil-ġejjieni ma tistax tiġi sottovalutata u tinvolvi diversi aspetti:

–  l-approċċ ta' użu doppju: il-mobilità militari komprensiva tista' tiġi żviluppata biss billi tinżamm sinerġija stretta mal-qasam ċivili. Fi kliem ieħor, hemm bżonn ta' approċċ komprensiv u integrat ta'"użu doppju" (ċivili-militari) biex ċerti infrastrutturi ċivili (bħall-ferroviji, l-awtostradi, il-portijiet, l-ajruporti, il-faċilitajiet intermodali) jiġu adattati u aġġornati bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti militari tal-lum. Dawn l-infrastrutturi se jservu prinċipalment għal skopijiet ċivili, iżda se jkollhom ukoll kapaċità suffiċjenti biex isostnu t-trasport ta' oġġetti u riżorsi militari: fl-aħħar mill-aħħar, dan se jkun ta' benefiċċju kemm għas-sikurezza tal-infrastrutturi kif ukoll għall-utenti aħħarija tagħhom;

–  ix-xenarju: l-isfidi attwali tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea huma multidimensjonali u ġejjin minn direzzjonijiet differenti: l-Artiku jew "it-Tramuntana Estrema", il-fruntiera tal-Lvant, il-Balkani u l-Mediterran. Kull assi jippreżenta sfidi differenti, iżda kollha huma oqsma sensittivi li fihom, fil-futur, jista' jkun meħtieġ li ċerti riżorsi militari jiġu skjerati fi żmien qasir. L-enfasi preżenti fuq xi wħud minn dawn l-oqsma ma għandhiex twarrab l-attenzjoni tagħna minn sfidi futuri: l-iżvilupp ta' mobilità militari effiċjenti għandu jkollu approċċ ġeografikament ibbilanċjat u olistiku, li jippermetti l-iskjerament rapidu ta' oġġetti u riżorsi militari fuq l-assi tat-Tramuntana u n-Nofsinhar kif ukoll fuq dak tal-Punent u l-Lvant. Approċċ effiċjenti għall-mobilità militari għandu wkoll jiffaċċja dawn l-isfidi futuri b'mod konġunt man-NATO u fi ħdan l-oqfsa tal-PESCO u tal-Fond Ewropew għad-Difiża futur;

–  il-mobilità militari bħala faċilitatur: l-investimenti fl-infrastrutturi kapaċi li jippermettu t-trasport ta' merkanzija u assi militari ma għandhomx ikunu intiżi biss bħala għodda ta' projezzjoni tal-poter. Trasport ta' assi militari b'anqas xkiel u aktar mgħaġġel fl-ispazju Ewropew jista' jikkontribwixxi wkoll biex jiffaċilita eżerċizzji konġunti bejn il-forzi armati, it-taħriġ, il-manutenzjoni u r-risponsi f'waqthom f'każ ta' emerġenzi ta' natura ċivili. Jenħtieġ li fid-dibattitu jiġu inklużi wkoll faċilitaturi ta' mobilità militari oħrajn, bħal kwistjonijiet relatati mal-VAT, id-dwana, il-permessi tal-moviment fuq il-fruntieri, l-approvazzjoni diplomatika u tas-sigurtà, anki jekk dawn imorru lil hinn mill-ambitu tal-FNE;

–  l-impatt tal-mobilità militari u s-sostenibbiltà tagħha: bil-għan li jsir użu massimu tal-potenzjal tal-mobilità militari u biex jingħata kontribut għall-għanijiet ewlenin tal-FNE, se jkun importanti li l-iżviluppi ta' proġetti ta' mobilità militari jkunu sostenibbli u li dawn jikkonformaw bis-sħiħ mal-aktar standards ambjentali avvanzati. Minħabba l-impatt ta' proġetti ta' infrastruttura fuq il-komunitajiet lokali, se jkun importanti li jiġu promossi proċessi parteċipatorji bil-għan li jiġu involuti l-popolazzjoni lokali u s-soċjetà ċivili, kif ukoll billi huma jingħataw informazzjoni komprensiva u trasparenti dwar l-iżvilupp ta' infrastruttura b'użu doppju.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jappella lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitati responsabbli, biex jieħdu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sabiex tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u sabiex tistimola l-ħolqien tal-impjiegi, l-Unjoni teħtieġ infrastruttura tal-aktar teknoloġija riċenti u bi prestazzjoni għolja, li tikkontribwixxi biex tikkollega u tintegra l-Unjoni u r-reġjuni kollha tagħha, fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. Jenħtieġ li dawn il-konnessjonijiet jgħinu biex itejbu l-moviment ħieles tal-persuni, tal-merkanzija, tal-kapital u tas-servizzi. Jenħtieġ li n-netwerks trans-Ewropej jiffaċilitaw il-konnessjonijiet transfruntiera, irawmu aktar koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u jikkontribwixxu għal ekonomija soċjali tas-suq aktar kompetittiva kif ukoll għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

(1)  Sabiex tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, tistimola l-ħolqien tal-impjiegi u tfittex li tikseb l-interessi kondiviżi u l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-promozzjoni tal-paċi u wkoll biex tiggarantixxi s-sigurtà taċ-ċittadini u t-territorju tagħha, l-Unjoni teħtieġ infrastruttura tal-aktar teknoloġija riċenti, multimodali, bi prestazzjoni għolja, reżiljenti, sostenibbli u aktar sikura li tikkontribwixxi biex tikkollega u tintegra l-Unjoni u r-reġjuni kollha tagħha, fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. Jenħtieġ li dawn il-konnessjonijiet jgħinu biex itejbu l-moviment ħieles tal-persuni, tal-merkanzija, tal-kapital u tas-servizzi. Barra minn hekk, minħabba s-sitwazzjoni ġeopolitika volatili tal-lum u s-sorsi multipli ta' theddidiet għas-sigurtà tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk il-konnessjonijiet itejbu l-mobilità tal-forzi u tal-assi militari fl-Unjoni u lil hinn minnha sabiex l-Istati Membri u l-alleati tan-NATO jkunu jistgħu jirrispondu b'mod komprensiv, effettiv u f'waqtu għal sitwazzjonijiet ta' kriżi interni u esterni. Jenħtieġ li n-netwerks trans-Ewropej jiffaċilitaw il-konnessjonijiet transfruntiera għal skopijiet ċivili u ta' difiża, irawmu aktar koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u jikkontribwixxu għal ekonomija soċjali tas-suq aktar kompetittiva kif ukoll għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-għan tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ("il-Programm") huwa li tħaffef l-investiment fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej u li tagħti spinta lill-fondi mis-settur pubbliku u dak privat, filwaqt li żżid iċ-ċertezza legali u r-rispett għall-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Jenħtieġ li l-Programm jagħti lok kemm jista' jkun għal sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali, biex b'hekk tissaħħaħ l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u jiġu ottimizzati l-kostijiet tal-implimentazzjoni.

(2)  L-għan tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ("il-Programm") huwa li tħaffef l-investiment fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej u li tagħti spinta lill-fondi mis-settur pubbliku u dak privat, filwaqt li żżid iċ-ċertezza legali u r-rispett għall-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Jenħtieġ li l-Programm jippermetti sinerġiji bejn is-settur tat-trasport (inklużi infrastrutturi b'użu doppju u dawk ta' mobilità militari), is-settur tal-enerġija u dak diġitali, biex b'hekk tissaħħaħ l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u jiġu ottimizzati l-kostijiet tal-implimentazzjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għan importanti ta' dan il-Programm huwa li jinħolqu aktar sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma transettorjali li jkunu kapaċi jindirizzaw oqsma speċifiċi ta' intervent, pereżempju fir-rigward tal-mobilità konnessa u awtomatizzata jew il-fjuwils alternattivi. Barra minn hekk, f'kull settur, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-possibbiltà li jitqiesu eliġibbli ċerti komponenti anċillari li jappartienu għal settur ieħor, fejn tali approċċ itejjeb il-benefiċċju soċjoekonomiku tal-investiment. Is-sinerġiji bejn is-setturi jenħtieġ li jiġu inċentivati permezz tal-kriterji tal-għoti għall-għażla tal-azzjonijiet.

(6)  Għan importanti ta' dan il-Programm huwa li jinħolqu aktar sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport (ċivili u ta' difiża), tal-enerġija u dak diġitali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma transettorjali li jkunu kapaċi jindirizzaw oqsma speċifiċi ta' intervent, pereżempju fir-rigward tal-mobilità konnessa u awtomatizzata jew il-fjuwils alternattivi. Id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, ir-rotot tal-provvista u l-iżvilupp ta' infrastruttura strateġika relatata kif ukoll l-interkonnessjonijiet se jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-dipendenza tal-Unjoni fuq l-enerġija esterna. Barra minn hekk, f'kull settur, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-possibbiltà li jitqiesu eliġibbli ċerti komponenti anċillari li jappartjenu għal settur ieħor, fejn tali approċċ itejjeb il-benefiċċju soċjoekonomiku tal-investiment. Is-sinerġiji bejn is-setturi jenħtieġ li jiġu inċentivati permezz tal-kriterji tal-għoti għall-għażla tal-azzjonijiet.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-linji gwida dwar in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill4 (minn hawn 'il quddiem "il-linji gwida tat-TEN-T") jidentifikaw l-infrastruttura tat-TEN-T, jispeċifikaw ir-rekwiżiti li għandhom ikunu ssodisfati minnha, u jipprevedu miżuri biex jiġu implimentati. Dawk il-linji gwida jipprevedu b'mod partikolari t-tlestija tan-netwerk ewlieni sal-2030 permezz tal-ħolqien ta' infrastruttura ġdida, kif ukoll permezz tal-aġġornament u r-riabilitazzjoni sostanzjali tal-infrastruttura eżistenti.

(7)  Il-linji gwida dwar in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill4 (minn hawn 'il quddiem "il-linji gwida tat-TEN-T") jidentifikaw l-infrastruttura tat-TEN-T, jispeċifikaw ir-rekwiżiti li għandhom ikunu ssodisfati minnha, u jipprevedu miżuri biex jiġu implimentati. Dawk il-linji gwida jipprevedu b'mod partikolari t-tlestija tan-netwerk ewlieni sal-2030 permezz tal-ħolqien ta' infrastruttura ġdida, kif ukoll permezz tal-aġġornament u r-riabilitazzjoni sostanzjali tal-infrastruttura eżistenti. Jenħtieġ li f'dan il-proċess jitqiesu wkoll ir-rekwiżiti tal-mobilità militari, wara konsultazzjoni xierqa man-NATO.

__________________

__________________

4 Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE, ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.

4 Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE, ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fil-linji gwida dwar it-TEN-T, jenħtieġ li jiġu appoġġati bi prijorità l-konnessjonijiet transfruntiera u l-konnessjonijiet neqsin, kif ukoll li jiġi żgurat, fejn applikabbli, li l-azzjonijiet appoġġati huma konsistenti mal-pjanijiet ta' ħidma tal-kurituri stabbiliti skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u mal-iżvilupp ġenerali tan-netwerk rigward il-prestazzjoni u l-interoperabbiltà.

(8)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fil-linji gwida dwar it-TEN-T, jenħtieġ li jiġu appoġġati bi prijorità l-konnessjonijiet transfruntiera u l-konnessjonijiet neqsin, kif ukoll li jiġi żgurat, fejn applikabbli, li l-azzjonijiet appoġġati huma konsistenti mal-pjanijiet ta' ħidma tal-kurituri stabbiliti skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, mal-iżvilupp ġenerali tan-netwerk rigward il-prestazzjoni u l-interoperabbiltà u jippermettu l-użu doppju tal-infrastruttura bl-integrazzjoni tal-ħtiġijiet għall-mobilità militari fin-netwerks TEN-T.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex jirrifletti l-flussi tat-trasport dejjem jikbru u l-evoluzzjoni tan-netwerk, jenħtieġ li jiġi adattat l-allinjament tal-kurituri tan-netwerk ewlieni u s-sezzjonijiet tagħhom identifikati minn qabel. Dawn l-adattamenti jenħtieġ li jkunu proporzjonati sabiex jippreżervaw il-konsistenza u l-effiċjenza tal-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-kurituri. Għan dan il-għan, it-tul tal-kurituri tan-netwerk ewlieni jenħtieġ li ma jiżdiedx b'iktar minn 15 %.

(9)  Sabiex jirrifletti l-flussi tat-trasport dejjem jikbru, l-evoluzzjoni tan-netwerk u l-ambjent tas-sigurtà li qed jevolvi, jenħtieġ li jiġu adattati l-allinjament u l-bilanċ ġeografiku tal-kurituri tan-netwerk ewlieni u s-sezzjonijiet tagħhom identifikati minn qabel. Dawn l-adattamenti jenħtieġ li jkunu proporzjonati sabiex jippreżervaw il-konsistenza u l-effiċjenza tal-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-kurituri. Għan dan il-għan, it-tul tal-kurituri tan-netwerk ewlieni jenħtieġ li ma jiżdiedx b'iktar minn 15 %.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Huwa meħtieġ li jiġu promossi l-investimenti favur mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura mal-UE kollha. Fl-2017, il-Kummissjoni ressqet "L-Ewropa Attiva", sensiela wiesgħa ta' inizjattivi biex jagħmlu t-traffiku aktar sikur, biex iħeġġu t-tariffi intelliġenti għall-użu tat-toroq, biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, it-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni, biex jippromwovu l-mobilità konnessa u awtonoma, u biex jiżguraw kundizzjonijiet xierqa u ħinijiet ta' mistrieħ għall-ħaddiema. Jenħtieġ li dawn l-inizjattivi jkunu akkumpanjati minn appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, fejn rilevanti permezz ta' dan il-Programm.

(10)  Huwa meħtieġ li jiġu promossi l-investimenti favur mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, multimodali, inklużiva, sikura u sigura madwar l-Unjoni. Fl-2017, il-Kummissjoni ressqet "L-Ewropa Attiva", sensiela wiesgħa ta' inizjattivi biex jagħmlu t-traffiku aktar sikur, biex iħeġġu t-tariffi intelliġenti għall-użu tat-toroq, biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, it-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni, biex jippromwovu l-mobilità konnessa u awtonoma, u biex jiżguraw kundizzjonijiet xierqa u ħinijiet ta' mistrieħ għall-ħaddiema. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll il-fatturi ta' mobilità militari. Jenħtieġ li dawn l-inizjattivi jkunu akkumpanjati minn appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, fejn rilevanti permezz ta' dan il-Programm.

__________________

__________________

5 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd" – COM(2017) 283.

5 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd" – COM(2017) 283.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Sabiex jissaħħu kemm l-interoperabbiltà fiż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u kemm it-titjib fl-Ajru Uniku Ewropew, u filwaqt li tiġi garantita l-implimentazzjoni tal-istandards b'użu doppju, jenħtieġ li jiġu implimentati l-prijoritajiet orizzontali kif definiti fil-Parti III tal-Anness għal dan ir-Regolament, u jenħtieġ li titlesta l-implimentazzjoni tal-ERTMS u s-SESAR fil-kurituri kollha tan-netwerk ewlieni TEN-T. Jenħtieġ li jkun hemm finanzjament biżżejjed għal dawk il-proġetti permezz ta' kontribuzzjoni mill-Programm imsemmi f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jkun hemm finanzjament disponibbli għall-infrastruttura u t-tagħmir abbord.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Wara l-Komunikazzjoni Konġunta dwar it-titjib tal-mobilità militari fl-Unjoni Ewropea ta' Novembru 20179, il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobilità Militari adottat fit-28 ta' Marzu 2018 mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà10 enfasizza li l-politika dwar l-infrastruttura tat-trasport toffri opportunità ċara biex jiżdiedu s-sinerġiji bejn il-ħtiġijiet ta' difiża u t-TEN-T. Il-Pjan ta' Azzjoni jindika li sa nofs l-2018, il-Kunsill huwa mistieden li jqis u jivvalida r-rekwiżiti militari b'rabta mal-infrastruttura tat-trasport, u li sal-2019, is-servizzi tal-Kummissjoni se jidentifikaw il-partijiet tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport li huma xierqa għat-trasport militari, inkluż aġġornamenti neċessarju tal-infrastruttura eżistenti. Jenħtieġ li l-finanzjament tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-proġetti ta' użu doppju jiġi implimentat permezz tal-Programm abbażi ta' programmi ta' ħidma partikolari li jispeċifikaw ir-rekwiżiti applikabbli kif iddefiniti fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni.

(14)  Wara l-Komunikazzjoni Konġunta dwar it-titjib tal-mobilità militari fl-Unjoni Ewropea ta' Novembru 20179, il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobilità Militari adottat fit-28 ta' Marzu 2018 mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà10 enfasizza li l-politika dwar l-infrastruttura tat-trasport toffri opportunità ċara biex jiżdiedu s-sinerġiji bejn il-ħtiġijiet ta' difiża u t-TEN-T. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-proġetti ta' mobilità militari ffinanzjati skont dan ir-Regolament jkollhom l-għan li l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 43 tat-TUE b'rabta mal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) tal-Unjoni, jiffaċilitaw l-operazzjonijiet u l-missjonijiet kurrenti u futuri tal-Unjoni, jappoġġaw il-missjonijiet deskritti fix-xenarji illustrattivi, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-assistenza reċiproka u l-klawżoli ta' solidarjetà. Jenħtieġ li l-proġetti ta' mobilità militari jimmiraw li jqawwu d-difiża u d-deterrenza tal-Unjoni, biex b'hekk jissaħħu s-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċittadini tal-Unjoni kif ukoll biex jingħata rispons fil-pront għal sitwazzjonijiet ta' kriżi. Jenħtieġ li l-Unjoni timmira li tiffaċilita u ttejjeb il-mobilità militari permezz ta' miżuri konkreti f'għadd ta' oqsma, b'komplementarjetà sħiħa mal-atturi rilevanti, bħan-NATO, u b'koordinazzjoni mal-isforzi taħt il-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti u l-Fond Ewropew għad-Difiża. Il-Pjan ta' Azzjoni jindika li sa nofs l-2018, il-Kunsill huwa mistieden li jqis u jivvalida r-rekwiżiti militari li jirriflettu l-ħtiġijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha rigward l-infrastruttura tat-trasport ukoll billi tkopri l-ġestjoni tal-mobilità militari fuq l-art, fl-ajru u dik marittima. Sal-2019, is-servizzi tal-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib man-NATO, se jidentifikaw il-partijiet tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport li huma adatti għat-trasport b'użu doppju (ċivili u ta' difiża), inkluż aġġornamenti neċessarju tal-infrastruttura eżistenti u billi jitnaqqas id-distakk għall-proġetti ta' infrastruttura li diġà jeżistu iżda li għadhom ma ġewx mibnija. Jenħtieġ li l-finanzjament tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-proġetti ta' użu doppju jiġi implimentat permezz tal-Programm abbażi ta' programmi ta' ħidma partikolari li jispeċifikaw ir-rekwiżiti applikabbli kif iddefiniti fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-proġetti ta' mobilità militari jenħtieġ li jiġu armonizzati l-istandards u r-regolamenti transfruntieri u doganali, kif ukoll il-proċeduri amministrattivi u leġiżlattivi.

__________________

__________________

9 JOIN(2017) 41

9 JOIN(2017) 41

10 JOIN(2018) 5

10 JOIN(2018) 5

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-kisba tas-suq uniku diġitali tiddependi fuq l-infrastruttura ta' konnettività diġitali sottostanti. Id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea u l-modernizzazzjoni ta' setturi bħat-trasport, l-enerġija, il-kura tas-saħħa u l-amministrazzjoni pubblika tiddependi fuq l-aċċess universali għal netwerks affidabbli, affordabbli, kemm ta' kapaċità għolja kif ukoll ta' kapaċità għolja ħafna. Il-konnettività diġitali saret waħda mill-fatturi deċiżivi għall-għeluq ta' qasmiet ekonomiċi, soċjali u territorjali, billi tappoġġa l-modernizzazzjoni ta' ekonomiji lokali u tirfed id-diversifikazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-intervent tal-Programm fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali jenħtieġ li jkun aġġustat sabiex jirrifletti ż-żieda fl-importanza tiegħu għall-ekonomija u s-soċjetà b'mod ġenerali. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-proġetti ta' infrastruttura tal-konnettività diġitali ta' interess komuni meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tas-suq uniku diġitali tal-Unjoni, u li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14..

(21)  Il-kisba tas-suq uniku diġitali tiddependi fuq l-infrastruttura ta' konnettività diġitali sottostanti. Id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea u l-modernizzazzjoni ta' setturi bħat-trasport, l-enerġija, il-kura tas-saħħa, is-sigurtà, id-difiża u l-amministrazzjoni pubblika jiddependu fuq l-aċċess universali għal netwerks affidabbli, affordabbli, reżiljenti, kemm ta' kapaċità għolja kif ukoll ta' kapaċità għolja ħafna. Il-konnettività diġitali saret waħda mill-fatturi deċiżivi għall-għeluq ta' qasmiet ekonomiċi, soċjali u territorjali, billi tappoġġa l-modernizzazzjoni ta' ekonomiji lokali u tirfed id-diversifikazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-intervent tal-Programm fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali jenħtieġ li jkun aġġustat sabiex jirrifletti ż-żieda fl-importanza tiegħu għall-ekonomija u s-soċjetà b'mod ġenerali. Dan jista' jinkiseb biss b'kunsiderazzjoni tal-fatt li aspetti ewlenin tal-qasam diġitali, bħall-privatezza u ċ-ċibersigurtà, iwettqu rwol ta' abilitazzjoni f'dan il-qasam. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-proġetti ta' infrastruttura tal-konnettività diġitali ta' interess komuni meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tas-suq uniku diġitali tal-Unjoni, u li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14.

__________________

__________________

14 Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).

14 Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Sabiex jiġi promoss żvilupp integrat taċ-ċiklu tal-innovazzjoni, hemm bżonn li tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn is-soluzzjonijiet innovattivi żviluppati fil-kuntest tal-programmi qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Unjoni, u s-soluzzjonijiet innovattivi implimentati b'appoġġ mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Għal dan il-għan, is-sinerġiji ma' Orizzont Ewropa se jiżguraw li: (ajiġu identifikati l-ħtiġijiet ta' riċerka u innovazzjoni fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u s-settur diġitali fi ħdan l-UE, u jiġu stabbiliti matul il-proċess ta' ppjanar strateġiku ta' Orizzont Ewropa; il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tappoġġa l-implimentazzjoni fuq skala kbira ta' teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u l-infrastruttura diġitali, b'mod partikulari dawk li jirriżultaw minn Orizzont Ewropa; l-iskambju ta' informazzjoni u dejta bejn Orizzont Ewropa u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se jiġi ffaċilitat, pereżempju billi jingħata fokus lil teknoloġiji minn Orizzont Ewropa fi stadju avvanzat ta' tħejjija għas-suq, li jkunu jistgħu jiġu implimentati b'mod aktar profond permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

(33)  Sabiex jiġi promoss żvilupp integrat taċ-ċiklu tal-innovazzjoni, hemm bżonn li tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn is-soluzzjonijiet innovattivi żviluppati fil-kuntest tal-programmi qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Unjoni, u s-soluzzjonijiet innovattivi implimentati b'appoġġ mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Għal dan il-għan, is-sinerġiji ma' Orizzont Ewropa se jiżguraw li: (a) jiġu identifikati u stabbiliti l-ħtiġijiet ta' riċerka u innovazzjoni fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u s-settur diġitali fi ħdan l-Unjoni matul il-proċess ta' ppjanar strateġiku ta' Orizzont Ewropa; (b) il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tappoġġa l-implimentazzjoni fuq skala kbira ta' teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u l-infrastruttura diġitali, b'mod partikulari dawk li jirriżultaw minn Orizzont Ewropa; (c) l-iskambju ta' informazzjoni u data bejn Orizzont Ewropa u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se jiġi ffaċilitat, pereżempju billi jiġu enfasizzati teknoloġiji minn Orizzont Ewropa fi stadju avvanzat ta' tħejjija għas-suq, li jkunu jistgħu jiġu implimentati b'mod aktar profond permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. u (d) l-iżvilupp ta' infrastrutturi b'użu doppju se jqis il-ħtiġijiet tal-mobilità militari fil-ġejjieni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Jenħtieġ li l-Unjoni tfittex il-koerenza u sinerġiji mal-programmi tal-Unjoni għall-politiki esterni, inkluż għajnuna ta' qabel l-adeżjoni wara l-impenji meħudin fil-kuntest tal-Komunikazzjoni "Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent"23.

(42)  Jenħtieġ li l-Unjoni tfittex il-koerenza u sinerġiji mal-programmi tal-Unjoni għall-politiki esterni, inkluż l-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni b'segwitu għall-impenji meħudin fil-kuntest tal-Komunikazzjoni "Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent"23, u bl-użu tal-istrumenti ta' politika barranija oħrajn kollha u tal-Fond Ewropew għad-Difiża.

__________________

__________________

23 COM(2018) 65

23 COM(2018) 65

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jiżviluppa u jimmodernizza n-netwerks trans-Ewropej fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, u li jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jqis l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni fit-tul, u b'enfasi fuq is-sinerġiji fost is-setturi.

1.  Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jiżviluppa u jimmodernizza n-netwerks trans-Ewropej fl-oqsma tat-trasport, inkluż l-iżvilupp ta' infrastrutturi b'użu doppju, l-enerġija u l-qasam diġitali, u li jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jqis l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni fit-tul, u b'enfasi fuq is-sinerġiji fost is-setturi.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni marbutin ma' netwerks effiċjenti u interkonnessi u ma' infrastruttura għall-mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura;

(i)  li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni marbutin ma' netwerks effiċjenti u interkonnessi u ma' infrastruttura għall-mobilità intelliġenti, interoperabbli, multimodali, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  li jadatta n-netwerks tat-TEN-T għall-ħtiġijiet tal-mobilità militari;

(ii)  li jadatta n-netwerks tat-TEN-T għall-ħtiġijiet ta' użu doppju (ċivili u ta' difiża), b'mod partikolari biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti kollha msemmija fl-Artikolu 43 TUE b'rabta mal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), jiffaċilitaw l-operazzjonijiet u l-missjonijiet kurrenti u futuri tal-Unjoni, jappoġġjaw il-missjonijiet deskritti fix-xenarji illustrattivi, kif ukoll jimplimentaw l-assistenza reċiproka u l-klawżoli ta' solidarjetà. Barra minn hekk, għandhom jgħinu lill-Istati Membri jissodisfaw ir-rekwiżiti nazzjonali u multinazzjonali tagħhom għal operazzjonijiet, missjonijiet, eżerċizzji u attivitajiet ta' rutina madwar l-Unjoni, kif ukoll fil-viċinat tagħha, b'kooperazzjoni man-NATO, bil-għan li jkun possibbli li jingħata rispons fil-pront u komprensiv. L-iżvilupp ta' proġetti ta' mobilità militari għandu jikkonforma ma' standards ambjentali u mal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Fir-rigward tal-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni, 30 % minn dawn l-ammonti għandhom isiru disponibbli minnufih lill-Istati Membri kollha eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni sabiex jiffinanzja proġetti ta' infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament, bi prijorità tingħata lill-konnessjonijiet transfruntiera u neqsin. Sal-31 ta' Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward ta' 70 % mir-riżorsi ttrasferiti. B'effett mill-1 ta' Jannar 2024, ir-riżorsi ttrasferiti lill-Programm li ma jkunux ġew impenjati għal proġett ta' infrastruttura tat-trasport għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni biex jiffinanzjaw proġetti ta' infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament.

8.  Fir-rigward tal-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni, 50 % minn dawn l-ammonti għandhom isiru disponibbli minnufih lill-Istati Membri kollha eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni sabiex jiġu ffinanzjati proġetti ta' infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament, bl-għoti ta' prijorità lill-konnessjonijiet transfruntiera u dawk neqsin. Sal-31 ta' Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward ta' 50 % mir-riżorsi ttrasferiti. B'effett mill-1 ta' Jannar 2024, ir-riżorsi ttrasferiti lill-Programm li ma jkunux ġew impenjati għal proġett ta' infrastruttura tat-trasport għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni biex jiffinanzjaw proġetti ta' infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

(d)  pajjiżi terzi oħra, inklużi pajjiżi strateġiċi militari sħab, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

L-integrazzjoni tal-ħtiġijiet tal-mobilità militari fin-netwerks TEN-T

 

Il-proposti li jinkludu biss azzjonijiet konnessi ma' mobilità militari għandhom ikunu eleġibbli biss fil-każ li jsaħħu l-infrastruttura ċivili eżistenti, u jnaqqsu d-distakk għall-proġetti ta' infrastruttura eżistenti li madankollu għadhom ma ġewx implimentati.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Studji li jimmiraw l-iżvilupp u l-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament skont dan ir-Regolament.

2.  Studji li jimmiraw l-iżvilupp u l-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni, inkluż ta' interess militari, fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament skont dan ir-Regolament.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – sottopunt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati ma' nodi urbani, portijiet marittimi, portijiet interni u terminals ferrovjarji tan-netwerk ewlieni kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013. Azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni jistgħu jinkludu elementi relatati li jinsabu fin-netwerk komprensiv meta jkun meħtieġ sabiex jiġi ottimizzat l-investiment u skont modalitajiet speċifikati fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament;

(i)  azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati ma' nodi urbani, portijiet marittimi, portijiet interni, ajruporti, pjattaformi loġistiċi multimodali u terminals ferrovjarji tan-netwerk ewlieni kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013. Azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni jistgħu jinkludu elementi relatati li jinsabu fin-netwerk komprensiv meta jkun meħtieġ sabiex jiġi ottimizzat l-investiment u skont modalitajiet speċifikati fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – sottopunt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  azzjonijiet li jimplimentaw konnessjonijiet transfruntiera tan-netwerk komprensiv skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, b'mod partikolari s-sezzjonijiet elenkati fil-Parti III tal-Anness ta' dan ir-Regolament;

(ii)  azzjonijiet li jimplimentaw konnessjonijiet transfruntiera tan-netwerk komprensiv skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, b'mod partikolari s-sezzjonijiet elenkati fil-Parti III tal-Anness ta' dan ir-Regolament, inklużi fost l-oħrajn il-proġetti ERTMS u SESAR;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – sottopunt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ii a)  azzjonijiet li jappoġġaw l-armonizzazzjoni ta' regolamenti transfruntieri u doganali, kif ukoll proċeduri amministrattivi u leġiżlattivi biex jiġi żviluppat qafas regolatorju tal-Unjoni dwar il-mobilità militari;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – sottopunt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  azzjonijiet li jimplimentaw sezzjonijiet tan-netwerk komprensiv li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati man-nodi urbani, il-portijiet marittimi, il-portijiet interni u t-terminals ferrovjarji tan-netwerk komprensiv kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(iii)  azzjonijiet li jimplimentaw sezzjonijiet tan-netwerk komprensiv li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati man-nodi urbani, il-portijiet marittimi, il-portijiet interni, ajruporti, pjattaformi loġistiċi multimodali u t-terminals ferrovjarji tan-netwerk komprensiv kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – sottopunt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iii a)  azzjonijiet li jimplimentaw sezzjonijiet tan-netwerk komprensiv jekk meħtieġ biex jikkomplementaw l-azzjonijiet kif definiti fl-Artikolu 9(2)(c), sabiex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a)(ii);

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Azzjonijiet marbutin ma' mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura:

(b)  Azzjonijiet marbutin ma' mobilità intelliġenti, interoperabbli, multimodali, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura:

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b – sottopunt vi a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(vi a)  azzjonijiet li jappoġġaw iċ-"ċiklu tal-ħajja" tal-proġetti, u għaldaqstant il-monitoraġġ tas-sitwazzjoni attwali u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Taħt l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii): azzjonijiet, jew attivitajiet speċifiċi f'azzjoni, li jappoġġjaw l-infrastruttura tat-trasport fuq in-Netwerk TEN-T sabiex tiġi adattata għar-rekwiżiti tal-mobilità militari bil-għan li jkun possibbli l-użu doppju ċivili-militari tal-infrastruttura.

(c)  Taħt l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii): azzjonijiet, jew attivitajiet speċifiċi fi ħdan azzjoni, li jappoġġjaw infrastruttura tat-trasport ġdida jew eżistenti fuq in-Netwerk TEN-T sabiex tiġi adattata għar-rekwiżiti tal- mobilità b'użu doppju (ċivili u ta' difiża) bil-għan li jkun possibbli l-użu doppju ċivili-militari tal-infrastruttura. Il-Kummissjoni, sal-31 ta' Diċembru 2019, għandha tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament biex tkompli tispeċifika r-rekwiżiti militari, il-lista ta' proġetti ta' prijorità u l-proċedura ta' valutazzjonijiet b'rabta mal-eliġibbiltà tal-azzjonijiet konnessi mal-mobilità militari, filwaqt li tiżgura distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata fl-Unjoni kollha, speċjalment fuq l-assi bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u bejn il-Lvant u l-Punent.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  entitajiet ġuridiċi maħluqin skont il-liġi tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali fejn ikun previst il-programmi ta' ħidma.

(c)  entitajiet ġuridiċi konġunti maħluqin skont il-liġi tal-Unjoni (jiġifieri, l-impriżi konġunti fil-livell tal-Unjoni) u organizzazzjonijiet internazzjonali fejn ikun previst fil-programmi ta' ħidma.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali (il-benefiċċji u l-kostijiet);

(a)  l-impatt ekonomiku, soċjali, ta' sigurtà, ta' difiża u ambjentali (il-benefiċċji u l-kostijiet);

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a a)  iċ-"ċiklu tal-ħajja" tal-proġetti, u għaldaqstant il-monitoraġġ tas-sitwazzjoni kurrenti u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  aspetti ta' innovazzjoni, sikurezza, interoperabbiltà u aċċessibbiltà;

(c)  aspetti ta' innovazzjoni, sikurezza, interoperabbiltà, użu doppju u aċċessibbiltà;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a), l-ammont ta' assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż it-30 % tal-kost totali eliġibbli. Ir-rati ta' kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta' 50 % għal azzjonijiet relatati ma' konnessjonijiet transfruntiera skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu, għal azzjonijiet li jappoġġjaw sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi, għal azzjonijiet li jappoġġjaw teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, u għal azzjonijiet li jappoġġjaw it-titjib tas-sikurezza tal-infrastruttura f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, u għal azzjonijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi;

(a)  għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a), l-ammont ta' assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż it-30 % tal-kost totali eliġibbli. Ir-rati ta' kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta' 65 % għal azzjonijiet relatati ma' konnessjonijiet transfruntiera skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu, għal azzjonijiet li jappoġġjaw sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi, għal azzjonijiet li jappoġġjaw teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, u għal azzjonijiet li jappoġġjaw it-titjib tas-sikurezza tal-infrastruttura f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, u għal azzjonijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi; Ir-rati ta' kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta' 65 % għall-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii) għall-Istati Membri li jibbenefikaw minn trasferiment mill-Fond ta' Koeżjoni;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-ftehim ta' għotja jista' jiġi terminat abbażi tar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1.

2.  Il-ftehim ta' għotja jista' jiġi terminat abbażi tar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-fondi li ma jintużawx għad-dispożizzjoni ta' proġetti oħra mingħajr dewmien.

Emenda    34

Proposta għal regolament

ANNESS – Parti I – Trasport – Adattament għar-rekwiżiti tal-mobilità militari

 

Test propost mill-Kummissjoni

Trasport

Adattament għar-rekwiżiti tal-mobilità militari

Numru ta' komponenti tal-infrastruttura tat-trasport adattati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-mobilità militari

 

Emenda

Trasport

Adattament għar-rekwiżiti tal-mobilità militari

Numru u tip ta' komponenti tal-infrastruttura tat-trasport adattati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal- mobilità militari

 

 

Numru ta' azzjonijiet b'użu doppju appoġġati mill-FNE

 

 

Numru ta' azzjonijiet b'użu doppju transkonfinali appoġġjati mill-FNE

Emenda    35

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  40 % għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 9(2)(b): "Azzjonijiet marbutin ma' mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura".

–  40 % għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 9(2)(b): "Azzjonijiet marbutin ma' mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, multimodali, inklużiva, sikura u sigura".

Emenda    36

Proposta għal regolament

Anness I – parti VI (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

PARTI VI – PRIJORITAJIET ORIZZONTALI

 

-  Ajru Uniku Ewropew – sistema SESAR

 

-  Sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi għall-ferroviji – ERTMS

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

Referenzi

COM(2018)0438 – C8-0255/2018 – 2018/0228(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

14.6.2018

TRAN

14.6.2018

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

14.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Fabio Massimo Castaldo

11.7.2018

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

5.7.2018

Eżami fil-kumitat

6.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

6

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Goffredo Maria Bettini, Victor Boştinaru, Elmar Brok, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule-Pēterse, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Barbara Lochbihler, Andrejs Mamikins, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Tonino Picula, Kati Piri, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Alyn Smith, Jordi Solé, Dobromir Sośnierz, László Tőkés, Ivo Vajgl, Geoffrey Van Orden, Boris Zala, Dubravka Šuica

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Miroslav Poche, Janusz Zemke, Željana Zovko

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Damiano Zoffoli

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

41

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iveta Grigule-Pēterse, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Jozo Radoš, Ivo Vajgl

EFDD

Fabio Massimo Castaldo, Aymeric Chauprade

PPE

Asim Ademov, Michèle Alliot-Marie, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Dubravka Šuica, László Tőkés, Željana Zovko

S&D

Lucy Anderson, Francisco Assis, Inés Ayala Sender, Goffredo Maria Bettini, Victor Boştinaru, Andi Cristea, Eugen Freund, Andrejs Mamikins, Pier Antonio Panzeri, Tonino Picula, Kati Piri, Miroslav Poche, Boris Zala, Janusz Zemke, Damiano Zoffoli

6

-

NI

Georgios Epitideios, Dobromir Sośnierz

VERTS/ALE

Barbara Lochbihler, Tamás Meszerics, Alyn Smith, Jordi Solé

2

0

ECR

Ryszard Antoni Legutko, Geoffrey Van Orden

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (11.10.2018)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014
(COM(2018)0438 – C8-0255/2018 – 2018/0228(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Inese Vaidere

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Jenfasizza li, fi proġetti tal-infrastruttura tat-trasport, valur miżjud Ewropew jista' jinkiseb biss jekk l-UE jkollha l-kapaċità li tinkludi fil-QFP li jmiss tagħha qafas regolatorju u finanzjament proporzjonali għall-ambizzjonijiet tagħha; għandu jitqies li l-infrastruttura kritika tat-trasport hija ta' interess strateġiku għall-Unjoni Ewropea. L-infrastrutturi tat-trasport huma s-sinsla tas-suq uniku, il-bażi għat-tkabbir u għall-ħolqien tal-impjiegi, u huma kruċjali għall-iżgurar tal-erba' libertajiet fundamentali marbuta mal-persuni, il-kapital, l-oġġetti u s-servizzi; Il-faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) iġġib investimenti fi proġetti b'impatt transfruntiera u b'sistemi u servizzi madwar l-Ewropa kollha. Għal dawn il-proġetti, il-kontinwità tal-finanzjament wara l-2020 hija essenzjali, inkluż l-ikkompletar ippjanat tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T sal-2030.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jappella lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitati responsabbli, biex jieħdu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għaldaqstant, dan ir-Regolament, filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll mal-impenn tagħha lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li jirrazzjonalizza l-azzjoni klimatika u li jwassal għall-ilħiq ta' mira kumplessiva ta' 25 % tal-infiq baġitarju tal-UE b'appoġġ għall-għanijiet klimatiċi18. L-azzjonijiet fil-qafas ta' dan il-Programm mistennijin jikkontribwixxu 60 % mill-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi, fost l-oħrajn abbażi tal-indikaturi ta' Rio li ġejjin: i) 100 % għall-infiq marbut mal-infrastruttura ferrovjarja, mal-fjuwils alternattivi, mat-trasport urban nadif, mat-trażmissjoni tal-elettriku, mal-ħżin tal-elettriku, mal-grilji intelliġenti, mat-trasportazzjoni tas-CO2 u mal-enerġija rinnovabbli; ii) 40 % għall-passaġġi fuq l-ilmijiet interni u għat-trasport multimodali, kif ukoll għall-infrastruttura tal-gass, jekk dan jagħti lok għall-użu miżjud tal-idroġenu rinnovabbli jew għall-bijometan. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u dawn se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjonijiet u ta' rieżami. Sabiex jiġi evitat li l-infrastruttura tkun vulnerabbli għal impatt potenzjali fit-tul mit-tibdil fil-klima, u sabiex jiġi żgurat li l-kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kkaġunati mill-proġett jiġi inkluż fl-evalwazzjoni ekonomika tal-proġett, il-proġetti appoġġati mill-Programm jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-protezzjoni klimatika skont il-gwida li jenħtieġ li tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b'mod koerenti mal-gwida żviluppata għal programmi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti.

(4)  Għaldaqstant, dan ir-Regolament, filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll mal-impenn tagħha lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li jirrazzjonalizza l-azzjoni klimatika u li jwassal għall-ilħiq rapidu ta' mira kumplessiva ta' 30 % tal-infiq baġitarju tal-UE b'appoġġ għall-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet fil-qafas ta' dan il-Programm mistennijin jikkontribwixxu 60 % mill-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi, fost l-oħrajn abbażi tal-indikaturi ta' Rio li ġejjin: i) 100 % għall-infiq marbut mal-infrastruttura ferrovjarja, mal-fjuwils alternattivi, mat-trasport urban nadif, mat-trażmissjoni tal-elettriku, mal-ħżin tal-elettriku, mal-grilji intelliġenti, mat-trasportazzjoni tas-CO2 u mal-enerġija rinnovabbli; ii) 40 % għall-passaġġi fuq l-ilmijiet interni u għat-trasport multimodali, kif ukoll għall-infrastruttura tal-gass, jekk dan jagħti lok għall-użu miżjud tal-idroġenu rinnovabbli jew għall-bijometan. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u dawn se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjonijiet u ta' rieżami. Sabiex jiġi evitat li l-infrastruttura tkun vulnerabbli għal impatt potenzjali fit-tul mit-tibdil fil-klima, u sabiex jiġi żgurat li l-kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kkaġunati mill-proġett jiġi inkluż fl-evalwazzjoni ekonomika tal-proġett, il-proġetti appoġġati mill-Programm jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-protezzjoni klimatika skont il-gwida li jenħtieġ li tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b'mod koerenti mal-gwida żviluppata għal programmi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti.

_________________

_________________

18 COM(2018) 321, p. 13.

18 COM(2018) 321, p. 13.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt a - punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  li jadatta n-netwerks tat-TEN-T għall-ħtiġijiet tal-mobilità militari;

(ii)  li jadatta n-netwerks tat-TEN-T għall-ħtiġijiet tal-mobilità militari billi jimla l-lakuni fl-infrastruttura, inklużi t-titjib tal-infrastruttura eżistenti jew il-bini ta' infrastruttura ġdida għal użi doppji ċivili-militari;

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Taħt l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii): azzjonijiet, jew attivitajiet speċifiċi f'azzjoni, li jappoġġjaw l-infrastruttura tat-trasport fuq in-Netwerk TEN-T sabiex tiġi adattata għar-rekwiżiti tal-mobilità militari bil-għan li jkun possibbli l-użu doppju ċivili-militari tal-infrastruttura.

(c)  Taħt l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii): azzjonijiet, jew attivitajiet speċifiċi f'azzjoni, li jappoġġjaw l-infrastruttura tat-trasport ġdida u eżistenti fuq in-Netwerk TEN-T sabiex tiġi adattata għar-rekwiżiti tal-mobilità militari bil-għan li jkun possibbli l-użu doppju ċivili-militari tal-infrastruttura.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-ftehim ta' għotja jista' jiġi terminat abbażi tar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1.

2.  Il-ftehim ta' għotja jista' jiġi terminat abbażi tar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tqiegħed il-fondi li ma jkunux intużaw għad-dispożizzjoni ta' proġetti oħra.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 hu stabbilit għal EUR 42,265,493,000 fi prezzijiet attwali.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 hu stabbilit għal EUR 37 487 281 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 42 265 493 000 fi prezzijiet kurrenti).

Ġustifikazzjoni

Qiegħed jiġi propost li l-pakkett finanzjarju jiġi emendat skont ir-riżoluzzjonijiet tal-PE tal-14 ta' Marzu u tat-30 ta' Mejju dwar il-QFP li jmiss, abbażi ta' diżaggregazzjoni teknika preliminari għal kull programm li tista' tkun soġġetta għal aktar aġġustamenti, fir-rispett tal-pożizzjoni ġenerali tal-PE kif stabbilita f'dawk ir-riżoluzzjonijiet u l-livell ġenerali ta' 1,3 % tal-ING tal-UE-27. Iċ-ċifra tista' tiġi riveduta aktar tard skont is-sejħa tal-PE biex l-investiment permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jiżdied b'mod sinifikanti.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  sa EUR 30,615,493,000 għall-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a), li minnhom:

(a)  EUR 27 150 760 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 30 615 493 000 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a), li minnhom:

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  EUR 12,830,000,000 mir-raggruppament tal-Investiment Strateġiku Ewropew;

(i)  EUR 11 383 618 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 12 830 000 000 fi prezzijiet kurrenti) mir-raggruppament tal-Investiment Strateġiku Ewropew;

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  EUR 11,285,493,000 trasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni sabiex jintefqu f'konformità ma' dan ir-Regolament esklużivament fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni;

(ii)  EUR 10 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 11 285 493 000 fi prezzijiet kurrenti) trasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni sabiex jintefqu f'konformità ma' dan ir-Regolament esklużivament fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni;

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  EUR 6,500,000,000 mir-raggruppament tad-Difiża għall-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii);

(iii)  EUR 5 767 142 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 6 500 000 000 fi prezzijiet kurrenti) mir-raggruppament tad-Difiża għall-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii);

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  sa EUR 8,650,000,000 għall-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(b), b'massimu ta' 10 % minnhom għall-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli;

(b)  EUR 7 674 808 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 8 650 000 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(b), b'massimu ta' 10 % minnhom għall-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli;

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  sa EUR 3,000,000,000 għall-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(c).

(c)  EUR 2 661 713 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 3 000 000 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(c).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

Referenzi

COM(2018)0438 – C8-0255/2018 – 2018/0228(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

14.6.2018

TRAN

14.6.2018

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Inese Vaidere

28.6.2018

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

5.7.2018

Eżami fil-kumitat

13.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

9.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Răzvan Popa, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Eleftherios Synadinos, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Novakov

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Auke Zijlstra

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, John Howarth, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Jordi Solé, Monika Vana

3

-

ENF

Auke Zijlstra

GUE/NGL

Younous Omarjee

NI

Eleftherios Synadinos

1

0

EFDD

Eleonora Evi

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (17.9.2018)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014.
(COM(2018)0438 – C8-0255/2018 – 2018/0228(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitati responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tagħhom:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sabiex tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u sabiex tistimola l-ħolqien tal-impjiegi, l-Unjoni teħtieġ infrastruttura tal-aktar teknoloġija riċenti u bi prestazzjoni għolja, li tikkontribwixxi biex tikkollega u tintegra l-Unjoni u r-reġjuni kollha tagħha, fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. Jenħtieġ li dawn il-konnessjonijiet jgħinu biex itejbu l-moviment ħieles tal-persuni, tal-merkanzija, tal-kapital u tas-servizzi. Jenħtieġ li n-netwerks trans-Ewropej jiffaċilitaw il-konnessjonijiet transfruntiera, irawmu aktar koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u jikkontribwixxu għal ekonomija soċjali tas-suq aktar kompetittiva kif ukoll għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

(1)  Sabiex tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, sabiex tilħaq il-miri tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u lil hinn, u sabiex tistimola l-ħolqien tal-impjiegi, l-Unjoni teħtieġ infrastrutturi moderni u bi prestazzjoni għolja li jikkontribwixxu biex jikkollegaw u jintegraw l-Unjoni u r-reġjuni kollha tagħha, fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. Jenħtieġ li dawn il-konnessjonijiet jgħinu biex itejbu l-moviment ħieles tal-persuni, tal-merkanzija, tal-kapital u tas-servizzi. Jenħtieġ li n-netwerks trans-Ewropej jiffaċilitaw il-konnessjonijiet transfruntiera, irawmu aktar koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u jikkontribwixxu għal ekonomija soċjali tas-suq aktar kompetittiva kif ukoll għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Jenħtieġ li l-Programm jimmira li jappoġġa proġetti dwar it-tibdil fil-klima, sostenibbli mill-aspett ambjentali u soċjali u, fejn xieraq, azzjonijiet ta' mitigazzjoni u ta' adattament għat-tibdil fil-klima. B'mod partikolari, jenħtieġ li jissaħħu l-kontribuzzjoni tal-Programm għall-kisba tal-miri u tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi kif ukoll il-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030 u d-dekarbonizzazzjoni fit-tul.

(3)  Jenħtieġ li l-Programm jimmira li jappoġġja proġetti dwar it-tibdil fil-klima, sostenibbli mill-aspett ambjentali u soċjali u, fejn xieraq, azzjonijiet ta' mitigazzjoni u ta' adattament għat-tibdil fil-klima. B'mod partikolari, jenħtieġ li jissaħħu l-kontribuzzjoni tal-Programm għall-kisba tal-miri u tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi kif ukoll il-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030 u d-dekarbonizzazzjoni fit-tul.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għaldaqstant, dan ir-Regolament, filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll mal-impenn tagħha lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li jirrazzjonalizza l-azzjoni klimatika u li jwassal għall-ilħiq ta' mira kumplessiva ta' 25 % tal-infiq baġitarju tal-UE b'appoġġ għall-għanijiet klimatiċi18. L-azzjonijiet fil-qafas ta' dan il-Programm mistennijin jikkontribwixxu 60 % mill-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi, fost l-oħrajn abbażi tal-indikaturi ta' Rio li ġejjin: i 100 % għall-infiq marbut mal-infrastruttura ferrovjarja, mal-fjuwils alternattivi, mat-trasport urban nadif, mat-trażmissjoni tal-elettriku, mal-ħżin tal-elettriku, mal-grilji intelliġenti, mat-trasportazzjoni tas-CO2 u mal-enerġija rinnovabbli; ii) 40 % għall-passaġġi fuq l-ilmijiet interni u għat-trasport multimodali, kif ukoll għall-infrastruttura tal-gass, jekk dan jagħti lok għall-użu miżjud tal-idroġenu rinnovabbli jew għall-bijometan. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u dawn se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjonijiet u ta' rieżami. Sabiex jiġi evitat li l-infrastruttura tkun vulnerabbli għal impatt potenzjali fit-tul mit-tibdil fil-klima, u sabiex jiġi żgurat li l-kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kkaġunati mill-proġett jiġi inkluż fl-evalwazzjoni ekonomika tal-proġett, il-proġetti appoġġati mill-Programm jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-protezzjoni klimatika skont il-gwida li jenħtieġ li tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b'mod koerenti mal-gwida żviluppata għal programmi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti.

(4)  Għaldaqstant, dan ir-Regolament, filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll mal-impenn tagħha lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li jirrazzjonalizza l-azzjoni klimatika u li jwassal għall-ilħiq ta' mira kumplessiva ta' għall-inqas 30 % tal-infiq baġitarju tal-UE b'appoġġ għall-għanijiet klimatiċi18. L-azzjonijiet fil-qafas ta' dan il-Programm mistennijin jikkontribwixxu 100 % mill-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi, fost l-oħrajn abbażi tal-indikaturi ta' Rio li ġejjin: i) 100 % għall-infiq marbut mal-infrastruttura ferrovjarja, mal-mobbiltà mingħajr emissjonijiet, mat-trasport urban nadif dekarbonizzat, mat-trażmissjoni tal-elettriku, mal-ħżin tal-elettriku, mal-grilji intelliġenti, mat-trasportazzjoni tas-CO2, mal-effiċjenza enerġetika u mal-enerġija rinnovabbli; ii) 40 % għall-passaġġi fuq l-ilmijiet interni u għat-trasport multimodali navigabbli u sostenibbli. Sabiex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet klimatiċi u l-mekkaniżmi tal-protezzjoni klimatika għandhom jagħmlu distinzjoni bejn mitigazzjoni u adattament, u jiġu materjalizzati ex ante permezz tal-proċessi kollha ta' programmazzjoni u ta' ppjanar minflok sempliċement rapportati ex post. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u dawn se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjonijiet u ta' rieżami. Sabiex jiġi evitat li l-infrastruttura tkun vulnerabbli għal impatt potenzjali fit-tul mit-tibdil fil-klima, u sabiex jiġi żgurat li l-kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kkaġunati mill-proġett jiġi inkluż fl-evalwazzjoni ekonomika tal-proġett, il-proġetti appoġġati mill-Programm jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-protezzjoni klimatika skont il-gwida li jenħtieġ li tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b'mod koerenti mal-gwida żviluppata għal programmi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti.

_________________

_________________

18 COM(2018) 321, p. 13.

18 COM(2018) 321, p. 13.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għan importanti ta' dan il-Programm huwa li jinħolqu aktar sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma transettorjali li jkunu kapaċi jindirizzaw oqsma speċifiċi ta' intervent, pereżempju fir-rigward tal-mobilità konnessa u awtomatizzata jew il-fjuwils alternattivi. Barra minn hekk, f'kull settur, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-possibbiltà li jitqiesu eliġibbli ċerti komponenti anċillari li jappartienu għal settur ieħor, fejn tali approċċ itejjeb il-benefiċċju soċjoekonomiku tal-investiment. Is-sinerġiji bejn is-setturi jenħtieġ li jiġu inċentivati permezz tal-kriterji tal-għoti għall-għażla tal-azzjonijiet.

(6)  Għan importanti ta' dan il-Programm huwa li jinħolqu aktar sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma transettorjali li jkunu kapaċi jindirizzaw oqsma speċifiċi ta' intervent, pereżempju fir-rigward tal-mobbiltà konnessa u awtomatizzata jew teknoloġiji u infrastruttura għat-trasport mingħajr emissjonijiet. Barra minn hekk, f'kull settur, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-possibbiltà li jitqiesu eliġibbli ċerti komponenti anċillari li jappartjenu għal settur ieħor, fejn tali approċċ itejjeb il-benefiċċju soċjoekonomiku tal-investiment. Is-sinerġiji bejn is-setturi jenħtieġ li jiġu inċentivati permezz tal-kriterji tal-għoti għall-għażla tal-azzjonijiet.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Huwa meħtieġ li jiġu promossi l-investimenti favur mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura mal-UE kollha. Fl-2017, il-Kummissjoni ressqet20 "L-Ewropa Attiva" sensiela wiesgħa ta' inizjattivi biex jagħmlu t-traffiku aktar sikur, biex iħeġġu t-tariffi intelliġenti għall-użu tat-toroq, biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, it-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni, biex jippromwovu l-mobilità konnessa u awtonoma, u biex jiżguraw kundizzjonijiet xierqa u ħinijiet ta' mistrieħ għall-ħaddiema. Jenħtieġ li dawn l-inizjattivi jkunu akkumpanjati minn appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, fejn rilevanti permezz ta' dan il-Programm.

(10)  Huwa meħtieġ li jiġu promossi l-investimenti favur mobbiltà intelliġenti, mingħajr emissjonijiet, inklużiva, sikura u sigura mal-UE kollha. Fl-2017, il-Kummissjoni ressqet20 "L-Ewropa Attiva" sensiela wiesgħa ta' inizjattivi biex jagħmlu t-traffiku aktar sikur, biex iħeġġu t-tariffi intelliġenti għall-użu tat-toroq, biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, it-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni, biex jippromwovu l-mobbiltà konnessa u awtonoma, u biex jiżguraw kundizzjonijiet xierqa u ħinijiet ta' mistrieħ għall-ħaddiema. Jenħtieġ li dawn l-inizjattivi jkunu akkumpanjati minn appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, fejn rilevanti permezz ta' dan il-Programm.

_________________

_________________

20Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Ewropa Attiva: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd" – COM(2017) 283.

20 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd" – COM(2017) 283.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Fir-rigward tat-teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, il-linji gwida tat-TEN-T jitolbu li dan jippermetti d-dekarbonizzazzjoni tal-modi kollha tat-trasport kemm billi jistimula l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-użu ta' fjuwils alternattivi. Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 tistabbilixxi qafas komuni ta' miżuri għall-implimentazzjoni ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi fl-Unjoni sabiex tonqos kemm jista' jkun id-dipendenza fuq iż-żejt u jittaffa l-impatt ambjentali tat-trasport, u teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li punti tal-iċċarġjar mill-ġdid jew għat-teħid ta' fjuwil aċċessibbli għall-pubbliku jkunu disponibbli sal-31 ta' Diċembru 2025. Kif inhu ddettaljat fil-proposti tal-Kummissjoni22 ta' Novembru 2017, jeħtieġ sett komprensiv ta' miżuri għall-promozzjoni tal-mobilità b'emissjonijiet baxxi, inkluż appoġġ finanzjarju fejn il-kundizzjonijiet tas-suq ma jagħtux inċentiv biżżejjed.

(11)  Fir-rigward tat-teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, il-linji gwida tat-TEN-T jitolbu li dan jippermetti d-dekarbonizzazzjoni tal-modi kollha tat-trasport kemm billi jistimula l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-użu ta' alternattivi għall-fjuwils kollha bbażati fuq il-fossili. Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 tistabbilixxi qafas komuni ta' miżuri għall-implimentazzjoni ta' infrastruttura adegwata għall-iżvilupp ta' mobbiltà mingħajr emissjonijiet fl-Unjoni sabiex tonqos kemm jista' jkun id-dipendenza fuq iż-żejt u fuq fjuwils fossili oħra, u jittaffa l-impatt ambjentali tat-trasport, u teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li punti tal-iċċarġjar mill-ġdid jew għat-teħid ta' fjuwil aċċessibbli għall-pubbliku jkunu disponibbli sal-31 ta' Diċembru 2025. Kif inhu ddettaljat fil-proposti tal-Kummissjoni22 ta' Novembru 2017, jeħtieġ sett komprensiv ta' miżuri għall-promozzjoni tal-mobbiltà mingħajr emissjonijiet, inkluż appoġġ finanzjarju fejn il-kundizzjonijiet tas-suq ma jagħtux inċentiv biżżejjed.

_________________

_________________

21 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

21 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

22 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi Unoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha" – COM(2017) 675

22 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha" – COM(2017) 675

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex ikun hemm titjib fit-tlestija ta' proġetti tat-trasport f'partijiet inqas żviluppati tan-netwerk, jenħtieġ li tiġi ttrasferita allokazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni lill-Programm għall-finanzjament ta' proġetti tat-trasport fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni. F'fażi inizjali u fil-limitu ta' 70 % tal-pakkett trasferit, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta' Koeżjoni. It-30 % li jifdal tal-pakkett ittrasferit jenħtieġ li jkunu allokati fuq bażi kompetittiva għal proġetti fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, bi prijorità għall-konnessjonijiet transfruntiera u l-konnessjonijiet neqsin. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġja lill-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw pjan xieraq ta' proġetti, b'mod partikolari billi jsaħħu l-kapaċità istituzzjonali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi kkonċernati.

(13)  Sabiex ikun hemm titjib fit-tlestija ta' proġetti tat-trasport f'partijiet inqas żviluppati tan-netwerk, jenħtieġ li tiġi ttrasferita allokazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni lill-Programm għall-finanzjament ta' proġetti ta' mobbiltà mingħajr emissjonijiet fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni. F'fażi inizjali u fil-limitu ta' 70 % tal-pakkett trasferit, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta' Koeżjoni. It-30 % li jifdal tal-pakkett ittrasferit jenħtieġ li jkunu allokati fuq bażi kompetittiva għal proġetti fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, bi prijorità għall-konnessjonijiet transfruntiera u l-konnessjonijiet neqsin. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġja lill-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw pjan xieraq ta' proġetti, b'mod partikolari billi jsaħħu l-kapaċità istituzzjonali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi kkonċernati.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27 jidentifika l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jeħtieġu jiġu implimentati sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima, jidentifika l-proġetti ta' interess komuni neċessarji biex jiġu implimentati dawk il-prijoritajiet, u jistipula miżuri fil-kamp tal-għoti ta' permessi, l-involviment pubbliku u regolamentazzjoni sabiex titħaffef u/jew tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dawk il-proġetti, inkluż kriterji għall-eliġibbiltà ta' tali proġetti għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni.

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27 jidentifika l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jeħtieġu jiġu implimentati sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima, jidentifika l-proġetti ta' interess komuni neċessarji biex jiġu implimentati dawk il-prijoritajiet, u jistipula miżuri fil-kamp tal-għoti ta' permessi, l-involviment pubbliku u regolamentazzjoni sabiex titħaffef u/jew tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dawk il-proġetti, inkluż kriterji għall-eliġibbiltà ta' tali proġetti għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni. Il-lista ta' proġetti ta' interess komuni u ta' kriterji ta' eliġibbiltà jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex jikkunsidraw bis-sħiħ l-għanijiet u l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi kif ukoll tal-miri tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u lil hinn.

_________________

_________________

27 Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).

27 Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Filwaqt li t-tlestija tal-infrastruttura tan-netwerk tibqa' l-prijorità biex jinkiseb l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, l-integrazzjoni ta' kooperazzjoni transfruntiera fl-enerġija rinnovabbli tirrifletti l-approċċ adottat taħt il-Pakkett Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha b'responsabbiltà kollettiva biex tintlaħaq mira ambizzjuża għall-enerġija rinnovabbli fl-2030, u l-kuntest ta' politika mibdul b'objettivi ambizzjużi ta' dekarbonizzazzjoni fit-tul.

(19)  Filwaqt li t-tlestija tal-infrastruttura tan-netwerk tibqa' l-prijorità biex jinkiseb l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, l-integrazzjoni ta' kooperazzjoni transfruntiera fl-enerġija rinnovabbli tirrifletti l-approċċ adottat taħt il-Pakkett Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha b'responsabbiltà kollettiva biex tintlaħaq għall-inqas 32 % tal-enerġija rinnovabbli fl-2030, u l-kuntest ta' politika mibdul b'objettivi ambizzjużi ta' dekarbonizzazzjoni fit-tul.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Teknoloġiji infrastrutturali innovattivi li jippermettu t-tranżizzjoni lejn sistemi ta' enerġija u ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u jtejbu s-sigurtà tal-provvista huma essenzjali fid-dawl tal-aġenda tad-dekarbonizzazzjoni tal-UE. B'mod partikolari, fil-Komunikazzjoni tagħha tat-23 ta' Novembru 2017 "Komunikazzjoni dwar it-tisħiħ tan-netwerks tal-enerġija tal-Ewropa"28 , il-Kummissjoni enfasizzat li r-rwol tal-elettriku, fejn l-enerġija rinnovabbli se tikkostitwixxi nofs l-iġġenerar tal-elettriku sal-2030, se jkomplu jmexxu d-dekarbonizzazzjoni tas-setturi li sa issa huma ddominati mill-fjuwils fossili, bħat-trasport, l-industrija u t-tisħin u t-tkessiħ u li għaldaqstant, l-attenzjoni taħt il-politika tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea qiegħda dejjem tkun aktar fuq proġetti ta' interkonnessjonijiet tal-elettriku, ta' ħażniet tal-elettriku u ta' grilji intelliġenti. It-teknoloġiji u l-proġetti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju jenħtieġ li jingħataw kunsiderazzjoni xierqa u prijorità bħala sostenn tal-għanijiet ta' dekarbonizzazzjoni tal-UE. Il-Kummissjoni se timmira li żżid in-numru ta' proġetti ta' grilji intelliġenti transfruntiera, ta' ħażna innovattiva u ta' trasportazzjoni tad-diossidu tal-karbonju appoġġjati fil-qafas tal-Programm.

(20)  Teknoloġiji infrastrutturali innovattivi li jippermettu t-tranżizzjoni lejn sistemi ta' enerġija u ta' mobbiltà mingħajr emissjonijiet tal-karbonju u jtejbu s-sigurtà tal-provvista huma essenzjali fid-dawl tal-aġenda tad-dekarbonizzazzjoni tal-UE. B'mod partikolari, fil-Komunikazzjoni tagħha tat-23 ta' Novembru 2017 "Komunikazzjoni dwar it-tisħiħ tan-netwerks tal-enerġija tal-Ewropa"28 , il-Kummissjoni enfasizzat li r-rwol tal-elettriku, fejn l-enerġija rinnovabbli se tikkostitwixxi nofs l-iġġenerar tal-elettriku sal-2030, se jkomplu jmexxu d-dekarbonizzazzjoni tas-setturi li sa issa huma ddominati mill-fjuwils fossili, bħat-trasport, l-industrija u t-tisħin u t-tkessiħ u li għaldaqstant, l-attenzjoni taħt il-politika tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea qiegħda dejjem tkun aktar fuq proġetti ta' interkonnessjonijiet tal-elettriku, ta' ħażniet tal-elettriku u ta' grilji intelliġenti. It-teknoloġiji u l-proġetti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr emissjonijiet tal-karbonju jenħtieġ li jingħataw kunsiderazzjoni xierqa u prijorità bħala sostenn tal-għanijiet ta' dekarbonizzazzjoni tal-UE. Il-Kummissjoni se timmira li żżid in-numru ta' proġetti ta' grilji intelliġenti transfruntiera, ta' ħażna innovattiva u ta' trasportazzjoni tad-diossidu tal-karbonju appoġġjati fil-qafas tal-Programm.

_________________

_________________

28 28 COM(2017) 718.

28 28 COM(2017) 718.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)  L-akbar trasparenza, responsabbiltà u skrutinju demokratiku tal-mekkaniżmi u l-istrumenti finanzjarji innovattivi li jinvolvu l-baġit tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħhom, kemm dik mistennija kif ukoll dik miksuba, għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu żgurati.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas biex jidentifika l-prijoritajiet ta' riforma nazzjonali u biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji pluriennali nazzjonali tagħhom stess b'appoġġ għal dawn il-prijoritajiet ta' riforma. Dawn l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma ta' kull sena, bħala mod kif jiġu strutturati u koordinati l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jkunu se jiġu appoġġati b'finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex jintuża l-finanzjament tal-Unjoni b'mod koerenti, u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jkun se jasal speċifikament mingħand il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni, il-Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investiment​i, InvestEU u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, fejn rilevanti. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża b'mod konsistenti mal-pjanijiet enerġetiċi u klimatiċi tal-Unjoni u nazzjonali, fejn rilevanti.

(35)  Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas biex jidentifika l-prijoritajiet ta' riforma nazzjonali u biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji pluriennali nazzjonali tagħhom stess b'appoġġ għal dawn il-prijoritajiet ta' riforma. Dawn l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma ta' kull sena, bħala mod kif jiġu strutturati u koordinati l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jkunu se jiġu appoġġati b'finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni, u jevitaw kwalunkwe kontradizzjoni mal-prijoritajiet tal-Unjoni, inklużi l-impenji tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi. Jenħtieġ li jservu wkoll biex jintuża l-finanzjament tal-Unjoni b'mod koerenti, u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jkun se jasal speċifikament mingħand il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni, il-Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti, InvestEU u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, fejn rilevanti. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża b'mod konsistenti mal-pjanijiet enerġetiċi u klimatiċi tal-Unjoni u nazzjonali.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "fjuwils alternattivi" tfisser fjuwils alternattivi kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/94/UE;

imħassar

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)  "studji" tfisser attivitajiet meħtieġa għat-tħejjija ta' implimentazzjoni tal-proġett, bħal studji preparatorji, kartografiċi, tal-fattibbiltà, ta' evalwazzjoni, ta' ttestjar u ta' validazzjoni, inkluż fil-forma ta' software, u kwalunkwe miżura oħra ta' appoġġ tekniku, li tinkludi azzjoni bil-quddiem sabiex jiġi ddefinit u żviluppat proġett u sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħal stħarriġ dwar is-siti kkonċernati u t-tħejjija tal-pakkett finanzjarju;

(n)  "studji” tfisser attivitajiet meħtieġa għat-tħejjija ta' implimentazzjoni tal-proġett, bħal studji preparatorji, kartografiċi, tal-fattibbiltà, ta' evalwazzjoni, ta' ttestjar u ta' validazzjoni, inkluż fil-forma ta' software, u kwalunkwe miżura oħra ta' appoġġ tekniku, li tinkludi azzjoni bil-quddiem sabiex jiġi ddefinit u żviluppat proġett u sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħal stħarriġ dwar is-siti kkonċernati u t-tħejjija tal-pakkett finanzjarju, kif ukoll Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali u Valutazzjonijiet Ambjentali Strateġiċi;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jiżviluppa u jimmodernizza n-netwerks trans-Ewropej fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, u li jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jqis l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni fit-tul, u b'enfasi fuq is-sinerġiji fost is-setturi.

1.  Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jiżviluppa u jimmodernizza n-netwerks trans-Ewropej fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, u li jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jqis l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni fit-tul, u b'enfasi fuq is-sinerġiji fost is-setturi. Il-Programm jappoġġja b'mod partikolari l-proġetti ta' infrastruttura li jikkontribwixxu biex jitnaqqsu l-ispejjeż esterni fl-oqsma tas-sikurezza, ambjentali u l-klima.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni marbutin ma' netwerks effiċjenti u interkonnessi u ma' infrastruttura għall-mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura;

(i)  li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni marbutin ma' netwerks sostenibbli, effiċjenti u interkonnessi u ma' infrastruttura għall-mobbiltà intelliġenti, mingħajr emissjonijiet, inklużiva, sikura u sigura;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Fis-settur tal-enerġija, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni marbutin ma' integrazzjoni aktar profonda tas-suq intern tal-enerġija, l-interoperabbiltà transfruntiera u transsettorjali tan-netwerks, l-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista, u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli;

(b)  Fis-settur tal-enerġija, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni marbutin ma' integrazzjoni aktar profonda tas-suq intern tal-enerġija u tal-investiment fl-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli u l-interoperabbiltà transfruntiera u transsettorjali tan-netwerks, l-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni u l-iżgurar tal-indipendenza enerġetika, u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal għajnuna teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm u tal-linji gwida speċifiċi għas-settur, bħal attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni inkluż sistemi tal-informazzjoni u tat-teknoloġija korporattivi. Dawn l-ammonti jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiffinanzjaw miżuri ta' akkumpanjament għat-tħejjija ta' proġetti.

4.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal għajnuna teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm u tal-linji gwida speċifiċi għas-settur, bħal attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni inkluż sistemi tal-informazzjoni u tat-teknoloġija korporattivi. Dawn l-ammonti jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiffinanzjaw miżuri ta' akkumpanjament għat-tħejjija ta' proġetti, inklużi Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali u Valutazzjonijiet Ambjentali Strateġiċi.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Fir-rigward tal-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni, 30 % minn dawn l-ammonti għandhom isiru disponibbli minnufih lill-Istati Membri kollha eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni sabiex jiffinanzja proġetti ta' infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament, bi prijorità tingħata lill-konnessjonijiet transfruntiera u neqsin. Sal-31 ta' Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward ta' 70 % mir-riżorsi ttrasferiti. B'effett mill-1 ta' Jannar 2024, ir-riżorsi ttrasferiti lill-Programm li ma jkunux ġew impenjati għal proġett ta' infrastruttura tat-trasport għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni sabiex jiffinanzjaw proġetti ta' infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament.

8.  Fir-rigward tal-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni, 30 % minn dawn l-ammonti għandhom isiru disponibbli minnufih lill-Istati Membri kollha eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni sabiex jiffinanzja proġetti ta' infrastruttura tat-trasport sostenibbli skont dan ir-Regolament, bi prijorità tingħata lill-konnessjonijiet transfruntiera u neqsin. Sal-31 ta' Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward ta' 70 % mir-riżorsi trasferiti. B'effett mill-1 ta' Jannar 2024, ir-riżorsi trasferiti lill-Programm li ma jkunux ġew impenjati għal proġett ta' infrastruttura tat-trasport sostenibbli għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni sabiex jiffinanzjaw proġetti ta' infrastruttura tat-trasport sostenibbliskont dan ir-Regolament.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-akbar importanza għandha tingħata lit-trasparenza, lir-responsabbiltà u l-iskrutinju demokratiku tal-mekkaniżmi u l-istrumenti finanzjarji innovattivi li jinvolvu l-baġit tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħhom, kemm dik mistennija kif ukoll dik miksuba, għall-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Huma eliġibbli għall-finanzjament biss azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3. Tali azzjonijiet jinkludu b'mod partikolari studji, xogħlijiet u miżuri oħrajn ta' akkumpanjament meħtieġa għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm u l-linji gwida speċifiċi għas-settur.

1.  Huma eliġibbli għall-finanzjament biss azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3. Tali azzjonijiet jinkludu b'mod partikolari studji, xogħlijiet u miżuri oħrajn ta' akkumpanjament meħtieġa għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm u l-linji gwida speċifiċi għas-settur, inklużi Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali u Valutazzjonijiet Ambjentali Strateġiċi.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Azzjonijiet marbutin ma' netwerks effiċjenti u interkonnessi:

(a)  Azzjonijiet marbutin ma' netwerks sostenibbli, effiċjenti u interkonnessi:

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Azzjonijiet marbutin ma' mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura:

(b)  Azzjonijiet marbutin ma' mobbiltà intelliġenti, mingħajr emissjonijiet, inklużiva, sikura u sigura:

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  azzjonijiet li jappoġġjaw teknoloġiji ġodda u innovazzjoni, inkluż l-awtomazzjoni, servizzi ta' trasport mtejba, integrazzjoni modali u infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(iv)  azzjonijiet li jappoġġjaw teknoloġiji ġodda u innovazzjoni, inkluż l-awtomazzjoni, servizzi ta' trasport imtejba, integrazzjoni modali u infrastruttura adegwata għall-varar ta' mobbiltà mingħajr emissjonijiet, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-konsistenza mal-pjanijiet dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

(i)  il-konsistenza ma' strateġiji fit-tul tal-Unjoni u dawk nazzjonali msemmija fir-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar il-Governanza], b'mod konformi mal-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-valutazzjoni tal-proposti skont il-kriterji tal-għoti għandha tqis, fejn rilevanti, ir-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima permezz ta' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u tar-riskji klimatiċi, inkluż il-miżuri ta' adattament rilevanti.

2.  Il-valutazzjoni tal-proposti skont il-kriterji tal-għoti għandha tqis, ir-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima permezz ta' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u tar-riskji klimatiċi, inkluż il-miżuri ta' adattament rilevanti.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22 ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati, b'konformità mal-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt –a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  biex tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 19;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Anness I – parti IV – punt 3 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  tniġġis tal-arja u tniġġis lokali ieħor;

(f)  il-kwalità tal-arja, tal-ħamrija u tal-ilma, u tniġġis lokali ieħor;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Anness I – parti IV – punt 3 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  is-saħħa;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Anness I – parti IV – punt 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta tagħżel il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha timmira għal numru totali ġestibbli. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura bilanċ ġeografiku xieraq fl-identifikazzjoni ta' proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Ir-raggruppamenti reġjonali jistgħu jintużaw għall-identifikazzjoni tal-proġetti.

Meta tagħżel il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha timmira għal numru totali li jistgħu jiġu ġestiti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura bilanċ ġeografiku xieraq fl-identifikazzjoni ta' proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Ir-raggruppamenti reġjonali jistgħu jintużaw għall-identifikazzjoni tal-proġetti, kif ukoll il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni reġjonali stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar il-Governanza].

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

Referenzi

COM(2018)0438 – C8-0255/2018 – 2018/0228(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

14.6.2018

TRAN

14.6.2018

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Adina-Ioana Vălean

21.6.2018

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

5.7.2018

Data tal-adozzjoni

13.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Catherine Bearder, Simona Bonafè, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, José Inácio Faria, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Lukas Mandl, Jiří Maštálka, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, John Procter, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Linnéa Engström, Elena Gentile, Rebecca Harms, Carolina Punset, Bart Staes, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Santiago Fisas Ayxelà, Tonino Picula, Lieve Wierinck

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

Catherine Bearder, Carolina Punset, Nils Torvalds, Lieve Wierinck

PPE

Birgit Collin Langen, José Inácio Faria, Santiago Fisas Ayxelà, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Giovanni La Via, Lukas Mandl, Annie Schreijer Pierik, Adina Ioana Vălean

S&D

Simona Bonafè, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Elena Gentile, Jytte Guteland, Jo Leinen, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Tonino Picula, Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli

Verts/ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Linnéa Engström, Rebecca Harms, Davor Škrlec, Bart Staes

1

-

GUE/NGL

Jiří Maštálka

4

0

ECR

Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter

ENF

Sylvie Goddyn

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (19.11.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 283/2014
(COM(2018)0438 – C8-0255/2018 – 2018/0228(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Mirosław Piotrowski

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2021-2027 u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 għandha l-għan li tistabbilixxi bażi ġuridika għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2021-2027. L-għan ewlieni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) huwa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta' miri ta' politika tal-UE fis-setturi tat-trasport, l-enerġija u l-infrastruttura diġitali permezz tal-iżvilupp ta' netwerks trans-Ewropej. Qed jiġi propost ukoll li l-FNE tappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera dwar il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli.

Qed jiġi preżunt ukoll li l-Ewropa se timxi lejn mobilità mingħajr fatalitajiet, mingħajr emissjonijiet u mingħajr użu ta' karti, sabiex tkun minn ta' quddiem fl-ekonomija diġitali. Infrastruttura moderna, nadifa, intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura se tipprovdi benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej, b'mod li jkunu jistgħu jivvjaġġaw, jittrasportaw il-merkanzija, ikollhom aċċess għall-enerġija u għal servizzi diġitali ta' kwalità għolja b'mod effiċjenti.

Il-faċilità Nikkollegaw l-Ewropa hija wkoll mistennija li tikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli, li min-naħa tiegħu se jrawwem l-integrazzjoni soċjali billi jistabbilixxi netwerks trans-Ewropej moderni u ta' effiċjenza għolja. Din l-inizjattiva se ġġib benefiċċji għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Dan ifisser kemm aktar kompetittività kif ukoll koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, kwalità tal-arja aħjar, promozzjoni ta' fjuwils alternattivi u appoġġ għal aktar żvilupp tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Madankollu, dawn l-objettivi ma jistgħux jitwettqu mingħajr ma tingħata attenzjoni lill-kwistjonijiet ta' sigurtà tal-enerġija u għalhekk jeħtieġ li jiġu żviluppati azzjonijiet biex tintemm id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili minn barra l-UE. Bħala parti mill-politika ta' mingħajr emissjonijiet, jeħtieġ li tiġi appoġġata t-teknoloġija nadifa tal-faħam – jiġifieri l-gassifikazzjoni tal-faħam biex jinkiseb l-idroġenu bħala fjuwil tas-seklu 21. Dan se jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar il-klima u jippermetti tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2.

Huwa importanti li jiġi promoss l-iżvilupp ta' passaġġi fuq l-ilma interni b'konċentrazzjoni speċjali fuq il-konnessjonijiet bejn il-Lvant u l-Punent u bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar. Il-kurituri tan-netwerk TEN-T ewlenin għandhom jiġu estiżi permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni ġodda u jeħtieġ li jiżdied il-finanzjament għall-passaġġi fuq l-ilma bħala rotot tat-trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

Id-dritt għal kontroll finanzjarju tal-Istati Membri għandu jiġi enfasizzat. Ir-regolament għandu jiddikjara li l-applikazzjonijiet għall-finanzjament mill-UE jridu jirċievu awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni Ewropea għandha timmaniġġja l-programm f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri skont prinċipji definiti b'mod ċar. Sabiex jintlaħaq l-iskop tal-FNE, din għandha tqis l-istrateġiji ta' investiment nazzjonali tal-Istati Membri. Il-koordinazzjoni mill-Istati Membri hija meħtieġa fil-proċess tal-applikazzjoni sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu tal-fondi disponibbli, speċjalment li parti mill-baġit tiġi ttrasferita mill-Fond ta' Koeżjoni u li l-proġetti għandhom jiġu ffinanzjati bħala parti minn linji u sejħiet għal proposti differenti. Ir-rwol u d-dmirijiet tal-Istat Membru għandhom jiġu definiti f'dan ir-Regolament sabiex tiġi żgurata sistema ta' ġestjoni ċara, preċiża u uniformi matul il-perjodu kollu tal-programmazzjoni, li jkun bażi ġuridika ċara għall-partijiet kollha involuti.

Għandha tingħata prijorità lill-finanzjament tas-sezzjonijiet transfruntiera tat-trasport u lir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE.

Is-sezzjoni transfruntiera għandha tkun definita b'mod ċar. Meta mqabbla mar-regolament fis-seħħ, din tneħħiet mir-regolament propost. Dan huwa importanti għaliex il-proġetti transfruntiera huma waħda mill-prijoritajiet ewlenin fil-finanzjament.

Skont l-objettiv speċifiku fis-settur tat-trasport, kif iddefinit fir-regolament propost, li huwa li n-netwerk TEN-T jiġi aġġustat għall-ħtiġijiet tal-mobilità militari, f'każijiet speċjali għandu jkun possibbli li tiġi ffinanzjata infrastruttura tat-trasport mhux koperta min-netwerk TEN-T jekk tkun tinsab tul rotta parallela mar-rotta ta' importanza ewlenija għall-mobilità militari.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sabiex tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u sabiex tistimola l-ħolqien tal-impjiegi, l-Unjoni teħtieġ infrastruttura tal-aktar teknoloġija riċenti u bi prestazzjoni għolja, li tikkontribwixxi biex tikkollega u tintegra l-Unjoni u r-reġjuni kollha tagħha, fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. Jenħtieġ li dawn il-konnessjonijiet jgħinu biex itejbu l-moviment ħieles tal-persuni, tal-merkanzija, tal-kapital u tas-servizzi. Jenħtieġ li n-netwerks trans-Ewropej jiffaċilitaw il-konnessjonijiet transfruntiera, irawmu aktar koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u jikkontribwixxu għal ekonomija soċjali tas-suq aktar kompetittiva kif ukoll għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

(1)  Sabiex tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u sabiex tistimola l-ħolqien tal-impjiegi ġodda, l-Unjoni teħtieġ infrastruttura tal-aktar teknoloġija riċenti u bi prestazzjoni għolja, li jeħtiġilha tikkontribwixxi biex tikkollega u tintegra l-Unjoni u r-reġjuni kollha tagħha, fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. Dawn il-konnessjonijiet jeħtiġilhom jgħinu biex itejbu l-moviment ħieles tal-persuni, tal-merkanzija, tal-kapital u tas-servizzi. In-netwerks trans-Ewropej jeħtiġilhom jiffaċilitaw il-konnessjonijiet transfruntiera, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi u x-xejriet fis-settur tas-servizzi, irawmu aktar koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u jikkontribwixxu għal ekonomija soċjali tas-suq aktar kompetittiva kif ukoll għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Jenħtieġ li l-Programm jimmira li jappoġġa proġetti dwar it-tibdil fil-klima, sostenibbli mill-aspett ambjentali u soċjali u, fejn xieraq, azzjonijiet ta' mitigazzjoni u ta' adattament għat-tibdil fil-klima. B'mod partikolari, jenħtieġ li jissaħħu l-kontribuzzjoni tal-Programm għall-kisba tal-miri u tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi kif ukoll il-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030 u d-dekarbonizzazzjoni fit-tul.

(3)  Il-Programm jeħtieġlu jimmira li jappoġġa proġetti dwar it-tibdil fil-klima, sostenibbli mill-aspett ambjentali, soċjali u ekonomiku u, jiffoka fuq programmi li jipprevjenu u jikkumbattu l-impatt fuq terminu medju u twil, biex b'hekk ifittex li jikseb mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u jadotta azzjonijiet ta' adattament xierqa għat-tibdil fil-klima. B'mod partikolari, jenħtieġ li jissaħħu l-kontribuzzjoni għall-Programm għall-kisba tal-miri u tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi kif ukoll il-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030 u l-objettiv tad-dekarbonizzazzjoni fit-tul.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għaldaqstant, dan ir-Regolament, filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll mal-impenn tagħha lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li jirrazzjonalizza l-azzjoni klimatika u li jwassal għall-ilħiq ta' mira kumplessiva ta' 25 % tal-infiq baġitarju tal-UE b'appoġġ għall-għanijiet klimatiċi18. L-azzjonijiet fil-qafas ta' dan il-Programm mistennijin jikkontribwixxu 60 % mill-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi, fost l-oħrajn abbażi tal-indikaturi ta' Rio li ġejjin: i. 100 % għall-infiq marbut mal-infrastruttura ferrovjarja, mal-fjuwils alternattivi, mat-trasport urban nadif, mat-trażmissjoni tal-elettriku, mal-ħżin tal-elettriku, mal-grilji intelliġenti, mat-trasportazzjoni tas-CO2 u mal-enerġija rinnovabbli; 40 % għall-passaġġi fuq l-ilmijiet interni u għat-trasport multimodali, kif ukoll għall-infrastruttura tal-gass, jekk dan jagħti lok għall-użu miżjud tal-idroġenu rinnovabbli jew għall-bijometan. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u dawn se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjonijiet u ta' rieżami. Sabiex jiġi evitat li l-infrastruttura tkun vulnerabbli għal impatt potenzjali fit-tul mit-tibdil fil-klima, u sabiex jiġi żgurat li l-kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kkaġunati mill-proġett jiġi inkluż fl-evalwazzjoni ekonomika tal-proġett, il-proġetti appoġġati mill-Programm jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-protezzjoni klimatika skont il-gwida li jenħtieġ li tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b'mod koerenti mal-gwida żviluppata għal programmi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti.

(4)  Għaldaqstant, dan ir-Regolament, filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenji tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll mal-impenn tagħha lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li jintegra l-azzjoni klimatika u li jwassal għall-ilħiq ta' mira kumplessiva ta' 25 % tal-infiq baġitarju tal-UE b'appoġġ għall-għanijiet klimatiċi18. L-azzjonijiet fil-qafas ta' dan il-Programm huma mistennija jikkontribwixxu 60 % mill-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi, fost l-oħrajn abbażi tal-indikaturi ta' Rio li ġejjin: i. 100 % għall-infiq marbut mal-infrastruttura ferrovjarja, mal-fjuwils alternattivi, mat-trasport urban nadif, mat-trażmissjoni tal-elettriku, mal-ħżin tal-elettriku, mal-grilji intelliġenti, mat-trasportazzjoni tas-CO2 u mal-enerġija rinnovabbli; 40 % għall-passaġġi fuq l-ilmijiet interni u għat-trasport multimodali, kif ukoll għall-infrastruttura tal-gass, jekk dan jagħti lok għall-użu miżjud tal-idroġenu rinnovabbli jew tal-bijometan. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u dawn se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjonijiet u ta' rieżami. Sabiex jiġi evitat li l-infrastruttura tkun vulnerabbli għal impatt potenzjali fit-tul mit-tibdil fil-klima, u sabiex jiġi żgurat li l-kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kkaġunati mill-proġett jiġi inkluż fl-evalwazzjoni ekonomika tal-proġett, il-proġetti appoġġati mill-Programm jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-protezzjoni klimatika fit-tul skont il-gwida li jenħtieġ li tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b'mod konsistenti mal-gwida żviluppata għal programmi oħra tal-Unjoni meta rilevanti.

_________________

_________________

18 COM(2018) 321, p. 13.

18 COM(2018) 321, p. 13.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għan importanti ta' dan il-Programm huwa li jinħolqu aktar sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma transettorjali li jkunu kapaċi jindirizzaw oqsma speċifiċi ta' intervent, pereżempju fir-rigward tal-mobilità konnessa u awtomatizzata jew il-fjuwils alternattivi. Barra minn hekk, f'kull settur, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-possibbiltà li jitqiesu eliġibbli ċerti komponenti anċillari li jappartienu għal settur ieħor, fejn tali approċċ itejjeb il-benefiċċju soċjoekonomiku tal-investiment. Is-sinerġiji bejn is-setturi jenħtieġ li jiġu inċentivati permezz tal-kriterji tal-għoti għall-għażla tal-azzjonijiet.

(6)  Objettiv importanti ta' dan il-Programm huwa li jinħolqu aktar sinerġiji u komplementarjetajiet bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u s-settur diġitali, filwaqt li jitqies l-iżvilupp rapidu ta' teknoloġiji ġodda f'dawn l-oqsma. Għal dan l-iskop, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma transettorjali li jkunu kapaċi jindirizzaw oqsma speċifiċi ta' intervent, pereżempju fir-rigward tal-mobilità konnessa u awtomatizzata, inkluża l-infrastruttura diġitali meħtieġa, jew il-fjuwils alternattivi. Barra minn hekk, f'kull settur imsemmi hawn fuq, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-possibbiltà li jitqiesu eliġibbli ċerti komponenti anċillari li jappartjenu għal settur ieħor, meta tali approċċ itejjeb il-benefiċċju soċjoekonomiku tal-investiment. Is-sinerġiji bejn is-setturi msemmija hawn fuq jenħtieġ li jiġu inċentivati permezz tal-kriterji tal-għoti għall-għażla tal-azzjonijiet u jenħtieġ li jinkisbu wkoll komplementarjetajiet ma' strumenti oħra tal-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-linji gwida dwar in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill19 (minn hawn 'il quddiem "il-linji gwida tat-TEN-T") jidentifikaw l-infrastruttura tat-TEN-T, jispeċifikaw ir-rekwiżiti li għandhom ikunu ssodisfati minnha, u jipprevedu miżuri biex jiġu implimentati. Dawk il-linji gwida jipprevedu b'mod partikolari t-tlestija tan-netwerk ewlieni sal-2030 permezz tal-ħolqien ta' infrastruttura ġdida, kif ukoll permezz tal-aġġornament u r-riabilitazzjoni sostanzjali tal-infrastruttura eżistenti.

(7)  Il-linji gwida dwar in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill19 (minn hawn 'il quddiem "il-linji gwida tat-TEN-T") jidentifikaw l-infrastruttura tat-TEN-T, jispeċifikaw ir-rekwiżiti li għandhom ikunu ssodisfati minnha, u jipprevedu miżuri biex jiġu implimentati. Dawk il-linji gwida jipprevedu b'mod partikolari t-tlestija tan-netwerk ewlieni sal-2030 permezz tal-ħolqien ta' infrastruttura ġdida u konnessjonijiet transfruntiera ġodda, kif ukoll permezz tal-aġġornament u r-riabilitazzjoni sostanzjali tal-infrastruttura eżistenti. B'mod parallel mat-tlestija tan-netwerk ewlieni, se tingħata prijorità lill-provvediment ta' konnessjonijiet tat-trasport pubbliku li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent man-nodi tat-TEN-T.

_________________

_________________

19 Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE, ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.

19 Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE, ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fil-linji gwida dwar it-TEN-T, jenħtieġ li jiġu appoġġati bi prijorità l-konnessjonijiet transfruntiera u l-konnessjonijiet neqsin, kif ukoll li jiġi żgurat, fejn applikabbli, li l-azzjonijiet appoġġati huma konsistenti mal-pjanijiet ta' ħidma tal-kurituri stabbiliti skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u mal-iżvilupp ġenerali tan-netwerk rigward il-prestazzjoni u l-interoperabbiltà.

(8)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fil-linji gwida dwar it-TEN-T, huwa meħtieġ li jiġu appoġġati bi prijorità l-konnessjonijiet transfruntiera, il-konnessjonijiet neqsin, ir-restrinġiment tat-trasport u n-nodi urbani, kif ukoll li jiġi żgurat, meta applikabbli, li l-azzjonijiet appoġġati huma konsistenti mal-pjanijiet ta' ħidma tal-kurituri stabbiliti skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u mal-iżvilupp ġenerali tan-netwerk rigward il-prestazzjoni u l-interoperabbiltà.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex jirrifletti l-flussi tat-trasport dejjem jikbru u l-evoluzzjoni tan-netwerk, jenħtieġ li jiġi adattat l-allinjament tal-kurituri tan-netwerk ewlieni u s-sezzjonijiet tagħhom identifikati minn qabel. Dawn l-adattamenti jenħtieġ li jkunu proporzjonati sabiex jippreżervaw il-konsistenza u l-effiċjenza tal-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-kurituri. Għan dan il-għan, it-tul tal-kurituri tan-netwerk ewlieni jenħtieġ li ma jiżdiedx b'iktar minn 15 %.

(9)  Sabiex jirrifletti l-flussi tat-trasport dejjem jikbru u l-evoluzzjoni tan-netwerk, jenħtieġ li jiġu adattati l-allinjament tal-kurituri tan-netwerk ewlieni, in-nodi urbani u s-sezzjonijiet tagħhom identifikati minn qabel. Dawn l-adattamenti jenħtieġ li jkunu proporzjonati sabiex jippreżervaw il-bilanċ, il-konsistenza u l-effiċjenza tal-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-kurituri. Għan dan il-għan, it-tul tal-kurituri tan-netwerk ewlieni jenħtieġ li ma jiżdiedx b'iktar minn 15 %.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Huwa meħtieġ li jiġu promossi l-investimenti favur mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura mal-UE kollha. Fl-2017, il-Kummissjoni ressqet20 "L-Ewropa Attiva", sensiela wiesgħa ta' inizjattivi biex jagħmlu t-traffiku aktar sikur, biex iħeġġu t-tariffi intelliġenti għall-użu tat-toroq, biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, it-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni, biex jippromwovu l-mobilità konnessa u awtonoma, u biex jiżguraw kundizzjonijiet xierqa u ħinijiet ta' mistrieħ għall-ħaddiema. Jenħtieġ li dawn l-inizjattivi jkunu akkumpanjati minn appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, fejn rilevanti permezz ta' dan il-Programm.

(10)  Huwa meħtieġ li jiġu promossi l-investimenti favur mobilità intelliġenti, bilanċjata, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura adattata għall-ħtiġijiet lokali u reġjonali fl-Unjoni kollha. Fl-2017, il-Kummissjoni ressqet20 "L-Ewropa Attiva", sensiela wiesgħa ta' inizjattivi biex jagħmlu t-traffiku aktar sikur, biex iħeġġu t-tariffi intelliġenti għall-użu tat-toroq, biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, it-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni, biex jippromwovu l-mobilità konnessa u awtonoma, u biex jiżguraw kundizzjonijiet xierqa u ħinijiet ta' mistrieħ għall-ħaddiema. Jenħtieġ li dawn l-inizjattivi jkunu akkumpanjati minn appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, fejn rilevanti permezz ta' dan il-Programm.

_________________

_________________

20 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd" – COM(2017)283.

20 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd" – COM(2017)283.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Fir-rigward tat-teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, il-linji gwida tat-TEN-T jitolbu li dan jippermetti d-dekarbonizzazzjoni tal-modi kollha tat-trasport kemm billi jistimula l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-użu ta' fjuwils alternattivi. Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 tistabbilixxi qafas komuni ta' miżuri għall-implimentazzjoni ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi fl-Unjoni sabiex tonqos kemm jista' jkun id-dipendenza fuq iż-żejt u jittaffa l-impatt ambjentali tat-trasport, u teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li punti tal-iċċarġjar mill-ġdid jew għat-teħid ta' fjuwil aċċessibbli għall-pubbliku jkunu disponibbli sal-31 ta' Diċembru 2025. Kif inhu ddettaljat fil-proposti tal-Kummissjoni22 ta' Novembru 2017, jeħtieġ sett komprensiv ta' miżuri għall-promozzjoni tal-mobilità b'emissjonijiet baxxi, inkluż appoġġ finanzjarju fejn il-kundizzjonijiet tas-suq ma jagħtux inċentiv biżżejjed.

(11)  Fir-rigward tat-teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, il-linji gwida tat-TEN-T jirrikjedu li dan jippermetti d-dekarbonizzazzjoni tal-modi kollha tat-trasport kemm billi jistimula l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-użu ta' fjuwils alternattivi. Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 tistabbilixxi qafas komuni ta' miżuri għall-implimentazzjoni ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi fl-Unjoni sabiex tonqos kemm jista' jkun id-dipendenza fuq iż-żejt u jittaffa l-impatt ambjentali u klimatiku tat-trasport, u tirrikjedi li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali jinvestu f'infrastruttura adatta u jiżguraw li punti tal-iċċarġjar mill-ġdid jew għat-teħid ta' fjuwil aċċessibbli għall-pubbliku jkunu disponibbli sal-31 ta' Diċembru 2025. Kif inhu ddettaljat fil-proposti tal-Kummissjoni22 ta' Novembru 2017, huwa meħtieġ sett komprensiv ta' miżuri għall-promozzjoni tal-mobilità b'emissjonijiet baxxi, inkluż appoġġ finanzjarju fejn il-kundizzjonijiet tas-suq ma jagħtux inċentiv biżżejjed.

_________________

_________________

21 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

21 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha", COM(2017)675.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha", COM(2017)675.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex ikun hemm titjib fit-tlestija ta' proġetti tat-trasport f'partijiet inqas żviluppati tan-netwerk, jenħtieġ li tiġi ttrasferita allokazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni lill-Programm għall-finanzjament ta' proġetti tat-trasport fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni. F'fażi inizjali u fil-limitu ta' 70 % tal-pakkett trasferit, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta' Koeżjoni. It-30 % li jifdal tal-pakkett ittrasferit jenħtieġ li jkunu allokati fuq bażi kompetittiva għal proġetti fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, bi prijorità għall-konnessjonijiet transfruntiera u l-konnessjonijiet neqsin. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġja lill-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw pjan xieraq ta' proġetti, b'mod partikolari billi jsaħħu l-kapaċità istituzzjonali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi kkonċernati.

(13)  Sabiex ikun hemm titjib fit-tlestija tal-konnessjonijiet neqsin jew tiġi permessa r-riattivazzjoni tal-konnessjonijiet eżistenti li mhux qed jiffunzjonaw fil-proġetti tat-trasport transfruntiera f'partijiet inqas żviluppati tan-netwerk, l-allokazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni lill-Programm tista' tiġi prevista fir-Regolament (UE) XXX [CPR] għall-finanzjament ta' proġetti tat-trasport fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni. Il-kundizzjonijiet applikabbli għat-trasferiment jiġu deċiżi fir-Regolament imsemmi hawn fuq, filwaqt li tiġi segwita l-metodoloġija tal-2014–2020 fir-rigward tal-allokazzjonijiet nazzjonali rispettivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li toffri appoġġ massimu lill-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni bi prijorità għat-titjib tar-rabtiet transfruntiera eżistenti, l-investiment f'reġjuni bi traffiku qawwi u l-ħolqien tal-konnessjonijiet neqsin, bil-għan li jiġi indirizzat ir-restrinġiment tat-trasport. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw pjan xieraq ta' proġetti, b'mod partikolari billi jsaħħu l-kapaċità istituzzjonali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi kkonċernati.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Fil-Komunikazzjoni tagħha "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE"26 , il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtiġijiet speċifiċi tat-trasport fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-ħtieġa li jingħata finanzjament mill-Unjoni biex dawn il-ħtiġijiet jiġu ssodisfati, inkluż permezz tal-Programm.

(15)  Fil-Komunikazzjoni tagħha "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE"26 , il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtiġijiet speċifiċi tat-trasport fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-ħtieġa li jingħata finanzjament mill-Unjoni biex dawn il-ħtiġijiet jiġu ssodisfati, inkluż permezz tal-Programm. Il-Memorandum dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi ta' Ġunju 2017 jenfasizza l-importanza tal-ħolqien ta' netwerk tat-trasport li jqis ir-realtà tar-reġjuni ultraperiferiċi u jinkorpora l-miżuri fit-trasport fuq l-art, bil-baħar u bl-ajru – inklużi inċentivi għall-iżvilupp tat-trasport intermodali – li huma adattati għalihom kif jixraq, f'konformità mal-Artikolu 349.

_________________

_________________

26 COM(2017)623.

26 COM(2017)623.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Id-Direttiva [id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli riformulata] tenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas ta' abilitazzjoni li jinkludi l-użu mtejjeb tal-fondi tal-Unjoni, b'referenza espliċita għall-abilitazzjoni ta' azzjonijiet li jappoġġjaw il-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

(18)  Id-Direttiva [id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli riformulata] tenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas ta' abilitazzjoni li jinkludi l-użu mtejjeb tal-fondi tal-Unjoni, b'referenza espliċita għall-abilitazzjoni ta' azzjonijiet li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u tal-ekonomija ċirkolari.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Filwaqt li t-tlestija tal-infrastruttura tan-netwerk tibqa' l-prijorità biex jinkiseb l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, l-integrazzjoni ta' kooperazzjoni transfruntiera fl-enerġija rinnovabbli tirrifletti l-approċċ adottat taħt il-Pakkett Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha b'responsabbiltà kollettiva biex tintlaħaq mira ambizzjuża għall-enerġija rinnovabbli fl-2030, u l-kuntest ta' politika mibdul b'objettivi ambizzjużi ta' dekarbonizzazzjoni fit-tul.

(19)  Filwaqt li t-tlestija tal-infrastruttura tan-netwerk tibqa' l-prijorità biex jinkiseb l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli u tal-ekonomija ċirkolari, l-integrazzjoni ta' kooperazzjoni transfruntiera fl-enerġija rinnovabbli tirrifletti l-approċċ adottat taħt il-Pakkett Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha b'responsabbiltà kollettiva biex tintlaħaq mira ambizzjuża għall-enerġija rinnovabbli fl-2030, u l-kuntest ta' politika mibdul b'objettivi ambizzjużi ta' dekarbonizzazzjoni fit-tul.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-kisba tas-suq uniku diġitali tiddependi fuq l-infrastruttura ta' konnettività diġitali sottostanti. Id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea u l-modernizzazzjoni ta' setturi bħat-trasport, l-enerġija, il-kura tas-saħħa u l-amministrazzjoni pubblika tiddependi fuq l-aċċess universali għal netwerks affidabbli, affordabbli, kemm ta' kapaċità għolja kif ukoll ta' kapaċità għolja ħafna. Il-konnettività diġitali saret waħda mill-fatturi deċiżivi għall-għeluq ta' qasmiet ekonomiċi, soċjali u territorjali, billi tappoġġa l-modernizzazzjoni ta' ekonomiji lokali u tirfed id-diversifikazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-intervent tal-Programm fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali jenħtieġ li jkun aġġustat sabiex jirrifletti ż-żieda fl-importanza tiegħu għall-ekonomija u s-soċjetà b'mod ġenerali. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-proġetti ta' infrastruttura tal-konnettività diġitali ta' interess komuni meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tas-suq uniku diġitali tal-Unjoni, u li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29.

(21)  Il-kisba tas-suq uniku diġitali tiddependi fuq l-infrastruttura ta' konnettività diġitali sottostanti. Id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea u l-modernizzazzjoni ta' setturi bħat-trasport, l-enerġija, il-kura tas-saħħa u l-amministrazzjoni pubblika tiddependi fuq l-aċċess universali għal netwerks affidabbli, affordabbli, kemm ta' kapaċità għolja kif ukoll ta' kapaċità għolja ħafna. Il-konnettività diġitali saret waħda mill-fatturi deċiżivi għall-għeluq ta' qasmiet ekonomiċi, soċjali u territorjali, billi tappoġġa l-modernizzazzjoni ta' ekonomiji lokali u reġjonali u tirfed id-diversifikazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi. Flimkien mas-sewqan awtomatizzat, id-diġitalizzazzjoni hija wieħed mill-mezzi l-aktar effettivi sabiex jiġi indirizzat l-iżvantaġġ strutturali taż-żoni rurali u għalhekk jenħtieġ li tiġi appoġġata aktar. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-intervent tal-Programm fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali jenħtieġ li jkun aġġustat sabiex jirrifletti ż-żieda fl-importanza tiegħu għall-ekonomija u s-soċjetà b'mod ġenerali, inkluż permezz ta' aċċess pubbliku aħjar għat-teknoloġija diġitali. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-proġetti ta' infrastruttura tal-konnettività diġitali transfruntiera u oħrajn ta' interess komuni meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tas-suq uniku diġitali tal-Unjoni, u li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29.

_________________

_________________

29 Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).

29 Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  L-iskejjel, l-universitajiet, il-libreriji, l-amministrazzjonijiet lokali, reġjonali jew nazzjonali, il-fornituri ewlenin tas-servizzi pubbliċi, l-isptarijiet u ċ-ċentri mediċi, il-hubs tat-trasport u impriżi diġitalment intensivi, huma entitajiet u postijiet li jinfluwenza żviluppi soċjoekonomiċi importanti fiż-żona li jinsabu fiha. Dawn il-muturi soċjoekonomiċi jenħtieġ li jkunu fil-quċċata tal-konnettività Gigabit sabiex jipprovdu aċċess għall-aqwa servizzi u applikazzjonijiet liċ-ċittadini, u lill-komunitajiet tan-negozju u lokali Ewropej. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġja l-aċċess għall-konnettività Gigabit għal dawn il-muturi soċjoekonomiċi bl-għan li jimmassimizza l-effetti sekondarji pożittivi tagħhom fuq l-ekonomija u s-soċjetà usa', inkluż bl-iġġenerar ta' domanda usa' għall-konnettività u s-servizzi.

(24)  L-iskejjel, l-universitajiet, il-libreriji, l-amministrazzjonijiet lokali, reġjonali jew nazzjonali, il-fornituri ewlenin tas-servizzi pubbliċi, l-isptarijiet u ċ-ċentri mediċi, il-hubs tat-trasport u impriżi diġitalment intensivi, huma entitajiet u postijiet li jistgħu jinfluwenzaw żviluppi soċjoekonomiċi importanti fiż-żona li jinsabu fiha. Dawn il-muturi soċjoekonomiċi jenħtieġ li jkunu fil-quċċata tal-konnettività Gigabit sabiex jipprovdu aċċess għall-aqwa servizzi u applikazzjonijiet liċ-ċittadini, u lill-komunitajiet tan-negozju u lokali Ewropej, waqt li jippermettu l-iżvilupp ta' servizzi u applikazzjonijiet ġodda, filwaqt li jqisu l-ħolqien rapidu u kontinwu ta' teknoloġiji ġodda. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-aċċess faċli għall-konnettività Gigabit għal dawn il-muturi soċjoekonomiċi bl-għan li jimmassimizza l-effetti sekondarji pożittivi tagħhom fuq l-ekonomija u s-soċjetà usa', inkluż bl-iġġenerar ta' domanda usa' għall-konnettività u s-servizzi. Minħabba l-periferiċità tar-reġjuni ultraperiferiċi mill-kontinent Ewropew, il-konnettività tal-Internet għandha rwol fundamentali fil-koeżjoni territorjali tagħhom u fil-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs, il-ħolqien ta' impjiegi u t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien ta' dawk li jgħixu hemm.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Il-vijabbiltà tas-servizzi diġitali antiċipati tal-ġenerazzjoni li jmiss, bħas-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-Internet tal-Oġġetti li huma mistennija li jkunu ta' benefiċċju sinifikanti f'diversi setturi u għas-soċjetà inġenerali, se tkun teħtieġ kopertura transfruntiera mingħajr interruzzjoni b'netwerks 5G, b'mod partikolari biex l-utenti u l-oġġetti jkunu jistgħu jibqgħu konnessi anki meta jkunu mobbli. Madankollu x-xenarji tal-qsim tal-kostijiet għall-użu tal-5G f'dawn is-setturi għadhom mhux ċari, u r-riskji perċepiti tal-użu kummerċjali f'ċerti oqsma ewlenin huma għoljin ħafna. Il-kurituri tat-toroq u l-konnessjonijiet ferrovjarji huma mistennija li jkunu oqsma ewlenin għall-ewwel fażi tal-applikazzjonijiet il-ġodda fil-qasam tal-mobilità konnessa u għalhekk jikkostitwixxu proġetti transfruntiera vitali għall-finanzjament fil-qafas ta' dan il-Programm.

(26)  Il-vijabbiltà tas-servizzi diġitali antiċipati tal-ġenerazzjoni li jmiss, bħas-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-Internet tal-Oġġetti li huma mistennija li jkunu ta' benefiċċju sinifikanti f'diversi setturi u għas-soċjetà inġenerali, se tkun teħtieġ kopertura transfruntiera mingħajr interruzzjoni b'netwerks 5G, b'mod partikolari biex l-utenti u l-oġġetti jkunu jistgħu jibqgħu konnessi anki meta jkunu mobbli. Madankollu x-xenarji tal-qsim tal-kostijiet għall-użu tal-5G f'dawn is-setturi għadhom mhux ċari, u r-riskji perċepiti tal-użu kummerċjali f'ċerti oqsma ewlenin bħas-sigurtà u l-protezzjoni tal-utent tad-data huma għoljin ħafna. Il-kurituri tat-toroq u l-konnessjonijiet ferrovjarji huma mistennija li jkunu oqsma ewlenin għall-ewwel fażi tal-applikazzjonijiet il-ġodda fil-qasam tal-mobilità konnessa u għalhekk jikkostitwixxu proġetti transfruntiera vitali għall-finanzjament fil-qafas ta' dan il-Programm.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  It-territorji mhux konnessi fiż-żoni kollha tal-Unjoni, inkluż f'dawk ċentrali, jirrappreżentaw ostakli u potenzjal mhux sfruttat għas-suq uniku diġitali. F'ħafna miż-żoni rurali u mbiegħda, il-konnettività tal-internet ta' kwalità għolja jista' jkollha rwol essenzjali biex jiġi evitat id-distakk, l-iżolament u d-depopolazzjoni diġitali billi jonqsu l-ispejjeż għat-twassil tal-oġġetti u s-servizzi u parzjalment tiġi kkumpensata d-distanza. Il-konnettività tal-internet ta' kwalità għolja hija meħtieġa għal opportunitajiet ekonomiċi ġodda bħall-biedja ta' preċiżjoni jew l-iżvilupp ta' bijoekonomija f'żoni rurali. Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi biex jipprovdi lill-familji Ewropej kollha, rurali jew urbani, b'konnettività fissa jew bla fili ta' kapaċità għolja ħafna, billi jiffoka fuq dawk l-użi li għalihom huwa osservat grad ta' nuqqas tas-suq, u li jista' jkun indirizzat permezz ta' għotjiet ta' intensità baxxa. Meta jagħmel dan, jenħtieġ li l-Programm jimmira li jikseb kopertura komprensiva tad-djar u t-territorji, peress li mhuwiex ekonomiku li wieħed jindirizza iktar 'l quddiem il-lakuni f'żona diġà koperta.

(27)  It-territorji mhux konnessi fiż-żoni kollha tal-Unjoni, inkluż f'dawk ċentrali, jirrappreżentaw restrinġiment u potenzjal mhux sfruttat għas-suq uniku diġitali. Fil-biċċa l-kbira taż-żoni rurali u mbiegħda, kif ukoll fir-reġjuni ultraperiferiċi, il-konnettività tal-internet ta' kwalità għolja jista' jkollha rwol essenzjali biex jiġi evitat distakk u iżolament diġitali fl-iżvilupp ta' servizzi ġodda u t-tnaqqis tar-riskju ta' depopolazzjoni kif ukoll fl-istimolar tal-ekonomija billi jonqsu l-ispejjeż għat-twassil tal-oġġetti u s-servizzi u parzjalment tiġi kkumpensata d-distanza. Il-konnettività tal-internet ta' kwalità għolja hija meħtieġa għal opportunitajiet ekonomiċi ġodda bħall-biedja ta' preċiżjoni jew l-iżvilupp ta' bijoekonomija f'żoni rurali u miżuri li jattiraw liż-żgħażagħ lejn il-kampanja. Il-konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE tista' tinkiseb ukoll billi r-reġjuni ultraperiferiċi jsiru post privileġġjat għall-introduzzjoni tan-netwerk 5G permezz tat-tnedija ta' proġetti pilota. Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi biex jipprovdi lid-djar Ewropej kollha, rurali jew urbani, b'konnettività fissa jew bla fili ta' kapaċità għolja ħafna, billi jiffoka fuq dawk l-użi li għalihom huwa osservat grad ta' falliment tas-suq, u li jista' jkun indirizzat permezz ta' għotjiet ta' intensità baxxa. Meta jagħmel dan, jenħtieġ li l-Programm jimmira li jikseb kopertura komprensiva tad-djar u t-territorji, peress li mhuwiex ekonomiku li wieħed jindirizza iktar 'l quddiem il-lakuni f'żona diġà koperta.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  L-implimentazzjoni ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi ċentrali, inkluż permezz ta' kejbils sottomarini li jgħaqqdu territorji Ewropej ma' pajjiżi terzi f'kontinenti oħrajn jew li jgħaqqdu gżejjer Ewropej jew territorji extra-Ewropej mal-kontinent, hija meħtieġa sabiex jiġi pprovdut it-tnaqqis meħtieġ għal infrastruttura tant essenzjali, u sabiex jiżdiedu l-kapaċità u r-reżiljenza tan-netwerks diġitali tal-Unjoni. Madankollu, proġetti bħal dawn spiss ma jkunux kummerċjalment vjabbli mingħajr l-appoġġ pubbliku.

(28)  L-implimentazzjoni ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi ċentrali, inkluż permezz ta' kejbils sottomarini li jgħaqqdu territorji Ewropej ma' pajjiżi terzi f'kontinenti oħrajn jew li jgħaqqdu gżejjer Ewropej, ir-reġjuni ultraperiferiċi jew territorji extra-Ewropej mal-kontinent, hija meħtieġa sabiex jiġi pprovdut it-tnaqqis meħtieġ għal infrastruttura tant essenzjali, u sabiex jiżdiedu l-kapaċità u r-reżiljenza tan-netwerks diġitali tal-Unjoni. Madankollu, proġetti bħal dawn spiss ma jkunux finanzjarjament u kummerċjalment vjabbli mingħajr l-appoġġ pubbliku. L-iżvilupp ta' sħubijiet pubbliċi-privati jista' wkoll jiġi previst f'dan is-sens.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas biex jidentifika l-prijoritajiet ta' riforma nazzjonali u biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji pluriennali nazzjonali tagħhom stess b'appoġġ għal dawn il-prijoritajiet ta' riforma. Dawn l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma ta' kull sena, bħala mod kif jiġu strutturati u koordinati l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jkunu se jiġu appoġġati b'finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex jintuża l-finanzjament tal-Unjoni b'mod koerenti, u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jkun se jasal speċifikament mingħand il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni, il-Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investiment​i, InvestEU u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, fejn rilevanti. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża b'mod konsistenti mal-pjanijiet enerġetiċi u klimatiċi tal-Unjoni u nazzjonali, fejn rilevanti.

imħassar

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Meta pajjiżi terzi jew entitajiet stabbiliti f'pajjiżi terzi jipparteċipaw f'azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni jew proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, l-għajnuna finanzjarja jenħtieġ li tkun disponibbli biss jekk tkun essenzjali għall-kisba tal-għanijiet ta' dawn il-proġetti.

(43)  Meta pajjiżi terzi jew entitajiet stabbiliti f'pajjiżi terzi jipparteċipaw f'azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni jew proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, l-għajnuna finanzjarja jenħtieġ li tkun disponibbli biss jekk tkun essenzjali għall-kisba tal-għanijiet ta' dawn il-proġetti. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ċari għal proġetti bħal dawn.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri adegwati ta' monitoraġġ u ta' rapportar, li jinkludu indikaturi, sabiex jiġi rrapportat il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati f'dan ir-Regolament. Din is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni jenħtieġ li tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Programm u tar-riżultati tiegħu tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu. Hemm bżonn li jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati ta' rapportar fuq dawk li jirċievu fondi tal-Unjoni sabiex tinġabar id-data rilevanti għall-Programm.

(45)  Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri adegwati ta' monitoraġġ u ta' rapportar abbażi ta' indikaturi, sabiex jiġi rrapportat il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati f'dan ir-Regolament. Din is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni jenħtieġ li tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Programm u tar-riżultati tiegħu tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu fil-pajjiżi kollha li qed jieħdu sehem fil-programm, inklużi pajjiżi terzi. Hemm bżonn li jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati ta' rapportar fuq dawk li jirċievu fondi tal-Unjoni sabiex tinġabar id-data rilevanti għall-Programm.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt pa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pa)  Minħabba li għad m'hemmx qbil dwar in-natura tar-relazzjonijiet futuri bejn ir-Renju Unit u l-UE, il-Programm għandu jħejji miżuri ta' mitigazzjoni biex jiżgura l-konnettività tal-UE 27.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jiżviluppa u jimmodernizza n-netwerks trans-Ewropej fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, u li jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jqis l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni fit-tul, u b'enfasi fuq is-sinerġiji fost is-setturi.

1.  Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jiżviluppa u jimmodernizza n-netwerks trans-Ewropej fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, kif ukoll li jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-konnessjonijiet transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jqis bis-serjetà l-impenji ta' emissjonijiet baxxi u ta' dekarbonizzazzjoni fit-tul, u b'enfasi fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet fost is-setturi, biex b'hekk jikkontribbwixxi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni marbutin ma' netwerks effiċjenti u interkonnessi u ma' infrastruttura għall-mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura;

(i)  li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess soċjoekonomiku, kif ukoll transfruntier komuni marbutin ma' netwerks u ma' infrastruttura effiċjenti, interkonnessi u multimodali, u l-konnessjoni ta' żoni rurali man-netwerks ewlenin tat-TEN-T, meta jkun xieraq, li joħloq mobilità sikura u sigura u żona ta' trasport Ewropea unika, intelliġenti, sostenibbli u inklużiva, inkluż fir-rigward ta' persuni b'diżabbiltà;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Fis-settur tal-enerġija, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni marbutin ma' integrazzjoni aktar profonda tas-suq intern tal-enerġija, l-interoperabbiltà transfruntiera u transsettorjali tan-netwerks, l-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista, u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli;

(b)  Fis-settur tal-enerġija, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess soċjali u ekonomiku komuni marbutin ma' integrazzjoni ulterjuri tas-suq intern tal-enerġija, l-interoperabbiltà transfruntiera u transettorjali tan-netwerks, u l-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni permezz ta', fost l-oħrajn, teknoloġiji nodfa u innovattivi, u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista, u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Fis-settur diġitali, li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' netwerks diġitali b'kapaċità għolja ħafna u ta' sistemi 5G, għaż-żieda fir-reżiljenza u fil-kapaċità tan-netwerks ċentrali diġitali fit-territorji tal-UE billi jgħaqqadhom ma' territorji fil-madwar, kif ukoll għad-diġitalizzazzjoni tan-netwerks tat-trasport u tal-enerġija.

(c)  Fis-settur diġitali, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess soċjali u ekonomiku komuni li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' netwerks diġitali b'kapaċità għolja ħafna u ta' sistemi 5G, għaż-żieda fir-reżiljenza u fil-kapaċità tan-netwerks ċentrali diġitali fit-territorji tal-UE billi jgħaqqadhom ma' territorji fil-madwar, kif ukoll għad-diġitalizzazzjoni tan-netwerks tat-trasport u tal-enerġija, inkluż li jħaffef l-introduzzjoni ta' sistemi tat-trasport awtonomu li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  sa EUR 30,615,493,000 għall-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a), li minnhom:

(a)  mill-inqas EUR 30,615,493,000 għall-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a), li minnhom:

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  EUR 11,285,493,000 trasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni sabiex jintefqu f'konformità ma' dan ir-Regolament esklużivament fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni;

(ii)  EUR XXX trasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni sabiex jintefqu f'konformità ma' dan ir-Regolament esklużivament fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, kif previst fl-Artikolu 104(4) tar-Regolament (UE) XXX [CPR];

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  sa EUR 8,650,000,000 għall-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(b), b'massimu ta' 10 % minnhom għall-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli;

(b)  sa EUR 8,650,000,000 għall-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(b), li minnhom mill-inqas 10% għall-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal għajnuna teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm u tal-linji gwida speċifiċi għas-settur, bħal attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni inkluż sistemi tal-informazzjoni u tat-teknoloġija korporattivi. Dawn l-ammonti jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiffinanzjaw miżuri ta' akkumpanjament għat-tħejjija ta' proġetti.

4.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża wkoll għal għajnuna teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm u tal-linji gwida speċifiċi għas-settur, bħal attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni inkluż sistemi tal-informazzjoni u tat-teknoloġija korporattivi. Dawn l-ammonti jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiffinanzjaw miżuri ta' akkumpanjament għat-tħejjija ta' proġetti.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Fir-rigward tal-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni, 30 % minn dawn l-ammonti għandhom isiru disponibbli minnufih lill-Istati Membri kollha eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni sabiex jiffinanzja proġetti ta' infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament, bi prijorità tingħata lill-konnessjonijiet transfruntiera u neqsin. Sal-31 ta' Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward ta' 70 % mir-riżorsi ttrasferiti. B'effett mill-1 ta' Jannar 2024, ir-riżorsi ttrasferiti lill-Programm li ma jkunux ġew impenjati għal proġett ta' infrastruttura tat-trasport għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni sabiex jiffinanzjaw proġetti ta' infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament.

8.  Fir-rigward tal-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni, il-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni tagħhom għandhom jiġu previsti fir-Regolament (UE) XXX [CPR], filwaqt li tiġi segwita l-metodoloġija tal-2014-2020 fir-rigward tal-allokazzjonijiet nazzjonali rispettivi u huma għandhom jiġu implimentati f'konformità ma' dan ir-Regolament u mingħajr ħsara għall-Artikolu 14(2)(b). Huma għandhom jiffinanzjaw proġetti ta' infrastruttura tat-trasport sostenibbli skont dan ir-Regolament, bi prijorità tingħata lill-konnessjonijiet transfruntiera, traffiku qawwi, restrinġiment tat-trasport u konnessjonijiet neqsin, kif ukoll ir-reġjuni ultraperiferiċi.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, li jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet fit-tfassil ta' proġetti li huma ta' maturità suffiċjenti, kwalità suffiċjenti, jew it-tnejn, u li għandhom valur miżjud suffiċjenti għall-Unjoni, għandu jingħata appoġġ partikolari lill-azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi mmirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi b'rabta mal-iżvilupp u l-proġetti ta' implimentazzjoni.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont [il-punt (a) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dak l-istess Artikolu. Fejn possibbli, dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

9.  Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, f'każijiet debitament ġustifikati, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont [il-punt (a) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dak l-istess Artikolu. Dawn it-trasferimenti għandhom jintużaw esklużivament fl-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

–  jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba, tissorvelja l-programm u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom jinvolvu mill-anqas żewġ Stati Membri u għandhom ikunu inklużi fi ftehim ta' kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta' arranġament ieħor bejn Stati Membri u/jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kif stipulat fl-Artikoli 6, 7, 9 jew 11 tad-Direttiva 2009/28/KE. Dawn il-proġetti għandhom ikunu identifikati skont il-kriterji u l-proċedura stipulati fil-Parti IV tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

1.  Il-proġetti transfruntiera, inklużi dawk li jinvolvu lir-reġjuni ultraperiferiċi, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom jinvolvu mill-anqas żewġ Stati Membri u għandhom ikunu inklużi fi ftehim ta' kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta' arranġament ieħor bejn Stati Membri u/jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kif stipulat fl-Artikoli 6, 7, 9 jew 11 tad-Direttiva 2009/28/KE. Dawn il-proġetti għandhom ikunu identifikati skont il-kriterji u l-proċedura stipulati fil-Parti IV tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Studji li jimmiraw l-iżvilupp u l-identifikazzjoni ta' proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt dan ir-Regolament.

3.  Studji li jimmiraw l-iżvilupp u l-identifikazzjoni ta' proġetti transfruntiera, u ta' proġetti fir-reġjuni ultraperiferiċi, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt dan ir-Regolament.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni għal xogħlijiet jekk jissodisfaw il-kriterji addizzjonali li ġejjin:

4.  Proġetti transfruntiera, u proġetti fir-reġjuni ultraperiferiċi, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni għal xogħlijiet jekk jissodisfaw il-kriterji addizzjonali li ġejjin:

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-applikant jiddemostra li l-proġett kieku ma jsirx realtà fin-nuqqas tal-għotja, jew li l-proġett ma jistax ikun kummerċjalment vjabbli fin-nuqqas tal-għotja. Din l-analiżi għandha tqis kwalunkwe dħul li jirriżulta minn skemi ta' sostenn.

imħassar

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  rigward azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' sistemi 5G, għandha tingħata prijorità lill-implimentazzjoni ta' kurituri 5G tul mogħdijiet ewlenin ta' trasport fuq l-art, inkuż in-netwerks tat-trasport trans-Ewropej. Il-punt sa fejn l-azzjoni tikkontribwixxi biex tiżgura l-kopertura tul mogħdijiet ta' trasport ewlenin li jippermettu l-forniment mingħajr interruzzjoni ta' servizzi diġitali ta' sinerġija, filwaqt li għandu jiġi kkunsidrat ukoll l-immassimizzar tal-effetti sekondarji pożittivi potenzjali għat-territorji u għall-popolazzjoni fil-viċinanza taż-żona ta' implimentazzjoni tal-proġett. Lista indikattiva ta' proġetti li jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ hija inkluża fil-Parti V tal-Anness;

(c)  rigward azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' sistemi 5G, għandha tingħata prijorità lill-implimentazzjoni ta' kurituri 5G tul mogħdijiet ewlenin ta' trasport fuq l-art, inkuż in-netwerks tat-trasport trans-Ewropej. Il-punt sa fejn l-azzjoni tikkontribwixxi biex tiżgura l-kopertura korrispondenti tul mogħdijiet ta' trasport ewlenin li jippermettu l-forniment mingħajr interruzzjoni ta' servizzi diġitali ta' sinerġija, filwaqt li għandu jiġi kkunsidrat ukoll l-immassimizzar tal-effetti sekondarji pożittivi potenzjali għat-territorji u għall-popolazzjoni fil-viċinanza taż-żona ta' implimentazzjoni tal-proġett. Lista indikattiva ta' proġetti li jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ hija inkluża fil-Parti V tal-Anness;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati ma' nodi urbani, portijiet marittimi, portijiet interni u terminals ferrovjarji tan-netwerk ewlieni kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013. Azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni jistgħu jinkludu elementi relatati li jinsabu fin-netwerk komprensiv meta jkun meħtieġ sabiex jiġi ottimizzat l-investiment u skont modalitajiet speċifikati fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament;

(i)  azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati ma' nodi urbani, portijiet marittimi, portijiet interni, ajruporti u terminals ferrovjarji tan-netwerk ewlieni kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013. Azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni jistgħu jinkludu elementi relatati li jinsabu fin-netwerk komprensiv meta jkun meħtieġ sabiex jiġi ottimizzat l-investiment u skont modalitajiet speċifikati fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – sottopunt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  azzjonijiet li jimplimentaw konnessjonijiet transfruntiera tan-netwerk komprensiv skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, b'mod partikolari s-sezzjonijiet elenkati fil-Parti III tal-Anness ta' dan ir-Regolament;

(ii)  azzjonijiet li jħeġġu u jimplimentaw konnessjonijiet transfruntiera tan-netwerk komprensiv skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, b'mod partikolari s-sezzjonijiet elenkati fil-Parti III tal-Anness ta' dan ir-Regolament, u sezzjonijiet li jindirizzaw ir-restrinġiment tat-trasport transfruntier;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – sottopunt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  azzjonijiet li jimplimentaw sezzjonijiet tan-netwerk komprensiv li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati man-nodi urbani, il-portijiet marittimi, il-portijiet interni u t-terminals ferrovjarji tan-netwerk komprensiv kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(iii)  azzjonijiet li jimplimentaw sezzjonijiet tan-netwerk komprensiv li jinsabu fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE u fir-reġjuni ultraperiferiċi, inkluż azzjonijiet relatati man-nodi urbani, il-portijiet marittimi, il-portijiet interni, l-ajruporti u t-terminals ferrovjarji tan-netwerk komprensiv kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-fattur tad-distanza u ċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 349 tat-TFUE, l-ajruporti huma għodda essenzjali għall-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-mezzi biex jiġu integrati fin-netwerks tat-trasport tal-UE.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – sottopunt iv a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iva)  proġetti ta' studju dwar in-netwerk komprensiv

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  azzjonijiet li jappoġġjaw teknoloġiji ġodda u innovazzjoni, inkluż l-awtomazzjoni, servizzi ta' trasport mtejba, integrazzjoni modali u infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(iv)  azzjonijiet li jappoġġaw teknoloġiji ġodda u innovazzjoni, inkluż l-awtomazzjoni, servizzi ta' trasport mtejba, integrazzjoni modali u infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mit-traffiku;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b – punt viii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(viii)  azzjonijiet li jtejbu l-aċċessibbiltà għall-infrastruttura tat-trasport għall-utenti kollha skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 1315/2013;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Taħt l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii): azzjonijiet, jew attivitajiet speċifiċi f'azzjoni, li jappoġġjaw l-infrastruttura tat-trasport fuq in-Netwerk TEN-T sabiex tiġi adattata għar-rekwiżiti tal-mobilità militari bil-għan li jkun possibbli l-użu doppju ċivili-militari tal-infrastruttura.

(c)  Taħt l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii): azzjonijiet, jew attivitajiet speċifiċi f'azzjoni, li jappoġġaw l-infrastruttura tat-trasport ġdida u eżistenti fuq in-Netwerk TEN-T sabiex tiġi adattata għar-rekwiżiti tal-mobilità militari bl-iskop li jkun possibbli l-użu doppju ċivili-militari tal-infrastruttura.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  azzjonijiet li jappoġġjaw proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, inkluż it-tfassil tagħhom, kif definit fil-Parti IV tal-Anness għal dan ir-Regolament, soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament.

(b)  azzjonijiet li jappoġġaw proġetti transfruntiera u proġetti fir-reġjuni ultraperiferiċi fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, inkluż it-tfassil tagħhom, kif definit fil-Parti IV tal-Anness għal dan ir-Regolament, soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  azzjonijiet li jappoġġaw il-proġetti tal-effiċjenza fl-enerġija.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  azzjonijiet li jimplimentaw rekwiżiti ta' infrastruttura ta' konnettività diġitali relatati ma' proġetti transfruntiera fl-oqsma tat-trasport jew tal-enerġija u/jew li jappoġġjaw pjattaformi diġitali operattivi assoċjati direttament ma' infrastrutturi tat-trasport jew tal-enerġija.

(f)  azzjonijiet li jimplimentaw rekwiżiti ta' infrastruttura ta' konnettività diġitali relatati ma' proġetti transfruntiera, u proġetti fir-reġjuni ultraperiferiċi kif ukoll f'reġjuni muntanjużi, insulari u mbiegħda, fl-oqsma tat-trasport jew tal-enerġija u/jew li jappoġġaw pjattaformi diġitali operattivi assoċjati direttament ma' infrastrutturi tat-trasport jew tal-enerġija.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz assoċjat mal-Programm;

(b)  entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz assoċjat mal-Programm, għal azzjonijiet relatati ma' proġett li jikkonċerna dak il-pajjiż terz;

Ġustifikazzjoni

Kumpaniji mhux Ewropej ma għandhomx jibbenefikaw taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa meta jitwettqu attivitajiet fi ħdan l-UE.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali (il-benefiċċji u l-kostijiet);

(a)  l-impatt ekonomiku, soċjali, klimatiku u ambjentali (il-benefiċċji u l-kostijiet);

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  aspetti ta' innovazzjoni, sikurezza, interoperabbiltà u aċċessibbiltà;

(b)  aspetti ta' innovazzjoni, sikurezza, interoperabbiltà u aċċessibbiltà b'mod partikolari għall-persuni b'diżabbiltà;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  id-dimensjoni transfruntiera;

(c)  id-dimensjoni transfruntiera u l-kontribut lejn il-bilanċ fl-iżvilupp reġjonali;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)   l-effett katalizzatur tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni fuq l-investiment;

(g)  l-effett katalizzatur tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni fuq l-investiment u l-valur miżjud Ewropew;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  il-kontribut għal integrazzjoni akbar tal-Unjoni;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-konsistenza mal-pjanijiet dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

(i)  il-konsistenza mal-pjanijiet dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni, nazzjonali u, meta jkun xieraq, reġjonali u l-kontribut għalihom;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  il-konnessjoni taż-żoni rurali man-netwerk TEN-T, meta jkun xieraq.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-valutazzjoni tal-proposti kontra l-kriterji tal-għoti għandha tiżgura li ma tiġi aċċettata l-ebda proposta li toħloq jew iżżomm infrastruttura li mhijiex aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni b'diżabbiltà.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fil-każ tal-istudji, l-ammont ta' għajnuna finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż il-50 % tal-kost totali eliġibbli. Għall-istudji ffinanzjati bl-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni, ir-rati massimi ta' kofinanzjament għandhom ikunu dawk applikabbli għall-Fond ta' Koeżjoni kif speċifikat fil-paragrafu 2(b).

1.  Fil-każ tal-istudji, l-ammont ta' għajnuna finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż l-40 % tal-kost totali eliġibbli. Għall-istudji ffinanzjati bl-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni, ir-rati massimi ta' kofinanzjament għandhom ikunu dawk applikabbli għall-Fond ta' Koeżjoni kif speċifikat fil-paragrafu 2(b).

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a), l-ammont ta' assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż it-30 % tal-kost totali eliġibbli. Ir-rati ta' kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta' 50 % għal azzjonijiet relatati ma' konnessjonijiet transfruntiera skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu, għal azzjonijiet li jappoġġjaw sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi, għal azzjonijiet li jappoġġjaw teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, u għal azzjonijiet li jappoġġjaw it-titjib tas-sikurezza tal-infrastruttura f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, u għal azzjonijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi;

(a)  għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a), l-ammont ta' assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż it-30 % tal-kost totali eliġibbli. Ir-rati ta' kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta' 65 % għal azzjonijiet relatati ma' konnessjonijiet transfruntiera skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu, għal azzjonijiet li jappoġġaw sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi, għal azzjonijiet li jappoġġaw teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, u għal azzjonijiet li jappoġġaw it-titjib tas-sikurezza tal-infrastruttura f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, u għal azzjonijiet fiż-żoni rurali u fir-reġjuni ultraperiferiċi;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  rigward l-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni, ir-rati massimi ta' konfinanzjament għandhom ikunu dawk applikabbli għall-Fond ta' Koeżjoni, kif imsemmi fir-Regolament (UE) XXX [CPR]. Dawn ir-rati ta' kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta' 85 % għal azzjonijiet relatati ma' konnessjonijiet transfruntiera skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;

(b)  rigward l-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni, ir-rati massimi ta' konfinanzjament għandhom ikunu dawk applikabbli għall-Fond ta' Koeżjoni, kif imsemmi fir-Regolament (UE) XXX [CPR]. Dawn ir-rati ta' kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa mhux aktar minn 15-il punt perċentwali għal azzjonijiet relatati ma' konnessjonijiet transfruntiera skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  in-nefqa marbuta max-xiri ta' art ma għandhiex titqies bħala kost eliġibbli;

(c)  in-nefqa marbuta max-xiri ta' art għandha titqies bħala kost eliġibbli.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-infiq eliġibbli ma għandux jinkludi t-taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT").

(d)  il-kostijiet eliġibbli għandhom jinkludu t-taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT") f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 126(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  għall-ammont ittrasferit mill-Fond ta' Koeżjoni, il-proġetti mibdija u mhux finalizzati fil-perjodu 2014–2020 u li ma jkunux tħallsu f'dak il-perjodu jitqiesu bħala nefqiet eliġibbli;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt (bb) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  għall-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni, in-nefqa għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament jekk issir minn benefiċjarju jew sieħeb privat u mħallsa b'konnessjoni ma' operazzjonijiet implimentati bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta' Diċembru 2029.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-ftehim ta' għotja jista' jiġi terminat abbażi tar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1.

2.  Il-ftehim ta' għotja jista' jiġi terminat abbażi tar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati. Fil-każ ta' terminazzjoni, il-Kummissjoni se tagħmel il-fondi mhux użati disponibbli għal proġetti oħra mingħajr dewmien.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-azzjonijiet li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin kumulattivi u komparattivi:

2.   L-azzjonijiet li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin kumulattivi u komparattivi:

(a)   ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti fil-qafas tal-Programm;

(a)   ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti fil-qafas tal-Programm;

(b)   jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta' kwalità ta' dik is-sejħa għal proposti;

(b)   jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta' kwalità ta' dik is-sejħa għal proposti;

(c)   ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta' dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji;

(c)   ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta' dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji;

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jew mill-Fond ta' Koeżjoni skont [il-paragrafu 5 tal-Artikolu 67] tar-Regolament XXX [CPR], dment li tali azzjonijiet ikunu konsisteni mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ.

 

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-UE (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – paragrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  60 % għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 9(2)(a): "Azzjonijiet marbuta ma' netwerks effiċjenti u interkonnessi";

imħassar

Emenda    70

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  40 % għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 9(2)(b): Azzjonijiet marbutin ma' mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura:

imħassar

Emenda    71

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Żid mal-"Kuritur tan-netwerk ewlieni "Orjent/Lvant tal-Mediterran""

 

taħt "Transfruntiera"

 

– Craiova-Vidin (Trasport "Bit-triq")

 

– Belgrad-Resita-Deva-Petrosani (Trasport "Bit-triq / Bil-ferrovija")

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

Referenzi

COM(2018)0438 – C8-0255/2018 – 2018/0228(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

14.6.2018

TRAN

14.6.2018

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

14.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Mirosław Piotrowski

20.6.2018

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

5.7.2018

Eżami fil-kumitat

3.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

15.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

12

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Victor Boştinaru, Mercedes Bresso, Steeve Briois, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Tamás Deutsch, Raymond Finch, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Sławomir Kłosowski, Constanze Krehl, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Daniel Buda, Ivana Maletić, Tonino Picula, Bronis Ropė, Milan Zver

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mircea Diaconu, David Martin

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ALDE

Mircea Diaconu

PPE

Pascal Arimont, Daniel Buda, Tamás Deutsch, Krzysztof Hetman, Ivana Maletić, Lambert van Nistelrooij, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso, Joachim Zeller, Milan Zver

S&D

Victor Boştinaru, Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Constanze Krehl, David Martin, Tonino Picula, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

12

-

ALDE

Ivan Jakovčić, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

EFDD

Rosa D'Amato, Raymond Finch

ENF

Steeve Briois

GUE/NGL

Martina Anderson, Martina Michels, Younous Omarjee

NI

Konstantinos Papadakis

VERTS/ALE

Bronis Ropė, Monika Vana

3

0

ECR

Sławomir Kłosowski, Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

71

+

ALDE

ECR

EPP

 

 

S&D

 

Nedzhmi Ali, Izaskun Bilbao Barandica, Fredrick Federley, Gesine Meissner, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Pavel Telička, Lieve Wierinck

Edward Czesak, Mark Demesmaeker, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Bolesław G. Piecha, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle

Pilar Ayuso, Georges Bach, Jerzy Buzek, Deirdre Clune, Andor Deli, Christian Ehler, Michael Gahler, Francesc Gambús, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Innocenzo Leontini, Janusz Lewandowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Nadine Morano, Siegfried Mureşan, Angelika Niebler, Markus Pieper, Franck Proust, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Anders Sellström, Theodor Dumitru Stolojan, Pavel Svoboda, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Theresa Griffin, Eva Kaili, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Clare Moody, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, István Ujhelyi, Marita Ulvskog, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Janusz Zemke, Carlos Zorrinho

19

-

ALDE

EFDD

ENF

GUE/NGL

NI

VERTS/ALE

Igor Gräzin

Daniela Aiuto, Jonathan Bullock, Ignazio Corrao, Dario Tamburrano,

Marie-Christine Arnautu, Christelle Lechevalier,

Jaromír Kohlíček, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

Martin Sonneborn

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Karima Delli, Benedek Jávor, Tilly Metz, Davor Škrlec, Indrek Tarand, Keith Taylor

3

0

ECR

Peter van Dalen, Jacqueline Foster, Peter Lundgren

Tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Diċembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza