Proċedura : 2018/0113(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0422/2018

Testi mressqa :

A8-0422/2018

Dibattiti :

PV 17/04/2019 - 21
CRE 17/04/2019 - 21

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2019 - 10.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0428

RAPPORT     ***I
PDF 889kWORD 97k
4.12.2018
PE 625.405v01-00 A8-0422/2018

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-użu ta' għodod u proċessi diġitali fid-dritt soċjetarju

(COM(2018)0239 – C8-0166/2018 – 2018/0113(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Tadeusz Zwiefka

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-użu ta' għodod u proċessi diġitali fid-dritt soċjetarju

(COM(2018)0239 – C8-0166/2018 – 2018/0113(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0239),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50(1) u l-punti (b), (c), (f) u (g) tal-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0166/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0422/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-użu ta' għodod u proċessi diġitali biex tinbeda b'mod aktar faċli, rapidu u kosteffettiv attività ekonomika billi tiġi stabbilita kumpanija jew tinfetaħ fergħa ta' dik il-kumpanija fi Stat Membru ieħor hija waħda mill-prerekwiżiti għall-funzjonament effettiv ta' Suq Uniku kompetittiv u biex tiġi żgurata l-kompetittività tal-kumpaniji.

(2)  L-użu ta' għodod u proċessi diġitali biex tinbeda b'mod aktar faċli, rapidu u kosteffettiv u effiċjenti fil-ħin, attività ekonomika billi tiġi stabbilita kumpanija jew tinfetaħ fergħa ta' dik il-kumpanija fi Stat Membru ieħor, u biex tingħata informazzjoni komprensiva u bla spejjeż dwar il-kumpaniji, hija waħda mill-prerekwiżiti għall-funzjonament effettiv, it-titjib u t-tneħħija tal-burokrazija żejda ta' Suq Uniku kompetittiv u biex tiġi żgurata l-kompetittività u l-affidabbiltà tal-kumpaniji.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  L-iżgurar ta' ambjent legali u amministrattiv ugwali għall-isfidi soċjali u ekonomiċi ġodda tal-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni huwa essenzjali, minn naħa, biex jiġu pprovduti s-salvagwardji neċessarji kontra l-abbuż u l-frodi u, min-naħa l-oħra, sabiex jiġu segwiti objettivi bħall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-attrazzjoni tal-investiment lejn l-Unjoni Ewropea, li kollha jgħinu biex ikun hemm benefiċċji ekonomiċi u soċjali fis-soċjetà b'mod ġenerali.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Bħalissa hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri tal-Unjoni fir-rigward tad-disponibbiltà tal-għodod onlajn għall-imprendituri u għall-kumpaniji sabiex jikkomunikaw mal-awtoritajiet dwar materji tad-dritt soċjetarju. Is-servizzi tal-gvern elettroniku jvarjaw bejn Stat Membru u ieħor, uħud minnhom jipprovdu servizzi komprensivi u faċli għall-utent kompletament disponibbli onlajn, filwaqt li oħrajn mhumiex f'pożizzjoni li jipprovdu soluzzjonijiet onlajn f'ċerti stadji ewlenin ta' ċiklu ta' ħajja ta' negozju. Għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta' kumpaniji jew il-preżentazzjoni ta' bidliet għal dokumenti u informazzjoni mar-reġistru, pereżempju, xi Stati Membri biss jippermettu li dan isir fiżikament u uħud jippermettuh jew fiżikament jew onlajn, filwaqt li fi Stati Membri oħra jista' jsir biss onlajn.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 2c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)  Barra minn hekk, fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni dwar il-kumpaniji, id-dritt tal-Unjoni jistipula li sett minimu ta' dejta jrid dejjem jiġi pprovdut b'xejn. Madankollu, il-kamp ta' applikazzjoni ta' tali informazzjoni jibqa' limitat. L-aċċess għal tali informazzjoni jvarja, b'aktar informazzjoni tkun disponibbli b'xejn f'uħud mill-Istati Membri milli f'oħrajn, u b'hekk tinħoloq sitwazzjoni ta' żbilanċ fl-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni Strateġija ta' Suq Diġitali Uniku għall-Ewropa tagħha u fil-Komunikazzjoni Pjan ta' Azzjoni għal Gvern elettroniku tal-UE 2016-2020 tagħha: L-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni diġitali tal-gvern temfasizza l-irwol tal-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-għajnuna lin-negozji biex jarmaw faċilment, joperaw onlajn u jespandu bejn fruntiera u oħra. Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku speċifikament irrikonoxxa l-importanza ta' titjib fl-użu ta' għodod diġitali meta wieħed ikun qed jikkonforma ma' rekwiżiti relatati mad-dritt soċjetarju. Barra minn hekk, fid-dikjarazzjoni ta' Tallinn tal-2017 dwar il-Gvern elettroniku, l-Istati Membri għamlu talba b'saħħitha biex jiżdiedu l-isforzi għall-provvediment ta' proċeduri elettroniċi effiċjenti u li jirrivolvu madwar l-utent fl-Unjoni.

(3)  Sabiex tiżgura li d-dritt soċjetarju tal-Unjoni jkun ġust, faċli għall-utent u aġġornat, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni Strateġija ta' Suq Diġitali Uniku għall-Ewropa3 tagħha u fil-Komunikazzjoni Pjan ta' Azzjoni għal Gvern elettroniku tal-UE 2016-2020 tagħha: L-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni diġitali tal-gvern tenfasizza l-irwol tal-imprendituri pubbliċi fl-għajnuna lin-negozji biex jarmaw faċilment, joperaw onlajn u jespandu bejn fruntiera u oħra. Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku speċifikament irrikonoxxa l-importanza ta' titjib fl-użu ta' għodod diġitali meta wieħed ikun qed jikkonforma ma' rekwiżiti relatati mad-dritt soċjetarju. Barra minn hekk, fid-dikjarazzjoni ta' Tallinn tal-2017 dwar il-Gvern elettroniku, l-Istati Membri għamlu talba b'saħħitha biex jiżdiedu l-isforzi għall-provvediment ta' proċeduri elettroniċi effiċjenti u li jirrivolvu madwar l-utent fl-Unjoni.

_______________________

_______________________

3 COM(2015) 192 final tas-6 ta' Mejju 2015.

3 COM(2015) 192 final tas-6 ta' Mejju 2015.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)   Sabiex tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni ta' kumpaniji u l-fergħat tagħhom, u jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi assoċjati mal-proċess ta' reġistrazzjoni, b'mod partikolari minn intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE5, jenħtieġ li jitpoġġew fis-seħħ proċeduri li jippermettu li r-reġistrazzjoni ssir kompletament onlajn. Tali spejjeż u piżijiet jirriżultaw mhux biss mit-tariffi amministrattivi imposti biex tiġi stabbilita kumpanija, iżda wkoll minn rekwiżiti oħrajn li jtawlu l-proċess kollu, b'mod partikolari meta tkun meħtieġa l-preżenza fiżika tal-applikant jew tar-rappreżentant tiegħu. Barra minn hekk, jenħtieġ li informazzjoni dwar dawn il-proċeduri tkun disponibbli onlajn u bla ħlas.

(5)   Sabiex tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni ta' kumpaniji u l-fergħat tagħhom, u jitnaqqsu l-ispejjeż, il-ħin u l-piżijiet amministrattivi assoċjati mal-proċess ta' reġistrazzjoni, b'mod partikolari minn intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE5, jenħtieġ li jitpoġġew fis-seħħ proċeduri li jippermettu li r-reġistrazzjoni ssir onlajn. Din id-Direttiva, madankollu, jenħtieġ li ma tobbligax lill-kumpaniji jużaw proċeduri onlajn. Tali spejjeż u piżijiet jirriżultaw mhux biss mit-tariffi amministrattivi imposti biex tiġi stabbilita kumpanija, iżda wkoll minn rekwiżiti oħrajn li jtawlu l-proċess kollu, b'mod partikolari meta tkun meħtieġa l-preżenza fiżika tal-applikant jew tar-rappreżentant tiegħu. Barra minn hekk, jenħtieġ li informazzjoni dwar dawn il-proċeduri tkun disponibbli onlajn u bla ħlas.

_______________________

_______________________

5 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

5 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-possibbiltà ta' reġistrazzjoni kompletament onlajn ta' kumpaniji u fergħat u l-preżentazzjoni kompletament onlajn ta' dokumenti u informazzjoni, tippermetti lil kumpaniji jużaw għodod avvanzati fil-kuntatt tagħhom ma' awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri. Sabiex isaħħu l-fiduċja, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li identifikazzjoni elettronika sikura u l-użu ta' servizzi fiduċjarji jkunu possibbli għal utenti nazzjonali kif ukoll għal utenti transfruntiera skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Barra minn hekk, sabiex tkun permessa l-identifikazzjoni elettronika transfruntiera, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu skemi ta' identifikazzjoni elettronika li jipprevedu mezzi awtentikati ta' identifikazzjoni elettronika. Tali skemi nazzjonali se jintużaw bħala bażi għar-rikonoxximent ta' mezzi ta' identifikazzjoni elettronika maħruġa fi Stat Membru ieħor. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' fiduċja f'sitwazzjonijiet transfruntiera, jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti biss mezzi ta' identifikazzjoni elettronika li jikkonformaw mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħrfu mezzi ta' identifikazzjoni oħra bħal kopja skenjata tal-passaport. F'kull każ, jenħtieġ li din id-Direttiva tobbliga biss lil Stati Membri sabiex jippermettu r-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji u l-fergħat tagħhom u l-preżentazzjoni onlajn minn ċittadini tal-Unjoni permezz tar-rikonoxximent tal-mezzi tagħhom ta' identifikazzjoni elettronika.

(7)  Il-possibbiltà ta' reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji u fergħat u l-preżentazzjoni onlajn ta' dokumenti u informazzjoni, tippermetti lil kumpaniji jużaw għodod avvanzati fil-kuntatt tagħhom ma' awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri. Sabiex isaħħu l-fiduċja, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li identifikazzjoni elettronika sikura u l-użu ta' servizzi fiduċjarji jkunu possibbli għal utenti nazzjonali kif ukoll għal utenti transfruntiera skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Barra minn hekk, sabiex tkun permessa l-identifikazzjoni elettronika transfruntiera, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu skemi ta' identifikazzjoni elettronika li jipprevedu mezzi awtentikati ta' identifikazzjoni elettronika. Tali skemi nazzjonali se jintużaw bħala bażi għar-rikonoxximent ta' mezzi ta' identifikazzjoni elettronika maħruġa fi Stat Membru ieħor. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' fiduċja f'sitwazzjonijiet transfruntiera, jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti biss mezzi ta' identifikazzjoni elettronika li jikkonformaw mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014. F'kull każ, jenħtieġ li din id-Direttiva tobbliga biss lil Stati Membri sabiex jippermettu r-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji u l-fergħat tagħhom u l-preżentazzjoni onlajn minn ċittadini tal-Unjoni permezz tar-rikonoxximent tal-mezzi tagħhom ta' identifikazzjoni elettronika.

_______________________

_______________________

7 Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

7 Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex jiġu ffaċilitati proċeduri onlajn għal kumpaniji, jenħtieġ li r-reġistri tal-Istati Membri ma jimponux ħlas għal reġistrazzjoni onlajn jew sottomissjoni onlajn ta' informazzjoni aktar mill-ispejjeż amministrattivi reali tal-forniment tas-servizz. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jassistu lil dawk li qegħdin ifittxu li jistabbilixxu kumpanija jew fergħa billi jipprovdu informazzjoni aġġornata, ċara, konċiża u faċli għall-utent rigward il-proċeduri u r-rekwiżiti biex tistabbilixxi u topera kumpaniji b'responsabbiltà limitata u l-fergħat tagħhom. Rigward kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata, jenħtieġ li tkun disponibbli aktar informazzjoni ddettaljata għal fundaturi u diretturi peress li l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta' reġistrazzjoni onlajn mill-bidu sal-aħħar għal tali kumpaniji.

(8)  Sabiex jiġu ffaċilitati proċeduri onlajn għal kumpaniji, jenħtieġ li r-reġistri tal-Istati Membri ma jimponux ħlas għal reġistrazzjoni onlajn jew sottomissjoni onlajn ta' informazzjoni aktar mill-ispejjeż amministrattivi reali tal-forniment tas-servizz. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jassistu lil dawk li qegħdin ifittxu li jistabbilixxu kumpanija jew fergħa billi jipprovdu, mingħajr dewmien bla bżonn, informazzjoni aġġornata, ċara, konċiża u faċli għall-utent rigward il-proċeduri u r-rekwiżiti biex tistabbilixxi u topera kumpaniji b'responsabbiltà limitata u l-fergħat tagħhom. Rigward kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata, jenħtieġ li tkun disponibbli aktar informazzjoni ddettaljata għal fundaturi u diretturi peress li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll l-possibbiltà ta' reġistrazzjoni onlajn mill-bidu sal-aħħar għal tali kumpaniji.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Bħala l-ewwel pass fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' kumpanija, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu stabbiliti u rreġistrati kumpaniji onlajn mill-bidu sal-aħħar. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jidderogaw minn dan ir-rekwiżit fil-każ ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata minħabba l-kumplessità tal-istabbiliment u r-reġistrazzjoni ta' dawn il-kumpaniji u sabiex jiġu rrispettati t-tradizzjonijiet eżistenti tad-dritt soċjetarju tal-Istati Membri. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli ddettaljati ta' reġistrazzjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li ssir reġistrazzjoni onlajn bis-sottomissjoni ta' dokumenti f'format elettroniku.

(9)  Bħala l-ewwel pass fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' kumpanija, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu stabbiliti u rreġistrati kumpaniji onlajn mill-bidu sal-aħħar. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri, permezz ta' deroga minn dan ir-rekwiżit, ikunu jistgħu jeżentaw kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata minħabba l-kumplessità tal-istabbiliment u r-reġistrazzjoni ta' dawn il-kumpaniji u sabiex jiġu rrispettati t-tradizzjonijiet eżistenti tad-dritt soċjetarju tal-Istati Membri. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli ddettaljati ta' reġistrazzjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li ssir reġistrazzjoni onlajn bis-sottomissjoni ta' dokumenti f'format elettroniku.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġu assistiti n-negozji, b'mod partikolari n-negozji ġodda, fl-istabbiliment tan-negozju tagħhom, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi rreġistrata kumpanija privata b'responsabbiltà limitata bl-użu ta' mudelli li huma strumenti ta' kostituzzjoni li għandhom ikunu disponibbli onlajn. Tali mudelli jistgħu jinkludu sett definit minn qabel ta' għażliet skont il-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li l-applikanti jkunu jistgħu jagħżlu bejn l-użu ta' dan il-mudell jew ir-reġistrazzjoni ta' kumpanija bi strumenti ta' kostituzzjoni adattati għaliha u l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jipprovdu wkoll mudelli għal tipi oħra ta' kumpaniji.

(11)  Sabiex jiġu assistiti n-negozji, b'mod partikolari l-kumpaniji mikro, żgħar u medji, fl-istabbiliment tan-negozju tagħhom, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi rreġistrata kumpanija privata b'responsabbiltà limitata bl-użu ta' mudelli li huma strumenti ta' kostituzzjoni li jenħtieġ li jkunu disponibbli onlajn. Tali mudelli jistgħu jinkludu sett definit minn qabel ta' għażliet skont il-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li l-applikanti jkunu jistgħu jagħżlu bejn l-użu ta' dan il-mudell jew ir-reġistrazzjoni ta' kumpanija bi strumenti ta' kostituzzjoni adattati għaliha u l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom l-għażla li jipprovdu wkoll mudelli għal tipi oħra ta' kumpaniji.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex jiġu rrispettati t-tradizzjonijiet eżistenti tad-dritt soċjetarju tal-Istati Membri, huwa importanti li tkun permessa flessibbiltà fir-rigward tal-mod li bih jiżguraw li jkun hemm sistema kompletament onlajn ta' reġistrazzjoni ta' kumpaniji u fergħat, inkluż fir-rigward tar-rwol tan-nutara jew l-avukati f'tali proċess. Jenħtieġ li kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji jew fergħat li mhumiex regolati f'din id-Direttiva jkunu rregolati mil-liġi nazzjonali.

(12)  Sabiex jiġu rrispettati t-tradizzjonijiet eżistenti tad-dritt soċjetarju tal-Istati Membri, huwa importanti li tkun permessa flessibbiltà fir-rigward tal-mod li bih jiżguraw li jkun hemm sistema kompletament onlajn ta' reġistrazzjoni ta' kumpaniji u fergħat kif ukoll il-preżentazzjoni onlajn ta' dokumenti u informazzjoni, inkluż fir-rigward tar-rwol tan-nutara jew l-avukati f'tali proċess. Jenħtieġ li kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji jew fergħat u l-preżentazzjoni onlajn ta' dokumenti u informazzjoni li mhumiex regolati f'din id-Direttiva jkunu rregolati mil-liġi nazzjonali.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Barra minn hekk, sabiex jiġu indirizzati l-frodi u l-ħtif ta' kumpaniji u jiġu pprovduti salvagwardji għall-affidabbiltà ta' dokumenti u informazzjoni li tinsab f'reġistri nazzjonali, jenħtieġ li dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji u l-fergħat tagħhom jinkludu wkoll kontrolli dwar l-identità u l-kapaċità ġuridika ta' persuni li qegħdin ifittxu li jistabbilixxu kumpanija jew fergħa. Madankollu, jenħtieġ li jitħalla f'idejn l-Istati Membri biex jiżviluppaw u jadottaw il-mezzi u l-metodi biex jinkisbu dawn il-kontrolli. Dawk ir-regoli jistgħu jinkludu, fost oħrajn, il-verifika permezz ta' vidjokonferenza jew mezzi onlajn oħra li jipprovdu konnessjoni awdjoviżiva f'ħin reali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu l-involviment ta' nutara jew avukati bħala parti mill-proċess ta' reġistrazzjoni onlajn, madankollu, jenħtieġ li tali involviment ma jipprevjenix it-tlestija tal-proċedura ta' reġistrazzjoni onlajn mill-bidu sal-aħħar.

(13)  Barra minn hekk, sabiex jiġu indirizzati l-frodi, il-ħasil tal-flus u l-ħtif ta' kumpaniji u jiġu pprovduti salvagwardji għall-affidabbiltà ta' dokumenti u informazzjoni li tinsab f'reġistri nazzjonali, jenħtieġ li dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji u l-fergħat tagħhom u l-preżentazzjoni onlajn ta' dokumenti u informazzjoni jenħtieġ li jinkludu wkoll kontrolli tal-legalità u kontrolli dwar l-identità u l-kapaċità ġuridika ta' persuni li qegħdin ifittxu li jistabbilixxu kumpanija jew fergħa jew li jixtiequ jippreżentaw dokument jew informazzjoni onlajn. Madankollu, jenħtieġ li jitħalla f'idejn l-Istati Membri biex jiżviluppaw u jadottaw il-mezzi u l-metodi biex jinkisbu dawn il-kontrolli. Dawk ir-regoli jistgħu jinkludu, fost oħrajn, il-verifika permezz ta' vidjokonferenza jew mezzi onlajn oħra li jipprovdu konnessjoni awdjoviżiva f'ħin reali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu l-involviment ta' nutara jew avukati bħala parti mill-proċess ta' reġistrazzjoni u preżentazzjoni onlajn, madankollu, jenħtieġ li tali involviment ma jipprevjenix it-tlestija tal-proċedura ta' reġistrazzjoni u preżentazzjoni onlajn mill-bidu sal-aħħar.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jieħdu miżuri, f'konformità mal-liġi nazzjonali, fil-każ ta' suspett ġenwin ta' frodi, li jistgħu jirrikjedu, mhux b'mod sistematiku iżda fuq bażi ta' każ b'każ, il-preżenza fiżika tal-applikant jew rappreżentant tagħhom quddiem kwalunkwe awtorità ta' Stat Membru fejn il-kumpanija jew il-fergħa hija rreġistrata. Jenħtieġ li tali suspett ġenwin ta' frodi jkun ibbażat fuq raġunijiet iġġustifikati, bħal pereżempju, fuq informazzjoni disponibbli mir-reġistri ta' sidien benefiċjarji, rekords kriminali jew indikazzjonijiet ta' frodi tal-identità jew evażjoni tat-taxxa.

(14)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mir-regoli eżistenti dwar is-sidien benefiċjarji, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-falsifikazzjoni u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-evażjoni tat-taxxa, fejn tali regoli jeħtieġu kontrolli tad-diliġenza dovuta, inkluża preżenza fiżika, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jieħdu miżuri, f'konformità mal-liġi nazzjonali, li huma ġġustifikati minn raġuni prevalenti ta' interess pubbliku f'każijiet ta' suspett ta' frodi bħal dawk li jirrigwardaw l-identità jew il-kapaċità legali tal-applikanti, li jistgħu jirrikjedu, mhux b'mod sistematiku iżda b'mod eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ, il-preżenza fiżika tal-applikant jew ir-rappreżentant tagħhom quddiem kwalunkwe awtorità ta' Stat Membru responsabbli għall-proċedura ta' reġistrazzjoni skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru fejn il-kumpanija jew il-fergħa ser tiġi rreġistrata.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex jiżguraw il-ħarsien tal-persuni kollha li jinteraġixxu ma' kumpaniji, jenħtieġ l-Istati Membri jkunu kapaċi jipprevjenu mġiba frodulenti billi jirrifjutaw l-ħatra ta' persuna bħala direttur ta' kumpanija jew fergħa fit-territorju tagħhom stess, li hija attwalment skwalifikata milli taġixxi ta' direttur fi Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li tali talbiet għall-informazzjoni jkunu possibbli permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri u għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu l-arranġamenti neċessarji biex jiżguraw li r-reġistri nazzjonali jistgħu jipprovdu din l-informazzjoni. Jenħtieġ li r-regoli għall-iskwalifika ta' diretturi u l-kunfidenzjalità tat-trażmissjoni jkunu regolati mil-liġi nazzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' dejta personali, jenħtieġ li r-reġistri nazzjonali jipproċessaw kwalunkwe dejta bħal din li tirrelata ma' skwalifika ta' direttur f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35.

(15)  Sabiex jiżguraw il-ħarsien tal-persuni kollha li jinteraġixxu ma' kumpaniji, jenħtieġ l-Istati Membri jkunu kapaċi jipprevjenu mġiba frodulenti billi jirrifjutaw l-ħatra ta' persuna bħala direttur ta' kumpanija jew fergħa fit-territorju tagħhom stess, li hija attwalment skwalifikata milli taġixxi ta' direttur fi Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li tali talbiet għall-informazzjoni jkunu possibbli permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri u għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu l-arranġamenti neċessarji biex jiżguraw li r-reġistri nazzjonali jistgħu jipprovdu u jaqsmu din l-informazzjoni, u b'hekk jippromwovu l-ġlieda kontra l-illegalità u favur is-sigurtà permezz tal-kooperazzjoni transnazzjonali. Jenħtieġ li r-regoli għall-iskwalifika ta' diretturi u l-kunfidenzjalità tat-trażmissjoni jkunu regolati mil-liġi nazzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' dejta personali, jenħtieġ li r-reġistri nazzjonali jipproċessaw kwalunkwe dejta bħal din li tirrelata ma' skwalifika ta' direttur f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35.

_________________

_________________

35 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

35 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  B'mod simili, fir-rigward tar-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji, sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet fuq il-kumpaniji, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-kumpaniji li jiġu sottomessi dokumenti u informazzjoni kompletament onlajn lir-reġistri. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jippermettu lil kumpaniji jissottomettu dokumenti u informazzjoni permezz ta' mezzi oħra, inkluż fuq il-karti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-iżvelar ta' informazzjoni ta' kumpanija jsir ladarba l-informazzjoni ssir disponibbli pubblikament fir-reġistri, peress li issa r-reġistri huma interkonnessi u jipprovdu punt ta' referenza għall-utenti. Sabiex jiġi evitat tfixkil fis-sistemi eżistenti tal-iżvelar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jippubblikaw ukoll l-informazzjoni kollha ta' kumpanija jew parti minnha f'gazzetta nazzjonali, filwaqt li jiżguraw li l-informazzjoni tintbagħat b'mod elettroniku mir-reġistru lil dik il-gazzetta nazzjonali.

(17)  B'mod simili, fir-rigward tar-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji, sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet fuq il-kumpaniji, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-kumpaniji li jiġu sottomessi dokumenti u informazzjoni kompletament onlajn lir-reġistri. Kwalunkwe rekwiżit fir-rigward tal-awtentiċità, l-akkuratezza u l-forma legali xierqa ta' kwalunkwe dokument jew informazzjoni ppreżentati jenħtieġ li jkunu soġġetti għal-liġi nazzjonali u f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jippermettu lil kumpaniji jissottomettu dokumenti u informazzjoni permezz ta' mezzi oħra, inkluż fuq il-karti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-iżvelar ta' informazzjoni ta' kumpanija jsir ladarba l-informazzjoni ssir disponibbli pubblikament fir-reġistri, peress li issa r-reġistri huma interkonnessi u jipprovdu punt ta' referenza għall-utenti. Sabiex jiġi evitat tfixkil fis-sistemi eżistenti tal-iżvelar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jippubblikaw ukoll l-informazzjoni kollha ta' kumpanija jew parti minnha f'gazzetta nazzjonali, filwaqt li jiżguraw li l-informazzjoni tintbagħat b'mod elettroniku mir-reġistru lil dik il-gazzetta nazzjonali.

 

_______________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (Ir-Regolament EIDAS) (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Sabiex inaqqsu l-ispejjeż u l-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji, jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw il-prinċipju ta' "darba biss" fil-qasam tad-dritt soċjetarju. L-applikazzjoni tal-prinċipju ta' "darba biss" timplika li l-kumpanija ma jiġux mistoqsija biex jippreżentaw l-istess informazzjoni lil awtoritajiet pubbliċi iktar minn darba. Pereżempju, jenħtieġ li l-kumpaniji ma jkollhomx bżonn jissottomettu l-istess informazzjoni lir-reġistru u b'mod separat lill-gazzetta nazzjonali. Minflok, jenħtieġ li r-reġistru jipprovdi l-informazzjoni diġà ppreżentata direttament lill-gazzetta nazzjonali. Bl-istess mod, fejn kumpanija tkun inkorporata fi Stat Membru wieħed u trid tirreġistra fergħa fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li jkun possibbli għall-kumpanija li tagħmel użu mill-informazzjoni jew dokumenti ppreżentati qabel lil reġistru. Barra minn hekk, jenħtieġ li fejn kumpanija hija inkorporata fi Stat Membru wieħed iżda għandha fergħa fi Stat Membru ieħor jkun possibbli li l-kumpanija tissottometti ċerti bidliet fl-informazzjoni tal-kumpanija tagħha lir-reġistru fejn il-kumpanija hija rreġistrata biss, mingħajr il-bżonn li tissottometti l-istess informazzjoni lir-reġistru tal-fergħa. Minflok, jenħtieġ li informazzjoni bħal bidla f'isem il-kumpanija jew bidla fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija jiġu kkomunikati b'mod elettroniku mir-reġistru tal-kumpanija għar-reġistru tal-fergħa permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri.

(19)  Sabiex inaqqsu l-ispejjeż u t-tul tal-proċeduri kif ukoll il-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji, jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw il-prinċipju ta' "darba biss" fil-qasam tad-dritt soċjetarju, li huwa appoġġjat ħafna fl-Unjoni, kif jirriżulta inter alia mir-Regolament li jistabbilixxi Portal Uniku Diġitali1a, jew il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Gvern Elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea jew id-Dikjarazzjoni ta' Tallinn dwar il-Gvern Elettroniku. L-applikazzjoni tal-prinċipju ta' "darba biss" timplika li l-kumpanija ma jiġux mistoqsija biex jippreżentaw l-istess informazzjoni lil awtoritajiet pubbliċi iktar minn darba. Pereżempju, jenħtieġ li l-kumpaniji ma jkollhomx bżonn jissottomettu l-istess informazzjoni lir-reġistru u b'mod separat lill-gazzetta nazzjonali. Minflok, jenħtieġ li r-reġistru jipprovdi l-informazzjoni diġà ppreżentata direttament lill-gazzetta nazzjonali. Bl-istess mod, fejn kumpanija tkun inkorporata fi Stat Membru wieħed u trid tirreġistra fergħa fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li jkun possibbli għall-kumpanija li tagħmel użu mill-informazzjoni jew dokumenti ppreżentati qabel lil reġistru. Barra minn hekk, jenħtieġ li fejn kumpanija hija inkorporata fi Stat Membru wieħed iżda għandha fergħa fi Stat Membru ieħor jkun possibbli li l-kumpanija tissottometti ċerti bidliet fl-informazzjoni tal-kumpanija tagħha lir-reġistru fejn il-kumpanija hija rreġistrata biss, mingħajr il-bżonn li tissottometti l-istess informazzjoni lir-reġistru tal-fergħa. Minflok, jenħtieġ li informazzjoni bħal bidla f'isem il-kumpanija jew bidla fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija jiġu ttrasferiti awtomatikament u immedjatament, b'mod elettroniku mir-reġistru tal-kumpanija għar-reġistru tal-fergħa permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri.

 

________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (Għadu mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Fl-interess tat-trasparenza u biex jippromwovu l-fiduċja fi tranżazzjonijiet ta' negozju, inkluż dawk ta' natura transfruntiera fi ħdan is-Suq Uniku, huwa importanti li investituri, partijiet ikkonċernati, imsieħba fin-negozju u awtoritajiet ikunu jistgħu jaċċessaw b'mod faċli l-informazzjoni ta' kumpanija. Biex titjib l-aċċessibbiltà ta' dik l-informazzjoni, jenħtieġ li aktar informazzjoni tkun disponibbli bla ħlas fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li tali informazzjoni tinkludi s-sit web tal-kumpanija, fejn applikabbli, u l-istatus legali tal-kumpanija u l-fergħat tagħha fi Stat Membru ieħor, fejn disponibbli f'reġistri nazzjonali. Jenħtieġ li tinkludi wkoll l-informazzjoni li tikkonċerna l-persuni awtorizzati li jirrappreżentaw il-kumpaniji u n-numru ta' impjegati fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli.

(21)  Fl-interess tat-trasparenza, tal-protezzjoni tal-interessi tal-ħaddiema, tal-kredituri u tal-azzjonisti minoritarji u biex jippromwovu l-fiduċja fi tranżazzjonijiet ta' negozju, inkluż dawk ta' natura transfruntiera fi ħdan is-Suq Uniku, huwa importanti li investituri, partijiet ikkonċernati, imsieħba fin-negozju u awtoritajiet ikunu jistgħu jaċċessaw b'mod faċli l-informazzjoni ta' kumpanija. Biex titjib l-aċċessibbiltà ta' dik l-informazzjoni, jenħtieġ li aktar informazzjoni tkun disponibbli bla ħlas fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li tali informazzjoni tinkludi s-sit web tal-kumpanija, fejn applikabbli, u l-istatus legali tal-kumpanija u l-fergħat tagħha fi Stat Membru ieħor, fejn disponibbli f'reġistri nazzjonali. Jenħtieġ li tinkludi wkoll l-informazzjoni li tikkonċerna l-persuni awtorizzati li jirrappreżentaw il-kumpaniji u n-numru ta' impjegati fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Sabiex kumpaniji stabbiliti fis-Suq Uniku jiġu megħjuna jespandu b'mod aktar faċli l-attività kummerċjali tagħhom lil hinn mill-fruntieri, jenħtieġ li jkun possibbli għalihom li jiftħu u jirreġistraw fergħat fi Stat Membru ieħor onlajn. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu, b'mod simili għall-kumpaniji, ir-reġistrazzjoni onlajn ta' fergħat u l-preżentazzjoni onlajn ta' dokumenti u informazzjoni.

(23)  Sabiex kumpaniji stabbiliti fis-Suq Uniku jiġu megħjuna jespandu b'mod aktar faċli l-attività kummerċjali tagħhom lil hinn mill-fruntieri, jenħtieġ li jkun possibbli għalihom li jiftħu u jirreġistraw fergħat fi Stat Membru ieħor onlajn. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu, b'mod simili għall-kumpaniji, ir-reġistrazzjoni onlajn ta' fergħat u l-preżentazzjoni onlajn ta' dokumenti u informazzjoni, biex b'hekk jgħinu biex inaqqsu l-ispejjeż, filwaqt li jnaqqsu l-piż amministrattiv u t-tul ta' żmien meħuda mill-formalitajiet fir-rigward tal-espansjoni transfruntiera.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Meta tkun qed tiġi rreġistrata fergħa ta' kumpanija rreġistrata fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw ukoll ċerta informazzjoni dwar il-kumpanija permezz tal-interkonnessjoni tar-reġistri meta tiġi rreġistrata fergħa f'dak l-Istat Membru. Barra minn hekk, fejn fergħa tingħalaq fi Stat Membru wieħed, jenħtieġ li r-reġistru ta' dak l-Istat Membru jinforma lill-Istat Membru fejn hija rreġistrata l-kumpanija b'dan permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri u ż-żewġ reġistri għandhom jirrekordjaw din l-informazzjoni.

(24)  Meta tkun qed tiġi rreġistrata fergħa ta' kumpanija rreġistrata fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw ukoll ċerta informazzjoni dwar il-kumpanija permezz tal-interkonnessjoni tar-reġistri meta tiġi rreġistrata fergħa f'dak l-Istat Membru. Barra minn hekk, fejn fergħa tingħalaq fi Stat Membru wieħed, jenħtieġ li r-reġistru ta' dak l-Istat Membru jinforma awtomatikament u immedjatament lill-Istat Membru fejn hija rreġistrata l-kumpanija b'dan permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri u ż-żewġ reġistri jenħtieġ li jirrekordjaw din l-informazzjoni.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 13a – paragrafu 1 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "reġistrazzjoni" tfisser il-formazzjoni ta' kumpanija bħala entità ġuridika;

(3)  "reġistrazzjoni" tfisser il-proċess kollu ta' formazzjoni ta' kumpanija permezz ta' għodod diġitali, mill-identifikazzjoni tal-applikant, it-tħejjija jew is-sottomissjoni tal-istrument ta' kostituzzjoni, għad-dħul tal-kumpanija f'reġistru kummerċjali bħala entità ġuridika, kif previst fil-liġi nazzjonali; u fir-rigward tal-fergħat, tfisser il-proċess li jwassal għall-iżvelar ta' dokumenti u ta' informazzjoni marbuta ma' fergħa miftuħa fi Stat Membru;

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 13a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "mudell" tfisser mudell għall-istrument tal-kostituzzjoni ta' kumpanija li huwa mfassal mill-Istati Membri b'mod konformi mal-liġi nazzjonali u użat għar-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpanija;

(4)  "mudell" tfisser mudell għall-istrument tal-kostituzzjoni ta' kumpanija li huwa mfassal mill-Istat Membru b'mod konformi mal-liġi nazzjonali tiegħu u użat għar-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpanija;

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 13b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13b

Artikolu 13b

Rikonoxximent ta' mezzi ta' identifikazzjoni għall-fini ta' proċeduri onlajn

Rikonoxximent ta' mezzi ta' identifikazzjoni għall-fini ta' proċeduri onlajn

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mezzi ta' identifikazzjoni elettronika ta' ċittadini tal-UE li ġejjin jistgħu jintużaw għall-finijiet tar-reġistrazzjoni onlajn u l-preżentazzjoni onlajn:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mezzi ta' identifikazzjoni elettronika ta' ċittadini tal-UE li ġejjin jistgħu jintużaw għall-finijiet tar-reġistrazzjoni onlajn u l-preżentazzjoni onlajn:

(a)  mezz ta' identifikazzjoni elettronika maħruġ taħt skema ta' identifikazzjoni elettronika approvata mill-Istat Membru tagħhom stess;

(a)  mezz ta' identifikazzjoni elettronika maħruġ taħt skema ta' identifikazzjoni elettronika approvata mill-Istat Membru tagħhom stess;

(b)  mezz ta' identifikazzjoni elettronika maħruġ fi Stat Membru ieħor u rikonoxxut għall-fini tal-awtentikazzjoni transfruntiera skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

(b)  mezz ta' identifikazzjoni elettronika maħruġ fi Stat Membru ieħor u rikonoxxut għall-fini tal-awtentikazzjoni transfruntiera

 

L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw ir-rikonoxximent ta' mezzi ta' identifikazzjoni, fejn il-livelli ta' assigurazzjoni tal-mezzi ta' identifikazzjoni elettronika ma jikkonformawx mal-Artikolu 6(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

 

1a.  L-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw u jadottaw kontrolli elettroniċi komplementari ta' identità, kapaċità legali u legalità. Dawk ir-regoli jistgħu jinkludu, fost oħrajn, il-verifika permezz ta' vidjokonferenza jew mezzi onlajn oħra li jipprovdu konnessjoni awdjoviżiva f'ħin reali.

2.  L-Istati Membri wkoll jistgħu jagħrfu mezzi oħra ta' identifikazzjoni minbarra dawk imsemmija f'paragrafu 1.

2.  Fejn ikun iġġustifikat minn raġuni prevalenti ta' interess pubbliku għall-prevenzjoni tal-frodi fir-rigward l-identità tal-applikanti jew ir-rappreżentanti tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-applikanti jew ir-rappreżentanti tagħhom jidhru fiżikament quddiem kwalunkwe awtorità kompetenti, jew quddiem kwalunkwe persuna oħra jew korp ieħor li jkunu qed jittrattaw, jagħmlu jew jassistu biex issir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew il-preżentazzjoni, għal passi proċedurali li għalihom din il-preżenza fiżika hija meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li preżenza fiżika tista' tkun meħtieġa biss fuq bażi ta' każ b'każ u li kwalunkwe pass ieħor tal-proċedura jista' jitlesta onlajn.

3.  Fejn Stat Membru jirrikonoxxi mezzi ta' identifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 għall-finijiet tat-tlestija tar-reġistrazzjoni onlajn u l-preżentazzjoni onlajn, dak l-Istat Membru għandu jirrikonoxxi wkoll l-istess mezzi ta' identifikazzjoni maħruġa minn Stat Membru ieħor.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista tal-mezzi ta' identifikazzjoni elettroniċi li jirrikonoxxu.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 3, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri li jistgħu jirrikjedu preżenza fiżika quddiem kwalunkwe awtorità bil-kompetenza li tindirizza r-reġistrazzjoni onlajn jew il-preżentazzjoni onlajn għall-fini tal-verifika tal-identità ta' persuni, f'każi ta' suspett ġenwin ta' frodi abbażi ta' raġunijiet ġustifikati.

 

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 13ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13ba

 

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji u fergħat, u l-mili onlajn ta' informazzjoni u dokumenti

 

1.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw, skont is-sistemi legali u t-tradizzjonijiet legali tagħhom, l-awtoritajiet, korpi jew uffiċjali pubbliċi responsabbli biex jittrattaw ir-reġistrazzjoni ta' kumpaniji u fergħat u r-reġistrazzjoni ta' dokumenti u informazzjoni fir-reġistru.

 

2.  Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri u r-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi nazzjonali, inklużi dawk relatati ma' proċeduri legali għat-tfassil ta' strumenti ta' kostituzzjoni, diment li r-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpanija kif imsemmi fl-Artikolu 13f u r-reġistrazzjoni onlajn ta' fergħa kif imsemmija fl-Artikolu 28a jkunu possibbli.

 

3.  Ir-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali applikabbli fir-rigward tal-awtentiċità, il-preċiżjoni u l-forma ġuridika xierqa ta' dokumenti ppreżentati jew informazzjoni m'għandhomx jiġu affettwati sakemm tkun possibbli r-reġistrazzjoni onlajn kif imsemmija fl-Artikolu 13f u l-Artikolu 28a, u l-preżentata onlajn kif imsemmija fl-Artikolu 13i u l-Artikolu 28b.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 13c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13c

Artikolu 13c

Tariffi għal reġistrazzjoni onlajn u preżentazzjoni onlajn

Tariffi għal reġistrazzjoni onlajn u preżentazzjoni onlajn ta' dokumenti u informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli dwar tariffi applikabbli għall-proċeduri msemmija f'dan il-Kapitolu huma trasparenti u jiġu applikati b'mod nondiskriminatorju.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli dwar tariffi applikabbli għall-proċeduri msemmija f'dan il-Kapitolu huma trasparenti u jiġu applikati b'mod nondiskriminatorju.

2.  Kwalunkwe tariffa imposta mir-reġistri, imsemmija fl-Artikolu 16, għar-reġistrazzjoni onlajn ta', jew il-preżentazzjoni onlajn minn kumpanija jew fergħa m'għandhiex taqbeż l-ispejjeż amministrattivi tal-forniment tas-servizz.

2.  Kwalunkwe tariffa imposta mir-reġistri, imsemmija fl-Artikolu 16, għar-reġistrazzjoni onlajn ta', jew il-preżentazzjoni onlajn ta' dokumenti u/jew informazzjoni minn kumpanija jew fergħa m'għandhiex taqbeż l-ispejjeż amministrattivi tal-forniment tas-servizz.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 13d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13d

Artikolu 13d

Pagamenti

Pagamenti

Fejn it-tlestija ta' proċedura stabbilita f'dan il-Kapitolu tirrikjedi pagament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pagament jista' jsir permezz ta' servizz ta' pagament disponibbli b'mod wiesa' f'servizzi ta' pagament transfruntiera.

Fejn it-tlestija ta' proċedura stabbilita f'dan il-Kapitolu tirrikjedi pagament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pagament jista' jsir permezz ta' servizz ta' pagament onlajn disponibbli b'mod wiesa' f'servizzi ta' pagament transfruntiera li jippermettu l-identifikazzjoni ta' min iħallas, ipprovduti minn istituzzjoni finanzjarja jew fornitur tal-pagament stabbiliti fi Stat Membru.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 13e – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  rekwiżiti li jirrelataw mal-użu ta' mudelli, inkluż informazzjoni dwar il-liġijiet nazzjonali li jirregolaw l-użu u l-kontenuti ta' dawn il-mudelli;

(b)  rekwiżiti li jirrelataw mal-użu ta' mudelli għar-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji;

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 13f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13f

Artikolu 13f

Reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji

Reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni ta' kumpaniji tista' titwettaq onlajn mill-bidu sal-aħħar mingħajr il-bżonn li l-applikant, jew ir-rappreżentant tiegħu, jidher fiżikament quddiem awtorità kompetenti jew quddiem kwalunkwe persuna oħra jew korp ieħor li jkunu qed jittrattaw l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, soġġett għall-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 13b(4). Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jipprovdux proċeduri ta' reġistrazzjoni kompletament onlajn għal dawk it-tipi ta' kumpaniji mniżżla fl-Anness I.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni ta' kumpaniji tista' titwettaq onlajn mill-bidu sal-aħħar mingħajr il-bżonn li l-applikant, jew ir-rappreżentant tiegħu, jidher fiżikament quddiem awtorità kompetenti jew quddiem kwalunkwe persuna oħra jew korp ieħor li jkunu qed jittrattaw l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, soġġett għall-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 13b(2). Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jipprovdux proċeduri ta' reġistrazzjoni kompletament onlajn għal dawk it-tipi ta' kumpaniji mniżżla fl-Anness I.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli ddettaljati għar-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji, inkluż regoli dwar l-użu ta' mudelli, kif imsemmija fl-Artikolu 13g, u d-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi rreġistrata kumpanija. Bħala parti minn dawn ir-regoli l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni onlajn tista' ssir billi jiġu sottomessi informazzjoni jew dokumenti f'format elettroniku, inkluż kopji elettroniċi tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16a(4).

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli ddettaljati għar-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpaniji, inkluż regoli dwar l-użu ta' mudelli, kif imsemmija fl-Artikolu 13g, u d-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi rreġistrata kumpanija. Bħala parti minn dawn ir-regoli l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni onlajn tista' ssir billi jiġu sottomessi informazzjoni jew dokumenti f'format elettroniku, inkluż kopji elettroniċi tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16a(4).

3.  Ir-regoli, imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jipprevedu tal-inqas dan li ġej:

3.  Ir-regoli, imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jipprevedu tal-inqas dan li ġej:

(a)  il-proċeduri biex tiġi żgurata l-kapaċità ġuridika tal-applikant u l-awtorità tagħhom li jirrappreżentaw il-kumpanija;

(a)  il-proċeduri biex tiġi żgurata l-kapaċità ġuridika tal-applikant u l-awtorità tagħhom li jirrappreżentaw il-kumpanija;

(b)  il-mezzi għall-verifika tal-identità tal-persuna jew persuni li qed jirreġistraw il-kumpanija jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b)  il-mezzi għall-verifika tal-identità tal-persuna jew persuni li qed jirreġistraw il-kumpanija jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(c)  ir-rekwiżiti li l-applikant juża servizzi fiduċjarji msemmija fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.

(c)  ir-rekwiżiti li l-applikant juża servizzi fiduċjarji msemmija fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.

 

(ca)  il-proċeduri sabiex tiġi vverifikata l-ħatra tad-diretturi u li jqisu l-iskwalifika tad-diretturi mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra;

 

(cb)  il-proċeduri li jivverifikaw il-legalità tal-oġġett tal-kumpanija sa fejn tali verifiki jkunu pprovduti skont il-liġi nazzjonali;

 

(cd)  il-proċedura biex tiġi vverifikata l-legalità tal-isem tal-kumpanija sa fejn kontrolli bħal dawn ikunu pprovduti skont il-liġi nazzjonali;

4.  Ir-regoli, imsemmija fil-paragrafu 2, jistgħu jipprevedu wkoll dan li ġej:

4.  Ir-regoli, imsemmija fil-paragrafu 2, jistgħu jipprevedu wkoll dan li ġej:

(a)  il-proċeduri biex tiġi żgurata l-legalità tal-oġġett tal-kumpanija;

(a)  il-proċeduri biex tiġi vverifikata l-legalità tal-istrumenti tal-kostituzzjoni, inkluż il-verifika tal-użu korrett tal-mudelli;

(b)  il-proċeduri biex tiġi żgurata l-legalità tal-isem tal-kumpanija;

(b)  il-proċeduri biex jiġi prevedut l-irwol ta' nutar jew ta' kwalunkwe persuna jew korp ieħor mandat mill-Istat Membru biex jippreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;

(c)  il-proċeduri biex tiġi żgurata l-legalità tal-istrumenti tal-kostituzzjoni, inkluż il-verifika tal-użu korrett tal-mudelli;

(c)   iċ-ċirkostanzi li fihom ir-reġistrazzjoni onlajn tista' tiġi eskluża fejn il-kapital tal-ishma ta' kumpanija se jitħallas b'kontribuzzjonijiet in natura;

(d)  il-proċeduri biex tiġi vverifikata l-ħatra ta' diretturi billi titqies l-iskwalifika ta' diretturi minn awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra;

 

(e)  il-proċeduri biex jiġi prevedut l-irwol ta' nutar jew ta' kwalunkwe persuna jew korp ieħor mandat mill-Istat Membru biex jippreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;

 

(f)  iċ-ċirkostanzi li fihom ir-reġistrazzjoni onlajn tista' tiġi eskluża fejn il-kapital tal-ishma ta' kumpanija se jitħallas b'kontribuzzjonijiet in natura.

 

5.  L-Istati Membri m'għadhomx jagħmlu r-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpanija kundizzjonali fuq il-kisba ta' kwalunkwe liċenzja jew awtorizzazzjoni qabel tiġi rreġistrata l-kumpanija, ħlief meta tkun indispensabbli għall-kontroll xieraq ta' ċerti attivitajiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali.

5.  L-Istati Membri m'għadhomx jagħmlu r-reġistrazzjoni onlajn ta' kumpanija kundizzjonali fuq il-kisba ta' kwalunkwe liċenzja jew awtorizzazzjoni qabel tiġi rreġistrata l-kumpanija, ħlief meta tkun indispensabbli għall-kontroll xieraq ta' ċerti attivitajiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pagament ta' kapital tal-ishma jkun meħtieġ bħala parti mill-proċedura biex tiġi rreġistrata kumpanija, li dan il-pagament jista' jsir onlajn, f'konformità mal-Artikolu 13d, lil kont bankarju li jopera fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li prova ta' dawn il-pagamenti tista' tiġi pprovduta onlajn ukoll.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pagament ta' kapital tal-ishma jkun meħtieġ bħala parti mill-proċedura biex tiġi rreġistrata kumpanija, li dan il-pagament jista' jsir onlajn, f'konformità mal-Artikolu 13d, lil kont bankarju li jopera fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li prova ta' dawn il-pagamenti tista' tiġi pprovduta onlajn ukoll.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni onlajn titlesta fi żmien perjodu ta' ħamest ijiem tax-xogħol mill-aħħar ta' dan li ġej:

7.  Fejn l-applikant huwa persuna fiżika u juża l-mudelli pprovdut fl-Artikolu 13g, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni onlajn titlesta fi żmien perjodu ta' ħamest ijiem tax-xogħol mill-aħħar ta' dan li ġej:

(a)  il-wasla tad-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa kollha għand awtorità kompetenti jew, fejn applikabbli, għand persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali li jipproċessa applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' kumpanija;

(a)  il-wasla tad-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa kollha għand awtorità kompetenti jew, fejn applikabbli, għand persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali li jipproċessa applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' kumpanija;

(b)  il-pagament ta' tariffa ta' reġistrazzjoni, il-pagament fi flus kontanti għall-kapital tal-ishma jew, fejn pagament għall-kapital tal-ishma se jsir b'kontribuzzjoni in natura, kif prevedut taħt il-liġi nazzjonali.

(b)  il-pagament ta' tariffa ta' reġistrazzjoni, il-pagament fi flus kontanti għall-kapital tal-ishma jew, fejn pagament għall-kapital tal-ishma se jsir b'kontribuzzjoni in natura, kif prevedut taħt il-liġi nazzjonali.

 

F'każijiet oħra, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni onlajn tal-kumpanija titlesta fi żmien 10 ijiem ta' xogħol.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jiġi mgħarraf immedjatament dwar ir-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien, fejn, f'ċirkostanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati, ikun impossibbli li jinżamm il-limitu ta' żmien.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jiġi mgħarraf immedjatament dwar ir-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien, fejn, f'ċirkostanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati, ikun impossibbli li jinżamm il-limitu ta' żmien.

 

7a.  Fejn ġustifikat mir-raġuni prevalenti ta' interess pubbliku li tiġi żgurata konformità mar-regoli dwar il-kapaċità ġuridika tal-applikanti jew fuqhom li jagħtu awtorizzazzjoni biex jirrappreżentaw il-kumpanija kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri li jistgħu jeħtieġu preżenza fiżika qabel kwalunkwe awtorità kompetenti skont il-liġi nazzjonali biex tittratta, tagħmel jew tassisti fil-produzzjoni, tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni onlajn jew il-preżentazzjoni onlajn. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'tali każijiet, il-preżenza fiżika tal-applikanti tista' tkun meħtieġa biss fuq bażi ta' każ b'każ u li kwalunkwe pass ieħor tal-proċedura xorta jista' jiġi kkompletat onlajn.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 13g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13g

Artikolu 13g

Mudelli għar-reġistrazzjoni ta' kumpaniji

Mudelli għar-reġistrazzjoni ta' kumpaniji

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu mudelli disponibbli fuq il-portals tar-reġistrazzjoni jew is-siti web disponibbli permezz ta' portal uniku, għat-tipi ta' kumpaniji elenkati fl-Anness IIA. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu disponibbli onlajn mudelli għar-reġistrazzjoni ta' dawk it-tipi ta' kumpaniji mniżżla fl-Anness II minbarra dawk imniżżla fl-Anness IIA.

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu mudelli disponibbli fuq il-portals tar-reġistrazzjoni jew is-siti web disponibbli permezz ta' portal uniku, għat-tipi ta' kumpaniji elenkati fl-Anness IIA. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu disponibbli onlajn mudelli għar-reġistrazzjoni ta' dawk it-tipi ta' kumpaniji.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mudelli, imsemmija f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jistgħu jintużaw minn applikanti bħala parti mill-proċedura ta' reġistrazzjoni onlajn, imsemmija fl-Artikolu 13f. Meta dawk il-mudelli jintużaw mill-applikant b'konformità mar-regoli msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 13f(4), fejn applikabbli, ir-rekwiżit li l-istrumenti tal-kostituzzjoni tal-kumpanija jkunu mfasslin u ċċertifikati f'għamla legali xierqa kif stabbilit fl-Artikolu 10 jitqies sodisfatt.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mudelli, imsemmija f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jistgħu jintużaw minn applikanti bħala parti mill-proċedura ta' reġistrazzjoni onlajn, imsemmija fl-Artikolu 13f, u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu.

3.  L-Istati Membri għandhom mill-inqas jagħmlu l-mudelli disponibbli f'lingwa uffiċjali tal-Unjoni li tinftiehem mill-ikbar maġġoranza ta' utenti transfruntiera.

3.  L-Istati Membri għandhom mill-inqas jagħmlu l-mudelli disponibbli f'lingwa uffiċjali tal-Unjoni li tinftiehem mill-ikbar maġġoranza ta' utenti transfruntiera.

4.  Is-sustanza tal-mudelli se tkun irregolata mil-liġi nazzjonali.

4.  Is-sustanza tal-mudelli se tkun irregolata mil-liġi nazzjonali.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 13h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13h

Artikolu 13h

Diretturi skwalifikati

Diretturi skwalifikati

1.  Fejn Stati Membri jistabbilixxu regoli li jirrelataw mal-iskwalifika tad-diretturi, imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 13f(4), ir-reġistru fejn il-kumpanija għandha tiġi rreġistrata jista', permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri msemmija fl-Artikolu 22, jitlob konferma mir-reġistri ta' Stati Membri oħra dwar jekk il-persuna li se tinħatar bħala direttur tal-kumpanija hix attwalment skwalifikata milli taġixxi bħala direttur f'dawk l-Istati Membri jew le. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, diretturi se jinkludu l-persuni kollha msemmija fl-Artikolu 14(d).

1.  Fejn Stati Membri jistabbilixxu regoli li jirrelataw mal-iskwalifika tad-diretturi, imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 13f(4), ir-reġistru fejn il-kumpanija għandha tiġi rreġistrata jista', permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri msemmija fl-Artikolu 22, jitlob konferma mir-reġistri ta' Stati Membri oħra dwar jekk il-persuna li se tinħatar bħala direttur tal-kumpanija hix attwalment skwalifikata milli taġixxi bħala direttur f'dawk l-Istati Membri jew le. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, diretturi se jinkludu l-persuni kollha msemmija fl-Artikolu 14(d).

2.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti neċessarji biex jiżguraw li r-reġistri tagħhom jistgħu jipprovdu, permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 22, l-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fir-rigward ta' liema perjodu hija fis-seħħ kwalunkwe skwalifika. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għall-finijiet tar-reġistrazzjoni u l-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll ir-raġunijiet għall-iskwalifika.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti neċessarji biex jiżguraw li r-reġistri tagħhom jistgħu jipprovdu mingħajr dewmien bla bżonn, permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 22, l-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fir-rigward ta' liema perjodu hija fis-seħħ kwalunkwe skwalifika. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għall-finijiet tar-reġistrazzjoni u, fejn persuna tiġi kkonfermata diskwalifikata, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll ir-raġunijiet għall-iskwalifika.

3.  L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw il-ħatra ta' persuna bħala direttur ta' kumpanija fejn din il-persuna hija attwalment skwalifikata milli taġixxi bħala direttur fi Stat Membru ieħor.

3.  L-Istati Membri jistgħu, fuq il-bażi tar-raġunijiet għall-iskwalifika, jirrifjutaw il-ħatra ta' persuna bħala direttur ta' kumpanija fejn din il-persuna hija attwalment skwalifikata milli taġixxi bħala direttur fi Stat Membru ieħor.

4.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 se japplikaw mutatis mutandis għal istanzi fejn kumpanija tissottometti informazzjoni dwar il-ħatra ta' direttur ġdid fir-reġistru, imsemmija fl-Artikolu 16.

4.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 se japplikaw mutatis mutandis għal istanzi fejn kumpanija tissottometti informazzjoni dwar il-ħatra ta' direttur ġdid fir-reġistru, imsemmija fl-Artikolu 16.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 13i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13i

Artikolu 13i

Preżentazzjoni onlajn minn kumpaniji

Preżentazzjoni onlajn minn kumpaniji ta' dokumenti u informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kumpaniji jkunu jistgħu jissottomettu onlajn id-dokumenti u l-informazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 14, inkluż kwalunkwe modifika tagħhom, lir-reġistru fil-limitu ta' żmien ipprevedut mil-liġijiet tal-Istat Membru fejn se tiġi rreġistrata l-kumpanija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali preżentazzjoni tista' ssir onlajn mill-bidu sal-aħħar mingħajr il-bżonn li l-applikant, jew ir-rappreżentant tiegħu, jidher fiżikament quddiem awtorità kompetenti jew quddiem kwalunkwe persuna oħra jew korp ieħor li jindirizza l-preżentazzjoni onlajn, soġġett għall-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 13b(4).

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kumpaniji jkunu jistgħu jissottomettu onlajn id-dokumenti u l-informazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 14, inkluż kwalunkwe modifika tagħhom, lir-reġistru fil-limitu ta' żmien ipprevedut mil-liġijiet tal-Istat Membru fejn se tiġi rreġistrata l-kumpanija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali preżentazzjoni tista' ssir onlajn mill-bidu sal-aħħar mingħajr il-bżonn li l-applikant, jew ir-rappreżentant tiegħu, jidher fiżikament quddiem awtorità kompetenti jew quddiem kwalunkwe persuna oħra jew korp ieħor li jindirizza, jagħmel jew jgħin biex issir il-preżentazzjoni onlajn, soġġett għall-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 13b(2) u l-Artikolu 13f(4).

 

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli biex jipprovdu salvagwardji fir-rigward tal-affidabbiltà u l-kredibbiltà ta' dokumenti u ta' informazzjoni li jridu jippreżentaw onlajn, dment li l-preżentazzjoni onlajn hija possibbli. L-Artikolu 13f(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 13f(4) japplikaw mutatis mutandis.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini u l-integrità tad-dokumenti sottomessi onlajn tista' tiġi vverifikata b'mod elettroniku.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini u l-integrità tad-dokumenti sottomessi onlajn tista' tiġi vverifikata b'mod elettroniku.

2.  L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lil ċerti kumpaniji jew lill-kumpaniji kollha jissottomettu d-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kollha jew uħud minnhom onlajn.";

2.  L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lil ċerti kumpaniji jew lill-kumpaniji kollha jissottomettu d-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kollha jew uħud minnhom onlajn.;

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 14, irrispettivament mill-mezzi li permezz tagħhom jiġu sottomessi, għandhom jinżammu fil-fajl fir-reġistru jew jiddaħħlu dirett fih f'format elettroniku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru jibdel dawk id-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jkunu ppreżentati f'forma stampata, f'forma elettronika.

Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 14, irrispettivament mill-mezzi li permezz tagħhom jiġu sottomessi, għandhom jinżammu fil-fajl fir-reġistru jew jiddaħħlu dirett fih f'format elettroniku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru jibdel dawk id-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jkunu ppreżentati f'forma stampata, f'forma elettronika mill-aktar fis possibbli.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19

Artikolu 19

Tariffi li jistgħu jiġu imposti għal dokumenti u informazzjoni

Tariffi li jistgħu jiġu imposti għal dokumenti u informazzjoni

1.  It-tariffi imposti għall-kisba tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri m'għandhomx ikunu ogħla mill-ispejjeż amministrattivi tagħhom.

1.  It-tariffi imposti għall-kisba tad-dokumenti u l-informazzjoni jew kopji tagħhom imsemmija fl-Artikolu 14 permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri m'għandhomx ikunu ogħla mill-ispejjeż amministrattivi tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli bla ħlas permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri:

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli bla ħlas permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri:

(a)  l-isem jew l-ismijiet u l-forma ġuridika tal-kumpanija;

(a)  l-isem jew l-ismijiet u l-forma ġuridika tal-kumpanija;

(b)  l-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija u l-Istat Membru fejn hu rreġistrat;

(b)  l-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija u l-Istat Membru fejn hu rreġistrat;

(c)  in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u l-EUID tagħha;

(c)  in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u l-EUID tagħha;

(d)  id-dettalji tas-sit web tal-kumpanija, fejn applikabbli;

(d)  id-dettalji tas-sit web tal-kumpanija, fejn applikabbli;

(e)  l-istatus legali tal-kumpanija, bħal fejn hija magħluqa, maqtugħa mir-reġistru, likwidata, xolta, ekonomikament attiva jew inattiva kif definit mil-liġi nazzjonali u fejn disponibbli fir-reġistri nazzjonali;

(e)  l-istatus legali tal-kumpanija, bħal fejn hija magħluqa, maqtugħa mir-reġistru, likwidata, xolta, taħt il-proċedimenti ta' insolvenza, ekonomikament attiva jew inattiva kif definit mil-liġi nazzjonali u fejn disponibbli fir-reġistri nazzjonali;

(f)  l-oġġett tal-kumpanija, fejn huwa rrekordjat fir-reġistru nazzjonali;

(f)  l-oġġett tal-kumpanija, fejn huwa rrekordjat fir-reġistru nazzjonali;

(g)  in-numru ta' impjegati tal-kumpanija, fejn dan huwa disponibbli fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-kumpanija kif meħtieġ mil-liġi nazzjonali;

(g)  in-numru ta' impjegati tal-kumpanija, fejn dan huwa disponibbli fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-kumpanija kif meħtieġ mil-liġi nazzjonali u tal-Unjoni;

(h)  l-isem ta' kwalunkwe persuna awtorizzata mill-kumpanija biex tirrappreżentaha f'negozjati ma' partijiet terzi u fi proċedimenti legali jew biex jieħdu sehem fl-amministrazzjoni, fis-superviżjoni jew fil-kontroll tal-kumpanija, kif imsemmi fl-Artikolu 14(d);

(h)  l-isem ta' kwalunkwe persuna awtorizzata mill-kumpanija biex tirrappreżentaha f'negozjati ma' partijiet terzi u fi proċedimenti legali jew biex jieħdu sehem fl-amministrazzjoni, fis-superviżjoni jew fil-kontroll tal-kumpanija, kif imsemmi fl-Artikolu 14(d);

(i)  informazzjoni dwar kwalunkwe fergħa miftuħa mill-kumpanija fi Stat Membru ieħor inkluż l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni, l-EUID u l-Istat Membru fejn hija rreġistrata l-fergħa.

(i)  informazzjoni dwar kwalunkwe fergħa miftuħa mill-kumpanija fi Stat Membru ieħor inkluż l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni, l-EUID u l-Istat Membru fejn hija rreġistrata l-fergħa.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu aktar informazzjoni u dokumenti disponibbli bla ħlas.";

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu aktar informazzjoni u dokumenti disponibbli bla ħlas meta jiġu estratti permezz ta' mezzi elettroniċi.";

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 22 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi wkoll punti ta' aċċess fakultattivi għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri. Tali punti ta' aċċess sejrin jikkonsistu f'sistemi żviluppati u operati mill-Kummissjoni sabiex iwettqu l-funzjonijiet amministrattivi tagħha jew biex tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri mingħajr dewmien bla bżonn bl-istabbiliment ta' tali punti ta' aċċess u bi kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-operat tagħhom.

Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi wkoll punti ta' aċċess għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri. Tali punti ta' aċċess sejrin jikkonsistu f'sistemi żviluppati u operati mill-Kummissjoni sabiex iwettqu l-funzjonijiet amministrattivi tagħha jew biex tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri mingħajr dewmien bla bżonn bl-istabbiliment ta' tali punti ta' aċċess u bi kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-operat tagħhom.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 22 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-aċċess għall-informazzjoni mis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri għandu jkun żgurat permezz tal-portal u permezz tal-punti ta' aċċess fakultattivi stabbiliti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.

5.  L-aċċess għall-informazzjoni mis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri għandu jkun żgurat permezz tal-portal u permezz tal-punti ta' aċċess stabbiliti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 28a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-regoli, imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jipprevedu tal-inqas dan li ġej:

3.  Ir-regoli, imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jipprevedu tal-inqas dan li ġej:

(a)  il-proċedura biex tiġi żgurata l-kapaċità ġuridika tal-applikant u l-awtorità tagħhom li jirrappreżentaw lill-kumpanija;

(a)  il-proċedura biex tiġi żgurata l-kapaċità ġuridika tal-applikant u l-awtorità tagħhom li jirrappreżentaw lill-kumpanija;

(b)  il-mezzi għall-verifika tal-identità tal-persuna jew persuni li qed jirreġistraw il-fergħa jew ir-rappreżentanti tagħhom.

(b)  il-mezzi għall-verifika tal-identità tal-persuna jew persuni li qed jirreġistraw il-fergħa jew ir-rappreżentanti tagħhom.

 

(ba)  rekwiżit għall-applikant sabiex juża servizzi fiduċjarji msemmija fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 28a – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a  Ir-regoli, imsemmija fil-paragrafu 2, jistgħu jipprevedu wkoll il-proċeduri li ġejjin:

 

(a)  biex tiġi vverifikata l-legalità tal-għan tal-fergħa;

 

(b)  biex jiġi vverifikat l-isem tal-fergħa;

 

(c)  biex tiġi vverifikata l-legalità tad-dokumenti u l-informazzjoni ppreżentati għar-reġistrazzjoni tal-fergħa;

 

(d)  biex jiġi pprovdut għall-irwol ta' nutar jew ta' kwalunkwe persuna jew korp ieħor involuti fil-proċess ta' reġistrazzjoni ta' fergħa taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Direttiva (UE) 2017/1132

Artikolu 28b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28b

Artikolu 28b

Preżentazzjoni onlajn għal fergħat

Preżentazzjoni onlajn għal fergħat ta' dokumenti u informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu sottomessi onlajn id-dokumenti u l-informazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 30 jew kwalunkwe modifika tiegħu, fil-perjodu previst mil-liġijiet tal-Istat Membru fejn se tiġi rreġistrata l-fergħa. L-Istati Membru għandhom jiżguraw li tali preżentazzjoni tista' ssir onlajn mill-bidu sal-aħħar mingħajr il-bżonn li l-applikant, jew ir-rappreżentant tiegħu, jidher fiżikament quddiem awtorità kompetenti jew quddiem kwalunkwe persuna oħra li tittratta l-preżentazzjoni onlajn, soġġett għall-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 13b(4).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu sottomessi onlajn id-dokumenti u l-informazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 30 jew kwalunkwe modifika tiegħu, fil-perjodu previst mil-liġijiet tal-Istat Membru fejn se tiġi rreġistrata l-fergħa. L-Istati Membru għandhom jiżguraw li tali preżentazzjoni tista' ssir onlajn mill-bidu sal-aħħar mingħajr il-bżonn li l-applikant, jew ir-rappreżentant tiegħu, jidher fiżikament quddiem awtorità kompetenti jew quddiem kwalunkwe persuna oħra li tittratta l-preżentazzjoni onlajn, soġġett għall-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 13b(2) u fl-Artikolu 13f(8).

 

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli biex jipprovdu salvagwardji fir-rigward tal-affidabbiltà u l-kredibbiltà ta' dokumenti u ta' informazzjoni li jridu jippreżentaw onlajn, dment li l-preżentazzjoni onlajn hija possibbli. L-Artikolu 13f(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 13f(4) japplikaw mutatis mutandis

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 16(5) u mal-punt (g) tal-Artikolu 19(2) sa mhux aktar tard minn ….[OP please set the date = the last day of the month of 60 months after the date of entry into force].

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 16(5) u mal-punt (g) tal-Artikolu 19(2) sa mhux aktar tard minn ….[OP please set the date = the last day of the month of 36 months after the date of entry into force].

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-bżonn u l-fattibbiltà tal-provvediment ta' reġistrazzjoni kompletament onlajn tat-tipi ta' kumpaniji mniżżla fl-Anness I;

(a)  il-fattibbiltà tal-provvediment ta' reġistrazzjoni kompletament onlajn tat-tipi ta' kumpaniji mniżżla fl-Anness I;

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-bżonn u l-fattibbiltà tal-provvediment ta' mudelli mill-Istati Membri għat-tipi kollha ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata u l-bżonn u l-fattibbiltà tal-provvediment ta' mudell armonizzat madwar l-Unjoni li se jintuża mill-Istati Membri kollha għat-tipi ta' kumpaniji mniżżla fl-Anness IIA;

(b)  il-fattibbiltà tal-provvediment ta' mudelli mill-Istati Membri għat-tipi kollha ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata u l-bżonn u l-fattibbiltà tal-provvediment ta' mudell armonizzat madwar l-Unjoni li se jintuża mill-Istati Membri kollha għat-tipi ta' kumpaniji mniżżla fl-Anness IIA;


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2017 dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Gvern elettroniku, stieden lill-Kummissjoni tikkunsidra aktar modi kif tippromwovi soluzzjonijiet diġitali għal formalitajiet matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' kumpanija u enfasizza l-importanza ta' ħidma fuq l-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali.

Fl-UE hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fejn tidħol id-disponibbiltà tal-għodod onlajn għal kumpaniji fil-kuntatti tagħhom ma' awtoritajiet pubbliċi fil-qasam tad-dritt soċjetarju. Il-gradi li l-Istati Membri joffru servizzi ta' gvern elettroniku jvarjaw: uħud huma avvanzati ħafna u jipprovdu soluzzjonijiet kompletament onlajn li faċli tużahom, filwaqt li oħrajn ma joffrux soluzzjonijiet onlajn fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji, bħar-reġistrazzjoni ta' kumpanija bħala entità legali.

Għalhekk, il-Kummissjoni qed tippreżenta din il-proposta, flimkien mal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 dwar konverżjonijiet, fużjonijiet u diviżjonijiet transfruntiera sabiex jiġi aġġustat l-isfont ġuridiku u jingħata sett komprensiv ta' miżuri għal regoli tad-dritt soċjetarju ġusti, faċilitanti u moderni.

Din il-proposta timmira sabiex tikkumplimenta r-regoli eżistenti dwar il-liġi tal-kumpanija tal-UE kkodifikati fid-Direttiva (UE) 2017/1132. L-inizjattiva hija kompletament konformi ma' elementi diġitali eżistenti tad-dritt soċjetarju tal-UE, u tibni fuqhom, b'mod partikulari fuq is-Sistema ta' Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS) li hija bbażata fuq obbligi legali stipulati mid-Direttiva 2012/17/UE u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884.

B' mod ġenerali, ir-rapporteur japprezza l-proposta u l-għanijiet ewlenin tagħha - il-possibbiltà li tistabbilixxi kumpanija jew fergħa kompletament onlajn, l-implimentazzjoni ta' prinċipju ta' "darba biss", l-użu ta' formoli onlajn, it-twessigħ ta' aċċess liberu għad-dokumenti fis-Sistema ta' Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS). Huwa jara l-potenzjal tad-direttiva proposta u japprezza l-approċċ ibbilanċjat bejn ir-reġistrazzjoni onlajn aktar faċli u irħas u l-protezzjoni kontra l-frodi ppreżentata mill-KE.

Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza li kwalunkwe rekwiżit dwar l-awtentiċità ta' kwalunkwe informazzjoni jew dokument sottomess għandu jkun soġġett għal-liġi nazzjonali u l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli biex jipprovdu salvagwardji għall-affidabbiltà u kredibbiltà ta' dokumenti u informazzjoni li jridu jimtlew onlajn. Ir-rapporteur jissuġġerixxi definizzjoni aktar dettaljata ta' xi tfisser reġistrazzjoni peress li l-proċess kollu ta' formazzjoni ta' kumpanija permezz ta' għodod diġitali mhuwiex biss mument. Sabiex ma jkunx hemm dubji, ir-rapporteur jixtieq jenfasizza li huwa importanti li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-preżenza fiżika tista' tintalab biss fuq bażi ta' każ b'każ u li kwalunkwe pass ieħor tal-proċedura jista' jitlesta kompletament onlajn. Huwa importanti wkoll li jiġi enfasizzat li l-Istat Membru li jitlob l-informazzjoni dwar diretturi skwalifikati, jekk it-tweġiba tikkonferma tip ta' skwalifika, għandu jingħata raġunijiet għal tali deċiżjoni mill-awtoritajiet tal-Istat Membru rikjest.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fid-dritt soċjetarju

Referenzi

COM(2018)0239 – C8-0166/2018 – 2018/0113(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.4.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

28.5.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

28.5.2018

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

19.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Tadeusz Zwiefka

9.7.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.7.2018

3.9.2018

11.10.2018

 

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Laura Ferrara, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Geoffroy Didier, Pascal Durand, Jytte Guteland, Tiemo Wölken, Kosma Złotowski

Data tat-tressiq

4.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

ECR

Sajjad Karim, Kosma Złotowski

EFDD

Joëlle Bergeron, Laura Ferrara

ENF

Gilles Lebreton

PPE

Geoffroy Didier, Emil Radev, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Mady Delvaux, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jytte Guteland, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Virginie Rozière

1

-

GUE/NGL

Kostas Chrysogonos

3

0

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand, Julia Reda

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Diċembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza