Proċedura : 2018/0186(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0433/2018

Testi mressqa :

A8-0433/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2019 - 21.4

Testi adottati :

P8_TA(2019)0027

RAPPORT     *
PDF 713kWORD 76k
6.12.2018
PE 627.613v01-00 A8-0433/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/CFSP

(COM(2018)0358 – C8-0386/2018 – 2018/0186(CNS))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Kinga Gál

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/CFSP

(COM(2018)0358 – C8-0386/2018 – 2018/0186(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0358),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0386/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0433/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  F'konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet24, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' arranġamenti ta' monitoraġġ speċifiċi, biex tivvaluta l-effetti reali tad-Direttiva u l-ħtieġa għal kwalunkwe azzjoni ulterjuri.

(19)  F'konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet24, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' arranġamenti ta' monitoraġġ speċifiċi, biex tivvaluta l-effetti reali tad-Direttiva, inkluż l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, u l-ħtieġa għal kwalunkwe azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew, għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u għall-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali.

_________________

_________________

24 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

24 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi żmien 36 siegħa mir-riċevuta tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandu jwieġeb għall-konsultazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2015/637 u għandu jikkonferma jekk l-applikant għandux in-nazzjonalità tiegħu. Mal-konferma tan-nazzjonalità tal-applikant, l-Istat Membru li jassisti għandu jipprovdi lill-applikant bl-ETD tal-UE mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jaħbat wara dak li fih tiġi riċevuta t-tweġiba mingħand l-Istat Membru tan-nazzjonalità.

3.  Fi żmien 24 siegħa mir-riċevuta tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandu jwieġeb għall-konsultazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2015/637 u għandu jikkonferma jekk l-applikant għandux in-nazzjonalità tiegħu. Mal-konferma tan-nazzjonalità tal-applikant, l-Istat Membru li jassisti għandu jipprovdi lill-applikant bl-ETD tal-UE mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jaħbat wara dak li fih tiġi riċevuta t-tweġiba mingħand l-Istat Membru tan-nazzjonalità.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  F'każijiet ta' eċċezzjoni debitament iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jieħdu aktar mil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3.

4.  F'każijiet ta' eċċezzjoni debitament iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jieħdu inqas jew aktar mil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3.

Ġustifikazzjoni

F'sitwazzjonijiet estremi jista' jkun meħtieġ li l-Istat Membru li jassisti jwassal l-ETD tal-UE qabel il-"jum ta' xogħol segwenti" wara li jkun irċieva l-konferma tal-identità mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza, pereżempju biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' tmiem il-ġimgħa jew ta' btajjel pubbliċi li jdewmu l-proċess.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux qabel ħames snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż dwar l-adegwatezza tal-livell ta' sigurtà tad-data personali.

1.  Mhux qabel tliet snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż dwar l-adegwatezza tal-livell ta' sigurtà tad-data personali u l-impatt possibbli fuq id-drittijiet fundamentali.


NOTA SPJEGATTIVA

Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-2017, il-Parlament Ewropew iddikjara li kważi seba' miljun ċittadin tal-UE jivvjaġġaw lejn jew jgħixu f'postijiet barra mill-UE meta pajjiżhom ma jkollux ambaxxata jew konsulat u li l-għadd ta' ċittadini tal-UE mhux rappreżentati huwa mistenni li jiżdied għal mill-inqas għaxar miljuni sal-2020. Iċ-ċittadini tal-UE residenti fit-territorju ta' pajjiż mhux tal-UE li fih ma hemmx rappreżentanza tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom huma intitolati għall-protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk taċ-ċittadini ta' dak l-istat;

Fid-dawl ta' dawn il-konstatazzjonijiet, il-Parlament talab lill-Kummissjoni tagħmel proposta għal format ġdid u aktar sigur għal dokument provviżorju tal-ivvjaġġar tal-UE (ETD tal-UE) għaċ-ċittadini tal-UE mhux rappreżentati barra mill-UE li l-passaport tagħhom ikun ġie misruq, mitluf, meqrud jew li temporanjament ma jkunx disponibbli, sabiex ikun żgurat li dawn ikunu jistgħu jirritornaw lura d-dar mingħajr periklu. Id-Deċiżjoni 96/409/CFSP tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri stabbilixxiet dokument provviżorju tal-ivvjaġġar komuni għall-ħruġ mill-Istati Membri lil ċittadini tal-Unjoni f'postijiet fejn l-Istat Membru tan-nazzjonalità ta' dawk iċ-ċittadini ma jkollux rappreżentanza diplomatika jew konsulari permanenti.

Skont il-Memorandum ta' Spjegazzjoni li jakkumpanja l-proposta, għaddew 20 sena mindu ġew introdotti l-ETDs tal-UE, u hemm bżonn li jiġu aġġornati r-regoli tad-Deċiżjoni 96/409/CFSP u l-format tal-ETD tal-UE. It-tibdiliet riċenti fir-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni konsulari mhumiex riflessi fid-Deċiżjoni 96/409/CFSP, u l-ETD tal-UE fil-forma attwali tiegħu mhux adattat għall-ambjent globali attwali tas-sigurtà. Dan ma jqisx it-titjib fis-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u joffri protezzjoni insuffiċjenti kontra l-frodi u l-kontraffazzjonijiet, u dan wassal għal frammentazzjoni fl-użu tal-ETD tal-UE madwar l-Unjoni.

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 96/409/CFSP mhijiex allinjata mad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637. Din id-Direttiva tirregola l-protezzjoni konsulari għaċ-ċittadini mhux rappreżentati b'mod ġenerali, u b'hekk fiha wkoll regoli applikabbli għall-ħruġ ta' ETDs tal-UE.

Fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-2017, il-Parlament talab ukoll l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tad-Direttiva (UE) 2015/637 sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni konsulari għaċ-ċittadini tal-UE f'pajjiżi terzi li fihom l-Istati Membri tagħhom mhumiex rappreżentati. Għar-Rapporteur, din il-proposta tirrappreżenta pass 'il quddiem f'dik id-direzzjoni peress li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-faċilitazzjoni tal-protezzjoni konsulari għall-aktar tip frekwenti ta' assistenza konsulari pprovduta liċ-ċittadini mhux rappreżentati, jiġifieri l-ħruġ ta' dokumenti provviżorji tal-ivvjaġġar.

Ir-Rapporteur tqis li din il-proposta tiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet għal-libertà ta' moviment taċ-ċittadin tal-UE, li huma ċentrali għaċ-ċittadinanza tal-UE u jikkomplementaw libertajiet oħrajn, anke jekk jikkonċernaw miżuri ta' protezzjoni konsulari għaċ-ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi.

Ir-Rapporteur tissottolinja li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni taċ-ċittadini tagħha. Id-dritt fundamentali għall-protezzjoni konsulari taċ-ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni, bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini, stabbilit fl-Artikolu 46 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huwa espressjoni tas-solidarjetà Ewropea.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tqis li t-titjib tas-sigurtà tad-Dokumenti Provviżorji tal-Ivvjaġġar huwa element importanti fl-istrateġija globali tal-Unjoni għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u r-reazzjoni effettiva u effiċjenti għat-theddid tas-sigurtà li qed jevolvi. Kif ġie ddikjarat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2016 – Pjan ta' Azzjoni għat-tisħiħ tar-reazzjoni Ewropea għall-frodi tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, il-frodi tad-dokumenti sar abilitatur tat-terroriżmu u tal-kriminalità organizzata, u huwa marbut mat-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti. Huwa fundamentali li jiġu evitati l-abbużi u t-theddid għas-sigurtà interna li jirriżultaw min-nuqqasijiet fis-sigurtà tad-dokumenti.

F'dan il-kuntest, fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, ir-Rapporteur tapprova l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/CFSP mingħajr emendi biex l-Istati Membri jitħeġġu jipproċedu malajr bl-adozzjoni tagħha.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Dokument ta' emerġenza tal-ivvjaġġar tal-UE

Referenzi

COM(2018)0358 – C8-0386/2018 – 2018/0186(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

31.7.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

10.9.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

10.9.2018

JURI

10.9.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

20.6.2018

JURI

9.7.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Kinga Gál

9.7.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

18.10.2018

19.11.2018

3.12.2018

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Monika Beňová, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Cornelia Ernst, Raymond Finch, Romeo Franz, Kinga Gál, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Pál Csáky, Gérard Deprez, Anna Hedh, Lívia Járóka, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Emilian Pavel, Morten Helveg Petersen, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Josep-Maria Terricabras

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, France Jamet

Data tat-tressiq

6.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ALDE

Gérard Deprez, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Morten Helveg Petersen

ECR

Helga Stevens, Kristina Winberg

GUE/NGL

Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

NI

Udo Voigt

PPE

Heinz K. Becker, Michał Boni, Carlos Coelho, Pál Csáky, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, József Nagy, Traian Ungureanu

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Ivari Padar, Emilian Pavel, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Max Andersson, Romeo Franz, Judith Sargentini, Josep-Maria Terricabras

4

-

ECR

Branislav Škripek

EFDD

Raymond Finch

ENF

France Jamet, Auke Zijlstra

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Jannar 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza