RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE

7.12.2018 - (COM(2018)0184 – C8-0149/2018 – 2018/0089(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Geoffroy Didier
  Rapporteur għal opinjoni (*):Dennis de Jong, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura


Proċedura : 2018/0089(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0447/2018
Testi mressqa :
A8-0447/2018
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE

(COM(2018)0184 – C8-0149/2018 – 2018/0089(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0184),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0149/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0447/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tippermetti lill-entitajiet kwalifikati, li jirrappreżentaw l-interess kollettiv tal-konsumaturi, li jfittxu rimedju permezz ta' azzjonijiet rappreżentattivi kontra l-ksur ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni. L-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu għall-waqfien jew il-projbizzjoni ta' ksur, li jiġi kkonfermat li seħħ ksur u li jfittxu rimedju, bħall-kumpens, tiswija jew roħs fuq il-prezz kif disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali.

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tippermetti lill-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati, li jirrappreżentaw l-interess kollettiv tal-konsumaturi, ifittxu rimedju permezz ta' azzjonijiet rappreżentattivi kontra l-ksur ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni. L-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu l-waqfien jew il-projbizzjoni ta' ksur, li jiġi kkonfermat li seħħ ksur u jfittxu rimedju, bħal kumpens, rimborż tal-prezz imħallas, tiswija, sostituzzjoni, tneħħija jew terminazzjoni tal-kuntratt kif disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 ippermettiet lill-entitajiet kwalifikati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi bl-għan primarju li jinġieb fi tmiem ksur tal-liġi tal-Unjoni li jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Madankollu, dik id-Direttiva ma tindirizzax biżżejjed l-isfidi għall-infurzar tal-liġi tal-konsumatur. Sabiex titjieb id-deterrenza ta' prassi illegali u biex jitnaqqas id-detriment tal-konsumaturi, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-mekkaniżmu għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Minħabba l-għadd kbir ta' tibdiliet, għal raġunijiet ta' ċarezza, huwa xieraq li d-Direttiva 2009/22/KE tiġi ssostitwita.

(2)  Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 ippermettiet lill-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi bl-għan primarju li jinġieb fi tmiem ksur tal-liġi tal-Unjoni li jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Madankollu, dik id-Direttiva ma tindirizzax biżżejjed l-isfidi għall-infurzar tal-liġi tal-konsumatur. Biex titjieb id-deterrenza ta' prassi illegali, biex jitħeġġu prassi kummerċjali tajba u responsabbli, u biex jitnaqqas id-detriment tal-konsumaturi, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-mekkaniżmu għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Minħabba l-għadd kbir ta' tibdiliet, għal raġunijiet ta' ċarezza, huwa xieraq li d-Direttiva 2009/22/KE tiġi ssostitwita. Hemm ħtieġa kbira ta' intervent tal-Unjoni, abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE, sabiex jiġu żgurati kemm aċċess għall-ġustizzja kif ukoll amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja peress li dan se jnaqqas l-ispejjeż u l-piż li jġibu magħhom il-kawżi individwali.

__________________

__________________

29 ĠU L 110/30, 1.5.2009.

29 ĠU L 110/30, 1.5.2009.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Azzjoni rappreżentattiva jenħtieġ li toffri mod effettiv u effiċjenti li tipproteġi l-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Din l-azzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-entitajiet kwalifikati jaġixxu bl-għan li jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u li jegħlbu l-ostakli li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi f'azzjonijiet individwali, bħal pereżempju l-inċertezza dwar id-drittijiet tagħhom u l-mekkaniżmi proċedurali disponibbli, ir-riluttanza psikoloġika li jieħdu azzjoni u l-bilanċ negattiv tal-ispejjeż u l-benefiċċji mistennija ta' azzjoni individwali.

(3)  Azzjoni rappreżentattiva jenħtieġ li toffri mod effettiv u effiċjenti biex l-interessi kollettivi tal-konsumaturi jiġu protetti kemm kontra l-ksur intern kif ukoll kontra dak trasnfruntier. Din l-azzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jaġixxu bl-għan li jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u li jegħlbu l-ostakli li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi f'azzjonijiet individwali, bħal pereżempju l-inċertezza dwar id-drittijiet tagħhom u l-mekkaniżmi proċedurali disponibbli, esperjenza preċedenti ta' talbiet li ma rnexxewx, proċeduri twal wisq, riluttanza psikoloġika li jieħdu azzjoni u l-bilanċ negattiv tal-ispejjeż u l-benefiċċji mistennija ta' azzjoni individwali, u b'hekk tiżdied iċ-ċertezza legali kemm għall-għall-kwerelanti u l-konvenuti, kif ukoll għas-sistema legali.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Huwa importanti li jiġi żgurat il-bilanċ meħtieġ bejn l-aċċess għall-ġustizzja u s-salvagwardji proċedurali kontra l-litigazzjoni abbużiva li tista' tfixkel b'mod mhux ġustifikabbli il-kapaċità tan-negozji biex joperaw fis-Suq Uniku. Sabiex jiġi evitat l-abbuż tal-azzjonijiet rappreżentattivi jenħtieġ li jiġu evitati elementi bħal danni punittivi u nuqqas ta' limitazzjonijiet b'rabta mad-dritt li titressaq azzjoni f'isem il-konsumaturi li ġarrbu dannu u jenħtieġ li jiġu stabbilitili regoli ċari dwar id-diversi aspetti proċedurali, bħall-ħatra tal-entitajiet kwalifikati, l-oriġini tal-fondi tagħhom u n-natura tal-informazzjoni meħtieġa biex isostnu l-azzjoni rappreżentattiva. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax ir-regoli nazzjonali dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż proċedurali.

(4)  Huwa importanti li jiġi żgurat il-bilanċ meħtieġ bejn l-aċċess għall-ġustizzja u s-salvagwardji proċedurali kontra l-litigazzjoni abbużiva li tista' tfixkel b'mod mhux ġustifikabbli il-kapaċità tan-negozji biex joperaw fis-Suq Uniku. Sabiex jiġi evitat l-abbuż tal-azzjonijiet rappreżentattivi jenħtieġ li jiġu evitati elementi bħal danni punittivi u nuqqas ta' limitazzjonijiet b'rabta mad-dritt li titressaq azzjoni f'isem il-konsumaturi li ġarrbu dannu u jenħtieġ li jiġu stabbilitili regoli ċari dwar id-diversi aspetti proċedurali, bħall-ħatra tal-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati, l-oriġini tal-fondi tagħhom u n-natura tal-informazzjoni meħtieġa biex isostnu l-azzjoni rappreżentattiva. Il-parti li titlef il-kawża jenħtieġ li ġġarrab l-ispejjeż tal-proċedimenti. Madankollu, il-qorti jew it-tribunal jenħtieġ li ma jaġġudikawx l-ispejjeż lill-parti li titlef il-kawża meta tali spejjeż ikunu nġarrbu mingħajr ħtieġa jew ma jkunux proporzjonati għat-talba.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tkopri varjetà ta' oqsma bħall-protezzjoni tad-dejta, is-servizzi finanzjarji, l-ivvjaġġar u t-turiżmu, l-enerġija, il-mezzi tat-telekomunikazzjoni u tal-ambjent. Jenħtieġ li tkopri l-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, kemm jekk dawn ikunu msemmija bħala konsumaturi jew bħala vjaġġaturi, utenti, konsumaturi, investituri bl-imnut, klijenti mhux professjonali jew mod ieħor fil-liġi rilevanti tal-Unjoni. Biex ikun żgurat rispons xieraq għal ksur tal-liġi tal-Unjoni, li l-forma u d-daqs tagħha qed jevolvu b'rata mgħaġġla, jenħtieġ jiġi kkunsidrat, kull darba li jiġi adottat att ġdid tal-Unjoni, relevanti għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, jekk jenħtieġx li jiġi emendat l-Anness ta' din id-Direttiva sabiex l-att il-ġdid jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

(6)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tkopri varjetà ta' oqsma bħall-protezzjoni tad-dejta, is-servizzi finanzjarji, l-ivvjaġġar u t-turiżmu, l-enerġija, it-telekomunikazzjoni, l-ambjent u s-saħħa. Jenħtieġ li tkopri l-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, kemm jekk dawn ikunu msemmija bħala konsumaturi jew bħala vjaġġaturi, utenti, konsumaturi, investituri bl-imnut, klijenti mhux professjonali jew mod ieħor fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll l-interessi kollettivi tas-suġġetti tad-dejta fis-sens tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Biex ikun żgurat rispons xieraq għal ksur tal-liġi tal-Unjoni, li l-forma u d-daqs tagħha qed jevolvu b'rata mgħaġġla, jenħtieġ jiġi kkunsidrat, kull darba li jiġi adottat att ġdid tal-Unjoni, relevanti għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, jekk jenħtieġx li jiġi emendat l-Anness ta' din id-Direttiva sabiex l-att il-ġdid jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Din id-Direttiva tapplika għal azzjonijiet rappreżentattivi miġjuba kontra ksur b'impatt wiesa' fuq il-konsumaturi b'rabta mad-dispożizzjonijiet koperti bil-liġi tal-Unjoni elenkati fl-Anness I. L-impatt wiesa' jibda meta jiġu affettwati żewġ konsumaturi.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tistabbilixxix regoli ta' liġi internazzjonali privata dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi jew il-liġi applikabbli. L-istrumenti eżistenti tal-liġi tal-Unjoni japplikaw għall-azzjonijiet rappreżentattivi stabbiliti minn din id-Direttiva.

(9)  Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tistabbilixxix regoli ta' liġi internazzjonali privata dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi jew il-liġi applikabbli. L-istrumenti eżistenti tal-liġi tal-Unjoni japplikaw għall-azzjonijiet rappreżentattivi stabbiliti minn din id-Direttiva biex tiġi evitata kwalunkwe żieda fl-għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-liġi internazzjonali privata f'każijiet transfruntiera. Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformulazzjoni - Brussell I), ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) u r-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) japplikaw għall-azzjonijiet rappreżentattivi stabbiliti minn din id-Direttiva.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Peress li huma biss l-entitajiet kwalifikati li jistgħu jressqu azzjonijiet rappreżentattivi, biex jiġi żgurat li l-interessi kollettivi tal-konsumaturi jkunu rappreżentati b'mod adegwat, l-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti minn din id-Direttiva. B'mod partikolari, jeħtieġ li dawn ikunu kkostitwiti kif suppost skont il-liġi ta' Stat Membru, u dan jista' jinkludi, pereżempju, rekwiżiti dwar l-għadd ta' membri, il-grad ta' permanenza, jew rekwiżiti ta' trasparenza dwar aspetti rilevanti mill-istruttura tagħhom, bħall-istatuti kostituttivi tagħhom, l-istruttura maniġerjali, l-objettivi u l-metodi ta' ħidma. Jenħtieġ ukoll li ma jkunux bi skop ta' qligħ u li jkollhom interess leġittimu fl-iżgurar tal-konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni. Dawn il-kriterji jenħtieġ li japplikaw kemm għall-entitajiet kwalifikati maħtura minn qabel u kif ukoll għall-entitajiet kwalifikati ad hoc li jiġu kkostitwiti għal xi azzjoni speċifika.

(10)  Peress li huma biss l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati li jistgħu jressqu azzjonijiet rappreżentattivi, biex jiġi żgurat li l-interessi kollettivi tal-konsumaturi jkunu rappreżentati b'mod adegwat, l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jenħtieġ li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti minn din id-Direttiva. B'mod partikolari, jeħtieġ li dawn ikunu kkostitwiti kif suppost skont il-liġi ta' Stat Membru, u dan jenħtieġ li jinkludi, pereżempju, rekwiżiti ta' trasparenza dwar aspetti rilevanti mill-istruttura tagħhom, bħall-istatuti kostituttivi tagħhom, l-istruttura maniġerjali, l-objettivi u l-metodi ta' ħidma. Jenħtieġ ukoll li ma jkunux bi skop ta' qligħ u li jkollhom interess leġittimu fl-iżgurar tal-konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jenħtieġ li jkunu indipendenti mill-operaturi tas-suq, inkluż finanzjarjament. L-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jenħtieġ li jkollhom ukoll proċedura stabbilita biex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jimponux kriterji li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-entità kwalifikata li tibda azzjoni rappreżentattiva skont din id-Direttiva jenħtieġ li tkun parti fil-proċedimenti. Il-konsumaturi konċernati mill-ksur jenħtieġ li jkollhom biżżejjed opportunitajiet adegwati biex jibbenefikaw mir-riżultati rilevanti tal-azzjoni rappreżentattiva. Ordnijiet ta' inġunzjoni maħruġa skont din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-azzjonijiet individwali miġjuba minn konsumaturi li tkun saritilhom ħsara minħabba l-prassi suġġetta għall-ordni ta' inġunzjoni.

(15)  L-entità kwalifikata li tibda azzjoni rappreżentattiva skont din id-Direttiva jenħtieġ li tkun parti fil-proċedimenti. Il-konsumaturi konċernati mill-ksur jenħtieġ li jkollhom informazzjoni adegwata dwar ir-riżultati rilevanti tal-azzjoni rappreżentattiva u kif jistgħu jibbenefikaw minnhom. Ordnijiet ta' inġunzjoni maħruġa skont din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-azzjonijiet individwali miġjuba minn konsumaturi li tkun saritilhom ħsara minħabba l-prassi suġġetta għall-ordni ta' inġunzjoni.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-entitajiet kwalifikati jenħieġ li jkunu jistgħu jitolbu għal miżuri bl-għan li tiġi eliminata l-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jieħdu l-forma ta'ordni ta' rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, roħs fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq u skont kif disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali.

(16)  L-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jenħieġ li jkunu jistgħu jitolbu miżuri bl-għan li tiġi eliminata l-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jieħdu l-forma ta'ordni ta' rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tneħħija, roħs fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq u skont kif disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-entitajiet kwalifikati jipprovdu biżżejjed informazzjoni biex isostnu azzjoni rappreżentattiva għal rimedju, inkluż deskrizzjoni tal-grupp ta' konsumaturi konċernati mill-ksur u l-kwistjonijiet ta' fatti u ta' liġi li jridu jiġu riżolti fl-azzjoni rappreżentattiva. L-entità kwalifikata jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa tidentifika individwalment il-konsumaturi kollha konċernati minn ksur biex tibda azzjoni. F'azzjonijiet rappreżentattivi għal rimedju, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva jenħtieġ li tivverifika kemm jista' jkun kmieni fil-proċedimenti jekk il-każ huwiex adatt biex jitressaq bħala azzjoni rappreżentattiva, minħabba n-natura tal-ksur u l-karatteristiċi tad-danni mġarrba mill-konsumaturi konċernati.

(18)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jeħtieġu li l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jipprovdu biżżejjed informazzjoni biex isostnu azzjoni rappreżentattiva għal rimedju, inklużi deskrizzjoni tal-grupp ta' konsumaturi konċernati mill-ksur u l-kwistjonijiet ta' fatti u ta' liġi li jridu jiġu riżolti fl-azzjoni rappreżentattiva. L-entità kwalifikata jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa tidentifika individwalment il-konsumaturi kollha konċernati minn ksur biex tibda azzjoni. F'azzjonijiet rappreżentattivi għal rimedju, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva jenħtieġ li tivverifika kemm jista' jkun kmieni fil-proċedimenti jekk il-każ huwiex adatt biex jitressaq bħala azzjoni rappreżentattiva, minħabba n-natura tal-ksur u l-karatteristiċi tad-danni mġarrba mill-konsumaturi konċernati. B'mod partikolari, it-talbiet jenħtieġ li jkunu aċċertabbli u uniformi u jenħtieġ li jkun hemm komunalità fil-miżuri mfittxija, u l-arranġament ta' finanzjament minn parti terza tal-entità kwalifikata jenħtieġ li jkun trasparenti u mingħajr ebda kunflitt ta' interess. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva jkollha l-awtorità li tiċħad sa mill-aktar stadju bikri possibbli tal-proċedimenti kawżi li jkunu manifestament infondati.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  L-Istati Membri għandhom jitħallew jiddeċiedu jekk il-qorti jew l-awtorità nazzjonali li quddiemha tressqet azzjoni rappreżentattiva għal rimedju tista', b'mod eċċezzjonali, toħroġ minflok ordni ta' rimedju, deċiżjoni dikjaratorja dwar ir-responsabilità tan-negozjant lejn il-konsumaturi milquta mill-ksur li tista' tiġi direttament invokata f'azzjonijiet ta' rimedju sussegwenti mill-konsumaturi individwali. Din il-possibbiltà jenħtieġ li tkun riżervata għal każijiet ġustifikati kif dovut meta l-kwantifikazzjoni tar-rimedju individwali li jrid jiġi attribwiti lil kull konsumatur konċernat mill-azzjoni rappreżentattiva tkun kumplessa u ma jkunx effiċjenti li titwettaq fl-azzjoni rappreżentattiva. Id-deċiżjonijiet dikjaratorji jenħtieġ li ma jinħarġux f'sitwazzjonijiet li mhumiex kumplessi u b'mod partikolari fejn il-konsumaturi konċernati jkunu identifikabbli u meta l-konsumaturi jkunu sofrew dannu komparabbli tul perjodu ta' żmien jew mill-akkwist. Bl-istess mod, jenħtieġ li ma jinħarġux deċiżjonijiet dikjaratorji meta l-ammont ta' telf imġarrab minn kull konsumatur individwali jkun tant żgħir li x'aktarx il-konsumaturi individwali ma jressqux pretensjoni għal rimedju individwali. Il-qorti jew l-awtorità nazzjonali jenħtieġ li tagħti r-raġunijiet kif dovut għalfejn użat deċiżjoni deklaratorja minflok ordni ta' rimedju f'każ partikolari.

imħassar

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Meta l-konsumaturi konċernati mill-istess prassi jkunu identifikabbli u jkunu ġarrbu ħsara komparabbli tul perjodu ta' żmien jew mill-akkwist, bħal fil-każ ta' kuntratti tal-konsumatur fit-tul, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tista' tiddefinixxi b'mod ċar il-grupp ta' konsumaturi konċernati mill-ksur matul l-azzjoni rappreżentattiva. B'mod partikolari, qorti jew awtorità amministrattiva tista' titlob lin-negozjant li wettaq il-ksur biex jipprovdi l-informazzjoni rilevanti, bħalma hija l-identità tal-konsumaturi konċernati u kemm damet il-prassi. Għal raġunijiet ta' ħeffa u effiċjenza, f'dawn il-każijiet l-Istati Membri, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, jistgħu jikkunsidraw li l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jibbenefikaw direttament minn ordni ta' rimedju wara li tkun inħarġet mingħajr ma jkunu meħtieġa jagħtu l-mandat individwali tagħhom qabel ma tinħareġ l-ordni ta' rimedju.

imħassar

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  F'każijiet ta' valur baxx il-biċċa l-kbira tal-konsumaturi x'aktarx ma jiħdux azzjoni biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom minħabba li l-isforzi jissuperaw il-benefiċċji individwali. Madankollu, jekk l-istess prassi tikkonċerna għadd ta' konsumaturi, it-telf aggregat jista' jkun sinifikanti. F'dawn il-każijiet, il-qorti jew l-awtorità tista' tikkunsidra li huwa sproporzjonat li tiddistribwixxi l-fondi lura lill-konsumaturi konċernati, pereżempju minħabba li dan ikun oneruż wisq jew imprattikabbli. Għalhekk, il-fondi riċevuti bħala kumpens permezz tal-azzjonijiet rappreżentattivi jistgħu jkunu aktar utli għal finijiet ta' protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi u jenħtieġ li jiġu diretti lejn skop pubblika rilevanti, bħal fond għall-għajnuna legali lill-konsumaturi, kampanji ta' sensibilizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet tal-konsumatur.

imħassar

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Din id-Direttiva tipprevedi mekkaniżmu proċedurali, li ma jaffettwawx ir-regoli li jistabbilixxu drittijiet sostantivi tal-konsumatur għal rimedji kuntrattwali u mhux kuntrattwali f'każ li l-interessi tagħhom ikunu ġew milquta minn ksur, bħalma huwa d-dritt għal kumpens għad-danni, it-terminazzjoni ta' kuntratt, rimborż, sostituzzjoni, tiswija jew roħs fuq il-prezz. Azzjoni rappreżentattiva li titlob rimedju skont din id-Direttiva tista' titressaq biss meta l-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali tipprevedi dawn id-drittijiet sostantivi.

(23)  Din id-Direttiva tipprevedi mekkaniżmu proċedurali, li ma jaffettwawx ir-regoli li jistabbilixxu drittijiet sostantivi tal-konsumatur għal rimedji kuntrattwali u mhux kuntrattwali f'każ li l-interessi tagħhom ikunu ġew milquta minn ksur, bħalma huwa d-dritt għal kumpens għad-danni, it-terminazzjoni ta' kuntratt, rimborż, sostituzzjoni, tneħħija, tiswija jew roħs fuq il-prezz. Azzjoni rappreżentattiva li titlob rimedju skont din id-Direttiva tista' titressaq biss meta l-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali tipprevedi dawn id-drittijiet sostantivi.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Din id-Direttiva ma tissostitwixxix mekkaniżmi nazzjonali ta' rimedju kollettiv eżistenti. B'kunsiderazzjoni tat-tradizzjonijiet legali tagħhom, id-Direttiva tħalli f'idejn l-Istati Membri jekk ifasslux l-azzjoni rappreżentattiva stabbilita minn din id-Direttiva bħala parti minn mekkaniżmu ta' rimedju kollettiv eżistenti jew futuri jew bħala alternattiva għal dawn il-mekkaniżmi, dment li l-mekkaniżmu nazzjonali jikkonforma mal-modalitajiet stabbiliti minn din id-Direttiva.

(24)  Din id-Direttiva għandha l-għan ta' armonizzazzjoni minima u ma tissostitwixxix mekkaniżmi nazzjonali ta' rimedju kollettiv eżistenti. B'kunsiderazzjoni tat-tradizzjonijiet legali tagħhom, id-Direttiva tħalli f'idejn l-Istati Membri jekk ifasslux l-azzjoni rappreżentattiva stabbilita minn din id-Direttiva bħala parti minn mekkaniżmu ta' rimedju kollettiv eżistenti jew futur jew bħala alternattiva għal dawn il-mekkaniżmi, dment li l-mekkaniżmu nazzjonali jikkonforma mal-modalitajiet stabbiliti minn din id-Direttiva. Din ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jżommu l-qafas eżistenti tagħhom, u lanqas ma tobbliga lill-Istati Membri biex jemendawh. L-Istati Membri se jkollhom il-possibbiltà li jimplimentaw ir-regoli previsti f'din id-Direttiva fis-sistema tagħhom stess ta' rimedju kollettiv jew li jimplimentawhom fi proċedura separata.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkunu kompletament trasparenti dwar is-sors tal-finanzjament tal-attività tagħhom inġenerali u dwar il-fondi li jappoġġjaw azzjoni rappreżentattiva speċifika għal rimedju sabiex jippermettu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi jivvalutaw jekk jistax ikun hemm kunflitt ta' interess bejn it-terza parti li qed tipprovdi l-fondi u l-entità kwalifikata u biex jiġu evitati r-riskji ta' litigazzjoni abbużiva, kif ukoll biex jivvalutaw jekk il-parti terza finanzjatur għandhiex biżżejjed riżorsi biex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha lejn l-entità kwalifikata. L-informazzjoni pprovduta mill-entità kwalifikata lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva li tissorvelja l-azzjoni rappreżentattiva jenħtieġ tippermettilom jivvalutaw jekk il-parti terza tistax tinfluwenza d-deċiżjonijiet proċedurali tal-entità kwalifikata fil-kuntest tal-azzjoni rappreżentattiva, inkluż dwar is-soluzzjonijiet u jekk hijiex qed tipprovdi finanzjament għal azzjoni rappreżentattiva għal rimedju kontra konvenut li huwa kompetitur tal-fornitur tal-fondi jew kontra konvenut li l-fornitur tal-fondi jiddependi minnu. Jekk xi waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi tiġi kkonfermata, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva jenħtieġ jkollha s-setgħa li tirrikjedi lill-entità kwalifikata tirrifjuta l-fondi rilevanti u, jekk ikun meħtieġ, tiċħad il-locus standi tal-entità kwalifikata f'każ speċifiku.

(25)  L-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jenħtieġ li jkunu kompletament trasparenti dwar is-sors tal-finanzjament tal-attività tagħhom inġenerali u dwar il-fondi li jappoġġjaw azzjoni rappreżentattiva speċifika għal rimedju sabiex jippermettu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi jivvalutaw jekk jistax ikun hemm kunflitt ta' interess bejn parti terza finanzjatur u l-entità kwalifikata u biex jiġu evitati r-riskji ta' litigazzjoni abbużiva, kif ukoll biex jivvalutaw jekk l-entità kwalifikata għandhiex biżżejjed riżorsi biex tirrappreżenta l-aħjar interessi tal-konsumaturi konċernati u tassumi l-ispejjeż legali kollha meħtieġa jekk l-azzjoni tfalli. L-informazzjoni pprovduta mill-entità kwalifikata fl-aktar stadju bikri tal-proċediment lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva li tissorvelja l-azzjoni rappreżentattiva jenħtieġ li tippermettilom jivvalutaw jekk il-parti terza tistax tinfluwenza d-deċiżjonijiet proċedurali tal-entità kwalifikata b'mod ġenerali u fil-kuntest tal-azzjoni rappreżentattiva, inkluż dwar is-soluzzjonijiet u jekk hijiex qed tipprovdi finanzjament għal azzjoni rappreżentattiva għal rimedju kontra konvenut li huwa kompetitur tal-fornitur tal-fondi jew kontra konvenut li l-fornitur tal-fondi jiddependi minnu. Jekk xi waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi tiġi kkonfermata, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva jenħtieġ li jkollha s-setgħa li tirrikjedi lill-entità kwalifikata tirrifjuta l-fondi rilevanti u, jekk ikun meħtieġ, tiċħad il-locus standi tal-entità kwalifikata f'każ speċifiku. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jħallux li d-ditti legali jistabbilixxu entitajiet rappreżentattivi kwalifikati. Il-finanzjament indirett tal-azzjoni permezz ta' donazzjonijiet, inklużi donazzjonijiet ta' negozjanti fil-qafas ta' inizjattivi ta' responsabbiltà soċjali korporattiva, jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal finanzjament minn parti terza dment li dan ikun konformi mar-rekwiżiti dwar it-trasparenza, l-indipendenza u n-nuqqas ta' kunflitt ta' interess elenkati fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 7.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Soluzzjonijiet kollettivi extraġudizzjarji bl-għan li jingħata rimedju lill-konsumaturi li ġarbu dannu jenħtieġ li jiġu mħeġġa kemm qabel ma titressaq l-azzjoni rappreżentattiva u fi kwalunkwe stadju tal-azzjoni rappreżentattiva.

(26)  Soluzzjonijiet kollettivi extraġudizzjarji, bħall-medjazzjoni, bl-għan li jingħata rimedju lill-konsumaturi li ġarrbu dannu jenħtieġ li jiġu mħeġġa kemm qabel ma titressaq l-azzjoni rappreżentattiva kif ukoll fi kwalunkwe stadju tal-azzjoni rappreżentattiva.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li entità kwalifikata u negozjant li jkunu laħqu ftehim dwar soluzzjoni għal rimedju għall-konsumaturi affettwati minn prassi allegatament illegali ta' dak in-negozjant jistgħu jitolbu b'mod konġunt lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva biex japprovah. Talba bħal din jenħtieġ li tiġi aċċettata mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva biss jekk ma jkunx hemm għaddejja azzjoni rappreżentattiva oħra dwar l-istess prassi. Qorti kompetenti jew awtorità amministrattiva li tapprova tali soluzzjoni kollettiva jenħtieġ tqis l-interessi u d-drittijiet tal-partijiet kollha konċernati, inklużi tal-konsumaturi individwali. Il-konsumaturi individwali konċernati jenħtieġ li tingħatalhom il-possibbiltà jaċċettaw jew jirrifjutaw li jintrabtu b'din is-soluzzjoni.

(27)  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li entità kwalifikata u negozjant li jkunu laħqu ftehim dwar soluzzjoni għal rimedju għall-konsumaturi affettwati minn prassi allegatament illegali ta' dak in-negozjant jistgħu jitolbu b'mod konġunt lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva biex tapprovah. Talba bħal din jenħtieġ li tiġi aċċettata mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva biss jekk ma jkunx hemm għaddejja azzjoni rappreżentattiva oħra dwar l-istess prassi. Qorti kompetenti jew awtorità amministrattiva li tapprova tali soluzzjoni kollettiva jenħtieġ li tqis l-interessi u d-drittijiet tal-partijiet kollha konċernati, inklużi l-konsumaturi individwali. Is-soluzzjonijiet jenħtieġ li jkunu finali u vinkolanti għall-partijiet kollha.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rimedju għall-konsumaturi individwali abbażi ta' deċiżjonijiet dikjaratorji finali rigward ir-responsabbiltà tan-negozjant lejn il-konsumaturi milquta minn ksur, maħruġa f'azzjonijiet rappreżentattivi, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva li tkun ħarġet id-deċiżjoni jenħtieġ ikollha s-setgħa titlob lill-entità kwalifikata u lin-negozjant biex jilħqu soluzzjoni kollettiva.

imħassar

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Kwalunkwe soluzzjoni extraġudizzjarja milħuqa fil-kuntest ta' azzjoni rappreżentattiva jew abbażi ta' deċiżjoni dikjaratorja finali jenħtieġ tiġi approvat mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva rilevanti biex tiġi żgurata l-legalità u l-imparzjalità tagħha, u jitqiesu l-interessi u d-drittijiet tal-partijiet kollha konċernati. Il-konsumaturi individwali konċernati jenħtieġ li tingħatalhom il-possibbiltà jaċċettaw jew jirrifjutaw li jintrabtu b'din is-soluzzjoni.

(30)  Kwalunkwe soluzzjoni extraġudizzjarja milħuqa fil-kuntest ta' azzjoni rappreżentattiva jenħtieġ li tiġi approvata mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva rilevanti biex tiġi żgurata l-legalità u l-imparzjalità tagħha, filwaqt li jitqiesu l-interessi u d-drittijiet tal-partijiet kollha konċernati. Is-soluzzjoni hija vinkolanti għall-partijiet kollha mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt addizzjonali għal rimedju li l-konsumaturi konċernati jista' jkollhom skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Biex tkun effettiva, l-informazzjoni jenħtieġ tkun adegwata u proporzjonata għaċ-ċirkostanzi tal-każ. In-negozjant jenħieġ li jinforma b'mod adegwat lill-konsumaturi konċernati kollha dwar il-ordnijiet finali ta' inġunzjoni u rimedju maħruġa fl-azzjoni rappreżentattiva kif ukoll dwar soluzzjoni approvata minn qorti jew awtorità amministrattiva. Din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta, pereżempju fuq il-websajt tan-negozjant, fil-midja soċjali, minn postijiet tas-suq onlajn, jew f'gazzetti popolari, inklużi dawk distribwiti esklussivament b'mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi. Jekk ikun possibbli, il-konsumaturi jenħtieġ jiġu informati individwalment permezz ta' ittri elettroniċi jew stampati. Din l-informazzjoni jenħtieġ tingħata f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità fuq talba.

(32)  Biex tkun effettiva, l-informazzjoni jenħtieġ li tkun adegwata u proporzjonata għaċ-ċirkostanzi tal-każ. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva tkun tista' tirrikjedi lill-parti li titlef tinforma b'mod adegwat lill-konsumaturi konċernati kollha dwar deċiżjoni finali rigward inġunzjoni u rimedju maħruġa fl-azzjoni rappreżentattiva, u liż-żewġ partijiet f'każijiet ta' soluzzjoni approvata minn qorti jew awtorità amministrattiva. Din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta, pereżempju fuq il-websajt, fil-midja soċjali, f'postijiet tas-suq online, jew f'gazzetti popolari, inklużi dawk distribwiti esklussivament b'mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tingħata f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità fuq talba. Il-parti li titlef jenħtieġ li ġġarrab l-ispejjeż tal-informazzjoni tal-konsumatur.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħeġġu jistabbilixxu reġistru nazzjonali għal azzjonijiet rappreżentattivi mingħajr ħlas, li jkun jista' jkompli jsaħħaħ l-obbligi ta' trasparenza.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, tiġi evitata l-inkonsistenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u tiżdied l-effettività u l-effiċjenza proċedurali tal-azzjonijiet rappreżentattivi u tal-azzjonijiet ta' segwitu possibbli għal rimedju, il-konstatazzjoni ta' ksur stabbilit f'deċiżjoni finali, inkluż inġunzjoni finali skont din id-Direttiva, maħruġa minn awtorità amministrattiva jew minn qorti jenħtieġ li ma tiġix litigata mill-ġdid f'azzjonijiet legali sussegwenti relatati mal-istess ksur mill-istess negozjant fir-rigward tan-natura tal-ksur u tal-ambitu materjali, personali, temporali u territorjali tiegħu kif stabbilit b'dik id-deċiżjoni finali. Meta azzjoni li titlob miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur, inkluż għal rimedju, titressaq fi Stat Membru ieħor apparti mill-Istat Membru fejn tkun inħarġet deċiżjoni finali li tistabbilixxi dan il-ksur, din id-deċiżjoni jenħtieġ li tikkostitwixxi preżunzjoni konfutabbli li l-ksur seħħ.

(33)  Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, tiġi evitata l-inkonsistenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u tiżdied l-effettività u l-effiċjenza proċedurali tal-azzjonijiet rappreżentattivi u tal-azzjonijiet ta' segwitu possibbli għal rimedju, il-konstatazzjoni ta' ksur jew nuqqas ta' ksur stabbilit f'deċiżjoni finali, inkluż inġunzjoni finali skont din id-Direttiva, maħruġa minn awtorità amministrattiva jew minn qorti jenħtieġ li tkun vinkolanti għall-partijiet kollha li jkunu pparteċipaw fl-azzjoni rappreżentattiva. Id-deċiżjoni finali jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt addizzjonali għal rimedju li l-konsumaturi konċernati jista' jkollhom skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali. Ir-rimedju miksub permezz tas-soluzzjoni jenħtieġ li jkun vinkolanti wkoll għall-każijiet li jinvolvu l-istess prassi, l-istess negozjant u l-istess konsumatur. Meta azzjoni li titlob miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur, inkluż għal rimedju, titressaq fi Stat Membru ieħor apparti mill-Istat Membru fejn tkun inħarġet deċiżjoni finali li tistabbilixxi dan il-ksur jew nuqqas ta' ksur, din id-deċiżjoni jenħtieġ li titqies li tikkostitwixxi evidenza li l-ksur seħħ jew ma seħħx fil-każijiet relatati. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li deċiżjoni finali ta' qorti ta' Stat Membru li tistabbilixxi l-eżistenza jew l-ineżistenza tal-ksur għall-finijiet ta' kwalunkwe azzjoni oħra li titlob rimedju quddiem il-qrati nazzjonali tagħhom fi Stat Membru ieħor kontra l-istess negozjant għall-istess ksur jenħtieġ li titqies bħala suppożizzjoni konfutabbli.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Azzjonijiet għal rimedju bbażati fuq l-istabbiliment ta' ksur minn ordni ta' inġunzjoni finali jew minn deċiżjoni dikjaratorja finali dwar ir-responsabilità tan-negozjant lejn l-konsumaturi li ġarrbu dannu skont din id-Direttiva jenħtieġ li ma jiġux imfixkla minn regoli nazzjonali dwar il-preskrizzjoni. It-tressiq ta' azzjoni rappreżentattiva jenħtieġ ikollu l-effett li jissospendi jew li jinterrompi l-preskrizzjoni għal kwalunkwe azzjoni ta' rimedju għall-konsumaturi konċernati minn din l-azzjoni.

(35)  Azzjonijiet għal rimedju bbażati fuq l-istabbiliment ta' ksur minn ordni ta' inġunzjoni finali dwar ir-responsabilità tan-negozjant lejn il-konsumaturi li ġarrbu dannu skont din id-Direttiva jenħtieġ li ma jiġux imfixkla minn regoli nazzjonali dwar il-preskrizzjoni. It-tressiq ta' azzjoni rappreżentattiva jenħtieġ li jkollu l-effett li jissospendi jew li jinterrompi l-preskrizzjoni għal kwalunkwe azzjoni ta' rimedju għall-konsumaturi konċernati minn din l-azzjoni.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Wara li jikkunsidraw il-fatt li l-azzjonijiet rappreżentattivi huma ta' interess pubbliku billi jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati ma jkunux impediti milli jressqu azzjonijiet rappreżentattivi skont din id-Direttiva minħabba l-ispejjeż involuti fil-proċeduri.

(39)  Wara li jikkunsidraw il-fatt li l-azzjonijiet rappreżentattivi huma ta' interess pubbliku billi jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati ma jkunux impediti milli jressqu azzjonijiet rappreżentattivi skont din id-Direttiva minħabba l-ispejjeż involuti fil-proċeduri. Madankollu, soġġett għall-kundizzjonijiet rilevanti skont il-liġi nazzjonali, dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-parti li titlef azzjoni rappreżentattiva trodd lura l-ispejjeż legali mġarrba mill-parti rebbieħa ("il-prinċipju ta' min jitlef iħallas"). Madankollu, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva jenħtieġ li ma taġġudikax l-ispejjeż lill-parti li titlef il-kawża meta tali spejjeż ikunu nġarrbu mingħajr ħtieġa jew ma jkunux proporzjonati għat-talba.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 39a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-ħlasijiet ta' kontinġenza jiġu evitati u r-rimunerazzjoni tal-avukati u l-metodu li biha tiġi kkalkulata ma joħolqux xi inċentiv għal litigazzjoni li ma tkunx neċessarja mil-lat tal-interess tal-konsumaturi jew ta' kwalunkwe parti konċernata u li tista' tipprevjeni lill-konsumaturi milli jibbenefikaw bis-sħiħ mill-azzjoni rappreżentattiva. L-Istati Membri li jippermettu ħlasijiet ta' kontinġenza jenħtieġ li jiżguraw li tali ħlasijiet ma jipprevjenux il-kisba ta' kumpens sħiħ mill-konsumaturi.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-entitajiet kwalifikati minn Stati Membri differenti wrew li huma utli biex jiġu indirizzati każijiet ta' ksur transfruntier. Jeħtieġ li jkun hemm tkomplija u espansjoni tal-bini tal-kapaċità u ta' miżuri ta' kooperazzjoni ma' għadd akbar ta' entitajiet kwalifikati madwar l-Unjoni sabiex jiżdied l-użu tal-azzjonijiet rappreżentattivi b'implikazzjonijiet transfruntiera.

(40)  Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni, prassi tajba u esperjenza bejn l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati minn Stati Membri differenti wrew li huma utli biex jiġu indirizzati każijiet ta' ksur transfruntier. Jeħtieġ li jkun hemm tkomplija u espansjoni tal-bini tal-kapaċità u ta' miżuri ta' kooperazzjoni ma' għadd akbar ta' entitajiet rappreżentattivi kwalifikati madwar l-Unjoni sabiex jiżdied l-użu tal-azzjonijiet rappreżentattivi b'implikazzjonijiet transfruntiera.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 41a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(41a)  Sabiex tesplora l-possibbiltà li jkun hemm proċedura fil-livell tal-Unjoni għal azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li jiġi stabbilit Ombudsman Ewropew għal rimedji kollettivi.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jippermettu li entitajiet kwalifikati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi bl-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, filwaqt li tiżgura salvagwardji xierqa biex tiġi evitata l-litigazzjoni abbużiva.

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jippermettu li entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi bl-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi u b'hekk, b'mod partikolari, jiksbu u jimplimentaw livell għoli ta' protezzjoni u aċċess għall-ġustizzja, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura salvagwardji xierqa biex tiġi evitata l-litigazzjoni abbużiva.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet imfassla biex jagħtu lill-entitajiet kwalifikati jew lil xi persuni oħra konċernati mezzi oħrajn biex iressqu azzjonijiet bl-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi fil-livell nazzjonali.

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet imfassla biex jagħtu lill-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jew lil kwalunkwe korp pubbliku mezzi proċedurali oħrajn biex iressqu azzjonijiet bl-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi fil-livell nazzjonali. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tikkostitwixxi raġunijiet għat-tnaqqis tal-protezzjoni tal-konsumatur fl-oqsma koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal azzjonijiet rappreżentattivi mressqa kontra l-ksur, minn negozjanti, ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni elenkata fl-Anness I li jagħmlu ħsara jew li jistgħu jkunu ta' dannu għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Id-Direttiva għandha tapplika għal ksur domestiku u transfruntier, inkluż meta dak il-ksur ikun waqaf qabel ma tkun bdiet u qabel ma tkun intemmet l-azzjoni rappreżentattiva.

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal azzjonijiet rappreżentattivi mressqa kontra ksur b'impatt wiesa' fuq il-konsumatur, minn negozjanti, ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni elenkati fl-Anness I li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Id-Direttiva għandha tapplika għal ksur domestiku u transfruntier, inkluż meta dak il-ksur ikun waqaf qabel ma tkun bdiet l-azzjoni rappreżentattiva jew qabel ma tkun intemmet.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Din ir-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar id-dritt internazzjonali privat, b'mod partikolari r-regoli relatati mal-ġurisdizzjoni tal-qrati u l-liġijiet applikabbli.

3.  Din ir-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar il-liġi internazzjonali privata, b'mod partikolari r-regoli relatati mal-ġurisdizzjoni tal-qrati, ir-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet f'materji ċivili u kummerċjali u r-regoli dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u mhux kuntrattwali, li japplikaw għall-azzjonijiet rappreżentattivi stabbiliti minn din id-Direttiva.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal forom oħra ta' mekkaniżmi ta' rimedju previsti fil-liġi nazzjonali.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali, u tosserva l-prinċipji, rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod partikolari d-dritt għal proċess ġust u imparzjali u d-dritt għal rimedju effettiv.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  "organizzazzjoni tal-konsumatur" tfisser kwalunkwe grupp li jkollu l-għan li jipproteġi l-interessi tal-konsumaturi minn atti illegali jew minn omissjonijiet imwettqa min-negozjanti.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "negozjant" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, indipendentement minn jekk ikollhiex sjieda pubblika jew privata, li taġixxi, anki permezz ta' xi persuna oħra li tkun qed taġixxi f'isimha jew għall-interessi tagħha, għall-iskopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(2)  "negozjant" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, indipendentement minn jekk ikollhiex sjieda pubblika jew privata, li taġixxi f'kapaċità ċivili skont ir-regoli tal-liġi ċivili, anki permezz ta' xi persuna oħra li tkun qed taġixxi f'isimha jew għall-interessi tagħha, għall-iskopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "interessi kollettivi tal-konsumaturi" tfisser l-interessi ta' għadd ta' konsumaturi;

(3)  "interessi kollettivi tal-konsumaturi" tfisser l-interessi ta' għadd ta' konsumaturi jew ta' suġġetti tad-dejta kif definit fir-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta);

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  "liġi tal-konsumatur" tfisser id-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali adottati għall-protezzjoni tal-konsumaturi;

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Entitajiet kwalifikati

Entitajiet rappreżentattivi kwalifikati

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jew il-qrati tagħhom għandhom jaħtru, fi ħdan it-territorju rispettiv tagħhom, tal-inqas entità rappreżentattiva waħda għall-fini ta' azzjonijiet rappreżentattivi fis-sens tal-Artikolu 3(4).

L-Istati Membri għandhom jinnominaw entità bħala entità kwalifikata jekk din tkun tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jaħtru entità bħala entità rappreżentattiva kwalifikata jekk din tkun tikkonforma mal-kriterji kollha li ġejjin:

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ikollha interess leġittimu li tiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni koperti minn din id-Direttiva jiġu rrispettati;

(b)  l-istatuti tagħha jew dokument ta' governanza ieħor u l-attività kontinwa tagħha li tinvolvi l-ħarsien u l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatir juru l-interess leġittimu tagħha li tiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni koperti minn din id-Direttiva jiġu rrispettati;

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  taġixxi b'mod indipendenti minn entitajiet u minn persuni oħra għajr konsumaturi li jista' jkollhom interess fl-eżitu tal-azzjonijiet rappreżentattivi, b'mod partikolari mill-operaturi tas-suq;

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  ma jkollhiex ftehimiet finanzjarji ma' ditti legali tal-kwerelant lil hinn minn kuntratt ta' servizz normali;

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)  tkun stabbiliet proċeduri interni biex tipprevjeni kunflitt ta' interess bejnha u l-finanzjaturi tagħha;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull entità rappreżentattiva kwalifikata tiżvela pubblikament, b'mezzi xierqa, bħal fuq il-websajt proprja, b'kitba sempliċi u li tinftiehem, kif tiġi ffinanzjata, l-istruttura organizzattiva u ta' ġestjoni tagħha, l-objettiv tagħha u l-metodi ta’ ħidma tagħha kif ukoll l-attivitajiet tagħha.

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw, fuq bażi regolari, jekk entità kwalifikata għadhiex tissodisfa dawn il-kriterji. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entità kwalifikata titlef l-istatus tagħha skont din id-Direttiva jekk ma tibqax konformi ma' xi kriterju jew aktar mill-kriterji elenkati fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw, fuq bażi regolari, jekk entità rappreżentattiva kwalifikata għadhiex tissodisfa dawn il-kriterji. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entità rappreżentattiva kwalifikata titlef l-istatus tagħha skont din id-Direttiva jekk ma tibqax konformi ma' xi kriterju jew aktar mill-kriterji elenkati fl-ewwel subparagrafu.

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' entitajiet rappreżentattivi li jikkonformaw mal-kriterji elenkati fil-paragrafu 1 u jagħmluha disponibbli għall-pubbliku. Għandhom jikkomunikaw il-lista lill-Kummissjoni u jaġġornawha fejn ikun neċessarju.

 

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' entitajiet rappreżentattivi li tkun irċeviet mingħand l-Istati Membri f'portal online li jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-entitajiet rappreżentativi diġà maħtura qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva skont il-liġi nazzjonali għandhom jibqgħu eliġibbli għall-istatus ta' entità rappreżentattiva fis-sens ta' dan l-Artikolu.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jaħtru entità kwalifikata fuq bażi ad hoc għal azzjoni rappreżentattiva partikolari, fuq talba tagħha, jekk din tkun konformi mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1.

imħassar

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li b'mod partikolari organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u korpi pubbliċi indipendenti huma eliġibbli għall-istatus ta' entità kwalifikata. L-Istati Membri jistgħu jaħtru bħala entitajiet kwalifikati organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jirrappreżentaw membri minn aktar minn Stat Membru wieħed.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 1 u li l-korpi pubbliċi huma eliġibbli għall-istatus ta' entità rappreżentattiva kwalifikata. L-Istati Membri jistgħu jaħtru bħala entitajiet rappreżentattivi kwalifikati organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jirrappreżentaw membri minn aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jispeċifikaw liema entitajiet kwalifikati jistgħu jitolbu għall-miżuri kollha msemmija fl-Artikoli 5 u 6, u liema entitajiet kwalifikati jistgħu jitlobu biss waħda minn dawn il-miżuri jew aktar.

imħassar

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-konformità minn entità kwalifikata mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 hija mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva jeżaminaw jekk l-għan tal-entità kwalifikata jiġġustifikax il-fatt li hija qed tieħu azzjoni f'każ speċifiku f'konformità mal-Artikolu 5(1).

5.  Il-konformità minn entità kwalifikata mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-qorti jew tal-awtorità amministrattiva li teżamina jekk l-għan tal-entità kwalifikata jiġġustifikax il-fatt li hija qed tieħu azzjoni f'każ speċifiku f'konformità mal-Artikolu 4 u mal-Artikolu 5(1).

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali minn entitajiet kwalifikati sakemm ikun hemm relazzjoni diretta bejn l-objettivi ewlenin tal-entità u d-drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni li jkun qed jiġi allegat li nkisret u li fir-rigward tagħhom tkun tressqet l-azzjoni.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li azzjonijiet rappreżentattivi quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali jkunu jistgħu jitressqu biss minn entitajiet rappreżentattivi kwalifikati maħtura skont l-Artikolu 4(1) u dment li jkun hemm relazzjoni diretta bejn l-objettivi ewlenin tal-entità u d-drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni li jkun qed jiġi allegat li nkisru u li fir-rigward tagħhom tkun tressqet l-azzjoni.

 

L-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati huma liberi li jagħżlu kwalunkwe proċedura disponibbli skont il-liġi nazzjonali jew tal-UE li tiżgura l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda azzjoni oħra li tkun għaddejja ma tkun tressqet quddiem qorti jew awtorità amministrattiva ta' Stat Membru rigward l-istess prassi, l-istess negozjant u l-istess konsumaturi.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi biex jitolbu dawn il-miżuri li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati, inklużi l-korpi pubbliċi maħtura minn qabel, ikunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi biex jitolbu dawn il-miżuri li ġejjin:

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jitolbu ordnijiet ta' inġunzjoni, l-entitajiet kwalifikati ma għandhomx għalfejn jiksbu l-mandat tal-konsumaturi individwali konċernati jew jipprovdu prova ta' telf jew dannu reali min-naħa tal-konsumaturi konċernati jew tal-intenzjoni jew tan-negliġenza min-naħa tan-negozjant.

Sabiex jitolbu ordnijiet ta' inġunzjoni, l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati ma għandhomx għalfejn jiksbu l-mandat tal-konsumaturi individwali konċernati u jipprovdu prova ta' telf jew dannu reali min-naħa tal-konsumaturi konċernati jew tal-intenzjoni jew tan-negliġenza min-naħa tan-negozjant.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ordni ta' inġunzjoni bħala miżura interim biex tintemm prassi jew, jekk il-prassi tkun għadha ma twettqitx iżda tkun imminenti, li tipprojbixxi l-prassi;

(a)  ordni ta' inġunzjoni bħala miżura interim biex tintemm il-prassi illegali jew, jekk il-prassi tkun għadha ma twettqitx iżda tkun imminenti, li tipprojbixxi l-prassi illegali;

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jitolbu miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur: Dawn il-miżuri għandhom jintalbu abbażi ta' kwalunkwe deċiżjoni finali li tistabbilixxi li prassi tikkostitwixxi ksur tal-liġi tal-Unjoni elenkata fl-Anness I li jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi, inklużi ordni finali ta' inġunzjoni msemmija fil-paragrafu (2)(b).

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jitolbu miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur:

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(4), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu jistgħu jitolbu, fl-istess azzjoni rappreżentattiva, miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur flimkien ma' miżuri msemmija fil-paragrafu 2.

imħassar

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Reġistru ta' azzjonijiet ta' rimedju kollettiv

 

1.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu reġistru nazzjonali għal azzjonijiet rappreżentattivi, li għandu jkun disponibbli mingħajr ħlas għal kwalunkwe persuna interessata permezz ta' mezzi elettroniċi u/jew b'xi mod ieħor.

 

2.  Il-websajts li jippubblikaw ir-reġistri għandhom jipprovdu aċċess għal informazzjoni komprensiva u oġġettiva dwar il-metodi disponibbli ta' kisba ta' kumpens, inklużi metodi straġudizzjarji kif ukoll l-azzjonijiet rappreżentattivi pendenti.

 

3.  Ir-reġistri nazzjonali għandhom ikunu interkonnessi. Għandu japplika l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2017/2394.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-fini tal-Artikolu 5(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jitolbu ordni ta' rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tnaqqis fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq. Stat Membru jista' jeħtieġ il-mandat ta' konsumaturi individwali konċernat qabel ma tittieħed deċiżjoni dikjaratorja jew tinħareġ ordni ta' rimedju.

1.  Għall-fini tal-Artikolu 5(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jitolbu ordni ta' rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tnaqqis fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq. Stat Membru jista' jeħtieġ jew jista' ma jeħtieġx il-mandat tal-konsumaturi individwali konċernati qabel ma tinħareġ ordni ta' rimedju.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Jekk Stat Membru ma jeħtieġx mandat tal-konsumatur individwali biex jingħaqad mal-azzjoni rappreżentattiva, dan l-Istat Membru xorta għandu jippermetti lil dawk l-individwi li ma jkunux residenti b'mod abitwali fl-Istat Membru fejn isseħħ l-azzjoni, jipparteċipaw fl-azzjoni rappreżentattiva, fil-każ li jkunu taw il-mandat espliċitu tagħhom biex ikunu parti mill-azzjoni rappreżentattiva fil-limitu taż-żmien applikabbli.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-entità kwalifikata għandha tipprovdi biżżejjed informazzjoni kif meħtieġ skont il-liġi nazzjonali biex issostni l-azzjoni, inkluż deskrizzjoni tal-konsumaturi konċernati mill-azzjoni u l-kwistjonijiet tal-fatti u tal-liġi li jridu jiġu riżolti.

L-entità rappreżentattiva kwalifikata għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-liġi nazzjonali biex issostni l-azzjoni, inklużi deskrizzjoni tal-konsumaturi konċernati mill-azzjoni u l-kwistjonijiet tal-fatti u tal-liġi li jridu jiġu riżolti.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva li minflok toħroġ ordni ta' rimedju, toħroġ deċiżjoni deklaratorja dwar ir-responsabilità tan-negozjant lejn il-konsumaturi li jkunu sofrew danni minħabba ksur tal-liġi tal-Unjoni elenkata fl-Anness I, f'każijiet ġustifikati kif dovut meta, minħabba l-karatteristiċi tad-danni individwali tal-konsumaturi konċernati, il-kwantifikazzjoni tar-rimedju individwali tkun kumplessa.

imħassar

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika meta:

imħassar

(a)  il-konsumaturi konċernati mill-ksur ikunu identifikabbli u ġarrbu dannu komparabbli kkawżat mill-istess prassi tul perjodu ta' żmien jew minn akkwist. F'każijiet bħal dawn, ir-rekwiżit tal-mandat tal-konsumaturi individwali ma għandux jikkostitwixxi kundizzjoni biex tinbeda azzjoni. Ir-rimedju għandu jkun dirett lejn il-konsumaturi konċernati;

 

(b)  il-konsumaturi jkunu sofrew ammont żgħir ta' telf u jkun sproporzjonat li jiġu distribwiti rimedju lilhom. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkunx meħtieġ il-mandat tal-konsumaturi individwali konċernati. Ir-rimedju għandu jkun intiż għal skop pubbliku li jservi l-interessi kollettivi tal-konsumaturi.

 

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ir-rimedju miksub permezz ta' deċiżjoni finali f'konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt addizzjonali għal rimedju li l-konsumaturi konċernati jista' jkollu skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

4.  Ir-rimedji miksuba permezz ta' deċiżjoni finali f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt addizzjonali għal rimedju li l-konsumaturi konċernati jista' jkollhom skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Il-prinċipju res judicata għandu jiġi rrispettat fl-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-miżuri ta' rimedju għandhom l-għan li jagħtu lill-konsumaturi konċernati kumpens sħiħ gat-telf tagħhom. F'każ li jifdal ammont mill-kumpens li ma jinġabarx, il-Qorti għandha tiddeċiedi dwar il-benefiċjarju ta' dak l-ammont mhux miġbur li jifdal. Dan l-ammont mhux miġbur la għandu jingħata lill-entità kwalifikata u lanqas ma għandu jingħata lin-negozjant.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  B'mod partikolari, danni punittivi, li jwasslu għal kumpens żejjed lill-parti kwerelanti tad-dannu mġarrab, għandhom ikunu projbiti. Pereżempju, il-kumpens mogħti lill-konsumaturi li sofrew dannu b'mod kollettiv ma għandux jaqbeż l-ammont dovut min-negozjant skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni applikabbli sabiex jiġi kopert id-dannu reali mġarrab minnhom individwalment.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Finanzjament

L-ammissibbiltà ta' azzjoni rappreżentattiva

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-entità kwalifikata li titlob ordni ta' rimedju kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) għandha tiddikjara fi stadju bikri tal-azzjoni s-sors tal-fondi użati għall-attività tagħha inġenerali u l-fondi li tuża biex issostni l-azzjoni. Hija għandha turi li għandha biżżejjed riżorsi finanzjarji biex tirrappreżenta l-aħjar interessi tal-konsumaturi konċernati u biex tħallas l-ispejjeż jekk azzjoni ma tirnexxix.

1.  L-entità rappreżentattiva kwalifikata li titlob ordni ta' rimedju kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) għandha tippreżenta quddiem il-qorti jew l-awtorità amministrattiva fl-aktar stadju bikri tal-azzjoni prospett finanzjarju komplut, li jelenka s-sorsi kollha tal-fondi użati għall-attività tagħha inġenerali u l-fondi li tuża biex issostni l-azzjoni sabiex turi n-nuqqas ta' kunflitt ta' interess. Hija għandha turi li għandha biżżejjed riżorsi finanzjarji biex tirrappreżenta l-aħjar interessi tal-konsumaturi konċernati u biex tħallas l-ispejjeż jekk azzjoni ma tirnexxix.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'każijiet fejn azzjoni rappreżentattiva għal rimedju tkun finanzjata minn parti terza, ikun ipprojbit li l-parti terza:

2.  L-azzjoni rappreżentattiva tista' tiġi ddikjarata inammissibbli mill-qorti nazzjonali jekk tistabbilixxi li l-finanzjament mill-parti terza:

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  tinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-entità kwalifikata fil-kuntest ta' azzjoni rappreżentattiva, inkluż dwar is-soluzzjonijiet;

  jinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-entità rappreżentattiva kwalifikata fil-kuntest ta' azzjoni rappreżentattiva, inkluż fir-rigward tat-tnedija ta' azzjonijiet rappreżentattivi u d-deċiżjonijiet dwar is-soluzzjonijiet;

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi jingħataw is-setgħa jivvalutaw iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2 u għalhekk jeħtieġu li l-entità kwalifikata tirrifjuta l-finanzjament rilevanti u, jekk ikun meħtieġ tiċħad il-locus standi tal-entità kkwalifikata f'każ speċifiku.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi jivvalutaw in-nuqqas ta' kunflitt ta' interess imsemmi fil-paragrafu 1 u ċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2 fl-istadju tal-ammissibbiltà tal-azzjoni rappreżentattiva u fi stadju aktar tard matul il-proċedimenti tal-qorti biss jekk f'dak iż-żmien iċ-ċirkostanzi jkunu jippermettu dan.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva jkollha l-awtorità li tiċħad kawżi li jkunu manifestament infondati fl-aktar stadju bikri possibbli tal-proċedimenti.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Il-prinċipju ta' min jitlef iħallas

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parti li titlef azzjoni ta' rimedju kollettiv tirrimborża l-ispejjeż legali mġarrba mill-parti rebbieħa, soġġett għall-kundizzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali. Madankollu, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva ma għandhiex taġġudika spejjeż lill-parti li titlef l-azzjoni jekk dawn ikunu saru mingħajr ħtieġa jew ma jkunux proporzjonati għat-talba.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li entità kwalifikata u negozjant li jkunu laħqu ftehim dwar soluzzjoni għal rimedju għall-konsumaturi affettwati minn prassi allegatament illegali ta' dak in-negozjant jistgħu jitolbu b'mod konġunt lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva biex japprovah. Tali talba għandha tiġi aċċettata mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva biss jekk ma tkunx għaddejja azzjoni rappreżentattiva oħra quddiem il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tal-istess Stat Membru rigward l-istess negozjant u fir-rigward tal-istess prattika.

1.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li entità rappreżentattiva kwalifikata u negozjant li jkunu laħqu ftehim dwar soluzzjoni għal rimedju għall-konsumaturi affettwati minn prassi allegatament illegali ta' dak in-negozjant jistgħu jitolbu b'mod konġunt lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva biex tapprovah.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-konsumaturi individwali konċernati jenħtieġ li tingħatalhom il-possibbiltà jaċċettaw jew jirrifjutaw li jintrabtu bis-soluzzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3. Ir-rimedju miksub permezz ta' soluzzjoni approvata f'konformità mal-paragrafu 4 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt addizzjonali għal rimedju li l-konsumaturi konċernati jista' jkollhom skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

6.  Ir-rimedju miksub permezz ta' soluzzjoni approvata f'konformità mal-paragrafu 4 għandu jkun vinkolanti għall-partijiet kollha u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt addizzjonali għal rimedju li l-konsumaturi konċernati jista' jkollhom skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 9, paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet rappreżentattivi:

 

(a) jinformaw lill-konsumaturi dwar il-ksur tad-drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni li jkun qed jiġi sostnut u l-intenzjoni li jfittxu inġunzjoni jew li jressqu azzjoni għad-danni,

 

(b) jispjegaw lill-konsumaturi konċernati diġà minn qabel il-possibbiltà li jingħaqdu mal-azzjoni sabiex jiġi żgurat li jinżammu d-dokumenti rilevanti u informazzjoni oħra meħtieġa għall-azzjoni.

 

fejn rilevanti, jinformaw dwar il-passi sussegwenti u l-konsegwenzi legali potenzjali.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva għandha teġiżi lin-negozjant li wettaq il-ksur jgħarraf lill-konsumaturi affettwati, għas-spejjeż tiegħu, dwar id-deċiżjonijiet finali li jipprevedu għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 5 u 6, u s-soluzzjonijiet approvati msemmija fl-Artikolu 8, b'mezzi xierqa taċ-ċirkustanzi tal-każ u fil-limiti ta' żmien speċifikati, inkluż, fejn xieraq, billi jinnotifika individwalment lill-konsumaturi konċernati kollha.

1.  Meta soluzzjoni jew deċiżjoni finali tkun ta' benefiċċju għal konsumaturi li jaf ma jkunux konxji tagħha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva għandha teżiġi li l-parti li titlef jew iż-żewġ partijiet jgħarrfu lill-konsumaturi affettwati, għas-spejjeż tagħhom, dwar id-deċiżjonijiet finali li jipprevedu għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 5 u 6, u s-soluzzjonijiet approvati msemmija fl-Artikolu 8, b'mezzi xierqa għaċ-ċirkustanzi tal-każ u fil-limiti ta' żmien speċifikati. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-obbligu ta' informazzjoni jista' jiġi rispettat permezz ta' websajt disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli faċilment.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-parti li titlef għandha ġġarrab l-ispejjeż tal-informazzjoni tal-konsumatur b'konformità mal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 7.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi b'mod li jinftiehem spjegazzjoni dwar is-suġġett tal-azzjoni rappreżentattiva, il-konsegwenzi legali tagħha u, jekk rilevanti, il-passi sussegwenti li jridu jittieħdu mill-konsumaturi konċernati.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi b'mod li jinftiehem spjegazzjoni dwar is-suġġett tal-azzjoni rappreżentattiva, il-konsegwenzi legali tagħha u, jekk rilevanti, il-passi sussegwenti li jridu jittieħdu mill-konsumaturi konċernati. Il-modalitajiet u l-perjodu taż-żmien tal-informazzjoni għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim mal-qorti jew mal-awtorità amministrattiva.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar azzjonijiet kollettivi li ġejjin, li jkunu għaddejjin u li jkunu magħluqa tkun disponibbli għall-pubbliku b'mod aċċessibbli, inkluż permezz tal-midja u online permezz ta' websajt pubblika meta qorti tiddeċiedi li l-każ ikun ammissibbli.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet pubbliċi minn entitajiet kwalifikati dwar it-talbiet ikunu fattwali u jqisu kemm id-dritt tal-konsumaturi li jirċievu l-informazzjoni kif ukoll id-drittijiet relatati mar-reputazzjoni tal-konvenuti u d-drittijiet għas-segretezza kummerċjali.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ksur li jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi stabbilit f'deċiżjoni finali ta' awtorità amministrattiva jew ta' qorti, inkluż ordni finali ta' inġunzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2)(b), jitqies bħala li jistabbilixxi l-eżistenza inkonfutabbli ta' dak il-ksur għall-finijiet ta' kwalunkwe azzjoni oħra li titlob rimedju quddiem il-qrati nazzjonali tagħhom kontra l-istess negozjant għall-istess ksur.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni finali ta' awtorità amministrattiva jew ta' qorti, inkluża ordni finali ta' inġunzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2)(b), titqies bħala evidenza li tistabbilixxi l-eżistenza jew in-nuqqas ta' eżistenza ta' dak il-ksur għall-finijiet ta' kwalunkwe azzjoni oħra li titlob rimedju quddiem il-qrati nazzjonali tagħhom kontra l-istess negozjant għall-istess fatti, filwaqt li l-istess dannu ma jistax jiġi kkumpensat darbtejn lill-istess konsumaturi konċernati.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni finali msemmija fil-paragrafu 1 li tittieħed fi Stat Membru ieħor titqies mill-qrati nazzjonali jew mill-awtoritajiet amministrattivi tagħhom bħala preżunzjoni konfutabbli li seħħ ksur.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni finali msemmija fil-paragrafu 1 li tittieħed fi Stat Membru ieħor titqies mill-qrati nazzjonali jew mill-awtoritajiet amministrattivi tagħhom tal-inqas bħala evidenza li seħħ ksur.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni finali ta' qorti ta' Stat Membru wieħed li tistabbilixxi l-eżistenza jew in-nuqqas ta' eżistenza tal-ksur għall-finijiet ta' kwalunkwe azzjoni oħra li titlob rimedju quddiem il-qrati nazzjonali tagħhom fi Stat Membru ieħor kontra l-istess negozjant għall-istess ksur għandha titqies bħala suppożizzjoni konfutabbli.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni dikjaratorja finali msemmija fl-Artikolu 6(2) titqies li tistabbilixxi b'mod inkonfutabbli r-responsabbiltà tan-negozjant lejn il-konsumaturi li ġarrbu dannu minn ksur għall-finijiet ta' kwalunkwe azzjoni li tfittex rimedju quddiem il-qrati nazzjonali tagħhom kontra l-istess negozjant għall-istess ksur. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li azzjonijiet bħal dawn għal rimedju mressqa individwalment minn konsumaturi jkunu jistgħu jsiru permezz ta' proċeduri ħfif u simplifikati.

3.  L-Istati Membri huma mħeġġa joħolqu database li jkun fiha d-deċiżjonijiet finali kollha dwar azzjonijiet ta' rimedju li jistgħu jiffaċilitaw miżuri oħra ta' rimedju, u jikkondividu l-aħjar prassi f'dan il-qasam.

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tressiq ta' azzjoni rappreżentattiva msemmija fl-Artikolu 5 u 6 għandu jkollu l-effett li jissospendi jew jinterrompi preskrizzjoni applikabbli għal kwalunkwe azzjoni ta' rimedju għall-konsumaturi konċernati, jekk id-drittijiet rilevanti jkunu soġġetti għal perjodu ta' preskrizzjoni skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

B'konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tressiq ta' azzjoni rappreżentattiva msemmija fl-Artikolu 5 u 6 għandu jkollu l-effett li jissospendi jew jinterrompi preskrizzjoni applikabbli għal kwalunkwe azzjoni ta' rimedju għall-individwi konċernati, jekk id-drittijiet rilevanti jkunu soġġetti għal perjodu ta' preskrizzjoni skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba ta' entità kwalifikata li tkun ippreżentat fatti raġonevolment disponibbli u biżżejjed evidenza biex issostni l-azzjoni rappreżentattiva, u tkun indikat aktar evidenza li tkun tinsab fil-kontroll tal-konvenut, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tista' tordna, skont ir-regoli nazzjonali ta' proċedura, li din l-evidenza tiġi ppreżentata mill-konvenut, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba ta' waħda mill-partijiet li tkun ippreżentat fatti raġonevolment disponibbli, biżżejjed evidenza u spjegazzjoni sostantiva biex issostni l-fehmiet tagħha, u tkun indikat aktar evidenza speċifika u definita b'mod ċar li tkun tinsab fil-kontroll tal-parti l-oħra, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tista' tordna, skont ir-regoli nazzjonali ta' proċedura, li din l-evidenza tiġi ppreżentata minn din il-parti, bl-aktar mod ristrett possibbli abbażi ta' fatti raġonevolment disponibbli, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità. L-ordni trid tkun xierqa u proporzjonata fil-każ rispettiv u ma tridx toħloq żbilanċ bejn iż-żewġ partijiet involuti.

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jillimitaw id-divulgazzjoni tal-evidenza għal dak li jkun proporzjonat. Sabiex tiddetermina jekk divulgazzjoni mitluba minn entità rappreżentattiva hijiex proporzjonata, il-qorti għandha tikkunsidra l-interess leġittimu tal-partijiet kollha konċernati, jiġifieri sa liema punt it-talba għad-divulgazzjoni tal-evidenza tkun sostnuta mill-fatti u mill-evidenza disponibbli u jekk l-evidenza li d-divulgazzjoni tagħha tkun qed tintalab fihiex informazzjoni kunfidenzjali.

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jkollhom is-setgħa li jordnaw id-divulgazzjoni ta' evidenza li jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali meta jikkunsidraw li dan ikun rilevanti għall-azzjoni għad-danni.

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali jistgħu jkun fil-forma ta' multi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali jistgħu jkunu, inter alia, fil-forma ta' multi.

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni tad-dħul mill-multi, l-Istati Membri għandhom iqisu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi.

3.  Meta jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni tad-dħul mill-multi, l-Istati Membri għandhom iqisu l-interessi kollettivi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li tali dħul jiġi allokat f'fond maħluq bl-għan li jiffinanzja l-azzjonijiet rappreżentattivi.

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Assistenza għall-entitajiet kwalifikati

Assistenza għall-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ispejjeż proċedurali relatati ma' azzjonijiet rappreżentattivi ma jikkostitwixxux ostakoli finanzjarji biex l-entitajiet kwalifikati jeżerċitaw b'mod effettiv id-dritt li jitolbu l-miżuri msemmija fl-Artikoli 5 u 6, bħal li jillimitaw it-tariffi applikabbli tal-qorti jew amministrattivi, jagħtihom aċċess għal għajnuna legali fejn meħtieġ, jew billi jipprovdulhom finanzjament pubbliku għal dan il-għan.

1.  L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa, f'konformità mal-Artikolu 7(1), jiżguraw li l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jkollhom fondi disponibbli suffiċjenti għall-azzjonijiet rappreżentattivi. Għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-ġustizzja u għandhom jiżguraw li l-ispejjeż proċedurali relatati ma' azzjonijiet rappreżentattivi ma jikkostitwixxux ostakli finanzjarji biex l-entitajiet kwalifikati jeżerċitaw b'mod effettiv id-dritt li jitolbu l-miżuri msemmija fl-Artikoli 5 u 6, bħal li jillimitaw it-tariffi applikabbli tal-qorti jew amministrattivi jew jagħtuhom aċċess għal għajnuna legali fejn meħtieġ, jew billi jipprovdulhom finanzjament pubbliku għal dan il-għan.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu appoġġ strutturali lill-entitajiet li jaġixxu bħala entitajiet kwalifikati fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Rappreżentanza legali u tariffi

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-remunerazzjoni tal-avukati u l-metodu li bih din tiġi kkalkulata ma joħolqu l-ebda inċentiv għal-litigazzjoni li ma tkunx meħtieġa mil-lat tal-interessi ta' kwalunkwe waħda mill-partijiet. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxi t-tariffi ta' kontinġenza.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull entità kwalifikata maħtura minn qabel f'xi Stat Membru skont l-Artikolu 4(1) tkun tista' tirrikorri quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi ta' Stat Membru ieħor fuq il-preżentazzjoni tal-lista disponibbli pubblikament imsemmija f'dak l-Artikolu. Il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi għandhom jaċċettaw din il-lista bħala prova tal-locus standi legali tal-entità kwalifikata mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħhom li jeżaminaw jekk l-għan tal-entità kwalifikata jiġġustifikahiex tieħu azzjoni f'każ speċifiku.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull entità rappreżentattiva kwalifikata maħtura minn qabel f'xi Stat Membru skont l-Artikolu 4(1) tkun tista' tirrikorri quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi ta' Stat Membru ieħor fuq il-preżentazzjoni tal-lista disponibbli pubblikament imsemmija f'dak l-Artikolu. Il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi jistgħu jeżaminaw mill-ġdid il-locus standi tal-entità rappreżentattiva kwalifikata mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħhom li jeżaminaw jekk l-għan tal-entità rappreżentattiva kwalifikata jiġġustifikahiex tieħu azzjoni f'każ speċifiku.

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istat Membru fejn iseħħ rimedju kollettiv jista' jeħtieġ mandat mill-konsumaturi li jkunu residenti f'dan l-Istat Membru u għandu jeħtieġ mandat minn konsumaturi individwali bbażat fi Stat Membru ieħor meta l-azzjoni tkun transfruntiera. F'tali ċirkostanzi, tiġi pprovduta lista konsolidata tal-konsumaturi kollha minn Stati Membri oħra li jkunu taw tali mandat lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva u lill-konvenut fil-bidu ta' azzjoni.

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk Stat Membru jew il-Kummissjoni tqajjem tħassib rigward il-konformità minn entità kwalifikata mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1), l-Istat Membru li jkun ħatar dik l-entità għandu jinvestiga t-tħassib u, fejn ikun xieraq, iħassar il-ħatra jekk xi wieħed jew iżjed minn dawn il-kriterji ma jkunux ġew rispettati.

4.  Jekk Stat Membru, il-Kummissjoni jew in-negozjant iqajmu tħassib rigward il-konformità minn entità rappreżentattiva kwalifikata mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1), l-Istat Membru li jkun ħatar dik l-entità għandu jinvestiga t-tħassib u, fejn ikun xieraq, iħassar il-ħatra jekk xi wieħed jew iżjed minn dawn il-kriterji ma jkunux ġew rispettati.

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Reġistru Pubbliku

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti jistabbilixxu reġistru aċċessibbli għall-pubbliku ta' atti illegali li ġew soġġetti għal ordnijiet ta' inġunzjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-regoli dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u tal-ferrovija, joffrux livell ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi paragunabbli ma' dak previst skont din id-Direttiva. Meta dan ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tagħmel proposti xierqa, li jistgħu jikkonsistu b'mod partikolari f'li jitneħħew l-atti msemmija fil-punti 10 u 15 tal-Anness I mill-kamp tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, kif definit fl-Artikolu 2.

imħassar

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Klawżola ta' rieżami

 

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera jistgħux jiġu indirizzati bl-aħjar mod fil-livell tal-Unjoni billi jiġi stabbilit Ombudsman Ewropew għal rimedji kollettivi. Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport f'dan ir-rigward u tippreżentah quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta rilevanti.

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59b)  Id-Direttiva 2014/35/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59c)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel.

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59d)  Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107).

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59e)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 tal-21 ta' Ġunju 1989 li jippreskrivi standards komuni ta' marketing għal sardin ippriservat u deskrizzjonijiet kummerċjali għal sardin ippriservat u prodotti tat-tip tas-sardin

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005.

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (23.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE
(COM(2018)0184 – C8-0149/2018 – 2018/0089(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Dennis de Jong

(*)  Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-Rapporteur jaqbel mal-prinċipji bażiċi tal-proposta tal-Kummissjoni u huwa tal-fehma li l-Kummissjoni qed jirnexxielha tilħaq bilanċ tajjeb billi tiffaċilita l-azzjonijiet rappreżentattivi, mingħajr ma tiftaħ il-bibien għal prassi abbużivi. B'mod partikolari, ir-Rapporteur iqis li huwa ta' importanza vitali li l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ biss ikunu jistgħu jaġixxu bħala "entitajiet kwalifikati" fis-sens tad-Direttiva.

Armonizzazzjoni minima

Fl-Artikolu 1, il-formulazzjoni attwali hija pjuttost vaga. Ir-Rapporteur għalhekk jissuġġerixxi li għandu jkun ċarissimu li d-Direttiva għandha l-għan ta' armonizzazzjoni minima u li l-Istati Membri huma liberi jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li jkunu aktar favorevoli għall-konsumaturi.

Entitajiet kwalifikati u miżuri rappreżentattivi

Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandhom korpi indipendenti li jitrattaw id-drittijiet tal-konsumatur, dan mhux il-każ, pereżempju, fil-Ġermanja. Din id-Direttiva mhix għodda xierqa biex l-Istati Membri kollha jkunu meħtieġa jistabbilixxu tali korpi. Għalhekk, fl-Artikolu 4, ir-Rapporteur żied il-kliem "fejn applikabbli".

Fir-rigward tal-Artikolu 5, it-tnedija ta' azzjonijiet rappreżentattivi għal rimedju m'għandhiex tistenna sakemm id-deċiżjoni finali tistabbilixxi li prassi tikkostitwixxi ksur tal-liġi tal-Unjoni. Inkella, il-proċeduri tant jistgħu jieħdu fit-tul li l-evidenza proprja tal-ħsara tista' tintilef.

Miżuri ta' rimedju

Fl-Artikolu 6, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li tiġi limitata l-possibbiltà li l-Istati Membri jagħtu s-setgħa lil qorti jew lil awtorità amministrattiva li toħroġ deċiżjoni dikjaratorja sabiex jiġi evitat li l-każijiet jiġu mmarkati faċilment wisq bħala kumplessi. It-tieni, ir-Rapporteur jipproponi li l-konsumaturi kollha jingħataw id-dritt li jirċievu l-kumpens tagħhom, irrispettivament mill-ammont ta' telf. Ammont żgħir ta' telf huwa terminu suġġettiv, għax dak li huwa ammont żgħir għal konsumatur wieħed jista' jfisser ħafna għal konsumatur ieħor.

Kamp ta' applikazzjoni

Minkejja li r-Rapporteur mhux favur li d-drittijiet tal-passiġġieri jitneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, huwa żamm lura milli jħassar ir-referenzi għal evalwazzjoni ta' dan l-aspett, peress li l-aħħar proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u tal-ferrovija għadhom qed jiġu nnegozjati. Ladarba dawn in-negozjati jiġu ffinalizzati, se titfaċċa stampa aktar sħiħa. Madankollu, il-valutazzjoni mill-ġdid wara sena mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tidher li hija malajr wisq biex jiġi stabbilit jekk ir-regoli l-ġodda dwar id-drittijiet tal-passiġġieri joffrux livell adegwat ta' protezzjoni komparabbli ma' dak previst f'din id-Direttiva.

Fl-Anness I, ir-Rapporteur inkluda għadd ta' strumenti leġiżlattivi li wrew li huma importanti għall-konsumaturi, u dan kompla jwessa' l-kamp ta' applikazzjoni materjali tad-Direttiva.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Azzjoni rappreżentattiva jenħtieġ li toffri mod effettiv u effiċjenti li tipproteġi l-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Din l-azzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-entitajiet kwalifikati jaġixxu bl-għan li jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u li jegħlbu l-ostakli li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi f'azzjonijiet individwali, bħal pereżempju l-inċertezza dwar id-drittijiet tagħhom u l-mekkaniżmi proċedurali disponibbli, ir-riluttanza psikoloġika li jieħdu azzjoni u l-bilanċ negattiv tal-ispejjeż u l-benefiċċji mistennija ta' azzjoni individwali.

(3)  Azzjoni rappreżentattiva jenħtieġ li toffri mod effettiv u effiċjenti li tipproteġi l-interessi kollettivi tal-konsumaturi kollha mingħajr diskriminazzjoni. Din l-azzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-entitajiet kwalifikati jaġixxu bl-għan li jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u li jegħlbu l-ostakli li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi f'azzjonijiet individwali fir-rigward tal-pożizzjoni ġeneralment aktar dgħajfa tagħhom, bħal pereżempju l-inċertezza dwar id-drittijiet tagħhom u l-mekkaniżmi proċedurali disponibbli, ir-riluttanza psikoloġika li jieħdu azzjoni u l-bilanċ negattiv tal-ispejjeż u l-benefiċċji mistennija ta' azzjoni individwali.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tkopri varjetà ta' oqsma bħall-protezzjoni tad-dejta, is-servizzi finanzjarji, l-ivvjaġġar u t-turiżmu, l-enerġija, il-mezzi tat-telekomunikazzjoni u tal-ambjent. Jenħtieġ li tkopri l-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, kemm jekk dawn ikunu msemmija bħala konsumaturi jew bħala vjaġġaturi, utenti, konsumaturi, investituri bl-imnut, klijenti mhux professjonali jew mod ieħor fil-liġi rilevanti tal-Unjoni. Biex ikun żgurat rispons xieraq għal ksur tal-liġi tal-Unjoni, li l-forma u d-daqs tagħha qed jevolvu b'rata mgħaġġla, jenħtieġ jiġi kkunsidrat, kull darba li jiġi adottat att ġdid tal-Unjoni, relevanti għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, jekk jenħtieġx li jiġi emendat l-Anness ta' din id-Direttiva sabiex l-att il-ġdid jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

(6)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tkopri varjetà ta' oqsma bħall-protezzjoni tad-dejta, is-servizzi finanzjarji, l-ivvjaġġar u t-turiżmu, l-enerġija, it-telekomunikazzjoni u l-ambjent. Jenħtieġ li tkopri l-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni, li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, kemm jekk dawn ikunu msemmija bħala konsumaturi jew bħala vjaġġaturi, utenti, konsumaturi, investituri bl-imnut, klijenti mhux professjonali jew mod ieħor fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll l-interessi kollettivi tas-suġġetti tad-dejta skont it-tifsira tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Biex ikun żgurat rispons xieraq għal ksur tal-liġi tal-Unjoni, li l-forma u d-daqs tagħha qed jevolvu b'rata mgħaġġla, jenħtieġ jiġi kkunsidrat, kull darba li jiġi adottat att ġdid tal-Unjoni, relevanti għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-individwi, jekk jenħtieġx li jiġi emendat l-Anness ta' din id-Direttiva sabiex l-att il-ġdid jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-Kummissjoni adottat proposta leġiżlattiva għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u r-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport ta' passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru30 u għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji31. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stipulat li, tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tivvaluta jekk ir-regoli tal-Unjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u tal-ferrovija joffrux livell xieraq ta' protezzjoni għall-konsumaturi, komparabbli għal dak previst f'din id-Direttiva, u tiġbed il-konklużjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

imħassar

_________________

 

30 COM(2013) 130 final.

 

31 COM(2017) 548 final.

 

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar id-dritt internazzjonali privat f'każijiet transfruntiera. Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformulazzjoni - Brussell I), ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) u r-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) japplikaw għall-azzjonijiet rappreżentattivi stabbiliti minn din id-Direttiva.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Peress li huma biss l-entitajiet kwalifikati li jistgħu jressqu azzjonijiet rappreżentattivi, biex jiġi żgurat li l-interessi kollettivi tal-konsumaturi jkunu rappreżentati b'mod adegwat, l-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti minn din id-Direttiva. B'mod partikolari, jeħtieġ li dawn ikunu kkostitwiti kif suppost skont il-liġi ta' Stat Membru, u dan jista' jinkludi, pereżempju, rekwiżiti dwar l-għadd ta' membri, il-grad ta' permanenza, jew rekwiżiti ta' trasparenza dwar aspetti rilevanti mill-istruttura tagħhom, bħall-istatuti kostituttivi tagħhom, l-istruttura maniġerjali, l-objettivi u l-metodi ta' ħidma. Jenħtieġ ukoll li ma jkunux bi skop ta' qligħ u li jkollhom interess leġittimu fl-iżgurar tal-konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni. Dawn il-kriterji jenħtieġ li japplikaw kemm għall-entitajiet kwalifikati maħtura minn qabel u kif ukoll għall-entitajiet kwalifikati ad hoc li jiġu kkostitwiti għal xi azzjoni speċifika.

(10)  Peress li huma biss l-entitajiet kwalifikati li jistgħu jressqu azzjonijiet rappreżentattivi, biex jiġi żgurat li l-interessi kollettivi tal-konsumaturi jkunu rappreżentati b'mod adegwat, l-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti minn din id-Direttiva. B'mod partikolari, huma jenħtieġ li jkunu rreġistrati fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea bħala li kienu kostitwiti b'mod xieraq skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru. B'mod partikolari , jenħtieġ li jkollhom karattru mingħajr skop ta' qligħ u struttura ta' governanza li tiżgura li l-ebda salarju jew tariffa eċċessivi jew rimborż ta' spejjeż ta' uffiċċji eċċessivi jew spejjeż oħrajn ma jitħallsu sempliċement biex jiġi ssodisfat il-kriterju ta' mingħajr skop ta' qligħ.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Korpi pubbliċi indipendenti u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur b'mod speċjali jenħtieġ li jkollhom rwol attiv f'li jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u li jkunu kollha f'pożizzjoni tajba biex jaġixxu bħala entitajiet kwalifikati. Minħabba li dawn l-entitajiet ikollhom aċċess għal sorsi differenti ta' informazzjoni dwar il-prassi tan-negozjanti fil-konfront tal-konsumaturi u jkollhom prijoritajiet differenti għall-attivitajiet tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi jiddeċiedu dwar it-tipi ta' miżuri li jistgħu jitressqu minn kull entità kwalifikata f'azzjonijiet rappreżentattivi.

(11)  Korpi pubbliċi indipendenti, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, u gruppi konsultattivi għaċ-ċittadini b'mod speċjali jenħtieġ li jkollhom rwol attiv f'li jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u li jkunu kollha f'pożizzjoni tajba biex jaġixxu bħala entitajiet kwalifikati. Minħabba li dawn l-entitajiet ikollhom aċċess għal sorsi differenti ta' informazzjoni dwar il-prassi tan-negozjanti fil-konfront tal-konsumaturi u jkollhom prijoritajiet differenti għall-attivitajiet tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi jiddeċiedu dwar it-tipi ta' miżuri li jistgħu jitressqu minn kull entità kwalifikata f'azzjonijiet rappreżentattivi.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  L-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li ma jkollhom l-ebda interrelazzjoni strutturali jew finanzjarja ma' persuna jew organizzazzjoni terza li tibbenefika finanzjarjament mill-azzjoni billi tipprovdi assistenza legali jew appoġġ finanzjarju.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex tiżdied l-effettività proċedurali tal-azzjonijiet rappreżentattivi, l-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkollhom il-possibilità li jitolbu miżuri differenti fl-istess azzjoni rappreżentattiva jew f'azzjonijiet rappreżentattivi separati. Dawn il-miżuri jenħtieġ jinkludu miżuri interim għall-waqfien ta' prassi fis-seħħ jew għall-projbizzjoni ta' prassi li tkun għandha ma twettqitx, iżda hemm riskju li din il-prassi tista' tikkawża dannu serju jew irriversibbli lill-konsumaturi, miżuri li jistabbilixxu li xi prassi partikolari tikkostitwixxi ksur tal-liġi u, jekk ikun meħtieġ, li jwaqqfu jew jipprojbixxu l-prassi fil-futur, kif ukoll miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni l-effetti tal-ksur, inkluż rimedju. Jekk jintalbu f'azzjoni waħda, l-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu l-miżuri rilevanti kollha fl-istess ħin li jressqu l-azzjoni jew li jitolbu għall-ewwel darba għal ordnijiet ta' inġunzjonijiet u sussegwentement u jekk ikun xieraq ordni ta' rimedju.

(13)  Sabiex tiżdied l-effettività proċedurali tal-azzjonijiet rappreżentattivi, l-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkollhom il-possibilità li jitolbu miżuri differenti fl-istess azzjoni rappreżentattiva jew f'azzjonijiet rappreżentattivi separati. Dawn il-miżuri jenħtieġ jinkludu miżuri interim għall-waqfien ta' prassi fis-seħħ jew għall-projbizzjoni ta' prassi li tkun għandha ma twettqitx, iżda hemm riskju li din il-prassi tista' tikkawża dannu serju jew irriversibbli lill-konsumaturi, miżuri li jistabbilixxu li xi prassi partikolari tikkostitwixxi ksur tal-liġi u, jekk ikun meħtieġ, li jwaqqfu jew jipprojbixxu l-prassi fil-futur, kif ukoll miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni l-effetti tal-ksur, inkluż rimedju. Jekk jintalbu f'azzjoni waħda, l-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu l-miżuri rilevanti kollha fl-istess ħin li jressqu l-azzjoni.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-entitajiet kwalifikati jenħieġ li jkunu jistgħu jitolbu għal miżuri bl-għan li tiġi eliminata l-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jieħdu l-forma ta'ordni ta' rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, roħs fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq u skont kif disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali.

(16)  L-entitajiet kwalifikati jenħieġ li jkunu jistgħu jitolbu għal miżuri bl-għan li tiġi eliminata l-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jieħdu l-forma ta'ordni ta' rimedju għal ħsara materjali jew mhux materjali li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tneħħija, roħs fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq u skont kif disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Meta l-konsumaturi konċernati mill-istess prassi jkunu identifikabbli u jkunu ġarrbu ħsara komparabbli tul perjodu ta' żmien jew mill-akkwist, bħal fil-każ ta' kuntratti tal-konsumatur fit-tul, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tista' tiddefinixxi b'mod ċar il-grupp ta' konsumaturi konċernati mill-ksur matul l-azzjoni rappreżentattiva. B'mod partikolari, qorti jew awtorità amministrattiva tista' titlob lin-negozjant li wettaq il-ksur biex jipprovdi l-informazzjoni rilevanti, bħalma hija l-identità tal-konsumaturi konċernati u kemm damet il-prassi. Għal raġunijiet ta' ħeffa u effiċjenza, f'dawn il-każijiet l-Istati Membri, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, jistgħu jikkunsidraw li l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jibbenefikaw direttament minn ordni ta' rimedju wara li tkun inħarġet mingħajr ma jkunu meħtieġa jagħtu l-mandat individwali tagħhom qabel ma tinħareġ l-ordni ta' rimedju.

imħassar

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  F'każijiet ta' valur baxx il-biċċa l-kbira tal-konsumaturi x'aktarx ma jiħdux azzjoni biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom minħabba li l-isforzi jissuperaw il-benefiċċji individwali. Madankollu, jekk l-istess prassi tikkonċerna għadd ta' konsumaturi, it-telf aggregat jista' jkun sinifikanti. F'dawn il-każijiet, il-qorti jew l-awtorità tista' tikkunsidra li huwa sproporzjonat li tiddistribwixxi l-fondi lura lill-konsumaturi konċernati, pereżempju minħabba li dan ikun oneruż wisq jew imprattikabbli. Għalhekk, il-fondi riċevuti bħala kumpens permezz tal-azzjonijiet rappreżentattivi jistgħu jkunu aktar utli għal finijiet ta' protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi u jenħtieġ li jiġu diretti lejn skop pubblika rilevanti, bħal fond għall-għajnuna legali lill-konsumaturi, kampanji ta' sensibilizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet tal-konsumatur.

imħassar

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Miżuri li jkollhom l-għan li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur jistgħu jintalbu biss fuq il-bażi ta' deċiżjoni finali, li tistabbilixxi ksur tal-liġi tal-Unjoni koperta mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jagħmel ħsara lill-interess kollettiv ta' konsumaturi, inkluż ordni ta' inġunzjoni finali maħruġa fi ħdan l-azzjoni rappreżentattiva. B'mod partikolari, miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur jistgħu jintalbu fuq il-bażi ta' deċiżjonijiet finali ta' qorti jew awtorità amministrattiva fil-kuntest tal-attivitajiet ta' infurzar regolati mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/200432.

(22)  Miżuri li jkollhom l-għan li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur jistgħu jintalbu biss fuq il-bażi ta' deċiżjoni finali, li tistabbilixxi ksur tal-liġi tal-Unjoni koperta mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jagħmel ħsara lill-interess kollettiv ta' konsumaturi, inkluż ordni ta' inġunzjoni finali maħruġa fi ħdan l-azzjoni rappreżentattiva. B'mod partikolari, miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur jistgħu jintalbu fuq il-bażi ta' deċiżjonijiet finali ta' qorti jew awtorità amministrattiva fil-kuntest tal-attivitajiet ta' infurzar regolati mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1. Madankollu, sabiex il-proċeduri ma jittawlux u ma jiżdiedx ir-riskju li l-konsumaturi jistgħu jitilfu l-evidenza li tappoġġa l-każ tagħhom u jistgħu jitilfu l-interess fil-każ, l-azzjonijiet għal dawk il-miżuri jistgħu jiġu mnedija b'mod parallel mal-azzjonijiet għal ordnijiet ta' inġunzjoni u jiġu deċiżi simultanjament mad-deċiżjoni li tistabbilixxi ksur tal-liġi tal-Unjoni.

__________________

__________________

32 ĠU L 345, 27.12.2017.

32 ĠU L 345, 27.12.2017.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Din id-Direttiva ma tissostitwixxix mekkaniżmi nazzjonali ta' rimedju kollettiv eżistenti. B'kunsiderazzjoni tat-tradizzjonijiet legali tagħhom, id-Direttiva tħalli f'idejn l-Istati Membri jekk ifasslux l-azzjoni rappreżentattiva stabbilita minn din id-Direttiva bħala parti minn mekkaniżmu ta' rimedju kollettiv eżistenti jew futuri jew bħala alternattiva għal dawn il-mekkaniżmi, dment li l-mekkaniżmu nazzjonali jikkonforma mal-modalitajiet stabbiliti minn din id-Direttiva.

(24)  Din id-Direttiva ma tissostitwixxix mekkaniżmi nazzjonali ta' rimedju kollettiv eżistenti. B'kunsiderazzjoni tat-tradizzjonijiet legali tagħhom, id-Direttiva tħalli f'idejn l-Istati Membri jekk ifasslux l-azzjoni rappreżentattiva stabbilita minn din id-Direttiva bħala parti minn mekkaniżmu ta' rimedju kollettiv eżistenti jew futur jew bħala alternattiva għal dawn il-mekkaniżmi, dment li l-mekkaniżmu nazzjonali jikkonforma mal-istandards minimi stabbiliti minn din id-Direttiva.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Soluzzjonijiet kollettivi extraġudizzjarji bl-għan li jingħata rimedju lill-konsumaturi li ġarbu dannu jenħtieġ li jiġu mħeġġa kemm qabel ma titressaq l-azzjoni rappreżentattiva u fi kwalunkwe stadju tal-azzjoni rappreżentattiva.

(26)  Soluzzjonijiet kollettivi extraġudizzjarji, bħall-medjazzjoni, bl-għan li jingħata rimedju lill-konsumaturi li ġarbu dannu jenħtieġ li jiġu mħeġġa kemm qabel ma titressaq l-azzjoni rappreżentattiva u fi kwalunkwe stadju tal-azzjoni rappreżentattiva.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li entità kwalifikata u negozjant li jkunu laħqu ftehim dwar soluzzjoni għal rimedju għall-konsumaturi affettwati minn prassi allegatament illegali ta' dak in-negozjant jistgħu jitolbu b'mod konġunt lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva biex japprovah. Talba bħal din jenħtieġ li tiġi aċċettata mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva biss jekk ma jkunx hemm għaddejja azzjoni rappreżentattiva oħra dwar l-istess prassi. Qorti kompetenti jew awtorità amministrattiva li tapprova tali soluzzjoni kollettiva jenħtieġ tqis l-interessi u d-drittijiet tal-partijiet kollha konċernati, inklużi tal-konsumaturi individwali. Il-konsumaturi individwali konċernati jenħtieġ li tingħatalhom il-possibbiltà jaċċettaw jew jirrifjutaw li jintrabtu b'din is-soluzzjoni.

(27)  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li entità kwalifikata u negozjant li jkunu laħqu ftehim dwar soluzzjoni għal rimedju għall-konsumaturi affettwati minn prassi allegatament illegali ta' dak in-negozjant jistgħu jitolbu b'mod konġunt lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva biex japprovah. Talba bħal din jenħtieġ li tiġi aċċettata mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva biss jekk ma jkunx hemm għaddejja azzjoni rappreżentattiva oħra dwar l-istess prassi. Qorti kompetenti jew awtorità amministrattiva li tapprova tali soluzzjoni kollettiva jenħtieġ tqis l-interessi u d-drittijiet tal-partijiet kollha konċernati, inklużi tal-konsumaturi individwali. Il-konsumaturi individwali konċernati jenħtieġ li tingħatalhom il-possibbiltà jaċċettaw jew jirrifjutaw li jintrabtu b'din is-soluzzjoni u jibdew jew isegwu l-azzjoni individwali korrispondenti tagħhom.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rimedju għall-konsumaturi individwali abbażi ta' deċiżjonijiet dikjaratorji finali rigward ir-responsabbiltà tan-negozjant lejn il-konsumaturi milquta minn ksur, maħruġa f'azzjonijiet rappreżentattivi, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva li tkun ħarġet id-deċiżjoni jenħtieġ ikollha s-setgħa titlob lill-entità kwalifikata u lin-negozjant biex jilħqu soluzzjoni kollettiva.

imħassar

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Biex azzjoni rappreżentattiva jkollha suċċess huwa kruċjali li l-konsumaturi jiġu infurmati dwarha. Il-konsumaturi jenħtieġ jiġu infurmati li għaddejja azzjoni rappreżentattiva, dwar il-fatt li prassi ta' negozjant ġiet ikkunsidrata bħala ksur tal-liġi, id-drittijiet tagħhom wara l-istabbiliment ta' ksur u kwalunkwe pass sussegwenti li se jittieħed mill-konsumaturi konċernati, partikolarment biex jiksbu rimedju. Ir-riskji għar-reputazzjoni assoċjati mat-tixrid tal-informazzjoni dwar ksur huma wkoll importanti biex jiskoraġġixxu lin-negozjanti milli jiksru d-drittijiet tal-konsumaturi.

(31)  Biex azzjoni rappreżentattiva jkollha suċċess huwa kruċjali li l-konsumaturi jiġu infurmati dwarha. Il-konsumaturi jenħtieġ jiġu infurmati li għaddejja azzjoni rappreżentattiva, dwar il-fatt li prassi ta' negozjant ġiet ikkunsidrata bħala ksur tal-liġi, id-drittijiet tagħhom wara l-istabbiliment ta' ksur u kwalunkwe pass sussegwenti li se jittieħed mill-konsumaturi konċernati, partikolarment biex jiksbu rimedju. Jenħtieġ li jitqiesu l-prinċipju ta' preżunzjoni ta' innoċenza u r-riskji għar-reputazzjoni assoċjati mat-tixrid tal-informazzjoni dwar ksur potenzjali.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Biex tkun effettiva, l-informazzjoni jenħtieġ tkun adegwata u proporzjonata għaċ-ċirkostanzi tal-każ. In-negozjant jenħieġ li jinforma b'mod adegwat lill-konsumaturi konċernati kollha dwar il-ordnijiet finali ta' inġunzjoni u rimedju maħruġa fl-azzjoni rappreżentattiva kif ukoll dwar soluzzjoni approvata minn qorti jew awtorità amministrattiva. Din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta, pereżempju fuq il-websajt tan-negozjant, fil-midja soċjali, minn postijiet tas-suq onlajn, jew f'gazzetti popolari, inklużi dawk distribwiti esklussivament b'mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi. Jekk ikun possibbli, il-konsumaturi jenħtieġ jiġu informati individwalment permezz ta' ittri elettroniċi jew stampati. Din l-informazzjoni jenħtieġ tingħata f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità fuq talba.

(32)  Biex tkun effettiva, l-informazzjoni jenħtieġ tkun adegwata u proporzjonata għaċ-ċirkostanzi tal-każ. In-negozjant jenħieġ li jinforma b'mod adegwat lill-individwi konċernati kollha kif ukoll lill-pubbliku ġenerali dwar il-ordnijiet finali ta' inġunzjoni u rimedju maħruġa fl-azzjoni rappreżentattiva kif ukoll dwar soluzzjoni approvata minn qorti jew awtorità amministrattiva. Din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta, pereżempju fuq is-sit web tan-negozjant, fil-midja soċjali, minn postijiet tas-suq onlajn, jew f'gazzetti popolari, inklużi dawk distribwiti esklużivament b'mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi. Jekk ikun possibbli, l-individwi jenħtieġ li jiġu informati individwalment permezz ta' ittri elettroniċi jew stampati. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tingħata f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità fuq talba.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, tiġi evitata l-inkonsistenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u tiżdied l-effettività u l-effiċjenza proċedurali tal-azzjonijiet rappreżentattivi u tal-azzjonijiet ta' segwitu possibbli għal rimedju, il-konstatazzjoni ta' ksur stabbilit f'deċiżjoni finali, inkluż inġunzjoni finali skont din id-Direttiva, maħruġa minn awtorità amministrattiva jew minn qorti jenħtieġ li ma tiġix litigata mill-ġdid f'azzjonijiet legali sussegwenti relatati mal-istess ksur mill-istess negozjant fir-rigward tan-natura tal-ksur u tal-ambitu materjali, personali, temporali u territorjali tiegħu kif stabbilit b'dik id-deċiżjoni finali. Meta azzjoni li titlob miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur, inkluż għal rimedju, titressaq fi Stat Membru ieħor apparti mill-Istat Membru fejn tkun inħarġet deċiżjoni finali li tistabbilixxi dan il-ksur, din id-deċiżjoni jenħtieġ li tikkostitwixxi preżunzjoni konfutabbli li l-ksur seħħ.

(33)  Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, tiġi evitata l-inkonsistenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u tiżdied l-effettività u l-effiċjenza proċedurali tal-azzjonijiet rappreżentattivi u tal-azzjonijiet ta' segwitu possibbli għal rimedju, il-konstatazzjoni ta' ksur stabbilit f'deċiżjoni finali, inkluża inġunzjoni finali skont din id-Direttiva, maħruġa minn awtorità amministrattiva jew minn qorti jenħtieġ li ma tiġix litigata mill-ġdid f'azzjonijiet legali sussegwenti relatati mal-istess ksur mill-istess negozjant fir-rigward tan-natura tal-ksur u tal-ambitu materjali, personali, temporali u territorjali tiegħu kif stabbilit b'dik id-deċiżjoni finali. Meta azzjoni li titlob miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur, inkluż għal rimedju, titressaq fi Stat Membru ieħor apparti mill-Istat Membru fejn tkun inħarġet deċiżjoni finali li tistabbilixxi dan il-ksur, din id-deċiżjoni jenħtieġ li tikkostitwixxi tal-inqas preżunzjoni konfutabbli li l-ksur seħħ.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-individwi jitħallew japplikaw għal sospensjoni tal-azzjoni għal rimedju tagħhom stess sad-deċiżjoni finali ta' azzjoni rappreżentattiva korrispondenti.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jippermettu li entitajiet kwalifikati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi bl-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, filwaqt li tiżgura salvagwardji xierqa biex tiġi evitata l-litigazzjoni abbużiva.

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jippermettu li entitajiet kwalifikati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi bl-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u b'hekk tinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi u, b'mod partikolari, ta' aċċess għall-ġustizzja, filwaqt li tiżgura salvagwardji xierqa fil-livell tal-UE u f'dak tal-Istati Membri u l-applikazzjoni konsistenti tagħhom madwar l-UE biex tiġi evitata l-litigazzjoni abbużiva.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet imfassla biex jagħtu lill-entitajiet kwalifikati jew lil xi persuni oħra konċernati mezzi oħrajn biex iressqu azzjonijiet bl-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi fil-livell nazzjonali.

2.  Din id-Direttiva għandha l-għan ta' armonizzazzjoni minima u għalhekk ma għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet imfassla biex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumaturi u jagħtu lill-entitajiet kwalifikati jew lil kwalunkwe persuna konċernata oħra, mezzi proċedurali biex iressqu azzjonijiet bl-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi fil-livell nazzjonali minn dawk previsti fid-Direttiva.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu oqsma addizzjonali ta' protezzjoni tal-konsumaturi għal dawk li għalihom għandha tapplika din id-Direttiva.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17a biex temenda l-Anness I bl-iskop li żżid miegħu dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li jirreferi għalihom l-Artikolu 2(1).

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet li jkunu lil hinn mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(1)  "konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet li jkunu prinċipalment lil hinn mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew il-professjoni tagħha;

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "interessi kollettivi tal-konsumaturi" tfisser l-interessi ta' għadd ta' konsumaturi;

(3)  "interessi kollettivi tal-konsumaturi" tfisser l-interessi ta' għadd ta' konsumaturi jew ta' suġġetti tad-dejta kif definit fir-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta);

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jinnominaw entità bħala entità kwalifikata jekk din tkun tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jinnominaw entità bħala entità kwalifikata biss jekk din tkun tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tkun kostitwita korrettament skont il-liġi ta' Stat Membru;

(a)  tkun kostitwita korrettament u rreġistrata skont il-liġi ta' Stat Membru;

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ikollha interess leġittimu li tiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni koperti minn din id-Direttiva jiġu rrispettati;

(b)  L-istatut tagħha jew dokument ta' governanza rilevanti ieħor juri l-interess leġittimu tagħha li tiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni koperti minn din id-Direttiva jiġu rrispettati;

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tkun mingħajr skop ta' qligħ.

(c)  ikollha karattru mingħajr skop ta' qligħ u struttura ta' governanza li tiżgura l-kriterju ta' mingħajr skop ta' qligħ;

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  tkun, f'kull ħin, trasparenti għalkollox dwar is-sors ta' finanzjament tal-attività tagħha b'mod ġenerali u l-fondi li tuża biex tappoġġa l-azzjoni.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  ikollha fis-seħħ proċeduri xierqa biex tidentifika, tipprevjeni u ssolvi l-kunflitti ta' interess;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)  ikollha fis-seħħ politika ta' komunikazzjoni xierqa, li permezz tagħha tinforma lill-konsumaturi b'mod ġenerali dwar l-ispejjeż u r-riskji li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni kollettiva;

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd)  ma jkollha l-ebda interrelazzjoni strutturali jew finanzjarja ma' persuna jew organizzazzjoni terza li tibbenefika finanzjarjament mill-azzjoni billi tipprovdi assistenza legali jew appoġġ finanzjarju.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li b'mod partikolari organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u korpi pubbliċi indipendenti huma eliġibbli għall-istatus ta' entità kwalifikata. L-Istati Membri jistgħu jaħtru bħala entitajiet kwalifikati organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jirrappreżentaw membri minn aktar minn Stat Membru wieħed.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u, fejn applikabbli, il-korpi pubbliċi indipendenti huma eliġibbli għall-istatus ta' entità kwalifikata. L-Istati Membri jistgħu jaħtru bħala entitajiet kwalifikati organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jirrappreżentaw membri minn aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali minn entitajiet kwalifikati sakemm ikun hemm relazzjoni diretta bejn l-objettivi ewlenin tal-entità u d-drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni li jkun qed jiġi allegat li nkisret u li fir-rigward tagħhom tkun tressqet l-azzjoni.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi skont l-Artikolu 1 quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali minn entitajiet kwalifikati.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jitolbu miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur: Dawn il-miżuri għandhom jintalbu abbażi ta' kwalunkwe deċiżjoni finali li tistabbilixxi li prassi tikkostitwixxi ksur tal-liġi tal-Unjoni elenkata fl-Anness I li jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi, inklużi ordni finali ta' inġunzjoni msemmija fil-paragrafu (2)(b).

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jitolbu miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur: Dawn il-miżuri għandhom jintalbu abbażi ta' kwalunkwe deċiżjoni finali li tistabbilixxi li prassi tikkostitwixxi ksur tal-liġi tal-Unjoni elenkata fl-Anness I li jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi, inklużi ordni finali ta' inġunzjoni msemmija fil-punt b tal-paragrafu 2. Għalkemm id-deċiżjoni dwar dawn l-azzjonijiet rappreżentattivi tista' tittieħed biss wara li jkun ġie stabbilit formalment li prassi tikkostitwixxi ksur tal-liġi tal-Unjoni, madankollu, sabiex il-proċeduri ma jittawlux, l-azzjonijiet jistgħu jitnedew b'mod parallel mal-azzjonijiet għal ordnijiet ta' inġunzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jew bħala parti minn azzjoni rappreżentattiva unika skont il-liġi nazzjonali.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(4), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu jistgħu jitolbu, fl-istess azzjoni rappreżentattiva, miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur flimkien ma' miżuri msemmija fil-paragrafu 2.

imħassar

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prinċipju ta' "min jitlef iħallas" japplika għat-tipi kollha ta' azzjonijiet rappreżentattivi.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2013 tistipula li l-parti li titlef azzjoni ta' rimedju kollettiv tirrimborża l-ispejjeż legali neċessarji li ġġarrab il-parti rebbieħa.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-fini tal-Artikolu 5(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jitolbu ordni ta' rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tnaqqis fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq. Stat Membru jista' jeħtieġ il-mandat ta' konsumaturi individwali konċernat qabel ma tittieħed deċiżjoni dikjaratorja jew tinħareġ ordni ta' rimedju.

Għall-fini tal-Artikolu 5(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jitolbu ordni ta' rimedju għad-danni ekonomiċi u mhux ekonomiċi, li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tneħħija, tnaqqis fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li, f'każijiet strettament eċċezzjonali, debitament ġustifikati, l-entitajiet kwalifikati jistgħu jitolbu deċiżjoni dikjaratorja minflok ordni ta' rimedju.

 

Stat Membru jista' jirrikjedi l-mandat tal-konsumaturi individwali konċernati qabel ma tittieħed deċiżjoni dikjaratorja jew tinħareġ ordni ta' rimedju, inkluż, fejn applikabbli, dwar it-tip ta' rimedji mfittxija. Konsumaturi affettwati oħra, inklużi dawk li mhumiex abitwalment residenti fl-Istat Membru fejn isseħħ l-azzjoni, għandhom ikunu jistgħu jingħaqdu mal-azzjoni rappreżentattiva biex jiksbu deċiżjoni dikjaratorja jew ordni ta' rimedju.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-rimedju li jirriżulta minn azzjoni rappreżentattiva għandu normalment jiġi allokat lil konsumaturi affettwati.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva li minflok toħroġ ordni ta' rimedju, toħroġ deċiżjoni deklaratorja dwar ir-responsabilità tan-negozjant lejn il-konsumaturi li jkunu sofrew danni minħabba ksur tal-liġi tal-Unjoni elenkata fl-Anness I, f'każijiet ġustifikati kif dovut meta, minħabba l-karatteristiċi tad-danni individwali tal-konsumaturi konċernati, il-kwantifikazzjoni tar-rimedju individwali tkun kumplessa.

imħassar

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika meta:

imħassar

(a)  il-konsumaturi konċernati mill-ksur ikunu identifikabbli u ġarrbu dannu komparabbli kkawżat mill-istess prassi tul perjodu ta' żmien jew minn akkwist. F'każijiet bħal dawn, ir-rekwiżit tal-mandat tal-konsumaturi individwali ma għandux jikkostitwixxi kundizzjoni biex tinbeda azzjoni. Ir-rimedju għandu jkun dirett lejn il-konsumaturi konċernati;

 

(b)  il-konsumaturi jkunu sofrew ammont żgħir ta' telf u jkun sproporzjonat li jiġu distribwiti rimedju lilhom. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkunx meħtieġ il-mandat tal-konsumaturi individwali konċernati. Ir-rimedju għandu jkun intiż għal skop pubbliku li jservi l-interessi kollettivi tal-konsumaturi.

 

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ir-rimedju miksub permezz ta' deċiżjoni finali f'konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt addizzjonali għal rimedju li l-konsumaturi konċernati jista' jkollu skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

4.  Ir-rimedju miksub permezz ta' deċiżjoni finali f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt addizzjonali għal rimedju li l-konsumaturi konċernati jista' jkollu skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-entità kwalifikata li titlob ordni ta' rimedju kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) għandha tiddikjara fi stadju bikri tal-azzjoni s-sors tal-fondi użati għall-attività tagħha inġenerali u l-fondi li tuża biex issostni l-azzjoni. Hija għandha turi li għandha biżżejjed riżorsi finanzjarji biex tirrappreżenta l-aħjar interessi tal-konsumaturi konċernati u biex tħallas l-ispejjeż jekk azzjoni ma tirnexxix.

1.  L-entità kwalifikata li titlob ordni ta' rimedju kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) għandha tiddikjara fid-dettall, fl-istadju tal-ammissibilità tal-azzjoni, is-sors tal-fondi użati għall-attività tagħha inġenerali u l-fondi li tuża biex issostni l-azzjoni. Dan jista' jinkludi garanzija jew indennizz minn parti terza soġġetta wkoll għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-parti telliefa għandha ġġorr l-ispejjeż tal-proċedimenti skont il-kundizzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali rilevanti.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'każijiet fejn azzjoni rappreżentattiva għal rimedju tkun finanzjata minn parti terza, ikun ipprojbit li l-parti terza:

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'każijiet fejn azzjoni rappreżentattiva għal rimedju tkun finanzjata minn parti terza, tiġi żgurata t-trasparenza dwar l-oriġini tal-fondi u li jkun ipprojbit li l-parti terza:

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-entità kwalifikata fil-kuntest ta' azzjoni rappreżentattiva, inkluż dwar is-soluzzjonijiet;

(a)  tinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-entità kwalifikata matul azzjoni rappreżentattiva, inkluż dwar is-soluzzjonijiet;

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 - punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  tirċievi kwalunkwe benefiċċju finanzjarju dirett jew indirett permezz tad-deċiżjoni jew tal-proċess tal-litigazzjoni;

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi jingħataw is-setgħa jivvalutaw iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2 u għalhekk jeħtieġu li l-entità kwalifikata tirrifjuta l-finanzjament rilevanti u, jekk ikun meħtieġ tiċħad il-locus standi tal-entità kkwalifikata f'każ speċifiku.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi jivvalutaw iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2 u għalhekk jeħtieġu li l-entità kwalifikata tirrifjuta l-finanzjament rilevanti u, jekk ikun meħtieġ tiċħad il-locus standi tal-entità kkwalifikata f'każ speċifiku.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-konsumaturi individwali konċernati jenħtieġ li tingħatalhom il-possibbiltà jaċċettaw jew jirrifjutaw li jintrabtu bis-soluzzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3. Ir-rimedju miksub permezz ta' soluzzjoni approvata f'konformità mal-paragrafu 4 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt addizzjonali għal rimedju li l-konsumaturi konċernati jista' jkollhom skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

6.  Il-konsumaturi individwali konċernati għandha tingħatalhom il-possibbiltà jaċċettaw jew jirrifjutaw li jintrabtu bis-soluzzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 u jibdew jew isegwu l-azzjoni individwali korrispondenti tagħhom. Ir-rimedju miksub permezz ta' soluzzjoni approvata f'konformità mal-paragrafu 4 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt addizzjonali għal rimedju li l-konsumaturi konċernati jista' jkollhom skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva għandha teġiżi lin-negozjant li wettaq il-ksur jgħarraf lill-konsumaturi affettwati, għas-spejjeż tiegħu, dwar id-deċiżjonijiet finali li jipprevedu għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 5 u 6, u s-soluzzjonijiet approvati msemmija fl-Artikolu 8, b'mezzi xierqa taċ-ċirkustanzi tal-każ u fil-limiti ta' żmien speċifikati, inkluż, fejn xieraq, billi jinnotifika individwalment lill-konsumaturi konċernati kollha.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva għandha teżiġi lin-negozjant li wettaq il-ksur jgħarraf lill-konsumaturi affettwati, b'mod partikolari l-konsumaturi u l-ħaddiema, kif ukoll il-pubbliku ġenerali a spejjeż tiegħu, dwar id-deċiżjonijiet finali li jipprevedu l-miżuri msemmija fl-Artikoli 5 u 6, u s-soluzzjonijiet approvati msemmija fl-Artikolu 8, b'mezzi xierqa taċ-ċirkustanzi tal-każ u fil-limiti ta' żmien speċifikati, inkluż, fejn xieraq, billi jinnotifika individwalment lill-konsumaturi konċernati kollha. Minbarra l-kanali tan-negozjant li wettaq il-ksur, din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta wkoll permezz tal-kanali tal-awtorità pubblika rilevanti jew permezz tal-kanali tal-awtoritajiet kwalifikati maħtura, dejjem a spejjeż tan-negozjant li wettaq il-ksur.

Ġustifikazzjoni

Il-kanali tal-parti li tkun wettqet il-ksur jistgħu ma jitqisux affidabbli mill-parti danneġġjata. Għaldaqstant ikun xieraq li l-konsumaturi jkunu infurmati permezz ta' kanali li jitqiesu affidabbli.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi b'mod li jinftiehem spjegazzjoni dwar is-suġġett tal-azzjoni rappreżentattiva, il-konsegwenzi legali tagħha u, jekk rilevanti, il-passi sussegwenti li jridu jittieħdu mill-konsumaturi konċernati.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi b'mod li jinftiehem spjegazzjoni dwar is-suġġett tal-azzjoni rappreżentattiva, il-konsegwenzi legali tagħha u, jekk rilevanti, il-passi sussegwenti li jridu jittieħdu mill-konsumaturi konċernati. Il-modalitajiet u l-perjodu taż-żmien tal-informazzjoni għandhom jitfasslu bi ftehim mal-qorti jew mal-awtorità amministrattiva.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni finali msemmija fil-paragrafu 1 li tittieħed fi Stat Membru ieħor titqies mill-qrati nazzjonali jew mill-awtoritajiet amministrattivi tagħhom bħala preżunzjoni konfutabbli li seħħ ksur.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni finali msemmija fil-paragrafu 1 li tittieħed fi Stat Membru ieħor titqies mill-qrati nazzjonali jew mill-awtoritajiet amministrattivi tagħhom mill-inqas bħala preżunzjoni konfutabbli li seħħ ksur.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tressiq ta' azzjoni rappreżentattiva msemmija fl-Artikolu 5 u 6 għandu jkollu l-effett li jissospendi jew jinterrompi preskrizzjoni applikabbli għal kwalunkwe azzjoni ta' rimedju għall-konsumaturi konċernati, jekk id-drittijiet rilevanti jkunu soġġetti għal perjodu ta' preskrizzjoni skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

B'konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tressiq ta' azzjoni rappreżentattiva msemmija fl-Artikolu 5 u 6 għandu jkollu l-effett li jissospendi jew jinterrompi preskrizzjoni applikabbli għal kwalunkwe azzjoni ta' rimedju għall-konsumaturi konċernati, jekk id-drittijiet rilevanti jkunu soġġetti għal perjodu ta' preskrizzjoni skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba ta' entità kwalifikata li tkun ippreżentat fatti raġonevolment disponibbli u biżżejjed evidenza biex issostni l-azzjoni rappreżentattiva, u tkun indikat aktar evidenza li tkun tinsab fil-kontroll tal-konvenut, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tista' tordna, skont ir-regoli nazzjonali ta' proċedura, li din l-evidenza tiġi ppreżentata mill-konvenut, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba ta' entità kwalifikata li tkun ippreżentat fatti raġonevolment disponibbli u biżżejjed evidenza biex issostni l-azzjoni rappreżentattiva, u tkun indikat aktar evidenza li tkun tinsab fil-kontroll tal-konvenut, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tista' tordna li din l-evidenza tiġi ppreżentata mill-konvenut. Din id-deċiżjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-ħtieġa, il-kamp ta' applikazzjoni u l-proporzjonalità tal-iżvelar mitlub, skont ir-regoli proċedurali nazzjonali, u skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ispejjeż proċedurali relatati ma' azzjonijiet rappreżentattivi ma jikkostitwixxux ostakoli finanzjarji biex l-entitajiet kwalifikati jeżerċitaw b'mod effettiv id-dritt li jitolbu l-miżuri msemmija fl-Artikoli 5 u 6, bħal li jillimitaw it-tariffi applikabbli tal-qorti jew amministrattivi, jagħtihom aċċess għal għajnuna legali fejn meħtieġ, jew billi jipprovdulhom finanzjament pubbliku għal dan il-għan.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ispejjeż proċedurali relatati ma' azzjonijiet rappreżentattivi ma jikkostitwixxux ostakoli finanzjarji biex l-entitajiet kwalifikati jeżerċitaw b'mod effettiv id-dritt li jitolbu l-miżuri msemmija fl-Artikoli 5 u 6, b'mod partikolari li jillimitaw it-tariffi applikabbli tal-qorti jew amministrattivi, jagħtihom aċċess għal għajnuna legali fejn meħtieġ, jew billi jipprovdulhom finanzjament pubbliku għal dan il-għan.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, f'każijiet fejn l-entitajiet kwalifikati jkunu meħtieġa jinformaw lill-konsumaturi konċeranti dwar azzjoni rappreżentattiva li tkun għaddejja, l-ispejjeż relatat ikunu jistgħu jiġu rkuprat mingħand in-negozjant jekk l-azzjoni tirnexxi.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, il-parti li titlef azzjoni ta' rimedju kollettiv tirrimborża l-ispejjeż legali neċessarji li trid tħallas il-parti rebbieħa, b'suġġett għall-kundizzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali rilevanti. F'każijiet fejn l-entitajiet kwalifikati jkunu meħtieġa jinformaw lill-konsumaturi konċeranti dwar azzjoni rappreżentattiva li tkun għaddejja, l-ispejjeż relatat ikunu jistgħu jiġu rkuprat mingħand in-negozjant jekk l-azzjoni tirnexxi.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull entità kwalifikata maħtura minn qabel f'xi Stat Membru skont l-Artikolu 4(1) tkun tista' tirrikorri quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi ta' Stat Membru ieħor fuq il-preżentazzjoni tal-lista disponibbli pubblikament imsemmija f'dak l-Artikolu. Il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi għandhom jaċċettaw din il-lista bħala prova tal-locus standi legali tal-entità kwalifikata mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħhom li jeżaminaw jekk l-għan tal-entità kwalifikata jiġġustifikahiex tieħu azzjoni f'każ speċifiku.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull entità kwalifikata maħtura minn qabel f'xi Stat Membru skont l-Artikolu 4(1) tkun tista' tirrikorri quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi ta' Stat Membru ieħor fuq il-preżentazzjoni tal-lista disponibbli pubblikament imsemmija f'dak l-Artikolu. Il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi għandhom jaċċettaw din il-lista bħala prova tal-locus standi legali tal-entità kwalifikata.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Sabiex il-possibbiltà ta' inġunzjonijiet transfruntiera ssir aktar viżibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi domestiċi rilevanti jistabbilixxu reġistru ta' atti illegali li ġew soġġetti għal ordnijiet ta' inġunzjoni sabiex jipprovdu bażi għall-aħjar prassi u informazzjoni lill-awtoritajiet ta' Stati Membri oħrajn.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 2 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal ħames snin minn ... [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 2 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 2 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-regoli dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u tal-ferrovija, joffrux livell ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi paragunabbli ma' dak previst skont din id-Direttiva. Meta dan ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tagħmel proposti xierqa, li jistgħu jikkonsistu b'mod partikolari f'li jitneħħew l-atti msemmija fil-punti 10 u 15 tal-Anness I mill-kamp tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, kif definit fl-Artikolu 2.

imħassar

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59a)  Id-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 5.12.2014, p. 1).

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59b)  Ir-Regolament [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-dejta personali fil-komunikazzjonijiet elettroniċi u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (ir-Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi).

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59c)  Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59d)  Id-Direttiva [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni).

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59e)  Id-Direttiva 2014/35/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59f)  Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59g)  Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir ta' protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59h)  Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59i)  Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta' sikurezza għal-liftijiet (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251).

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59j (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59j)  Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107).

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59k (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59k)  Id-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 27).

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59l (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59l)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59m (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59m)  Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59n (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59n)  Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59o (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59o)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 14).

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59p (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59p)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59q (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59q)  Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59r (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59r)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59s (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59s)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59t (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59t)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59 u (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59u)  Ir-Regolament (KE) 1924/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2009, p. 9).

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 59 v (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59v)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM

Il-lista li ġejja hija magħmula fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-Rapporteur irċeviet kontribut mingħand l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tal-opinjoni, sal-adozzjoni tagħha fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

BEUC (Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi)

Ursula Pachl (Viċi Direttur)

Augusta Maciuleviciuté (Uffiċjal Legali Prinċipali)

MKB Nederland (Assoċjazzjoni Netherlandiża tal-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju)

Fried Kaanen (Viċi President)

Egbert Roosen (Viċi President)

VNO-NCW (Konfederazzjoni Netherlandiża tal-Industrija u l-Impjegaturi)

BUSINESSEUROPE

Winand Quaedvlieg (Kap tal-Uffiċċju ta' Brussell)

VZBV (Federazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tal-Konsumaturi tal-Ġermanja)

Ottmar Lell (Kap - Tim Affarijiet Legali u Kummerċ)

Isabelle Buscke (Kap - Tim Brussell)

Julian Gallash (Uffiċjal tal-Politika - Tim Affarijiet Legali u Kummerċ)

Christiane Seidel (Uffiċjal tal-Politika - Tim Brussell)

ETNO-GSMA

Pierantonio Rizzo

Malte Firlus

Kristina Olausson

BitKom

Torben David

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi

Referenzi

COM(2018)0184 – C8-0149/2018 – 2018/0089(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

2.5.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

2.5.2018

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

13.9.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Dennis de Jong

16.5.2018

Eżami fil-kumitat

24.9.2018

10.10.2018

21.11.2018

 

Data tal-adozzjoni

22.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

10

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Morten Løkkegaard, Eva Maydell, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen, Julia Reda, Adam Szejnfeld, Marc Tarabella, Sabine Verheyen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Salvatore Cicu, Mady Delvaux, Czesław Hoc, Jean Lambert, Anne-Marie Mineur

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

18

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

S&D

 

 

Verts/ALE

Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic

Anneleen Van Bossuyt

Anne-Marie Mineur, Dennis de Jong

Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Mady Delvaux, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Marc Tarabella

Jean Lambert, Julia Reda

10

-

ECR

PPE

 

 

Daniel Dalton, Czesław Hoc

Salvatore Cicu, Birgit Collin-Langen, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Ivan Štefanec, Adam Szejnfeld, Sabine Verheyen

3

0

EFDD

PPE

Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Marco Zullo

Carlos Coelho

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (26.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE
(COM(2018)0184 – C8-0149/2018 – 2018/0089(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Georg Mayer

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' d-Direttiva proposta mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi, li għandha tiżgura li l-Istati Membri japplikaw, jimplimentaw u jinfurzaw bis-sħiħ id-dritt tal-UE u jipprovdu rimedju xieraq għaċ-ċittadini.

Id-Direttiva dwar l-Azzjonijiet Rappreżentattivi ma tinterferixxix mal-mekkaniżmi eżistenti li jtejbu jew jemendaw id-direttivi msemmija fl-Anness I permezz ta' operaturi tat-trasport jew operaturi tal-ivvjaġġar lokali; hija pjuttost għandha titqies bħala strument għall-applikazzjoni favur il-konsumatur tad-dritt eżistenti. F'każ ta' tilwim, hija l-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru konċernat (il-ġurisdizzjoni tiġi stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 - Brussell I) li tiddeċiedi jekk azzjoni rappreżentattiva hijiex ammissibbli jew le.

Il-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi li jikkonċernaw il-qasam tat-trasport u tat-turiżmu konċernati, bħal ivvjaġġar bl-ajru, bil-ferroviji, fuq il-baħar u pakketti tal-ivvjaġġar, jitqiesu fid-direttivi speċifiċi għas-settur, li għalihom se tapplika l-possibbiltà ta' azzjoni rappreżentattiva.

Ir-rapporteur jemmen li, fl-interess ta' protezzjoni olistika tal-konsumaturi, hemm bżonn urġenti li d-direttivi speċifiċi għas-settur jiġu riveduti, aġġornati u adattati għall-iżviluppi fis-suq. Dan japplika b'mod partikolari għad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri tal-Ajru. Din id-Direttiva dwar l-Azzjonijiet Rappreżentattivi jeħtieġ li ma taljenax l-attenzjoni minn fuq il-fatt li reviżjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri ilha issa meħtieġa għal żmien twil. Madankollu, f'dan l-istadju għadu kmieni wisq li jingħad jekk hux se jkun hemm riformulazzjoni sena wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar l-Azzjonijiet Rappreżentattivi, u għalhekk l-iskadenza proposta mill-Kummissjoni biex issir evalwazzjoni dwar iż-żamma kontinwa fl-Anness 1 tidher li għandha ftit valur.

Il-proċeduri għal rimedju kollettiv ma għandhomx jintużaw biex jitwettqu kompiti ta' servizz pubbliku bħal imġiba ta' prosekuzzjoni li tirriżulta f'dannu. Il-prestazzjoni ta' tali funzjonijiet pubbliċi m'għandhiex tiġi esternalizzata lil korpi privati billi l-entitajiet privati jingħataw aċċess esklussiv għal proċeduri rilevanti.

Id-Direttiva ma ssemmix il-possibbiltà ta' mekkaniżmi kompetittivi b'effett ta' imblukkar fuq azzjonijiet rappreżentattivi sussegwenti. F'dan il-każ, jekk għandu jiġi evitat numru eċċessiv ta' proċeduri, għad-detriment tal-qrati, il-konsumaturi u n-negozji, huma meħtieġa analiżi ddettaljata u regolamentazzjoni.

M'għandu jkun hemm l-ebda inċentiv biex jitwettqu azzjonijiet arbitrarji u ta' estorsjoni kontra l-kumpaniji, li jistgħu jinbidlu f'mudell kummerċjali li jħalli l-qligħ.

Barra minn hekk, ir-rapporteur huwa tal-fehma li hemm lok għal titjib ulterjuri fil-punti li ġejjin:

1.  Definizzjoni ta' entitajiet kwalifikati: Il-kundizzjonijiet tal-prerekwiżiti jeħtieġu jiġu definiti b'mod aktar strett u l-kundizzjonijiet kollha jridu jkunu b'saħħithom fl-entitajiet kwalifikati rispettivi għad-durata tal-azzjoni rappreżentattiva.

2.  "Sistema ta' inklużjoni fakultattiva": Ir-rapporteur jiċħad l-azzjonijiet rappreżentattivi taħt id-dritt privat mingħajr ebda mandat mill-konsumaturi konċernati, peress li l-ħruġ minn din is-"sistema ta' inklużjoni fakultattiva" ma jikkonformax mat-tradizzjoni legali Ewropea tagħna. Prerekwiżit għal rimedji kollettivi jrid ikun il-qbil tal-konsumaturi li t-talbiet tagħhom jiġu sostnuti. Madankollu, jista' jiġi preżunt li l-applikazzjoni ta' "sistema ta' inklużjoni fakultattiva" fl-hekk imsejħa "tilwim żgħir" mhux se jkollha approvazzjoni wiesgħa mill-allegat vittmi, peress li dawn mhu se jibbenefikaw direttament minn ebda kumpens potenzjali.

3.  Finanzjament ta' entitajiet kwalifikati: L-entitajiet kwalifikati ma għandhom, taħt l-ebda ċirkostanza, jiġu ffinanzjati bl-appoġġ mill-istat. F'dan ir-rigward, il-prinċipju tal-ugwaljanza jrid japplika għall-ilmentaturi u l-konvenuti. L-ebda naħa ma tista' tingħata trattament preferenzjali.

4.  Ħlas għall-avukati: L-azzjonijiet rappreżentattivi ma għandhomx jipprovdu inċentiv għal tilwim, li mill-perspettiva tal-partijiet konċernati mhuwiex meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda possibbiltà ta' tariffi ta' kontinġenza.

5.  Litigazzjoni kriminali: L-ammont ta' kwalunkwe kumpens potenzjali m'għandux jaqbeż il-limitu tar-rimedju li seta' nkiseb permezz ta' litigazzjoni individwali.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tippermetti lill-entitajiet kwalifikati, li jirrappreżentaw l-interess kollettiv tal-konsumaturi, li jfittxu rimedju permezz ta' azzjonijiet rappreżentattivi kontra l-ksur ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni. L-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu għall-waqfien jew il-projbizzjoni ta' ksur, li jiġi kkonfermat li seħħ ksur u li jfittxu rimedju, bħall-kumpens, tiswija jew roħs fuq il-prezz kif disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali.

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tippermetti lill-entitajiet kwalifikati, li jirrappreżentaw l-interess kollettiv tal-konsumaturi, li jfittxu rimedju permezz ta' azzjonijiet rappreżentattivi kontra l-ksur ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni. L-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu għall-waqfien jew il-projbizzjoni ta' ksur, li jiġi kkonfermat li seħħ ksur u li jfittxu rimedju, bħall-kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tneħħija jew roħs fuq il-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas kif disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-Kummissjoni adottat proposta leġiżlattiva għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u r-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport ta' passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru30 u għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji31. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stipulat li, tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tivvaluta jekk ir-regoli tal-Unjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u tal-ferrovija joffrux livell xieraq ta' protezzjoni għall-konsumaturi, komparabbli għal dak previst f'din id-Direttiva, u tiġbed il-konklużjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

imħassar

_________________

 

30 COM(2013) 130 final.

 

31 COM(2017) 548 final.

 

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-entitajiet kwalifikati jenħieġ li jkunu jistgħu jitolbu għal miżuri bl-għan li tiġi eliminata l-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jieħdu l-forma ta'ordni ta' rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, roħs fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq u skont kif disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali.

(16)  L-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu għal miżuri bl-għan li tiġi eliminata l-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jieħdu l-forma ta' ordni ta' rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tneħħija, roħs fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq u skont kif disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-entitajiet kwalifikati jipprovdu biżżejjed informazzjoni biex isostnu azzjoni rappreżentattiva għal rimedju, inkluż deskrizzjoni tal-grupp ta' konsumaturi konċernati mill-ksur u l-kwistjonijiet ta' fatti u ta' liġi li jridu jiġu riżolti fl-azzjoni rappreżentattiva. L-entità kwalifikata jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa tidentifika individwalment il-konsumaturi kollha konċernati minn ksur biex tibda azzjoni. F'azzjonijiet rappreżentattivi għal rimedju, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva jenħtieġ li tivverifika kemm jista' jkun kmieni fil-proċedimenti jekk il-każ huwiex adatt biex jitressaq bħala azzjoni rappreżentattiva, minħabba n-natura tal-ksur u l-karatteristiċi tad-danni mġarrba mill-konsumaturi konċernati.

(18)  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-entitajiet kwalifikati jipprovdu biżżejjed informazzjoni biex isostnu azzjoni rappreżentattiva għal rimedju, inkluż deskrizzjoni tal-grupp ta' konsumaturi konċernati mill-ksur u l-kwistjonijiet ta' fatti u ta' liġi li jridu jiġu riżolti fl-azzjoni rappreżentattiva. L-entità kwalifikata jenħtieġ li tkun meħtieġa tidentifika individwalment il-konsumaturi kollha konċernati minn ksur u tikseb il-kunsens tagħhom minn qabel għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjoni rappreżentattiva biex tibda azzjoni. F'azzjonijiet rappreżentattivi għal rimedju, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva jenħtieġ li tivverifika kemm jista' jkun kmieni fil-proċedimenti jekk il-każ huwiex adatt biex jitressaq bħala azzjoni rappreżentattiva, minħabba n-natura tal-ksur u l-karatteristiċi tad-danni mġarrba mill-konsumaturi konċernati.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Meta l-konsumaturi konċernati mill-istess prassi jkunu identifikabbli u jkunu ġarrbu ħsara komparabbli tul perjodu ta' żmien jew mill-akkwist, bħal fil-każ ta' kuntratti tal-konsumatur fit-tul, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tista' tiddefinixxi b'mod ċar il-grupp ta' konsumaturi konċernati mill-ksur matul l-azzjoni rappreżentattiva. B'mod partikolari, qorti jew awtorità amministrattiva tista' titlob lin-negozjant li wettaq il-ksur biex jipprovdi l-informazzjoni rilevanti, bħalma hija l-identità tal-konsumaturi konċernati u kemm damet il-prassi. Għal raġunijiet ta' ħeffa u effiċjenza, f'dawn il-każijiet l-Istati Membri, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, jistgħu jikkunsidraw li l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jibbenefikaw direttament minn ordni ta' rimedju wara li tkun inħarġet mingħajr ma jkunu meħtieġa jagħtu l-mandat individwali tagħhom qabel ma tinħareġ l-ordni ta' rimedju.

(20)  Meta l-konsumaturi konċernati mill-istess prassi jkunu identifikabbli u jkunu ġarrbu ħsara komparabbli tul perjodu ta' żmien jew mill-akkwist, bħal fil-każ ta' kuntratti tal-konsumatur fit-tul, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tista' tiddefinixxi b'mod ċar il-grupp ta' konsumaturi konċernati mill-ksur matul l-azzjoni rappreżentattiva. B'mod partikolari, qorti jew awtorità amministrattiva tista' titlob lin-negozjant li wettaq il-ksur biex jipprovdi l-informazzjoni rilevanti, bħalma hija l-identità tal-konsumaturi konċernati u kemm damet il-prassi. Għal raġunijiet ta' ħeffa u effiċjenza, f'dawn il-każijiet l-Istati Membri, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, jistgħu jikkunsidraw li jagħtu lill-konsumaturi il-possibbiltà li jibbenefikaw direttament minn ordni ta' rimedju wara li tkun inħarġet, billi jkunu meħtieġa jagħtu l-mandat individwali tagħhom qabel ma tinħareġ l-ordni ta' rimedju.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  F'każijiet ta' valur baxx il-biċċa l-kbira tal-konsumaturi x'aktarx ma jiħdux azzjoni biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom minħabba li l-isforzi jissuperaw il-benefiċċji individwali. Madankollu, jekk l-istess prassi tikkonċerna għadd ta' konsumaturi, it-telf aggregat jista' jkun sinifikanti. F'dawn il-każijiet, il-qorti jew l-awtorità tista' tikkunsidra li huwa sproporzjonat li tiddistribwixxi l-fondi lura lill-konsumaturi konċernati, pereżempju minħabba li dan ikun oneruż wisq jew imprattikabbli. Għalhekk, il-fondi riċevuti bħala kumpens permezz tal-azzjonijiet rappreżentattivi jistgħu jkunu aktar utli għal finijiet ta' protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi u jenħtieġ li jiġu diretti lejn skop pubblika rilevanti, bħal fond għall-għajnuna legali lill-konsumaturi, kampanji ta' sensibilizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet tal-konsumatur.

(21)  F'każijiet ta' valur baxx il-biċċa l-kbira tal-konsumaturi x'aktarx ma jiħdux azzjoni biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom minħabba li l-isforzi jissuperaw il-benefiċċji individwali. Madankollu, jekk l-istess prassi tikkonċerna għadd ta' konsumaturi, it-telf aggregat jista' jkun sinifikanti. F'dawn il-każijiet, minkejja d-dritt tal-konsumaturi individwali li jitolbu kumpens, il-qorti jew l-awtorità tista' tikkunsidra li huwa sproporzjonat li tiddistribwixxi l-fondi lura lill-konsumaturi konċernati, pereżempju minħabba li dan ikun oneruż wisq jew imprattikabbli. Għalhekk, il-fondi riċevuti bħala kumpens permezz tal-azzjonijiet rappreżentattivi jistgħu jkunu aktar utli għal finijiet ta' protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi u jenħtieġ li jiġu diretti lejn skop pubbliku rilevanti, bħal fond għall-għajnuna legali lill-konsumaturi, kampanji ta' sensibilizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet tal-konsumatur. Il-fondi jenħtieġ li ma jiġux assenjati lill-entità kwalifikata li tkun ressqet l-azzjoni, sabiex jiġi evitat kunflitt ta' interess.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Din id-Direttiva tipprevedi mekkaniżmu proċedurali, li ma jaffettwawx ir-regoli li jistabbilixxu drittijiet sostantivi tal-konsumatur għal rimedji kuntrattwali u mhux kuntrattwali f'każ li l-interessi tagħhom ikunu ġew milquta minn ksur, bħalma huwa d-dritt għal kumpens għad-danni, it-terminazzjoni ta' kuntratt, rimborż, sostituzzjoni, tiswija jew roħs fuq il-prezz. Azzjoni rappreżentattiva li titlob rimedju skont din id-Direttiva tista' titressaq biss meta l-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali tipprevedi dawn id-drittijiet sostantivi.

(23)  Din id-Direttiva tipprevedi mekkaniżmu proċedurali, li ma jaffettwax ir-regoli li jistabbilixxu drittijiet sostantivi tal-konsumatur għal rimedji kuntrattwali u mhux kuntrattwali f'każ li l-interessi tagħhom ikunu ġew milquta minn ksur, bħalma huwa d-dritt għal kumpens għad-danni, it-terminazzjoni ta' kuntratt, rimborż, sostituzzjoni, tneħħija, tiswija jew roħs fuq il-prezz. Azzjoni rappreżentattiva li titlob rimedju skont din id-Direttiva tista' titressaq biss meta l-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali tipprevedi dawn id-drittijiet sostantivi.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkunu kompletament trasparenti dwar is-sors tal-finanzjament tal-attività tagħhom inġenerali u dwar il-fondi li jappoġġjaw azzjoni rappreżentattiva speċifika għal rimedju sabiex jippermettu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi jivvalutaw jekk jistax ikun hemm kunflitt ta' interess bejn it-terza parti li qed tipprovdi l-fondi u l-entità kwalifikata u biex jiġu evitati r-riskji ta' litigazzjoni abbużiva, kif ukoll biex jivvalutaw jekk il-parti terza finanzjatur għandhiex biżżejjed riżorsi biex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha lejn l-entità kwalifikata. L-informazzjoni pprovduta mill-entità kwalifikata lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva li tissorvelja l-azzjoni rappreżentattiva jenħtieġ tippermettilom jivvalutaw jekk il-parti terza tistax tinfluwenza d-deċiżjonijiet proċedurali tal-entità kwalifikata fil-kuntest tal-azzjoni rappreżentattiva, inkluż dwar is-soluzzjonijiet u jekk hijiex qed tipprovdi finanzjament għal azzjoni rappreżentattiva għal rimedju kontra konvenut li huwa kompetitur tal-fornitur tal-fondi jew kontra konvenut li l-fornitur tal-fondi jiddependi minnu. Jekk xi waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi tiġi kkonfermata, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva jenħtieġ jkollha s-setgħa li tirrikjedi lill-entità kwalifikata tirrifjuta l-fondi rilevanti u, jekk ikun meħtieġ, tiċħad il-locus standi tal-entità kwalifikata f'każ speċifiku.

(25)  L-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkunu kompletament trasparenti matul kull fażi tal-proċess dwar is-sors tal-finanzjament tal-attività tagħhom inġenerali u dwar il-fondi li jappoġġjaw azzjoni rappreżentattiva speċifika għal rimedju sabiex jippermettu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi jivvalutaw jekk jistax ikun hemm kunflitt ta' interess bejn it-terza parti li qed tipprovdi l-fondi u l-entità kwalifikata u biex jiġu evitati r-riskji ta' litigazzjoni abbużiva, kif ukoll biex jivvalutaw jekk il-parti terza finanzjatur għandhiex biżżejjed riżorsi biex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha lejn l-entità kwalifikata. L-informazzjoni pprovduta mill-entità kwalifikata lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva li tissorvelja l-azzjoni rappreżentattiva jenħtieġ li tippermettilhom jivvalutaw jekk il-parti terza tistax tinfluwenza d-deċiżjonijiet proċedurali tal-entità kwalifikata fil-kuntest tal-azzjoni rappreżentattiva, inkluż dwar is-soluzzjonijiet u jekk hijiex qed tipprovdi finanzjament għal azzjoni rappreżentattiva għal rimedju kontra konvenut li huwa kompetitur tal-fornitur tal-fondi jew kontra konvenut li l-fornitur tal-fondi jiddependi minnu. Jekk xi waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi tiġi kkonfermata, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva jenħtieġ li jkollha s-setgħa li tirrikjedi lill-entità kwalifikata tirrifjuta l-fondi rilevanti u, jekk ikun meħtieġ, tiċħad il-locus standi tal-entità kwalifikata f'każ speċifiku.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Biex azzjoni rappreżentattiva jkollha suċċess huwa kruċjali li l-konsumaturi jiġu infurmati dwarha. Il-konsumaturi jenħtieġ jiġu infurmati li għaddejja azzjoni rappreżentattiva, dwar il-fatt li prassi ta' negozjant ġiet ikkunsidrata bħala ksur tal-liġi, id-drittijiet tagħhom wara l-istabbiliment ta' ksur u kwalunkwe pass sussegwenti li se jittieħed mill-konsumaturi konċernati, partikolarment biex jiksbu rimedju. Ir-riskji għar-reputazzjoni assoċjati mat-tixrid tal-informazzjoni dwar ksur huma wkoll importanti biex jiskoraġġixxu lin-negozjanti milli jiksru d-drittijiet tal-konsumaturi.

(31)  Biex azzjoni rappreżentattiva jkollha suċċess huwa kruċjali li l-konsumaturi jiġu infurmati dwarha. Il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu infurmati li għaddejja azzjoni rappreżentattiva, dwar il-fatt li prassi ta' negozjant ġiet ikkunsidrata bħala ksur tal-liġi, id-drittijiet tagħhom wara l-istabbiliment ta' ksur u kwalunkwe pass sussegwenti li se jittieħed mill-konsumaturi konċernati, partikolarment biex jiksbu rimedju. Ir-riskji għar-reputazzjoni assoċjati mat-tixrid tal-informazzjoni dwar ksur huma wkoll importanti biex jiskoraġġixxu lin-negozjanti milli jiksru deliberatament id-drittijiet tal-konsumaturi.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jippermettu li entitajiet kwalifikati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi bl-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, filwaqt li tiżgura salvagwardji xierqa biex tiġi evitata l-litigazzjoni abbużiva.

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jippermettu li entitajiet kwalifikati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi bl-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi fil-każ ta' ħsara tal-massa, filwaqt li tiżgura salvagwardji xierqa biex tiġi evitata l-litigazzjoni abbużiva.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet imfassla biex jagħtu lill-entitajiet kwalifikati jew lil xi persuni oħra konċernati mezzi oħrajn biex iressqu azzjonijiet bl-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi fil-livell nazzjonali.

2.  Din id-Direttiva timmira lejn armonizzazzjoni minima u ma għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet imfassla biex jagħtu lill-entitajiet kwalifikati jew lil xi persuni oħra konċernati mezzi oħrajn biex iressqu azzjonijiet bl-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi fil-livell nazzjonali.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal azzjonijiet rappreżentattivi mressqa kontra l-ksur, minn negozjanti, ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni elenkata fl-Anness I li jagħmlu ħsara jew li jistgħu jkunu ta' dannu għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Id-Direttiva għandha tapplika għal ksur domestiku u transfruntier, inkluż meta dak il-ksur ikun waqaf qabel ma tkun bdiet u qabel ma tkun intemmet l-azzjoni rappreżentattiva.

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal azzjonijiet rappreżentattivi mressqa kontra l-ksur, minn negozjanti, ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni elenkata fl-Anness I li jagħmlu jew aktarx li jagħmlu ħsara tal-massa lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Id-Direttiva għandha tapplika għal ksur b'dimensjoni tal-Unjoni, inkluż meta dak il-ksur ikun waqaf qabel ma tkun bdiet u qabel ma tkun intemmet l-azzjoni rappreżentattiva.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-azzjoni rappreżentattiva m'għandhiex tissostitwixxi d-dritt tal-konsumatur li jirċievi kumpens individwali, previst minn liġi speċifika tal-Unjoni, f'każ ta' ksur minn negozjanti ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal liġi tal-Unjoni taħt reviżjoni kif elenkata fl-Anness III (ġdid).

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  "Ħsara tal-massa" tfisser ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni min-negozjanti ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni elenkati fl-Anness I li jagħmlu ħsara jew jistgħu jagħmlu ħsara lill-interess kollettiv ta' numru konsiderevoli ta' konsumaturi;

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  "każ ta' ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni" tfisser ksur mifrux li jkun għamel ħsara, ikun qed jagħmel ħsara jew x'aktarx se jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi f'tal-inqas żewġ terzi mill-Istati Membri, li flimkien jammontaw għal mill-inqas żewġ terzi tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tkun kostitwita korrettament skont il-liġi ta' Stat Membru;

(a)  tkun kostitwita korrettament skont il-liġi ta' Stat Membru u tkun irreġistrata fuq lista fil-ministeru kompetenti tal-Istat Membru tal-kumpanija;

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  tkun ġiet stabbilita għal mill-inqas tliet snin u tkun attiva b'mod kontinwu matul it-tliet snin preċedenti;

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista ta' entitajiet kwalifikati u kwalunkwe aġġornament.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  ikollha kapaċità biżżejjed f'termini ta' riżorsi finanzjarji, riżorsi umani u kompetenza legali, biex tirrappreżenta diversi rikorrenti u taġixxi fl-aħjar interess tagħhom.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)  għandu jkun hemm relazzjoni diretta bejn l-objettivi ewlenin tal-entitajiet u d-drittijiet mogħtija skont id-dritt tal-Unjoni li allegatament ġew miksura u li l-azzjoni tkun saret għalihom;

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd)  isservi ta' skop għal benefiċċju pubbliku

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li b'mod partikolari organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u korpi pubbliċi indipendenti huma eliġibbli għall-istatus ta' entità kwalifikata. L-Istati Membri jistgħu jaħtru bħala entitajiet kwalifikati organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jirrappreżentaw membri minn aktar minn Stat Membru wieħed.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li organizzazzjonijiet stabbiliti jew ad-hoc li jiddefendu l-interess pubbliku, b'mod partikolari organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u korpi pubbliċi indipendenti huma eliġibbli għall-istatus ta' entità kwalifikata. L-Istati Membri jistgħu jaħtru bħala entitajiet kwalifikati organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw membri minn aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jitolbu ordnijiet ta' inġunzjoni, l-entitajiet kwalifikati ma għandhomx għalfejn jiksbu l-mandat tal-konsumaturi individwali konċernati jew jipprovdu prova ta' telf jew dannu reali min-naħa tal-konsumaturi konċernati jew tal-intenzjoni jew tan-negliġenza min-naħa tan-negozjant.

Sabiex jitolbu ordnijiet ta' inġunzjoni, l-entitajiet kwalifikati għandhom għalfejn jiksbu l-mandat tal-konsumaturi individwali konċernati jew jipprovdu prova ta' telf jew dannu reali min-naħa tal-konsumaturi konċernati jew tal-intenzjoni jew tan-negliġenza min-naħa tan-negozjant.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Ordni ta' rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, inter alia, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tneħħija, tnaqqis fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Article 6 – paragraph 1 – subparagraph 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-fini tal-Artikolu 5(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jitolbu ordni ta' rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tnaqqis fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq. Stat Membru jista' jeħtieġ il-mandat ta' konsumaturi individwali konċernat qabel ma tittieħed deċiżjoni dikjaratorja jew tinħareġ ordni ta' rimedju.

Għall-fini tal-Artikolu 5(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jitolbu ordni ta' rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tneħħija, tnaqqis fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq. Stat Membru għandu jeħtieġ il-mandat ta' konsumaturi individwali konċernat qabel ma tittieħed deċiżjoni dikjaratorja jew tinħareġ ordni ta' rimedju.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-entità kwalifikata għandha tipprovdi biżżejjed informazzjoni kif meħtieġ skont il-liġi nazzjonali biex issostni l-azzjoni, inkluż deskrizzjoni tal-konsumaturi konċernati mill-azzjoni u l-kwistjonijiet tal-fatti u tal-liġi li jridu jiġu riżolti.

L-entità kwalifikata jeħtiġilha tipprovdi biżżejjed informazzjoni kif meħtieġ skont il-liġi nazzjonali biex issostni l-azzjoni, inkluż deskrizzjoni tal-konsumaturi konċernati mill-azzjoni u l-kwistjonijiet tal-fatti u tal-liġi li jridu jiġu riżolti u dimostrazzjoni li l-proċedura ta' pretensjoni tkun intemmet fejn id-drittijiet tal-konsumaturi jkunu protetti minn regolamenti predefiniti bbażati fuq pretensjonijiet.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva li minflok toħroġ ordni ta' rimedju, toħroġ deċiżjoni deklaratorja dwar ir-responsabilità tan-negozjant lejn il-konsumaturi li jkunu sofrew danni minħabba ksur tal-liġi tal-Unjoni elenkata fl-Anness I, f'każijiet ġustifikati kif dovut meta, minħabba l-karatteristiċi tad-danni individwali tal-konsumaturi konċernati, il-kwantifikazzjoni tar-rimedju individwali tkun kumplessa.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entitajiet kwalifikati jistgħu legalment jirċievu biss il-mandat minn konsumatur individwali, wara li l-entità kwalifikata tkun infurmat b'mod sħiħ lil dawk il-konsumaturi individwali bil-miktub dwar: (i) l-aspetti rilevanti kollha tal-proċedura kollettiva; (ii) il-possibbiltà għall-konsumaturi li l-ewwel jitolbu direttament lill-kummerċjant mingħajr intervent tal-entità kwalifikata jew irrappreżentati mill-avukat tagħhom jew rappreżentant ieħor permess mil-liġi nazzjonali; u (iii) kwalunkwe għażla disponibbli għal rikors individwali, inklużi dawk taħt id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-konsumaturi konċernati mill-ksur ikunu identifikabbli u ġarrbu dannu komparabbli kkawżat mill-istess prassi tul perjodu ta' żmien jew minn akkwist. F'każijiet bħal dawn, ir-rekwiżit tal-mandat tal-konsumaturi individwali ma għandux jikkostitwixxi kundizzjoni biex tinbeda azzjoni. Ir-rimedju għandu jkun dirett lejn il-konsumaturi konċernati;

imħassar

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-konsumaturi jkunu sofrew ammont żgħir ta' telf u jkun sproporzjonat li jiġu distribwiti rimedju lilhom. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkunx meħtieġ il-mandat tal-konsumaturi individwali konċernati. Ir-rimedju għandu jkun intiż għal skop pubbliku li jservi l-interessi kollettivi tal-konsumaturi.

imħassar

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-entitajiet kwalifikati wara l-Artikolu 6.2.ii għandha tinkludi dan li ġej: (i) l-identità tal-entità kwalifikata u l-interess leġittimu tagħha fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni; (ii) il-passi kollha possibbli tal-proċedura kollettiva u t-tul mistenni tagħhom; (iii) modi kif jew in-nuqqas tagħhom biex il-konsumaturi involuti jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-entità kwalifikata fir-rigward tal-proċedura kollettiva individwalment jew kollettivament; (iv) informazzjoni ċara dwar kwalunkwe spiża relatata mal-proċedura kollettiva li tista' tiġi ddebitata jew miżmuma bi kwalunkwe mod mill-konsumaturi individwali, inkluż eżempju ta' kalkolu ta' kif tali spejjeż jista' jkollhom impatt fuq il-kumpens possibbli jew forma oħra ta' rimedju li konsumaturi individwali jistgħu jirċievu; u (v) informazzjoni dettaljata dwar kif u meta l-konsumaturi individwali se jirċievu l-kumpens tagħhom jew forma oħra ta' rimedju f'każ li l-proċedura kollettiva tkun ta' suċċess.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-entità kwalifikata li titlob ordni ta' rimedju kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) għandha tiddikjara fi stadju bikri tal-azzjoni s-sors tal-fondi użati għall-attività tagħha inġenerali u l-fondi li tuża biex issostni l-azzjoni. Hija għandha turi li għandha biżżejjed riżorsi finanzjarji biex tirrappreżenta l-aħjar interessi tal-konsumaturi konċernati u biex tħallas l-ispejjeż jekk azzjoni ma tirnexxix.

1.  L-entità kwalifikata li titlob ordni ta' rimedju kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) għandha tiddikjara fi stadju bikri tal-azzjoni s-sors tal-fondi użati għall-attività tagħha inġenerali u l-fondi li tuża biex issostni l-azzjoni matul il-proċedura sħiħa. Hija għandha turi b'mod trasparenti li għandha biżżejjed riżorsi finanzjarji biex tirrappreżenta l-aħjar interessi tal-konsumaturi konċernati u biex tħallas l-ispejjeż jekk azzjoni ma tirnexxix.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpens li għandu jingħata mill-intrapriża wara li azzjoni rappreżentattiva tirnexxi, ikun ta' benefiċċju biss għall-konsumaturi involuti; minn dan jistgħu jitnaqqsu l-ispejjeż li jirriżultaw tal-persunal jew tal-qorti, f'każ li dawn ma jiġux rimborżati b'mezzi oħra lill-entità kwalifikata.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  L-ispejjeż għal azzjoni rappreżentattiva li ma tkunx irnexxiet iridu jitħallsu mill-entità kwalifikata.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva għandha teġiżi lin-negozjant li wettaq il-ksur jgħarraf lill-konsumaturi affettwati, għas-spejjeż tiegħu, dwar id-deċiżjonijiet finali li jipprevedu għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 5 u 6, u s-soluzzjonijiet approvati msemmija fl-Artikolu 8, b'mezzi xierqa taċ-ċirkustanzi tal-każ u fil-limiti ta' żmien speċifikati, inkluż, fejn xieraq, billi jinnotifika individwalment lill-konsumaturi konċernati kollha.

(1)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva għandha tgħarraf lill-konsumaturi affettwati, għas-spejjeż tagħha, dwar id-deċiżjonijiet finali li jipprevedu l-miżuri msemmija fl-Artikoli 5 u 6, u s-soluzzjonijiet approvati msemmija fl-Artikolu 8, b'mezzi xierqa taċ-ċirkustanzi tal-każ u fil-limiti ta' żmien speċifikati, inkluż, fejn xieraq, billi jinnotifika individwalment lill-konsumaturi konċernati kollha.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata informazzjoni lill-pubbliku b'mod aċċessibbli, dwar azzjonijiet kollettivi li ġejjin, li jkunu għaddejjin u dawk magħluqa, jiġifieri fuq sit web pubbliku.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba ta' entità kwalifikata li tkun ippreżentat fatti raġonevolment disponibbli u biżżejjed evidenza biex issostni l-azzjoni rappreżentattiva, u tkun indikat aktar evidenza li tkun tinsab fil-kontroll tal-konvenut, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tista' tordna, skont ir-regoli nazzjonali ta' proċedura, li din l-evidenza tiġi ppreżentata mill-konvenut, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba ta' entità kwalifikata li tkun ippreżentat fatti raġonevolment disponibbli u biżżejjed evidenza biex issostni l-azzjoni rappreżentattiva, u tkun indikat aktar evidenza li tkun tinsab fil-kontroll tal-konvenut, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tista' tordna li din l-evidenza tiġi ppreżentata mill-konvenut. Din l-ordni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-ħtieġa, il-kamp ta' applikazzjoni u l-proporzjonalità tal-iżvelar mitlub, skont ir-regoli proċedurali nazzjonali, u skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ispejjeż proċedurali relatati ma' azzjonijiet rappreżentattivi ma jikkostitwixxux ostakoli finanzjarji biex l-entitajiet kwalifikati jeżerċitaw b'mod effettiv id-dritt li jitolbu l-miżuri msemmija fl-Artikoli 5 u 6, bħal li jillimitaw it-tariffi applikabbli tal-qorti jew amministrattivi, jagħtihom aċċess għal għajnuna legali fejn meħtieġ, jew billi jipprovdulhom finanzjament pubbliku għal dan il-għan.

(1)  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ispejjeż proċedurali relatati ma' azzjonijiet rappreżentattivi ma jikkostitwixxux ostakoli finanzjarji biex l-entitajiet kwalifikati jeżerċitaw b'mod effettiv id-dritt li jitolbu l-miżuri msemmija fl-Artikoli 5 u 6, bħal li jillimitaw it-tariffi applikabbli tal-qorti jew amministrattivi, jagħtihom aċċess għal għajnuna legali fejn meħtieġ.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-regoli dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u tal-ferrovija, joffrux livell ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi paragunabbli ma' dak previst skont din id-Direttiva. Meta dan ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tagħmel proposti xierqa, li jistgħu jikkonsistu b'mod partikolari f'li jitneħħew l-atti msemmija fil-punti 10 u 15 tal-Anness I mill-kamp tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, kif definit fl-Artikolu 2.

imħassar

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).

imħassar

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

imħassar

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).

imħassar

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

imħassar

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Anness IIa (ġdid) - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ANNESS III LISTA TAL-LIĠI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(4)

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Anness IIa (ġdid) - punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi

Referenzi

COM(2018)0184 – C8-0149/2018 – 2018/0089(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

2.5.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

31.5.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Georg Mayer

23.5.2018

Eżami fil-kumitat

9.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

14

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Jacqueline Foster, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Franck Proust, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Massimiliano Salini, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Mark Demesmaeker, Anders Sellström, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Gahler, Clare Moody, Flavio Zanonato

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

21

+

ALDE

Gesine Meissner, Pavel Telička

ECR

Mark Demesmaeker, Jacqueline Foster, Peter Lundgren, Roberts Zīle

ENF

Marie-Christine Arnautu

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Innocenzo Leontini, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska,,Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Franck Proust, Massimiliano Salini, Anders Sellström, Henna Virkkunen, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

14

-

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, De Monte, Clare Moody, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Claudia Țapardel, István Ujhelyi, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

1

0

EFDD

Daniela Aiuto

 

Corrections to vote

+

 

-

 

0

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi

Referenzi

COM(2018)0184 – C8-0149/2018 – 2018/0089(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.4.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

2.5.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

2.5.2018

TRAN

31.5.2018

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.9.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Geoffroy Didier

22.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.6.2018

20.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

6.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Mary Honeyball, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Geoffroy Didier, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Ana Miranda, Jens Rohde, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Georges Bach, Kostadinka Kuneva, Jeroen Lenaers, Philippe Loiseau, Marco Zullo

Data tat-tressiq

7.12.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, Jens Rohde

EFDD

Joëlle Bergeron, Marco Zullo

PPE

Georges Bach, Geoffroy Didier, Rosa Estaràs Ferragut, Jeroen Lenaers, Pavel Svoboda, József Szájer

S&D

Lucy Anderson, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Pascal Durand, Ana Miranda, Julia Reda

0

-

 

 

3

0

ECR

Angel Dzhambazki

ENF

Philippe Loiseau

GUE/NGL

Kostadinka Kuneva

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Jannar 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza