RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà

10.12.2018 - (COM(2018)0901 – C8‑0492/2018 – 2018/2274(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Daniele Viotti

Proċedura : 2018/2274(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0455/2018
Testi mressqa :
A8-0455/2018
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà

(COM(2018)0901 – C8‑04922018 – 2018/2274(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0901 – C8‑0492/2018),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[2], u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ġdid tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 li adottat il-Kummissjoni fit-30 ta' Novembru 2018 (COM(2018)0900), skont l-Artikolu 314(8) TFUE,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-trilogu baġitarju tal-4 ta' Diċembru 2018,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Abbozz ta' Baġit Ġenerali l-ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, adottat mill-Kunsill fil-11 ta' Diċembru 2018 u mgħoddi lill-Parlament fl-istess ġurnata (15206/2018 – C8-0492/2012),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0455/2018),

A.  billi l-Istrument ta' Flessibilità hu maħsub biex jippermetti l-finanzjament, għal sena finanzjarja partikolari, ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tkun iffinanzjata fil-limiti massimi disponibbli ta' intestatura waħda jew aktar,

B.  billi l-Kummissjoni kienet ipproponiet il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità b'ammont ta' EUR 985 629 138 miljun lil hinn mil-limitu massimu tal-intestura 3, biex tissupplimenta l-finanzjament disponibbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019, bil-għan li tiffinanzja miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà;

C.  billi r-rappreżentanti tal-Parlament u tal-Kunsill qablu, waqt it-trilogu baġitarju tal-4 ta' Diċembru 2018, li jimmobbilizzaw aktar l-Istrument tal-Flessibilità b'EUR 178 715 475 bħala riżultat tat-tisħiħ tal-programmi Orizzont 2020 u Erasmus+ fis-subintestatura 1a;

1.  Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibilità jiġi mmobilizzat għal ammont ta' EUR 1 164 344 613 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

2.  Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, tindika għal darb'oħra l-bżonn kruċjali ta' aktar flessibilità fil-baġit tal-Unjoni;

3.    Itenni l-opinjoni li ilu jħaddan li l-pagamenti li ġejjin minn impenji mobilizzati preċedentement permezz tal-Istrument ta' Flessibilità, jistgħu jingħaddu biss lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP;

4.    Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

5.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
  • [2]  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità biex jiġu msaħħa programmi ewlenin għall-kompetittivitá tal-UE għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[1], u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)  L-Istrument ta' Flessibilità huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti disponibbli għal intestatura waħda jew aktar.

(2)  Il-limitu massimu tal-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibilità jlaħħaq il-EUR 600 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013[2], żdied, kull fejn applikabbli mill-ammonti skaduti li saru disponibbli skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta dak l-Artikolu.

(3)  Bil-għan li jiġu msaħħa l-programmi ewlenin għall-kompetittività tal-UE u biex jiġu indirizzati l-isfidi kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tat-theddid għas-sigurtà, huwa meħtieġ li jiġu mmobilizzati ammonti addizzjonali sinifikanti għall-finanzjament ta' tali miżuri bħala kwistjoni ta' urġenza.

(4)  Wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet skont il-limiti ta' nfiq tal-intestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi) u l-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza), jeħtieġ li jiġi mobilizzat l-Istrument ta' Flessibilità bil-għan li jissupplimenta l-finanzjament disponibbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena ta' finanzjament 2019 b'ammont ta' EUR 178 715 475 lil hinn mil-limitu massimu tal-intestura 1a, biex jissaħħaħ il-programmi ewlenin għall-kompetittività tal-UE u tal-intestatura 3 bl-ammont ta' EUR 985 629 138 bil-għan li tiffinanzja miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà;

(5)  Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità jenħtieġ li jiġu mqassma matul diversi snin ta' finanzjament.

(6)  Sabiex ikun permess l-użu malajr tal-fondi, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tibda tapplika mill-bidu tas-sena finanzjarja 2019.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.  Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019, l-Istrument ta' Flessibilità għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta' EUR 178 715 475 f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-Intestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi) u ta' EUR 985 629 138 f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-Intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza).

L-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw programmi ewlenin għall-kompetittività tal-UE u biex jiġu ffinanzjati miżuri li jindirizzaw l-isfidi kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tat-theddid tas-sigurtà.

2.  Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għandhom ikunu stmati kif ġej:

    (a)  EUR 548 740 834 fl-2019;

    (b)  EUR 257 223 207 fl-2020;

    (c)  EUR 135 194 558 fl-2021;

    (d)  EUR 140 942 662 fl-2022;

    (e)  EUR 82 243 352 fl-2023.

L-ammonti speċifiċi ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati f'konformità mal-proċedura baġitarja annwali.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

  • [1]   ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
  • [2]   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

10.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, John Howarth, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Indrek Tarand, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Karine Gloanec Maurin, Marco Valli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Claudia Schmidt

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Jean Arthuis

PPE

Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Patricija Šulin

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Daniele Viotti, Manuel dos Santos

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

2

-

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Liadh Ní Riada

2

0

EFDD

Marco Valli

ENF

Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Diċembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza