RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

    11.12.2018 - (COM(2018)0530 – C8‑0378/2018 – 2018/0279(NLE)) - *

    Kumitat għall-Affarijiet Legali
    Rapporteur: Mary Honeyball

    Proċedura : 2018/0279(NLE)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A8-0458/2018
    Testi mressqa :
    A8-0458/2018
    Dibattiti :
    Votazzjonijiet :
    Testi adottati :

    ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

    (COM(2018)0530 – C8‑0378/2018 – 2018/0279(NLE))

    (Konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    –  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2018)0530),

    –  wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

    –  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0378/2018),

    –  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja[1] dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

    –  wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0458/2018),

    1.  Japprova l-awtorizzazzjoni lill-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

    2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

    • [1]  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.

    NOTA SPJEGATTIVA

    Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri hija strument ta' importanza fundamentali. Il-Konvenzjoni ġiet ratifikata mill-Istati Membri kollha tal-UE.

    Il-Konvenzjoni introduċiet sistema ta' kooperazzjoni bejn l-istati kontraenti bil-għan li jsolvu każijiet ta' ħtif internazzjonali ta' minuri.

    Ħafna drabi, dawn il-problemi jinħolqu meta koppja tissepara. Meta l-omm u l-missier ikunu minn stati differenti, ikun hemm it-tentazzjoni li jiġi sfruttat in-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn dawk l-istati sabiex tittieħed il-kustodja tal-minuri. L-istampa hija miżgħuda b'rapporti ta' każijiet ta' ħtif internazzjonali ta' minuri wara separazzjoni jew divorzju.

    Il-problema prinċipali f'każijiet bħal dawn hija t-tendenza tas-sistemi ġudizzjarji tal-istati individwali li jiffavorixxu liċ-ċittadini ta' pajjiżhom. F'dawn il-każijiet, spiss jiġri li l-qrati taż-żewġ stati kkonċernati jiddikjaraw lilhom infushom kompetenti u li kull qorti tagħti l-kustodja tal-minuri lill-ġenitur li jkun ċittadin tal-istat fejn tinsab il-qorti.

    L-iskop tal-Konvenzjoni huwa li dawn is-sitwazzjonijiet jiġu riżolti fil-livell internazzjonali, billi jiġi stabbilit li l-qrati kompetenti u l-liġijiet applikabbli huma dawk tal-istat ta' residenza tal-minuri. Il-Konvenzjoni tintroduċi wkoll sistema li tiżgura r-ritorn immedjat tal-minuri li jkunu ġew maħtufa.

    L-UE issa għandha kompetenza esterna esklużiva f'dan il-qasam, kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/13. L-Istati Membri għalhekk ma jaġixxux aktar għal rashom. Il-problema hija li l-Konvenzjoni ma tipprevedix l-azzjoni awtonoma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

    Il-Belarussja ddepożitat l-istrument tal-adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-1980 fit-12 ta' Jannar 1998. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fil-Belarussja fl-1 ta' April 1998.

    Il-Konvenzjoni tal-1980 bejn il-Belarussja u 24 Stat Membru tal-UE diġà daħlet fis-seħħ. Huma biss l-Awstrija, id-Danimarka, il-Lussemburgu u r-Rumanija li għadhom ma aċċettawx l-adeżjoni tal-Belarussja mal-Konvenzjoni.

    L-Użbekistan iddepożita l-istrument tal-adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-1980 fil-31 ta' Mejju 1999. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-Użbekistan fl-1 ta' Awissu 1999.

    Il-Konvenzjoni tal-1980 bejn l-Użbekistan u 24 Stat Membru tal-UE diġà daħlet fis-seħħ. Huma biss l-Awstrija, id-Danimarka, il-Lussemburgu u r-Rumanija li għadhom ma aċċettawx l-adeżjoni tal-Użbekistan mal-Konvenzjoni.

    Minħabba li l-kwistjoni tal-ħtif internazzjonali tal-minuri taqa' taħt il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni dwar jekk tiġix aċċettata l-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan għandha tittieħed fil-livell tal-UE permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill. B'hekk l-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija għandhom jagħmlu d-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni fir-rigward tal-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan fl-interess tal-Unjoni Ewropea.

    L-aċċettazzjoni tal-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija tagħmel lill-Konvenzjoni tal-1980 applikabbli bejn il-Belarussja u l-Użbekistan u l-Istati Membri kollha tal-UE minbarra d-Danimarka.

    L-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri għandha tintlaqa'. Ir-rapporteur għaldaqstant jipproponi lill-Parlament japprova l-proposta mingħajr emendi, sabiex jiżgura li l-ħarsien mogħti lill-minuri kkonċernati jiġi estiż għat-territorju kollu tal-UE.

    PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

    Titolu

    Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

    Referenzi

    COM(2018)0530 – C8-0378/2018 – 2018/0279(NLE)

    Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

    20.7.2018

     

     

     

    Kumitat responsabbli

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    JURI

    10.9.2018

     

     

     

    Rapporteurs

           Data tal-ħatra

    Mary Honeyball

    24.9.2018

     

     

     

    Discussed in committee

    20.11.2018

     

     

     

    Data tal-adozzjoni

    6.12.2018

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    21

    0

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Mary Honeyball, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss

    Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

    Geoffroy Didier, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Ana Miranda, Jens Rohde, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

    Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Lucy Anderson, Georges Bach, Kostadinka Kuneva, Jeroen Lenaers, Philippe Loiseau

    Data tat-tressiq

    11.12.2018

    VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

    21

    +

    ALDE

    Jean-Marie Cavada, Jens Rohde

    ECR

    Angel Dzhambazki

    EFDD

    Joëlle Bergeron

    ENF

    Philippe Loiseau

    GUE/NGL

    Kostadinka Kuneva

    PPE

    Georges Bach, Geoffroy Didier, Rosa Estaràs Ferragut, Jeroen Lenaers, József Szájer, Axel Voss

    S&D

    Lucy Anderson, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

    VERTS/ALE

    Pascal Durand, Ana Miranda, Julia Reda

    0

    -

     

     

    0

    0

     

     

    Tifsira tas-simboli użati:

    +  :  favur

    -  :  kontra

    0  :  astensjoni

    Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Jannar 2019
    Avviż legali - Politika tal-privatezza