RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

11.12.2018 - (COM(2018)0474 – C8-0273/2018 – 2018/0258(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Jiří Pospíšil

Proċedura : 2018/0258(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0460/2018

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

(COM(2018)0474 – C8-0273/2018 – 2018/0258(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0474),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 33, l-Artikolu 114 u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0273/2018),

-  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' xxxx[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0460/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-2140 uffiċċju doganali17 li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea jridu jkunu mgħammra kif xieraq sabiex ikun żgurat li l-Unjoni Doganali taħdem sew. Hemm ħtieġa urġenti li jkun hemm kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti mhux biss minħabba l-funzjoni tradizzjonali tad-dwana li tiġbor id-dħul, iżda dejjem iktar ukoll minħabba l-ħtieġa li jissaħħaħ b'mod sinifikanti l-kontroll tal-oġġetti li jidħlu mill-fruntieri esterni tal-UE u li joħorġu minnhom biex ikunu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza. Madankollu, fl-istess ħin, jenħtieġ li dawn il-kontrolli marbutin mal-moviment tal-oġġetti fil-fruntieri esterni ma jfixklux il-kummerċ leġittimu mal-pajjiżi terzi, iżda jiffaċilitawh.

(1)  L-2140 uffiċċju doganali17 li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea jridu jkunu mgħammra kif xieraq sabiex ikun żgurat li l-Unjoni Doganali taħdem b'mod effiċjenti u effettiv. Hemm ħtieġa urġenti ta' kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti mhux biss minħabba l-funzjoni tradizzjonali tad-dwana li tiġbor id-dħul, iżda dejjem iktar ukoll minħabba l-ħtieġa li jissaħħaħ b'mod sinifikanti l-kontroll tal-oġġetti li jidħlu mill-fruntieri esterni tal-UE u li joħorġu minnhom biex ikunu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza. Madankollu, fl-istess ħin, jenħtieġ li dawn il-kontrolli marbutin mal-moviment tal-oġġetti fil-fruntieri esterni ma jfixklux il-kummerċ leġittimu mal-pajjiżi terzi, iżda jiffaċilitawh, f'konformità mal-kundizzjonijiet tas-sigurtà u tas-sikurezza.

__________________

__________________

17 L-Anness tar-Rapport annwali tal-2016 dwar il-prestazzjoni tal-Unjoni Doganali, li jinsab fis-sit web li ġej: https://ec.europa.eu/info/publications/annual-activity-report-2016-taxation-and-customs-union_mt.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  L-Unjoni Doganali hija waħda mill-elementi fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li hija waħda mill-akbar blokki kummerċjali fid-dinja, u hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku għall-benefiċċju kemm tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 20181a, il-Parlament Ewropew esprima tħassib partikolari rigward il-frodi doganali, li ħolqot telf sinifikanti ta' introjtu għall-baġit tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew tenna li Ewropa aktar b'saħħitha u aktar ambizzjuża tista' tinkiseb biss billi tingħata mezzi finanzjarji msaħħa u appella, għalhekk, biex tingħata għajnuna kontinwa lill-politiki eżistenti, jiżdiedu r-riżorsi għall-programmi ewlenin tal-Unjoni, u biex ir-responsabbiltajiet addizzjonali jiġu jikkorrispondu ma' mezzi finanzjarji addizzjonali.

__________________

1a P8_TA(2018)0075 : Il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Bħalissa hemm żbilanċ fit-twettiq tal-kontrolli doganali min-naħa tal-Istati Membri. Dan l-iżbilanċ ġej kemm mid-differenzi ġeografiċi ta' bejniethom u kemm mid-differenzi fil-kapaċitajiet u fir-riżorsi rispettivi tagħhom. Il-ħila tal-Istati Membri li jwieġbu għall-isfidi li ġejjin minn mudelli kummerċjali u ktajjen tal-valur dinjin li qed jevolvu l-ħin kollu ma tiddependix biss fuq l-element uman, iżda wkoll fuq id-disponibbiltà ta' tagħmir ta' kontroll doganali modern u affidabbli. Għalhekk, biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ eżistenti, huwa importanti li jiġi pprovdut tagħmir ekwivalenti għall-kontrolli doganali. Dan se jtejjeb l-ekwivalenza tat-twettiq tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri u b'hekk jevita li l-flussi tal-oġġetti jintbagħtu lejn l-iktar punti dgħajfa.

(2)  Bħalissa hemm żbilanċ fit-twettiq tal-kontrolli doganali min-naħa tal-Istati Membri. Dan l-iżbilanċ ġej kemm mid-differenzi ġeografiċi ta' bejniethom u kemm mid-differenzi fil-kapaċitajiet u fir-riżorsi rispettivi tagħhom, kif ukoll minn nuqqas ta' kontrolli doganali standardizzati. Il-ħila tal-Istati Membri li jwieġbu għall-isfidi li ġejjin minn mudelli kummerċjali u ktajjen tal-valur dinjin li qed jevolvu l-ħin kollu ma tiddependix biss fuq l-element uman, iżda wkoll fuq id-disponibbiltà u l-funzjonament xieraq ta' tagħmir ta' kontroll doganali modern u affidabbli. Sfidi oħrajn, bħaż-żieda f'daqqa tal-kummerċ elettroniku, id-diġitalizzazzjoni tar-rekords tal-kontrolli u tal-ispezzjonijiet, ir-reżiljenza għall-attakki ċibernetiċi, is-sabotaġġ, l-ispjunaġġ industrijali u l-użu ħażin tad-data, ukoll se jżidu d-domanda għal funzjonament aħjar tal-proċeduri doganali. Għalhekk, biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ eżistenti, huwa importanti li jiġi pprovdut tagħmir ekwivalenti għall-kontrolli doganali. Dan se jtejjeb l-ekwivalenza tat-twettiq tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri u b'hekk jevita li l-flussi tal-oġġetti jintbagħtu lejn l-iktar punti dgħajfa. L-oġġetti kollha li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kontrolli bir-reqqa sabiex jiġi evitat "xiri minn port għall-ieħor" minn dawk li jwettqu l-frodi doganali. Sabiex jiġi żgurat li tiżdied is-saħħa ġenerali kif ukoll il-konverġenza fil-prestazzjoni tal-kontroll doganali mill-Istati Membri, hija meħtieġa strateġija ċara relatata mal-aktar punti dgħajfa.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-Istati Membri kemm-il darba tennew li għandhom bżonn ta' appoġġ finanzjarju u talbu li ssir analiżi fil-fond tat-tagħmir meħtieġ. Fil-konklużjonijiet tiegħu18 tat-23 ta' Marzu 2017 dwar il-finanzjament doganali, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni “tevalwa l-possibbiltà tal-finanzjament tal-ħtiġijiet ta' tagħmir tekniku minn programmi finanzjarji futuri tal-Kummissjoni; (...) [u] ittejjeb il-koordinazzjoni, u (...) il-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Doganali u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi għal skopijiet ta' finanzjament”.

(3)  Għadd ta' Stati Membri kemm-il darba tennew li għandhom bżonn ta' appoġġ finanzjarju u talbu li ssir analiżi fil-fond tat-tagħmir meħtieġ. Fil-konklużjonijiet tiegħu18 tat-23 ta' Marzu 2017 dwar il-finanzjament doganali, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni "tevalwa l-possibbiltà tal-finanzjament tal-ħtiġijiet ta' tagħmir tekniku minn programmi finanzjarji futuri tal-Kummissjoni; (...) [u] ittejjeb il-koordinazzjoni, u (...) il-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Doganali u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi għal skopijiet ta' finanzjament".

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għalhekk jixraq li jiġi stabbilit strument ġdid ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali.

(6)  Għalhekk jixraq li jiġi stabbilit strument ġdid ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali li jenħtieġ li jiżgura d-detezzjoni ta' prattiki, bħal pereżempju oġġetti ffalsifikati u prattiki oħra kummerċjali illegali. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati formuli ta' appoġġ finanzjarju li jeżistu diġà.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Minħabba li l-għadd ta' responsabbiltajiet li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed jieħdu fuqhom qiegħed dejjem jiżdied, u ħafna drabi dawk ir-responsabbiltajiet jestendu għall-qasam tas-sigurtà u għandhom x'jaqsmu ma' kompiti li jitwettqu fil-fruntieri esterni, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kontrolli doganali u l-kontrolli ta' mal-fruntiera jitwettqu b'mod ekwivalenti fil-fruntieri esterni billi l-Istati Membri jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat min-naħa tal-Unjoni. Huwa daqstantieħor importanti li tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-fruntieri tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontrolli tal-oġġetti u tal-persuni fost l-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri jew għal kompiti oħrajn li jitwettqu mal-fruntieri.

(7)  Minħabba li l-għadd ta' responsabbiltajiet li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed jieħdu fuqhom qiegħed dejjem jiżdied, u ħafna drabi dawk ir-responsabbiltajiet jestendu għall-qasam tas-sigurtà u għandhom x'jaqsmu ma' kompiti li jitwettqu fil-fruntieri esterni, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kontrolli doganali u l-kontrolli ta' mal-fruntiera jitwettqu b'mod ekwivalenti fil-fruntieri esterni billi l-Istati Membri jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat min-naħa tal-Unjoni. Huwa daqstant ieħor importanti li tiġi promossa l-kooperazzjoni, filwaqt li titqies iċ-ċibersigurtà, bejn l-aġenziji fil-fruntieri tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontrolli tal-oġġetti u tal-persuni fost l-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri jew għal kompiti oħrajn li jitwettqu mal-fruntieri.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għal dan l-istrument, li se jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba21, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(11)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għal dan l-istrument, li se jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba21, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Sabiex tiġi żgurata dixxiplina baġitarja, il-kondizzjonijet dwar kif l-għotjiet se jingħataw prijorità jenħtieġ li jkunu ċari, definiti u bbażati fuq il-ħtiġijiet li jkunu ġew identifikati għall-kompiti li jitwettqu mill-punti doganali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jissodisfa l-ogħla standards tas-sikurezza, inklużi dawk taċ-ċibersigurtà, tas-sigurtà, ambjentali u tas-saħħa.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13b)  Id-data li tiġi prodotta mit-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li tiġi aċċessata u pproċessata biss mill-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet, u jenħtieġ li tkun protetta b'mod adegwat kontra l-aċċess jew il-komunikazzjoni mhux awtorizzati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom kontroll sħiħ ta' din id-data.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13c)  It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-forniment tal-ogħla livell ta' ġestjoni tar-riskju doganali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 13d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13d)  Meta jkunu qed jissostitwixxu tagħmir ta' kontroll doganali qadim permezz ta' dan l-Istrument, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu responsabbli għar-rimi ekoloġiku ta' tagħmir ta' kontroll doganali qadim.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Recital 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Ħafna mit-tagħmir ta' kontroll doganali jista' jintuża bl-istess mod jew b'kumbinazzjoni wkoll għall-kontrolli tal-konformità ma' leġiżlazzjoni oħra, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, dwar il-viżi jew dwar il-kooperazzjoni bejn il-pulizija. Għalhekk, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri nħaseb bħala żewġ strumenti kumplimentari li għandhom kamp ta' applikazzjoni differenti iżda koerenti b'rabta max-xiri tat-tagħmir. Minn naħa, l-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi stabbilit bir-Regolament [2018/XXX]25 se jeskludi t-tagħmir li jista' jintuża kemm għall-ġestjoni tal-fruntieri u kemm għall-kontroll doganali. Min-naħa l-oħra, l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali stabbilit b'dan ir-Regolament mhux biss se jagħti appoġġ finanzjarju lit-tagħmir li l-għan ewlieni tiegħu jkun li jintuża għall-kontrolli doganali, iżda se jippermetti wkoll li dan jintuża wkoll għal skopijiet oħrajn bħall-kontrolli mal-fruntiera u s-sigurtà. Dan it-tqassim tar-rwoli se trawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bħala komponent ta' approċ ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif imsemmi fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament (UE) 2016/162426, u b'hekk jippermetti lil awtoritajiet doganali u tal-fruntiera biex jaħdmu flimkien u jimmassimmizzaw l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz ta' kondiviżjoni u interoperabbiltà tat-tagħmir ta' kontroll.

(15)  Ħafna mit-tagħmir ta' kontroll doganali jista' jintuża bl-istess mod jew b'kumbinazzjoni wkoll għall-kontrolli tal-konformità ma' leġiżlazzjoni oħra, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, dwar il-viżi jew dwar il-kooperazzjoni bejn il-pulizija. Għalhekk, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri nħaseb bħala żewġ strumenti kumplimentari li għandhom kamp ta' applikazzjoni differenti iżda koerenti b'rabta max-xiri tat-tagħmir. Minn naħa, l-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi stabbilit bir-Regolament [2018/XXX]25 se jeskludi t-tagħmir li jista' jintuża kemm għall-ġestjoni tal-fruntieri u kemm għall-kontroll doganali. Min-naħa l-oħra, l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali stabbilit b'dan ir-Regolament mhux biss se jagħti appoġġ finanzjarju lit-tagħmir li l-għan ewlieni tiegħu jkun li jintuża għall-kontrolli doganali, iżda se jippermetti wkoll li dan jintuża wkoll għal skopijiet oħrajn relatati bħall-kontrolli mal-fruntiera, is-sikurezza u s-sigurtà. Dan it-tqassim tar-rwoli se jrawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bħala komponent ta' approċ ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif imsemmi fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament (UE) 2016/162426, u b'hekk jippermetti lil awtoritajiet doganali u tal-fruntiera biex jaħdmu flimkien u jimmassimmizzaw l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz ta' kondiviżjoni u interoperabbiltà tat-tagħmir ta' kontroll. Sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe strument jew tagħmir iffinanzjat mill-fond ikun fil-kustodja permanenti tal-punt doganali magħżul li jkun is-sid tat-tagħmir, jenħtieġ li titħejja definizzjoni ċara tal-qsim konġunt u tal-interoperabbiltà bejn l-awtoritajiet doganali u dawk tal-fruntieri bħala li mhux sistematiku u mhux regolari.

__________________

__________________

25 COM(2018) 473.

25 COM(2018) 473.

26 Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  B'deroga mir-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li azzjoni tkun tista' tiġi ffinanzjata minn diversi programmi jew strumenti tal-Unjoni biex ikun jista' jkun hemm il-kooperazzjoni u l-interoperabbiltà bejn oqsma differenti u sabiex din il-kooperazzjoni u din l-interoperabbiltà jkunu jistgħu jiġu appoġġati meta dan ikun xieraq. Madankollu, fit-tali każijiet, il-kontribuzzjonijiet ma jistgħux ikopru l-istess kostijiet, skont il-prinċipju tal-projbizzjoni tal-finanzjament doppju stabbilit fir-Regolament Finanzjarju.

(16)  B'deroga mir-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li azzjoni tkun tista' tiġi ffinanzjata minn diversi programmi jew strumenti tal-Unjoni biex ikun jista' jkun hemm il-kooperazzjoni u l-interoperabbiltà bejn oqsma differenti u sabiex din il-kooperazzjoni u din l-interoperabbiltà jkunu jistgħu jiġu appoġġati meta dan ikun xieraq. Madankollu, fit-tali każijiet, il-kontribuzzjonijiet ma jistgħux ikopru l-istess kostijiet, skont il-prinċipju tal-projbizzjoni tal-finanzjament doppju stabbilit fir-Regolament Finanzjarju. Jekk Stat Membru jkun diġà ngħata jew irċieva kontribuzzjonijiet minn programm ieħor tal-Unjoni jew appoġġ minn fond tal-Unjoni biex jakkwista l-istess tagħmir, dik il-kontribuzzjoni jew dak l-appoġġ jenħtieġ li jiġi elenkat fl-applikazzjoni.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a)  Il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tinċentiva l-akkwist konġunt u l-ittestjar tat-tagħmir ta' kontroll doganali bejn l-Istati Membri.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Minħabba l-evoluzzjoni rapida tal-prijoritajiet doganali, tat-theddid fil-qasam doganali u tat-teknoloġiji, jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma ma jitħejjewx għal perjodi twal taż-żmien. Fl-istess ħin, il-ħtieġa li jiġu stabbiliti programmi annwali ta' ħidma żżid il-piż amministrattiv kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Istati Membri, mingħajr ma dan ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li, fil-prinċipju, il-programmi ta' ħidma jkunu jkopru iktar minn sena finanzjarja waħda.

(17)  Minħabba l-evoluzzjoni rapida tal-prijoritajiet doganali, tat-theddid fil-qasam doganali u tat-teknoloġiji, jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma ma jitħejjewx għal perjodi twal taż-żmien. Fl-istess ħin, il-ħtieġa li jiġu stabbiliti programmi annwali ta' ħidma żżid il-piż amministrattiv kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Istati Membri, mingħajr ma dan ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li, fil-prinċipju, il-programmi ta' ħidma jkunu jkopru iktar minn sena finanzjarja waħda. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li tinżamm l-integrità tal-interessi strateġiċi tal-Unjoni, l-Istati Membri huma mħeġġa jqisu bir-reqqa ċ-ċibersigurtà u r-riskji għall-esponiment potenzjali ta' data sensittiva barra mill-Unjoni meta jkunu qed iressqu offerti għal tagħmir ta' kontroll doganali ġdid.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

imħassar

__________________

27 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Għalkemm l-implimentazzjoni ċentrali hija essenzjali biex jintlaħaq l-għan speċifiku li jiġu żgurati kontrolli doganali ekwivalenti, minħabba n-natura teknika ta' dan l-Istrument, hemm bżonn ta' ħidma preparatorja fil-livell tekniku. Għalhekk jenħtieġ li l-implimentazzjoni tiġi appoġġata minn valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet li jkunu jiddependu fuq l-għarfien espert u l-esperjenza fil-livell nazzjonali permezz tal-involviment tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet jissejsu fuq metodoloġija ċara li tkun tinkludi għadd minimu ta' passi li jiżguraw li tinġabar l-informazzjoni meħtieġa.

(19)  Għalkemm l-implimentazzjoni ċentrali hija essenzjali biex jintlaħaq l-għan speċifiku li jiġu żgurati kontrolli doganali ekwivalenti, minħabba n-natura teknika ta' dan l-Istrument, hemm bżonn ta' ħidma preparatorja fil-livell tekniku. Għalhekk jenħtieġ li l-implimentazzjoni tiġi appoġġata minn valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet individwali li jkunu jiddependu fuq l-għarfien espert u l-esperjenza fil-livell nazzjonali permezz tal-involviment tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet jissejsu fuq metodoloġija ċara li tkun tinkludi għadd minimu ta' passi li jiżguraw li tinġabar l-informazzjoni rilevanti meħtieġa.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Sabiex ikunu żgurati monitoraġġ u rapportar regolari, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati li jinkisbu permezz tal-Istrument u tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tiegħu. Jenħtieġ li t-tali monitoraġġ u r-rapportar jissejsu fuq indikaturi li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tal-Istrument. Jenħtieġ li r-rekwiżiti tar-rapportar ikunu jinkludu xi informazzjoni dwar it-tagħmir ta' kontroll doganali li jkun jaqbeż ċertu limitu tal-kostijiet.

(20)  Sabiex ikunu żgurati monitoraġġ u rapportar regolari, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati li jinkisbu permezz tal-Istrument u tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tiegħu. Jenħtieġ li t-tali monitoraġġ u r-rapportar jissejsu fuq indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tal-Istrument. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw proċedura ta' akkwist trasparenti u ċara. Jenħtieġ li r-rekwiżiti tar-rapportar ikunu jinkludu informazzjoni dettaljata dwar it-tagħmir ta' kontroll doganali u l-proċedura ta' akkwist li jkun jaqbeż ċertu limitu, u ġustifikazzjoni tal-infiq.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex tingħata tweġiba xierqa għall-prijoritajiet tal-politika, għat-theddid u għat-teknoloġiji li qed jevolvu, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-iskopijiet tal-kontrolli doganali għall-azzjonijiet li huma eliġibbli skont l-Istrument u tal-emendar tal-lista tal-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kisba tal-għanijiet speċifiċi. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(22)  Sabiex tingħata tweġiba xierqa għall-prijoritajiet tal-politika, għat-theddid u għat-teknoloġiji li qed jevolvu, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' dan ir-Regolament sabiex jiġu adottati programmi ta' ħidma, tal-emendar tal-iskopijiet tal-kontrolli doganali għall-azzjonijiet li huma eliġibbli skont l-Istrument u tal-emendar tal-lista tal-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kisba tal-għanijiet speċifiċi. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u kompletament trasparenti, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu, b'mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit il-baġit u biex dan jiġi implimentat permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE għandhom x'jaqsmu wkoll mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati b'rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prerekwiżit essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-UE.

(24)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu, b'mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit il-baġit u biex dan jiġi implimentat permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE għandhom x'jaqsmu wkoll mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati b'rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prerekwiżit essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-UE. Il-finanzjament taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jingħażlu abbażi tal-ħila tagħhom li jiksbu l-għan speċifiku tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' nuqqas ta' konformità li mistenni jkun hemm. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom f'daqqa, ta' rati fissi u ta' kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(25)  Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jingħażlu abbażi tal-ħila tagħhom li jiksbu l-għan speċifiku tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' nuqqas ta' konformità li mistenni jkun hemm. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom f'daqqa, ta' rati fissi u ta' kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. It-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq jenħtieġ li jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrument, filwaqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għandu l-għan ġenerali li jappoġġa lill-Unjoni Doganali u lill-awtoritajiet doganali sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza fl-Unjoni u sabiex l-Unjoni tiġi protetta mill-kummerċ illegali u inġust filwaqt li jiġu ffaċilitati l-attivitajiet kummerċjali leġittimi.

1.  Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u bl-għan fit-tul li l-kontrolli doganali kollha fl-Unjoni jiġu standardizzati, l-Istrument għandu l-għan ġenerali li jappoġġa lill-Unjoni Doganali u lill-awtoritajiet doganali sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-fruntieri tal-Unjoni fir-rigward tal-kontroll tal-oġġetti u l-persuni, jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza fl-Unjoni u sabiex l-Unjoni tiġi protetta mill-kummerċ illegali u inġust filwaqt li jiġu ffaċilitati l-attivitajiet kummerċjali leġittimi.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istrument għandu l-għan speċifiku li jikkontribwixxi biex ikun hemm kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti permezz tax-xiri, tal-manutenzjoni u tal-aġġornament ta' tagħmir ta' kontroll doganali li jkun rilevanti, modern u affidabbli.

2.  L-Istrument għandu l-għan speċifiku li jikkontribwixxi biex ikun hemm kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti permezz tax-xiri kompletament trasparenti, tal-manutenzjoni u tal-aġġornament ta' tagħmir ta' kontroll doganali li jkun rilevanti, modern, sikur, reżiljenti għaċ-ċibernetika, sigur, ekoloġiku u affidabbli. Għan addizzjonali huwa li titjieb il-kwalità tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri sabiex l-oġġetti ma jintbagħtux lejn punti aktar dgħajfa fl-Unjoni.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-istrument għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri billi jappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, il-qsim konġunt u l-interoperabbiltà ta' tagħmir ġdid akkwistat permezz tal-Istrument.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 1 300 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-Implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 1 149 175 000 fi prezzijiet tal-2018 [EUR 1 300 000 000 fi prezzijiet kurrenti].

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li l-pakkett finanzjarju jiġi emendat skont ir-riżoluzzjonijiet tal-PE tal-14 ta' Marzu u tat-30 ta' Mejju dwar il-QFP li jmiss, abbażi ta' diżaggregazzjoni teknika preliminari għal kull programm li tista' tkun soġġetta għal aktar aġġustamenti, filwaqt li tiġi rrispettata l-pożizzjoni ġenerali tal-PE kif stabbilita f'dawk ir-riżoluzzjonijiet u l-livell ġenerali ta' 1,3 % tal-ING tal-UE-27.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll l-ispejjeż ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħrajn għall-ġestjoni tal-Istrument u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk, dan jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat tal-esperti, mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Istrument, kif ukoll l-ispejjeż marbutin man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Istrument.

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll l-ispejjeż leġittimi u verifikati ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħrajn għall-ġestjoni tal-Istrument u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu u tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk, dan jista' jkopri bl-istess mod l-ispejjeż leġittimi u verifikati relatati mal-istudji, mal-laqgħat tal-esperti, mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, mal-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri involuti sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet speċifiċi tal-Istrument insostenn tal-objettiv ġenerali, kif ukoll l-ispejjeż marbutin man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Istrument.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi l-akkwist jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miżuri ta' salvagwardja u ta' kontinġenza adegwati li jiżguraw li t-tagħmir kollu akkwistat bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni jintuża mill-awtoritajiet doganali rilevanti fil-każijiet rilevanti kollha.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi x-xiri jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni li jiżgura l-effiċjenza tat-tagħmir kollu mixtri bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni u l-interoperabbiltà tat-tali tagħmir.

3.  Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi x-xiri jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni li jiżgura l-effiċjenza u l-interoperabbiltà bejn it-tagħmir kollu mixtri bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni, li għandu jippermetti l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għandu jinkludi l-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi l-akkwist jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miżuri ta' salvagwardja u ta' kontinġenza adegwati li jiżguraw li t-tagħmir kollu akkwistat bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni jissodisfaw l-istandards miftiehma dwar il-manutenzjoni regolari.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, l-azzjonijiet jistgħu jkopru wkoll ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta' kontroll doganali għall-ittestjar ta' unitajiet individwali ġodda tat-tagħmir jew ta' funzjonalitajiet ġodda f'kundizzjonijiet operattivi.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, l-azzjonijiet jistgħu jkopru wkoll ix-xiri kompletament trasparenti, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta' kontroll doganali għall-ittestjar ta' unitajiet individwali ġodda tat-tagħmir jew ta' funzjonalitajiet ġodda f'kundizzjonijiet operattivi.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-iskopijiet tal-kontrolli doganali stabbiliti fil-paragrafu 1(b), kif ukoll l-Anness 1, meta t-tali reviżjoni titqies li tkun meħtieġa.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-iskopijiet tal-kontrolli doganali stabbiliti fil-paragrafu 1(b), kif ukoll l-Anness 1, meta t-tali reviżjoni titqies li tkun meħtieġa u biex tibqa' aġġornata mal-iżviluppi teknoloġiċi, mal-mudelli li dejjem jinbidlu fil-kuntrabandu tal-merkanzija u ma' soluzzjonijiet ġodda, intelliġenti u innovattivi għal skopijiet ta' kontroll doganali.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat skont dan l-Istrument jista' jintuża għal skopijiet oħrajn minbarra l-kontrolli doganali, fosthom għall-kontroll tal-persuni biex jingħataw appoġġ l-awtoritajiet nazzjonali li jieħdu ħsieb il-ġestjoni tal-fruntieri, u għall-investigazzjonijiet.

4.  It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat skont dan l-Istrument għandu primarjament jintuża għall-kontrolli doganali, imma jista' jintuża għal skopijiet oħrajn minbarra l-kontrolli doganali, fosthom għall-kontroll tal-persuni biex jingħataw appoġġ l-awtoritajiet nazzjonali li jieħdu ħsieb il-ġestjoni tal-fruntieri, u għall-investigazzjonijiet bil-għan li jkun hemm konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Istrument deskritti fl-Artikolu 3.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinċentiva l-akkwist konġunt u l-ittestjar tat-tagħmir ta' kontroll doganali bejn l-Istati Membri.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-finanzjament li jaqbeż dak il-limitu jista' jingħata f'każ ta' akkwist konġunt u ta' ttestjar tat-tagħmir ta' kontroll doganali bejn l-Istati Membri.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.  Iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu x-xiri ta' tagħmir ġdid ta' kontroll doganali u l-konsenja tiegħu fil-ġabra ta' tagħmir tekniku tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-ammissibilità tat-tagħmir ta' kontroll doganali għall-ġabra ta' tagħmir tekniku għandha tiġi aċċertata f'konformità mal-Artikolu 5(3).

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kostijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament skont l-Istrument:

Il-kostijiet kollha relatati mal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt l-Istrument, bl-eċċezzjoni ta':

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  il-kostijiet relatati mat-taħriġ jew mal-aġġornament tal-ħiliet meħtieġa biex jintuża t-tagħmir;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kostijiet marbutin mas-sistemi elettroniċi, ħlief għas-softwer li huwa meħtieġ b'mod dirett biex jintuża t-tagħmir ta' kontroll doganali;

(c)  il-kostijiet marbutin mas-sistemi elettroniċi, ħlief għas-softwer u l-aġġornamenti tas-softwer li huwa meħtieġ b'mod dirett biex jintuża t-tagħmir ta' kontroll doganali u ħlief għas-softwer elettroniku u għall-ipprogrammar li huwa meħtieġ biex is-softwer eżistenti jintrabat mat-tagħmir ta' kontroll doganali;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-kostijiet tan-netwerks, bħall-mezzi ta' komunikazzjoni sikuri u mhux, jew tal-abbonamenti;

(d)  il-kostijiet tan-netwerks, bħall-mezzi ta' komunikazzjoni sikuri u mhux, jew tal-abbonamenti, ħlief għan-netwerks jew l-abbonamenti li huma meħtieġa b'mod dirett biex jintuża t-tagħmir ta' kontroll doganali;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14, billi temenda l-Anness 2a biex tistabbilixxi programmi ta' ħidma.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tħejjija tal-programmi ta' ħidma msemmijin fil-paragrafu 1 għandha tkun appoġġata minn valutazzjoni tal-ħtiġijiet li għandha tkun magħmula tal-inqas mill-affarijiet li ġejjin:

It-tħejjija tal-programmi ta' ħidma msemmijin fil-paragrafu 1 għandha tkun appoġġata minn valutazzjoni individwali tal-ħtiġijiet li għandha tkun magħmula mill-affarijiet li ġejjin:

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  inventarju eżawrjenti tat-tagħmir ta' kontroll doganali disponibbli;

(b)  inventarju eżawrjenti tat-tagħmir ta' kontroll doganali disponibbli u funzjonali;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  definizzjoni komuni ta' standard minimu u tal-aqwa standard għat-tagħmir tal-kontroll doganali b'referenza għall-kategorija tal-punti tal-qsim tal-fruntiera; u

(c)  definizzjoni komuni ta' standard tekniku minimu għat-tagħmir tal-kontroll doganali b'referenza għall-kategorija tal-punti tal-qsim tal-fruntiera;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) valutazzjoni tal-ogħla standard għat-tagħmir ta' kontroll doganali b'referenza għall-kategorija tal-punti tal-qsim tal-fruntiera; kif ukoll

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  stima ddettaljata tal-ħtiġijiet finanzjarji.

(d)  stima ddettaljata tal-ħtiġijiet finanzjarji li tiddependi fuq id-daqs tal-operazzjonijiet doganali u fuq l-ammont ta' xogħol relattiv.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness 2.

1.  F'konformità mar-rekwiżit ta' rapportar tagħha skont il-punt (e)(i) tal-Artikolu 38(3)tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Programm. Ir-rapportar tal-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni għandu jinkludi informazzjoni kemm dwar il-progress kif ukoll dwar in-nuqqasijiet.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sabiex ikun żgurat li jiġi vvalutat b'mod effettiv il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness 2 biex tirrevedi l-indikaturi jew biex tikkumplimentahom, meta dan jitqies li jkun meħtieġ, u biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni.

2.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness 2. Sabiex ikun żgurat li jiġi vvalutat b'mod effettiv il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness 2 biex tirrevedi l-indikaturi jew biex tikkumplimentahom, meta dan jitqies li jkun meħtieġ, u biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jingħataw informazzjoni aġġornata, kemm kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva, dwar il-prestazzjoni tal-Programm.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-Istrument tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati tar-rapportar fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-Unjoni.

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-Istrument tkun komparabbli u kompleta kif ukoll li tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati tar-rapportar fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni affidabbli dwar il-kwalità tad-data dwar il-prestazzjoni użata.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  il-preżenza u l-kondizzjoni ħames snin wara l-ikkummissjonar ta' oġġetti ta' tagħmir iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb)  l-informazzjoni dwar l-istanzi ta' manutenzjoni ta' tagħmir ta' kontroll doganali;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cc)  informazzjoni dwar il-proċedura tal-akkwist;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cd)  ġustifikazzjoni tal-infiq.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

1.  L-evalwazzjonijiet ta' azzjonijiet iffinanzjati taħt l-Istrument u msemmija fl-Artikolu 6 għandhom jivvalutaw ir-riżultati, l-impatt u l-effikaċja tal-Istrument, u għandhom jitwettqu f'waqthom biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tagħhom fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Istrument għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Istrument.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Istrument għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Istrument.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-evalwazzjoni interim għandha tippreżenta s-sejbiet meħtieġa sabiex tittieħed deċiżjoni dwar segwitu għall-Programm u l-għanijiet tiegħu lil hinn mill-2017.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Istrument mill-Kummissjoni.

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Istrument mill-Kummissjoni.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha u l-lezzjonijiet miksuba, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Il-Kummissjoni għandha tinkludi evalwazzjonijiet parzjali annwali fir-rapport tagħha intitolat "Il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Il-ġlieda kontra l-frodi".

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(3) u 12(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(3), 11(2) u 12(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(3) u 12(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(3), 11(2) u 12(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 14 - paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(3) u 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(3), 11(2) u 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espress oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

imħassar

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-"Kumitat tal-Programm Dwana" imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) [2018/XXX]38.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

__________________

38 COM(2018)442.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dawk li jirċievu l-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku, u b'hekk juru l-valur miżjud tal-Unjoni u jgħinu fl-isforzi marbuta mal-ġbir tad-data min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Istrument, u mal-azzjonijiet u mar-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Istrument għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 3.

2.  Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tipprovdi regolarment informazzjoni lill-pubbliku dwar l-Istrument, l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu, filwaqt li tirreferi, inter alia, għall-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 11.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Anness I – kolonna 3 – ringiela 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-kontejners, għat-trakkijiet u għall-vaguni tal-ferrovija

Għall-kontejners, għat-trakkijiet, għall-vaguni tal-ferrovija u għall-vetturi

Emenda    66

Proposta għal regolament

Anness I – kolonna 3 – ringiela 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-vetturi

Emenda    67

Proposta għal regolament

Anness I – kolonna 2 – ringiela 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Portal tar-retrodiffużjoni tar-raġġi X

Portal tar-retrodiffużjoni ibbażat fuq ir-raġġi X

Emenda    68

Proposta għal regolament

Anness 2 – kolonna 2 – ringiela 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skanner tas-sikurezza bbażat fuq mewġ millimetriku

Emenda    69

Proposta għal regolament

Anness 2 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Sikurezza u Sigurtà

(a) Grad ta' konformità mal-istandards tas-sikurezza tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha, inkluża ċ-ċibersigurtà

(b) Grad ta' konformità mal-istandards tas-sikurezza tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha

Emenda    70

Proposta għal regolament

Anness 2 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  Is-Saħħa u l-Ambjent

(a) Grad ta' konformità mal-istandards tas-saħħa tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha

(b) Grad ta' konformità mal-istandards ambjentali tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha

Emenda    71

Proposta għal regolament

Anness 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness 2a

Programmi ta' ħidma

Emenda    72

Proposta għal regolament

Anness 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness 2b

Ċirkostanzi eċċezzjonali għal finanzjament eċċessiv

NOTA SPJEGATTIVA

L-istrument propost għal appoġġ finanzjarju għal tagħmir ta' kontroll doganali, bħala parti minn Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF) ġdid fil-QFP għall-perjodu 2021 - 2027, għandu l-għan li jsaħħaħ il-kontrolli ta' oġġetti li jidħlu u joħorġu mill-fruntieri tal-Unjoni billi jipprovdi finanzjament għall-akkwist, il-manutenzjoni u t-titjib ta' tagħmir ta' kontroll doganali bħal skanners ġodda, sistemi awtomatizzati ta' sejbien tal-pjanċi u laboratorji mobbli għall-analiżi ta' kampjuni. L-istrument huwa għodda finanzjarja ġdida żviluppata fuq talbiet preċedenti mill-Istati Membri u għalhekk huwa bbażat fuq il-ħtiġijiet tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni aħjar tal-fruntieri esterni u interni. Wara l-preżentazzjoni tal-proposta mill-Kummissjoni fit-03/10/2018, ir-rapporteur eżamina bir-reqqa l-proposta u b'mod ġenerali jqis li hija utli u elaborata sew. Madankollu, għandu xi rimarki u rakkomandazzjonijiet sabiex it-test tal-proposta jsir aktar ċar u koerenti.

Fl-Artikoli 3, 9, 12 u 13, xi kliem aktar speċifiku li għandu jevita li jinħoloq kunċett żbaljat tat-tifsira intenzjonata. Minbarra dawn il-bidliet minuri, qed jiġu proposti żewġ emendi sostanzjali oħra.

L-ewwel nett, l-adattamenti tal-premessa 15 għandhom jiċċaraw l-użu ta' tagħmir ta' kontroll doganali għal skopijiet addizzjonali minn partijiet oħra. Filwaqt li jirrikonoxxi bis-sħiħ u jappoġġa sinerġiji possibbli, ir-rapporteur iqis li dan l-użu la għandu jkun sistematiku u lanqas regolari, u b'hekk jipprevjeni l-użu ħażin u li jiddgħajfu l-għanijiet tal-Istrument.

It-tieni, fl-Artikolu 16, qed jitressqu regoli semplifikati għall-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar l-Istrument bil-għan li ma jiġix impost wisq obbligu fuq il-Kummissjoni, fir-rigward tal-kompiti ta' pubblikazzjoni u informazzjoni. Għalhekk, għandu jkun f'idejn il-Kummissjoni biex tikkunsidra mod xieraq li bih tiġi ppubblikata l-informazzjoni dwar l-Istrument, mingħajr ma jiġu stabbiliti regoli stretti f'dan ir-rigward.

  • [1]  [ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0.].

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (5.11.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta’ appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri
(COM(2018)0474 – C8-0273/2018 – 2018/0258(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Georgios Kyrtsos

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1 a)  L-Unjoni Doganali hija l-pedament tal-Unjoni Ewropea bħala wieħed mill-akbar blokki kummerċjali fid-dinja, u hija fundamentali għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku għall-benefiċċju kemm tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini tal-UE. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2018, il-Parlament Ewropew esprima tħassib partikolari rigward il-frodi doganali, li ħolqot telf sinifikanti ta’ introjtu għall-baġit tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew tenna li Ewropa iktar b’saħħitha u iktar ambizzjuża tista’ tinkiseb biss billi tingħata mezzi finanzjarji msaħħa u appella, għalhekk, biex tingħata għajnuna kontinwa lil politiki eżistenti, jiżdiedu r-riżorsi għall-programmi ewlenin tal-Unjoni, u biex ir-responsabbiltajiet addizzjonali jiġu mqabbla ma’ mezzi finanzjarji addizzjonali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27.

imħassar

__________________

27 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex tingħata tweġiba xierqa għall-prijoritajiet tal-politika, għat-theddid u għat-teknoloġiji li qed jevolvu, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-iskopijiet tal-kontrolli doganali għall-azzjonijiet li huma eliġibbli skont l-Istrument u tal-emendar tal-lista tal-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kisba tal-għanijiet speċifiċi. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(22)  Sabiex tingħata tweġiba xierqa għall-prijoritajiet tal-politika, għat-theddid u għat-teknoloġiji li qed jevolvu, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma, tal-emendar tal-iskopijiet tal-kontrolli doganali għall-azzjonijiet li huma eliġibbli skont l-Istrument u tal-emendar tal-lista tal-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kisba tal-għanijiet speċifiċi. Huwa tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu, b’mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit il-baġit u biex dan jiġi implimentat permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE għandhom x’jaqsmu wkoll mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati b’rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prerekwiżit essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-UE.

(24)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu, b’mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit il-baġit u biex dan jiġi implimentat permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE għandhom x’jaqsmu wkoll mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati b’rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prerekwiżit essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-UE. Il-finanzjament taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jirrispetta l-prinċipji ta’ trasparenza, proporzjonalità, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Jenħtieġ li t-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jingħażlu abbażi tal-ħila tagħhom li jiksbu l-għan speċifiku tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità li mistenni jkun hemm. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ rati fissi u ta’ kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(25)  Jenħtieġ li t-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-ħila tagħhom li jiksbu l-għan speċifiku tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità li mistenni jkun hemm. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ rati fissi u ta’ kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. It-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq jenħtieġ li jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrument, filwaqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26a)  Filwaqt li jirrifletti dwar l-urġenza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u biex ikun fuq quddiem fl-implimentazzjonijiet tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti inkluża l-ugwaljanza bejn is-sessi, dan il-Fond se jikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u tinkiseb il-mira kumplessiva ta’ mill-inqas 25 % ta’ nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-objettivi tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027 u 30 % mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-2027. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Fond, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 1 300 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-Implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 1 149 175 000 fi prezzijiet tal-2018 [EUR 1 300 000 000 fi prezzijiet kurrenti].

Ġustifikazzjoni

Qiegħed jiġi propost li l-pakkett finanzjarju jiġi emendat skont ir-riżoluzzjonijiet tal-PE tal-14 ta’ Marzu u tat-30 ta’ Mejju dwar il-QFP li jmiss, abbażi ta' diżaggregazzjoni teknika preliminari għal kull programm li jista’ jkun soġġett għal aktar aġġustamenti, filwaqt li tiġi rispettata l-pożizzjoni ġenerali tal-PE kif stabbilita f'dawk ir-riżoluzzjonijiet u wkoll il-livell ġenerali ta’ 1,3 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE-27.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programmi ta’ ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14, billi temenda l-Anness IIa biex tistabbilixxi programmi ta’ ħidma.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Istrument għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Istrument.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Istrument għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Istrument.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Istrument mill-Kummissjoni.

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Istrument mill-Kummissjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 14 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(3) u 12(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(3), 11(2) u 12(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 14 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(3) u 12(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(3), 11(2) u 12(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 14 - paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(3) u 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(3), 11(2) u 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

imħassar

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-“Kumitat tal-Programm Dwana” imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) [2018/XXX]38.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

__________________

38 COM(2018)442.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 16 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dawk li jirċievu l-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.  Dawk li jirċievu l-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku, b'hekk jintwera l-valur miżjud tal-Unjoni u jiġu megħjuna l-isforzi marbuta mal-ġbir tad-data min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Anness IIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness IIa

Programmi ta’ ħidma

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

Referenzi

COM(2018)0474 – C8-0273/2018 – 2018/0258(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

2.7.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

2.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Georgios Kyrtsos

28.6.2018

Eżami fil-kumitat

26.9.2018

Data tal-adozzjoni

5.11.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Andrey Novakov, Marco Valli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Detjen

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk

EFDD

Marco Valli

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Inese Vaidere

S&D

Michael Detjen, Eider Gardiazabal Rubial, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Indrek Tarand

2

-

ENF

André Elissen

NI

Eleftherios Synadinos

1

0

ENF

Marco Zanni

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (22.11.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri
(COM(2018)0474 – C8-0273/2018 – 2018/0258(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jeroen Lenaers

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Bħalissa hemm żbilanċ fit-twettiq tal-kontrolli doganali min-naħa tal-Istati Membri. Dan l-iżbilanċ ġej kemm mid-differenzi ġeografiċi ta' bejniethom u kemm mid-differenzi fil-kapaċitajiet u fir-riżorsi rispettivi tagħhom. Il-ħila tal-Istati Membri li jwieġbu għall-isfidi li ġejjin minn mudelli kummerċjali u ktajjen tal-valur dinjin li qed jevolvu l-ħin kollu ma tiddependix biss fuq l-element uman, iżda wkoll fuq id-disponibbiltà ta' tagħmir ta' kontroll doganali modern u affidabbli. Għalhekk, biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ eżistenti, huwa importanti li jiġi pprovdut tagħmir ekwivalenti għall-kontrolli doganali. Dan se jtejjeb l-ekwivalenza tat-twettiq tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri u b'hekk jevita li l-flussi tal-oġġetti jintbagħtu lejn l-iktar punti dgħajfa.

(2)  Bħalissa hemm żbilanċ fit-twettiq tal-kontrolli doganali min-naħa tal-Istati Membri. Dan l-iżbilanċ ġej kemm mid-differenzi ġeografiċi ta' bejniethom u kemm mid-differenzi fil-kapaċitajiet u fir-riżorsi rispettivi tagħhom. Il-ħila tal-Istati Membri li jwieġbu għall-isfidi li ġejjin minn mudelli kummerċjali u ktajjen tal-valur dinjin li qed jevolvu l-ħin kollu ma tiddependix biss fuq l-element uman, iżda wkoll fuq id-disponibbiltà ta' tagħmir ta' kontroll doganali modern u affidabbli, li jkun jista' jiżgura d-diġitalizzazzjoni tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet. Għalhekk, biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ eżistenti, huwa importanti li jiġi pprovdut tagħmir ekwivalenti għall-kontrolli doganali. Dan se jtejjeb l-ekwivalenza tat-twettiq tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri u b'hekk jevita li l-flussi tal-oġġetti jintbagħtu lejn l-iktar punti dgħajfa.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Minħabba li l-għadd ta' responsabbiltajiet li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed jieħdu fuqhom qiegħed dejjem jiżdied, u ħafna drabi dawk ir-responsabbiltajiet jestendu għall-qasam tas-sigurtà u għandhom x'jaqsmu ma' kompiti li jitwettqu fil-fruntieri esterni, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kontrolli doganali u l-kontrolli ta' mal-fruntiera jitwettqu b'mod ekwivalenti fil-fruntieri esterni billi l-Istati Membri jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat min-naħa tal-Unjoni. Huwa daqstantieħor importanti li tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-fruntieri tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontrolli tal-oġġetti u tal-persuni fost l-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri jew għal kompiti oħrajn li jitwettqu mal-fruntieri.

(7)  Minħabba li l-għadd ta' responsabbiltajiet li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed jieħdu fuqhom qiegħed dejjem jiżdied, u ħafna drabi dawk ir-responsabbiltajiet jestendu għall-qasam tas-sigurtà u għandhom x'jaqsmu ma' kompiti li jitwettqu fil-fruntieri esterni, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kontrolli doganali u l-kontrolli ta' mal-fruntiera jitwettqu b'mod ekwivalenti fil-fruntieri esterni billi l-Istati Membri jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat min-naħa tal-Unjoni. Huwa daqstant ieħor importanti li tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-fruntieri tal-Unjoni fir-rigward tal-kontrolli tal-merkanzija fost l-awtoritajiet nazzjonali f'kull Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta' dan l-istrument huwa l-kontroll doganali. L-istrument aktar ġenerali dwar il-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri ġie propost biex jittratta kwistjonijiet ta' kontroll mal-fruntieri fuq persuni. Is-salvagwardji xierqa se jiġu stabbiliti f'dak l-istrument għax-xiri u l-użu ta' tagħmir ta' kontroll mal-fruntiera bl-użu tal-Fond. L-iskopijiet taż-żewġ strumenti m'għandhomx jiġu injorati b'dan il-mod.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Ir-Regolament (UE) [2018/XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 jistabbilixxi l-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana sabiex jiġu appoġġati l-Unjoni Doganali u l-awtoritajiet doganali. Sabiex jitħarsu l-koerenza u l-koordinazzjoni orizzontali tal-azzjonijiet ta' kooperazzjoni, jixraq li dawn l-azzjonijiet jiġu implimentati kollha fil-kuntest ta' att legali wieħed u ta' sett wieħed ta' regoli. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-Istrument jappoġġa biss ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir eliġibbli ta' kontroll doganali, filwaqt li l-programm Dwana għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana jappoġġa l-azzjonijiet relatati magħhom, bħall-azzjonijiet ta' kooperazzjoni biex jiġu vvalutati l-ħtiġijiet jew it-taħriġ marbut mat-tagħmir ikkonċernat.

(13)  Ir-Regolament (UE) [2018/XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 jistabbilixxi l-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana sabiex jiġu appoġġati l-Unjoni Doganali u l-awtoritajiet doganali. Sabiex jitħarsu l-koerenza u l-koordinazzjoni orizzontali tal-azzjonijiet ta' kooperazzjoni, jixraq li dawn l-azzjonijiet jiġu implimentati kollha fil-kuntest ta' att legali wieħed u ta' sett wieħed ta' regoli. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-Istrument jappoġġa biss ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir eliġibbli ta' kontroll doganali, filwaqt li l-programm Dwana għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet relatati magħhom, bħall-azzjonijiet ta' kooperazzjoni biex jiġu vvalutati l-ħtiġijiet jew it-taħriġ relatati mat-tagħmir ikkonċernat u l-istabbiliment ta' proċeduri ta' kontroll komuni.

_________________

_________________

23 COM(2018) 442.

23 COM(2018) 442.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Ħafna mit-tagħmir ta' kontroll doganali jista' jintuża bl-istess mod jew b'kumbinazzjoni wkoll għall-kontrolli tal-konformità ma' leġiżlazzjoni oħra, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, dwar il-viżi jew dwar il-kooperazzjoni bejn il-pulizija. Għalhekk, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri nħaseb bħala żewġ strumenti kumplimentari li għandhom kamp ta' applikazzjoni differenti iżda koerenti b'rabta max-xiri tat-tagħmir. Minn naħa, l-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi stabbilit bir-Regolament [2018/XXX]25 se jeskludi t-tagħmir li jista' jintuża kemm għall-ġestjoni tal-fruntieri u kemm għall-kontroll doganali. Min-naħa l-oħra, l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali stabbilit b'dan ir-Regolament mhux biss se jagħti appoġġ finanzjarju lit-tagħmir li l-għan ewlieni tiegħu jkun li jintuża għall-kontrolli doganali, iżda se jippermetti wkoll li dan jintuża wkoll għal skopijiet oħrajn bħall-kontrolli mal-fruntiera u s-sigurtà. Dan it-tqassim tar-rwoli se jrawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bħala komponent tal-approċċ għal ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif imsemmi fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament (UE) 2016/162426, u b'hekk se jippermetti lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet tal-fruntieri jikkollaboraw bejniethom u se jżid kemm jista' jkun l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz tal-qsim konġunt tat-tagħmir ta' kontroll u tal-interoperabbiltà tiegħu.

(15)  Ħafna mit-tagħmir ta' kontroll doganali jista' jintuża bl-istess mod jew b'kumbinazzjoni wkoll għall-kontrolli tal-konformità ma' leġiżlazzjoni oħra, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, dwar il-viżi jew dwar il-kooperazzjoni bejn il-pulizija. Għalhekk, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri nħaseb bħala żewġ strumenti kumplimentari li għandhom għanijiet ġenerali koerenti iżda b'għanijiet speċifiċi distinti u separati b'rabta max-xiri tat-tagħmir. Minn naħa, l-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi stabbilit bir-Regolament [2018/XXX]25 se jeskludi t-tagħmir li jista' jintuża kemm għall-ġestjoni tal-fruntieri u kemm għall-kontroll doganali. Min-naħa l-oħra, l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali stabbilit b'dan ir-Regolament mhux biss se jagħti appoġġ finanzjarju lit-tagħmir li l-għan ewlieni tiegħu jkun li jintuża għall-kontrolli doganali, iżda se jippermetti wkoll li dan jintuża wkoll għal skopijiet oħrajn bħall-kontrolli mal-fruntiera u s-sikurezza u s-sigurtà. Dan it-tqassim tar-rwoli se jrawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bħala komponent tal-approċċ għal ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif imsemmi fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament (UE) 2016/162426, u b'hekk se jippermetti lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet tal-fruntieri jikkollaboraw bejniethom u se jżid kemm jista' jkun l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz tal-qsim konġunt tat-tagħmir ta' kontroll u tal-interoperabbiltà tiegħu.

__________________

__________________

25 COM(2018) 473.

25 COM(2018) 473.

26 Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

26 Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għandu l-għan ġenerali li jappoġġa lill-Unjoni Doganali u lill-awtoritajiet doganali sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza fl-Unjoni u sabiex l-Unjoni tiġi protetta mill-kummerċ illegali u inġust filwaqt li jiġu ffaċilitati l-attivitajiet kummerċjali leġittimi.

1.  Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għandu l-għan ġenerali li jappoġġa lill-Unjoni Doganali u lill-awtoritajiet doganali sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha sabiex titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji mal-fruntieri tal-Unjoni fir-rigward ta' kontrolli tal-oġġetti u l-persuni, u sabiex l-Unjoni tiġi protetta mill-kummerċ illegali u inġust filwaqt li jiġu ffaċilitati l-attivitajiet kummerċjali leġittimi.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-istrument għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri billi jappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, il-qsim konġunt u l-interoperabbiltà ta' tagħmir ġdid akkwistat permezz tal-istrument.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll l-ispejjeż ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħrajn għall-ġestjoni tal-Istrument u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk, dan jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat tal-esperti, mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Istrument, kif ukoll l-ispejjeż marbutin man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Istrument.

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll l-ispejjeż ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħrajn għall-ġestjoni tal-Istrument u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk, dan jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat tal-esperti, mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet speċifiċi tal-Istrument insostenn tal-objettiv ġenerali, kif ukoll l-ispejjeż marbutin man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Istrument.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi x-xiri jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni li jiżgura l-effiċjenza tat-tagħmir kollu mixtri bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni u l-interoperabbiltà tat-tali tagħmir.

3.  Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi x-xiri jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni li jiżgura l-effiċjenza u l-interoperabbiltà bejn it-tagħmir kollu mixtri bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni, li għandu jippermetti l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għandu jinkludi l-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 6 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat skont dan l-Istrument jista' jintuża għal skopijiet oħrajn minbarra l-kontrolli doganali, fosthom għall-kontroll tal-persuni biex jingħataw appoġġ l-awtoritajiet nazzjonali li jieħdu ħsieb il-ġestjoni tal-fruntieri, u għall-investigazzjonijiet.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' dan l-istrument ikun estiż ħafna jekk l-apparat ta' kontroll doganali fil-fatt isir tagħmir ta' kontroll mal-fruntiera. L-istrument aktar ġenerali dwar il-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri ġie propost għal dak l-iskop. Is-salvagwardji xierqa se jiġu stabbiliti f'dak l-istrument għax-xiri u l-użu ta' tagħmir ta' kontroll mal-fruntiera bl-użu tal-Fond. L-iskopijiet taż-żewġ strumenti m'għandhomx jiġu injorati b'dan il-mod.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu x-xiri ta' tagħmir ġdid ta' kontroll doganali u jiġi inkluż fil-ġabra ta' tagħmir tekniku tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-ammissibilità tat-tagħmir ta' kontroll doganali għall-ġabra ta' tagħmir tekniku għandha tiġi aċċertata f'konformità mal-Artikolu 5(3).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Istrument, u mal-azzjonijiet u mar-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Istrument għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 3.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Istrument, u mal-azzjonijiet u mar-riżultati tiegħu sabiex tiżgura t-trasparenza. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Istrument għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 3.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-istrument ta’ appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

Referenzi

COM(2018)0474 – C8-0273/2018 – 2018/0258(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

2.7.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

2.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jeroen Lenaers

9.7.2018

Eżami fil-kumitat

6.9.2018

18.10.2018

20.11.2018

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Monika Beňová, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Ivari Padar, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Lívia Járóka, Innocenzo Leontini, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Geoffrey Van Orden

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rupert Matthews, Demetris Papadakis, Josep-Maria Terricabras

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

ECR

Daniel Dalton, Rupert Matthews, Geoffrey Van Orden, Kristina Winberg

PPE

Asim Ademov, Michał Boni, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Innocenzo Leontini, Roberta Metsola, József Nagy, Csaba Sógor, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Demetris Papadakis, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Josep-Maria Terricabras, Bodil Valero

1

-

ENF

Auke Zijlstra

4

0

GUE/NGL

Martina Anderson, Malin Björk, Cornelia Ernst, Marie-Christine Vergiat

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (21.11.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri
(COM(2018)0474 – C8-0273/2018 – 2018/0258(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Nedzhmi Ali

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-dwana tgħin biex tissalvagwardja l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Billi din hija waħda mir-riżorsi proprji tradizzjonali importanti tal-Unjoni, tibqa' waħda mill-punti ta' interess fokali tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit.

L-istrument il-ġdid li qed jiġi propost għat-tagħmir ta' kontroll doganali għandu l-għan li jtejjeb l-ekwivalenza tat-twettiq tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri sabiex il-flussi tal-oġġetti ma jintbagħtux lejn l-iktar punti dgħajfa. Intervent tal-Unjoni li jkun iddedikat għat-tagħmir ta' kontroll doganali se jippermetti li jiġu appoġġati x-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir eliġibbli ta' rilevament għall-kontrolli doganali f'sens wiesa'. L-istrument għandu jkopri wkoll it-tagħmir ta' rilevament li jintuża għall-finijiet tal-kontroll li jmur lil hinn mill-kontrolli doganali, dejjem jekk dawn tal-aħħar jibqgħu l-għan ewlieni tat-tali tagħmir.

L-istrument tat-Tagħmir ta' Kontroll Doganali l-ġdid għandu jkun konsistenti mas-sinerġiji kollha u għandu jislet benefiċċju massimu minnhom flimkien ma' programmi ta' azzjoni u fondi oħrajn tal-UE b'objettivi simili f'oqsma relatati, speċjalment il-Programm Dwana.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-2 140 uffiċċju doganali17 li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea jridu jkunu mgħammra kif xieraq sabiex ikun żgurat li l-Unjoni Doganali taħdem sew. Hemm ħtieġa urġenti li jkun hemm kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti mhux biss minħabba l-funzjoni tradizzjonali tad-dwana li tiġbor id-dħul, iżda dejjem iktar ukoll minħabba l-ħtieġa li jissaħħaħ b'mod sinifikanti l-kontroll tal-oġġetti li jidħlu mill-fruntieri esterni tal-UE u li joħorġu minnhom biex ikunu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza. Madankollu, fl-istess ħin, jenħtieġ li dawn il-kontrolli marbutin mal-moviment tal-oġġetti fil-fruntieri esterni ma jfixklux il-kummerċ leġittimu mal-pajjiżi terzi, iżda jiffaċilitawh.

(1)  L-uffiċċji doganali kollha17 li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea (hubs fuq l-art, il-baħar, fl-ajru u postali) jridu jkunu mgħammra kif xieraq sabiex ikun żgurat l-operat bla xkiel u effikaċi tal-Unjoni Doganali. Hemm ħtieġa urġenti li jkun hemm kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti mhux biss minħabba l-funzjoni tradizzjonali tad-dwana li tiġbor id-dħul, iżda dejjem iktar ukoll minħabba l-ħtieġa li jissaħħaħ b'mod sinifikanti l-kontroll tal-oġġetti li jidħlu mill-fruntieri esterni tal-UE u li joħorġu minnhom biex ikunu żgurati s-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Madankollu, fl-istess ħin, jenħtieġ li dawn il-kontrolli marbutin mal-moviment tal-oġġetti fil-fruntieri esterni ma jfixklux il-kummerċ leġittimu mal-pajjiżi terzi, iżda jiffaċilitawh.

_________________

_________________

17 L-Anness tar-Rapport annwali tal-2016 dwar il-prestazzjoni tal-Unjoni Doganali, li jinsab fis-sit web li ġej: https://ec.europa.eu/info/publications/annual-activity-report-2016-taxation-and-customs-union_mt.

17 L-Anness tar-Rapport annwali tal-2016 dwar il-prestazzjoni tal-Unjoni Doganali, li jinsab fis-sit web li ġej: https://ec.europa.eu/info/publications/annual-activity-report-2016-taxation-and-customs-union_en.

Ġustifikazzjoni

L-ispeċifikar tan-numru ma jagħmilx sens - x'jiġri jekk jiżdied jew saħansitra jonqos?

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  L-Unjoni Doganali hija waħda mill-elementi fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li hija waħda mill-akbar blokki kummerċjali fid-dinja, u hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku għall-benefiċċju kemm tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 201817a, il-Parlament Ewropew esprima tħassib partikolari rigward il-frodi doganali, li ħoloq telf sinifikanti ta' introjtu għall-baġit tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew tenna li Ewropa aktar b'saħħitha u aktar ambizzjuża tista' tinkiseb biss billi tingħata mezzi finanzjarji msaħħa u appella, għalhekk, biex tingħata għajnuna kontinwa lill-politiki eżistenti, jiżdiedu r-riżorsi għall-programmi ewlenin tal-Unjoni, u biex ir-responsabbiltajiet addizzjonali jiġu mqabbla ma' mezzi finanzjarji addizzjonali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Bħalissa hemm żbilanċ fit-twettiq tal-kontrolli doganali min-naħa tal-Istati Membri. Dan l-iżbilanċ ġej kemm mid-differenzi ġeografiċi ta' bejniethom u kemm mid-differenzi fil-kapaċitajiet u fir-riżorsi rispettivi tagħhom. Il-ħila tal-Istati Membri li jwieġbu għall-isfidi li ġejjin minn mudelli kummerċjali u ktajjen tal-valur dinjin li qed jevolvu l-ħin kollu ma tiddependix biss fuq l-element uman, iżda wkoll fuq id-disponibbiltà ta' tagħmir ta' kontroll doganali modern u affidabbli. Għalhekk, biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ eżistenti, huwa importanti li jiġi pprovdut tagħmir ekwivalenti għall-kontrolli doganali. Dan se jtejjeb l-ekwivalenza tat-twettiq tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri u b'hekk jevita li l-flussi tal-oġġetti jintbagħtu lejn l-iktar punti dgħajfa.

(2)  Bħalissa hemm żbilanċ fit-twettiq tal-kontrolli doganali min-naħa tal-Istati Membri. Dan l-iżbilanċ ġej kemm mid-differenzi ġeografiċi ta' bejniethom u kemm mid-differenzi fil-kapaċitajiet u fir-riżorsi rispettivi tagħhom, kif ukoll minn nuqqas ta' kontrolli doganali armonizzati u standardizzati. Il-ħila tal-Istati Membri li jwieġbu għall-isfidi li ġejjin minn mudelli kummerċjali u ktajjen tal-valur dinjin li qed jevolvu l-ħin kollu ma tiddependix biss fuq l-element uman, iżda wkoll fuq id-disponibbiltà u l-funzjonament xieraq ta' tagħmir ta' kontroll doganali modern u affidabbli. Sfidi oħrajn, bħaż-żieda f'daqqa tal-kummerċ elettroniku, id-diġitalizzazzjoni ġenerali u vulnerabbiltajiet potenzjali fir-rigward tal-attakki ċibernetiċi, is-sabotaġġ, il-manipulazzjoni tad-data jew l-ispjunaġġ industrijali, ukoll se jżidu d-domanda għal funzjonament aħjar tal-proċeduri doganali. Għalhekk, biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ eżistenti, huwa importanti li jiġi pprovdut tagħmir ekwivalenti għall-kontrolli doganali. Dan se jtejjeb l-ekwivalenza tat-twettiq tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri u b'hekk jevita li l-flussi tal-oġġetti jintbagħtu lejn l-iktar punti dgħajfa. Fid-dawl tad-differenzi fid-disponibbiltà ta' tagħmir ta' kontroll doganali bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li jittieħdu miżuri b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat li l-oġġetti jkunu soġġetti għal kontrolli uniformi meta jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni sabiex jevitaw "xiri tal-portijiet" minn frodaturi doganali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-għoti ta' appoġġ biex ikun hemm kontrolli doganali ta' livell adegwat u ekwivalenti fil-fruntieri esterni tal-Unjoni jippermetti li jitkabbru kemm jista' jkun il-benefiċċji tal-Unjoni Doganali. Barra minn hekk, intervent tal-Unjoni li jkun iddedikat għat-tagħmir ta' kontroll doganali u li jikkoreġi l-iżbilanċi li hemm bħalissa jikkontribwixxi għall-koeżjoni ġenerali bejn l-Istati Membri. Meta wieħed iqis l-isfidi li d-dinja qed tħabbat wiċċha magħhom, b'mod partikolari l-ħtieġa kontinwa li jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha filwaqt li jiġi ffaċilitat il-fluss tal-kummerċ leġittimu, sar essenzjali li jkun hemm tagħmir modern u affidabbli ta' kontroll fil-fruntieri esterni.

(5)  L-għoti ta' appoġġ biex ikun hemm kontrolli doganali ta' livell uniformi, adegwat u ekwivalenti fil-fruntieri esterni tal-Unjoni jippermetti li jitkabbru kemm jista' jkun il-benefiċċji tal-Unjoni Doganali, sabiex jintlaħaq l-għan fit-tul li l-amministrazzjonijiet doganali kollha fl-Unjoni jaħdmu flimkien daqslikieku kienu entità waħda. Barra minn hekk, intervent tal-Unjoni li jkun iddedikat għat-tagħmir ta' kontroll doganali u li jikkoreġi l-iżbilanċi li hemm bħalissa jikkontribwixxi għall-koeżjoni ġenerali bejn l-Istati Membri. Meta wieħed iqis l-isfidi li d-dinja qed tħabbat wiċċha magħhom, b'mod partikolari l-ħtieġa kontinwa li jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha filwaqt li jiġi ffaċilitat il-fluss tal-kummerċ leġittimu, sar indispensabbli li jkun hemm tagħmir li jaħdem tajjeb, modern, tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, sigur, reżiljenti għaċ-ċibernetika, sikur, ekoloġiku u affidabbli ta' kontroll fil-fruntieri esterni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jissodisfa l-ogħla standards ta' sigurtà, ċibersigurtà, sikurezza, ambjentali u ta' saħħa.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13b)  Id-data li tiġi prodotta mit-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li tiġi aċċessata u pproċessata biss mill-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet, u jenħtieġ li tkun protetta b'mod adegwat kontra l-aċċess jew il-komunikazzjoni mhux awtorizzati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom kontroll sħiħ ta' din id-data.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13c)  It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-forniment tal-ogħla livell ta' ġestjoni tar-riskju doganali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 13d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13d)  Meta jkunu qed jissostitwixxu tagħmir ta' kontroll doganali qadim permezz ta' dan l-Istrument, l-Istati Membri huma responsabbli għar-rimi ekoloġiku ta' tagħmir ta' kontroll doganali qadim.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Ħafna mit-tagħmir ta' kontroll doganali jista' jintuża bl-istess mod jew b'kumbinazzjoni wkoll għall-kontrolli tal-konformità ma' leġiżlazzjoni oħra, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, dwar il-viżi jew dwar il-kooperazzjoni bejn il-pulizija. Għalhekk, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri nħaseb bħala żewġ strumenti kumplimentari li għandhom kamp ta' applikazzjoni differenti iżda koerenti b'rabta max-xiri tat-tagħmir. Minn naħa, l-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi stabbilit bir-Regolament [2018/XXX]25 se jeskludi t-tagħmir li jista' jintuża kemm għall-ġestjoni tal-fruntieri u kemm għall-kontroll doganali. Min-naħa l-oħra, l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali stabbilit b'dan ir-Regolament mhux biss se jagħti appoġġ finanzjarju lit-tagħmir li l-għan ewlieni tiegħu jkun li jintuża għall-kontrolli doganali, iżda se jippermetti wkoll li dan jintuża wkoll għal skopijiet oħrajn bħall-kontrolli mal-fruntiera u s-sigurtà. Dan it-tqassim tar-rwoli se jrawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bħala komponent tal-approċċ għal ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif imsemmi fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament (UE) 2016/162426, u b'hekk se jippermetti lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet tal-fruntieri jikkollaboraw bejniethom u se jżid kemm jista' jkun l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz tal-qsim konġunt tat-tagħmir ta' kontroll u tal-interoperabbiltà tiegħu.

(15)  Ħafna mit-tagħmir ta' kontroll doganali jista' jintuża bl-istess mod jew b'kumbinazzjoni wkoll għall-kontrolli tal-konformità ma' leġiżlazzjoni oħra, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, dwar il-viżi jew dwar il-kooperazzjoni bejn il-pulizija. Għalhekk, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri nħaseb bħala żewġ strumenti kumplimentari li għandhom kamp ta' applikazzjoni differenti iżda koerenti b'rabta max-xiri tat-tagħmir. Minn naħa, l-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi stabbilit bir-Regolament [2018/XXX]25 se jeskludi t-tagħmir li jista' jintuża kemm għall-ġestjoni tal-fruntieri u kemm għall-kontroll doganali. Min-naħa l-oħra, l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali stabbilit b'dan ir-Regolament mhux biss se jagħti appoġġ finanzjarju lit-tagħmir li l-għan ewlieni tiegħu jkun li jintuża għall-kontrolli doganali, iżda se jippermetti wkoll li dan jintuża wkoll għal kompiti oħrajn mwettqa fil-fruntieri u għal skopijiet oħrajn relatati bħall-kontrolli mal-fruntiera u s-sigurtà. Dan it-tqassim tar-rwoli se jrawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bħala komponent tal-approċċ għal ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif imsemmi fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament (UE) 2016/162426, u b'hekk se jippermetti lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet tal-fruntieri jikkollaboraw bejniethom u se jżid kemm jista' jkun l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz tal-qsim konġunt tat-tagħmir ta' kontroll u tal-interoperabbiltà tiegħu.

_________________

_________________

25 COM(2018) 473.

25 COM(2018) 473.

26 Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

26 Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tinċentiva l-akkwist konġunt u l-ittestjar tat-tagħmir ta' kontroll doganali bejn l-Istati Membri.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Għalkemm l-implimentazzjoni ċentrali hija essenzjali biex jintlaħaq l-għan speċifiku li jiġu żgurati kontrolli doganali ekwivalenti, minħabba n-natura teknika ta' dan l-Istrument, hemm bżonn ta' ħidma preparatorja fil-livell tekniku. Għalhekk jenħtieġ li l-implimentazzjoni tiġi appoġġata minn valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet li jkunu jiddependu fuq l-għarfien espert u l-esperjenza fil-livell nazzjonali permezz tal-involviment tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet jissejsu fuq metodoloġija ċara li tkun tinkludi għadd minimu ta' passi li jiżguraw li tinġabar l-informazzjoni meħtieġa.

(19)  Għalkemm l-implimentazzjoni ċentrali hija essenzjali biex jintlaħaq l-għan speċifiku li jiġu żgurati kontrolli doganali ekwivalenti, minħabba n-natura teknika ta' dan l-Istrument, hemm bżonn ta' ħidma preparatorja fil-livell tekniku. Għalhekk jenħtieġ li l-implimentazzjoni tiġi appoġġata minn valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet individwali li jkunu jiddependu fuq l-għarfien espert u l-esperjenza fil-livell nazzjonali permezz tal-involviment tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet jissejsu fuq metodoloġija ċara li tkun tinkludi għadd minimu ta' passi li jiżguraw li tinġabar l-informazzjoni meħtieġa.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Sabiex ikunu żgurati monitoraġġ u rapportar regolari, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati li jinkisbu permezz tal-Istrument u tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tiegħu. Jenħtieġ li t-tali monitoraġġ u r-rapportar jissejsu fuq indikaturi li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tal-Istrument. Jenħtieġ li r-rekwiżiti tar-rapportar ikunu jinkludu xi informazzjoni dwar it-tagħmir ta' kontroll doganali li jkun jaqbeż ċertu limitu tal-kostijiet.

(20)  Sabiex ikunu żgurati monitoraġġ u rapportar regolari, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati li jinkisbu permezz tal-Istrument u tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tiegħu. Jenħtieġ li t-tali monitoraġġ u r-rapportar jissejsu fuq indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tal-Istrument. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw proċedura ta' akkwist trasparenti u ċara. Jenħtieġ li r-rekwiżiti tar-rapportar ikunu jinkludu informazzjoni dettaljata dwar it-tagħmir ta' kontroll doganali u l-proċedura ta' akkwist li jkun jaqbeż ċertu limitu, u ġustifikazzjoni tal-infiq.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex tingħata tweġiba xierqa għall-prijoritajiet tal-politika, għat-theddid u għat-teknoloġiji li qed jevolvu, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-iskopijiet tal-kontrolli doganali għall-azzjonijiet li huma eliġibbli skont l-Istrument u tal-emendar tal-lista tal-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kisba tal-għanijiet speċifiċi. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(22)  Sabiex tingħata tweġiba xierqa għall-prijoritajiet tal-politika, għat-theddid u għat-teknoloġiji li qed jevolvu, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-iskopijiet tal-kontrolli doganali għall-azzjonijiet li huma eliġibbli skont l-Istrument u tal-emendar tal-lista tal-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kisba tal-għanijiet speċifiċi. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u kompletament trasparenti, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu, b'mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit il-baġit u biex dan jiġi implimentat permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE għandhom x'jaqsmu wkoll mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati b'rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prerekwiżit essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-UE.

(24)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu, b'mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit il-baġit u biex dan jiġi implimentat permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE għandhom x'jaqsmu wkoll mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati b'rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prerekwiżit essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-UE. Il-finanzjament taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għandu l-għan ġenerali li jappoġġa lill-Unjoni Doganali u lill-awtoritajiet doganali sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza fl-Unjoni u sabiex l-Unjoni tiġi protetta mill-kummerċ illegali u inġust filwaqt li jiġu ffaċilitati l-attivitajiet kummerċjali leġittimi.

1.  Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u sabiex jintlaħaq l-għan fit-tul li l-amministrazzjonijiet doganali kollha fl-Unjoni jaħdmu flimkien daqslikieku kienu entità waħda, l-Istrument għandu l-għan ġenerali li jappoġġa lill-Unjoni Doganali u lill-awtoritajiet doganali sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza fl-Unjoni u sabiex l-Unjoni tiġi protetta mill-kummerċ illegali u inġust filwaqt li jiġu ffaċilitati l-attivitajiet kummerċjali leġittimi.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istrument għandu l-għan speċifiku li jikkontribwixxi biex ikun hemm kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti permezz tax-xiri, tal-manutenzjoni u tal-aġġornament ta' tagħmir ta' kontroll doganali li jkun rilevanti, modern u affidabbli.

2.  L-Istrument għandu l-għan speċifiku li jikkontribwixxi biex ikun hemm kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti permezz tax-xiri, tal-manutenzjoni u tal-aġġornament ta' tagħmir ta' kontroll doganali kompletament trasparenti li jkun rilevanti, tal-ogħla livell tekniku, sigur, ċibernetikament reżiljenti, sikur, ekoloġiku u affidabbli, li jkun jinkludi t-taħriġ tekniku għall-persunal li se jaħdem b'dan it-tagħmir.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 1 300 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-Implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 1 149 175 000 fi prezzijiet tal-2018 [EUR 1 300 000 000 fi prezzijiet kurrenti].

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li l-envelopp finanzjarju jiġi emendat skont ir-riżoluzzjonijiet tal-PE tal-14 ta' Marzu u tat-30 ta' Mejju dwar il-QFP li jmiss, abbażi ta' diżaggregazzjoni teknika preliminari għal kull programm li tista' tkun soġġetta għal aktar aġġustamenti, filwaqt li tiġi rrispettata l-pożizzjoni ġenerali tal-PE kif stabbilita f'dawk ir-riżoluzzjonijiet u l-livell ġenerali ta' 1,3 % tal-ING tal-UE-27.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll l-ispejjeż ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħrajn għall-ġestjoni tal-Istrument u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk, dan jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat tal-esperti, mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Istrument, kif ukoll l-ispejjeż marbutin man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Istrument.

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll l-ispejjeż leġittimi u verifikati ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħrajn għall-ġestjoni tal-Istrument u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu u tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk, dan jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat tal-esperti, mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni daqstant ieħor leġittimi u verifikati, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Istrument, kif ukoll l-ispejjeż marbutin man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Istrument.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi l-akkwist jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miżuri ta' salvagwardja u ta' kontinġenza adegwati li jiżguraw li t-tagħmir kollu akkwistat bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni jintuża mill-awtoritajiet doganali rilevanti fil-każijiet rilevanti kollha.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi l-akkwist jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miżuri ta' salvagwardja u ta' kontinġenza adegwati li jiżguraw li t-tagħmir kollu akkwistat bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni jissodisfaw l-istandards miftiehma dwar il-manutenzjoni regolari.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  jappoġġaw ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta' kontroll doganali li jissodisfa l-ogħla standards ta' ċibersigurtà, sikurezza, ekoloġiċi u ta' saħħa.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Id-data li tiġi prodotta mit-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument għandha tiġi aċċessata u pproċessata biss mill-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet, u għandha tkun protetta b'mod adegwat kontra l-aċċess jew il-komunikazzjoni mhux awtorizzati.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, l-azzjonijiet jistgħu jkopru wkoll ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta' kontroll doganali għall-ittestjar ta' unitajiet individwali ġodda tat-tagħmir jew ta' funzjonalitajiet ġodda f'kundizzjonijiet operattivi.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, l-azzjonijiet jistgħu jkopru wkoll ix-xiri kompletament trasparenti, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta' kontroll doganali għall-ittestjar ta' unitajiet individwali ġodda tat-tagħmir jew ta' funzjonalitajiet ġodda f'kundizzjonijiet operattivi.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-iskopijiet tal-kontrolli doganali stabbiliti fil-paragrafu 1(b), kif ukoll l-Anness 1, meta t-tali reviżjoni titqies li tkun meħtieġa.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-iskopijiet tal-kontrolli doganali stabbiliti fil-paragrafu 1(b), kif ukoll l-Anness 1, meta t-tali reviżjoni titqies li tkun meħtieġa u bil-għan li tibqa' aġġornata mal-iżviluppi teknoloġiċi, u ma' soluzzjonijiet ġodda, intelliġenti u innovattivi għal skopijiet ta' kontroll doganali.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 6 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat skont dan l-Istrument jista' jintuża għal skopijiet oħrajn minbarra l-kontrolli doganali, fosthom għall-kontroll tal-persuni biex jingħataw appoġġ l-awtoritajiet nazzjonali li jieħdu ħsieb il-ġestjoni tal-fruntieri, u għall-investigazzjonijiet.

4.  It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat skont dan l-Istrument jista' jintuża għal skopijiet oħrajn minbarra l-kontrolli doganali, fosthom għall-kontroll tal-persuni biex jingħataw appoġġ l-awtoritajiet nazzjonali li jieħdu ħsieb il-ġestjoni tal-fruntieri, u għall-investigazzjonijiet, jekk meħtieġ bil-għan li jkun hemm konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Istrument deskritti fl-Artikolu 3.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinċentiva l-akkwist konġunt u l-ittestjar tat-tagħmir ta' kontroll doganali bejn l-Istati Membri.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull finanzjament li jaqbeż dan il-limitu massimu għandu jingħata biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq.

2.  Kull finanzjament li jaqbeż dan il-limitu massimu għandu jingħata biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq li huma stipulati fl-Anness 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, u taġġorna jekk meħtieġ, il-lista ta' ċirkostanzi eċċezzjonali permezz ta' att delegat.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-finanzjament li jaqbeż dak il-limitu jista' jingħata f'każ ta' akkwist konġunt u ta' ttestjar tat-tagħmir ta' kontroll doganali bejn l-Istati Membri.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kostijiet marbutin mas-sistemi elettroniċi, ħlief għas-softwer li huwa meħtieġ b'mod dirett biex jintuża t-tagħmir ta' kontroll doganali;

(c)  il-kostijiet marbutin mas-sistemi elettroniċi, ħlief għas-softwer u għall-aġġornamenti tas-softwer li huma meħtieġa b'mod dirett biex jintuża t-tagħmir ta' kontroll doganali;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tħejjija tal-programmi ta' ħidma msemmijin fil-paragrafu 1 għandha tkun appoġġata minn valutazzjoni tal-ħtiġijiet li għandha tkun magħmula tal-inqas mill-affarijiet li ġejjin:

It-tħejjija tal-programmi ta' ħidma msemmijin fil-paragrafu 1 għandha tkun appoġġata minn valutazzjoni individwali tal-ħtiġijiet li għandha tkun magħmula tal-inqas mill-affarijiet li ġejjin:

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  stima ddettaljata tal-ħtiġijiet finanzjarji.

(d)  stima ddettaljata tal-ħtiġijiet finanzjarji tiddependi fuq id-daqs tal-operazzjonijiet doganali u fuq l-ammont ta' xogħol relattiv.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness 2.

1.  F'konformità mar-rekwiżit ta' rapportar tagħha skont l-Artikolu [38(3)(e)(1)] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Programm. Ir-rapportar dwar il-prestazzjoni għandu jinkludi informazzjoni kemm dwar kemm il-progress kif ukoll dwar in-nuqqasijiet.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sabiex ikun żgurat li jiġi vvalutat b'mod effettiv il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness 2 biex tirrevedi l-indikaturi jew biex tikkumplimentahom, meta dan jitqies li jkun meħtieġ, u biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni.

2.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness 2. Sabiex ikun żgurat li jiġi vvalutat b'mod effettiv il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness 2 biex tirrevedi l-indikaturi jew biex tikkumplimentahom, meta dan jitqies li jkun meħtieġ, u biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jingħataw informazzjoni aġġornata, kemm kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva, dwar il-prestazzjoni tal-Programm.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 12 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-Istrument tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati tar-rapportar fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-Unjoni.

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-Istrument tkun komparabbli u kompleta kif ukoll li tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati tar-rapportar fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni affidabbli dwar il-kwalità tad-data dwar il-prestazzjoni użata.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  il-preżenza u l-kundizzjoni ħames snin wara l-ikkummissjonar ta' oġġetti ta' tagħmir iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb)  l-informazzjoni dwar l-istanzi ta' manutenzjoni ta' tagħmir ta' kontroll doganali.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cc)  informazzjoni dwar il-proċedura tal-akkwist

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cd)  ġustifikazzjoni tal-ispejjeż

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  F'każ ta' nuqqas ta' użu tat-tagħmir mixtri bl-appoġġ tal-programmi u l-istrumenti tal-Unjoni minn Stat Membru wieħed jew aktar, il-Kummissjoni għandha tabbozza valutazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni u tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE). Il-valutazzjoni għandha tinkludi, iżda ma tkunx limitata għal, stima tar-riskju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll miżuri ta' mitigazzjoni.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jivvalutaw ir-riżultati, l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-programm u għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Istrument għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Istrument.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Istrument għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Istrument.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-evalwazzjoni interim għandha tippreżenta s-sejbiet meħtieġa sabiex tittieħed deċiżjoni dwar segwitu għall-Programm lil hinn mill-2017 u l-għanijiet tiegħu.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Istrument mill-Kummissjoni.

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Istrument mill-Kummissjoni.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha u l-lezzjonijiet miksuba, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Se jiġu inklużi evalwazzjonijiet parzjali annwali fir-rapport tal-Kummissjoni intitolat "Il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Il-ġlieda kontra l-frodi".

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dawk li jirċievu l-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.  Dawk li jirċievu l-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu, fi ħdan limitu raġonevoli, l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà massima tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku, għalkemm in-nefqa dwar dan ir-rikonoxximent ta' finanzjament jenħtieġ li jkun proporzjonali għall-ispiża globali.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Istrument, u mal-azzjonijiet u mar-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Istrument għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 3.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta regolarment azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Istrument, u mal-azzjonijiet u mar-riżultati tiegħu bħala parti mill-programmi ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 11. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Istrument għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 3.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Sikurezza u Sigurtà

(a) Grad ta' konformità mal-istandards tas-sikurezza tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha, inkluża ċ-ċibersigurtà

(b) Grad ta' konformità mal-istandards tas-sikurezza tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha

Emenda    49

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  Is-Saħħa u l-Ambjent

(a) Grad ta' konformità mal-istandards tas-saħħa tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha

(b) Grad ta' konformità mal-istandards ambjentali tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha

Emenda    50

Proposta għal regolament

Anness IIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness IIA

Ċirkostanzi eċċezzjonali għal finanzjament eċċessiv

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-istrument ta’ appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

Referenzi

COM(2018)0474 – C8-0273/2018 – 2018/0258(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

2.7.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

2.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Nedzhmi Ali

17.9.2018

Eżami fil-kumitat

18.10.2018

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Tamás Deutsch, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Wolf Klinz, Bogusław Liberadzki, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Bart Staes, Indrek Tarand, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Caterina Chinnici, Karin Kadenbach, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Howarth

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

17

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Wolf Klinz

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

PPE

Richard Ashworth, Ingeborg Gräßle, Andrey Novakov, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Caterina Chinnici, John Howarth, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Miroslav Poche

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

0

-

1

0

PPE

Tamás Deutsch

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tal-istrument ta’ appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

Referenzi

COM(2018)0474 – C8-0273/2018 – 2018/0258(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.6.2018

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

2.7.2018

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

2.7.2018

BUDG

2.7.2018

CONT

2.7.2018

LIBE

2.7.2018

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

9.7.2018

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jiří Pospíšil

19.6.2018

Eżami fil-kumitat

5.11.2018

21.11.2018

Data tal-adozzjoni

6.12.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Jiří Pospíšil, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Richard Sulík, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Anna Hedh, Arndt Kohn, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Howarth, Nosheena Mobarik, Flavio Zanonato

Data tat-tressiq

12.12.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

32

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

S&D

Verts/ALE

Jasenko Selimovic, Matthijs van Miltenburg

Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Richard Sulík, Anneleen Van Bossuyt

Dennis de Jong

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu

Lucy Anderson, Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Maria Grapini, Anna Hedh, John Howarth, Arndt Kohn, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Flavio Zanonato

Pascal Durand, Igor Šoltes

2

-

EFDD

John Stuart Agnew, Robert Jarosław Iwaszkiewicz

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Jannar 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza